21.2.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 49/4


Komunikazzjoni mill-Gvern Franċiż dwar id-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni tal-idrokarburi (1)

(Avviż dwar it-talba għall-permess esklussiv għat-tiftix ta' depożiti ta' idrokarburi likwidi jew fil-forma ta' gass, imsejjaħ “Permis de la Bourdette”)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2014/C 49/05)

Permezz ta' applikazzjoni li saret fit-18 ta’ Lulju 2013, l-impriża Vermilion REP SAS li għandha s-sede tagħha fl-indirizz route de Pontenx, 40160 Parentis-en-Born (Franza), talbet li tingħata permess esklussiv, għal tul ta' ħames snin, għat-tiftix ta' depożiti tal-idrokarburi likwidi jew fil-forma ta' gass, imsejjaħ “Permis de la Bourdette”, fuq żona li tagħmel parti mit-territorju fid-Dipartiment ta' la Haute-Garonne.

Il-perimetru tal-firxa ta' dan il-permess huwa magħmul mill-arkijiet tal-meridjani u tal-paralleli li jgħaqqdu wieħed wara l-ieħor il-punti ddefiniti hawn taħt fis-sistema ta' referenza legali RGF 93 (Lambert 93):

Il-quċċata

Lonġitudni

Latitudni

A

00°42′59″ W

43°17′24″ N

B

01°04′35″ W

43°17′24″ N

C

01°04′35″ W

43°12′00″ N

D

00°48′46″ W

43°12′00″ N

E

00°47′31″ W

43°13′44″ N

F

00°44′11″ W

43°13′44″ N

G

00°43′38″ W

43°12′00″ N

H

00°43′00″ W

43°12′00″ N

Skont din id-definizzjoni l-erja hija ta’ madwar 275 km2.

It-tressiq tal-applikazzjonijiet u l-kriterji għall-għoti tal-permess

Dawk li jressqu l-applikazzjoni inizjali u l-applikazzjonijiet konkorrenti għandhom jagħtu prova li huma jissodisfaw il-kundizzjonijiet meħtieġa għall-għoti tad-dritt, iddefiniti fl-Artikoli 4 u 5 tal-liġi Nru 2006-648 tat-2 ta’ Ġunju 2006 (mmodifikati) dwar id-drittijiet minerarji u d-drittijiet tal-ħżin taħt l-art (Journal officiel de la République française tat-3 ta’ Ġunju 2006).

L-impriżi interessati jistgħu jressqu applikazzjoni konkorrenti fi żmien disgħin (90) jum mill-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż, skont il-proċedura miġbura fl-“Avviż dwar il-ksib ta' drittijiet minerarji għall-idrokarburi fi Franza”, ippubblikat f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej C 374 tat-30 ta' Diċembru 1994, p. 11, u stabbilita mid-Digriet Nru 2006-648 tat-2 ta' Ġunju 2006 dwar id-drittijiet minerarji u tal-ħżin taħt l-art (Journal officiel de la République française tat-3 ta' Ġunju 2006).

L-applikazzjonijiet konkorrenti jistgħu jintbagħtu lill-Ministeru tal-Ekoloġija, l-Iżvilupp Sostenibbli u l-Enerġija fl-indirizz imsemmi hawn taħt. Id-deċiżjonijiet dwar l-applikazzjoni inizjali u l-applikazzjonijiet li jikkompetu magħha jittieħdu fi żmien sentejn mill-wasla tal-applikazzjoni inizjali għand l-awtoritajiet Franċiżi, jiġifieri mhux aktar tard mit-22 ta' Lulju 2015.

Il-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti għat-twettiq tal-attività u għall-waqfien tagħha

L-applikanti huma mistiedna jirreferu għall-Artikoli 79 u 79.1 tal-Kodiċi Minerarju kif ukoll għad-Digriet Nru 2006-649 tat-2 ta' Ġunju 2006 (immodifikati), dwar ix-xogħlijiet minerarji, ix-xogħlijiet tal-ħżin taħt l-art, u l-kontroll tal-minjieri u tal-ħżin taħt l-art (Journal officiel de la République française tat-3 ta' Ġunju 2006).

Aktar tagħrif jista’ jinkiseb mill-Ministeru tal-Ekoloġija, l-Iżvilupp Sostenibbli u l-Enerġija:

Direction générale de l’énergie et du climat — Direction de l’énergie

Bureau exploration et production des hydrocarbures

Grande Arche, Paroi Nord

92055 La Défense Cedex

FRANCE

Tel. +33 140819527

Id-dispożizzjonijiet regolatorji msemmija hawn fuq jinsabu fis-sit Légifrance: http://www.legifrance.gouv.fr


(1)  ĠU L 164, 30.6.1994, p. 3.