12.2.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 41/3 |
Notifika mill-Ministeru tal-Iżvilupp Ekonomiku tar-Repubblika Taljana skont l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta' awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarburi
2014/C 41/03
Il-Ministero dello Sviluppo Economico rċieva applikazzjoni mill-kumpanija Enel Longanesi Developments S.r.l. għal liċenzja għat-tiftix tal-idrokarburi, tradizzjonalment magħrufin bħala “GALLIA”, f'żona fir-reġjun Lombardija, b'mod speċifiku fil-provinċja ta' Pavia delimitata mill-arki meridjani u paralleli, li, min-naħa tagħhom, jgħaqqdu l-punti definiti hawn taħt permezz tal-koordinati ġeografiċi tagħhom:
Punti |
Koordinati ġeografiċi |
|
Lonġitudni tal-Punent imkejla mill-meridjan ta' Monte Mario |
Latitudni tat-Tramuntana |
|
a |
– 3°48′ |
45°08′ |
b |
– 3°34′ |
45°08′ |
c |
– 3°34′ |
45°04′ |
d |
– 3°48′ |
45°04′ |
Il-koordinati ġeografiċi ta' hawn fuq ġew immarkati skont il-mappa tal-Italja mogħtija mill-Istitut Ġeografiku Militari (Istituto Geografico Militare, IGM) fuq skala ta' 1 100 000 – fil-kwadru tal-mappa Nru 58.
Abbażi ta' din id-deskrizzjoni tal-fruntieri, is-superfiċje tammonta għal 135,60 km2.
Skont id-Direttiva msemmija fuq, l-Artikolu 4 tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 625 tal-25 ta' Novembru 1996, id-Digriet Ministerjali tal-4 ta' Marzu 2011 u d-Digriet Direttorali tat-22 ta' Marzu 2011, il-Ministero dello Sviluppo Economico irid jippubblika notifika biex jippermetti li nies interessati oħra jissottomettu applikazzjonijiet għal liċenzji għat-tiftix tal-idrokarburi fl-istess żona deskritta fuq.
L-awtorità kompetenti għall-għoti tal-liċenzja rilevanti hija d-Diviżjoni VI tad-Direttorat-Ġenerali għar-Riżorsi Minerali u tal-Enerġija tad-Dipartiment tal-Enerġija fil-Ministero dello Sviluppo Economico.
Ir-regoli għall-għoti tal-liċenzja minerarja huma stipulati fid-dispożizzjonijiet li ġejjin:
Il-Liġi Nru 613 tal-21 ta' Lulju 1967; Il-Liġi Nru 9 tad-9 ta' Jannar 1991; Id-Digriet Leġiżlattiv Nru 625 tal-25 ta' Novembru 1996; Id-Digriet Ministerjali tal-4 ta' Marzu 2011 u d-Digriet Direttorali tat-22 ta' Marzu 2011.
Il-limitu taż-żmien għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet huwa ta' tliet xhur wara l-pubblikazzjoni ta' din in-notifika f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Mhux ser jitqiesu applikazzjonijiet sottomessi wara l-iskadenza ta' dan il-perjodu.
L-applikazzjonijiet għandhom jintbagħtu f'dan l-indirizz:
Ministero dello sviluppo economico |
Dipartimento per l’energia |
Direzione generale delle risorse minerarie ed energetiche |
Divisione VI |
Via Molise 2 |
00187 Roma RM |
ITALIA |
L-applikazzjoni tista' tintbagħat ukoll bil-posta elettronika f'dan l-indirizz elettroniku: ene.rme.div6@pec.sviluppoeconomico.gov.it; id-dokumenti rekwiżiti għandhom jiġu sottomessi b'format elettroniku mal-firma diġitali tar-rappreżentant legali tal-applikant.
Skont il-Punt 2 tal-Anness A tad-Digriet Nru 22 tal-Prim Ministru tat-22 ta' Diċembru 2010, it-tul ġenerali tal-proċedura għall-għoti tal-liċenzji għat-tiftix ma għandux ikun ta' aktar minn 180 ġurnata.