31.1.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 28/10


Notifika mill-awtoritajiet Franċiżi lill-Kummissjoni Ewropea dwar l-informazzjoni skont l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2009/119/KE tal-Kunsill li timponi obbligu fuq l-Istati Membri biex iżommu livell minimu ta' ħażniet ta' żejt mhux maħdum u/jew ta' prodotti petroliferi

2014/C 28/08

L-awtoritajiet Franċiżi għandhom l-unur li jressqu quddiem il-Kummissjoni l-informazzjoni t'hawn taħt skont l-Artikolu 9 paragrafu 4 tad-Direttiva 2009/119/KE tal-Kunsill tal-14 ta' Settembru 2009 li timponi obbligu fuq l-Istati Membri biex iżommu livell minimu ta' ħażniet ta' żejt mhux maħdum u/jew ta' prodotti petroliferi:

1.

L-awtoritajiet Franċiżi qegħdin jistabbilixxu bħala l-għan tagħhom iż-żamma ta' livell ta' ħażniet ekwivalenti għal 30 jum tal-konsum medju ta' kuljum.

2.

Dan l-għan ta' ħażniet se jissokta matul il-perjodu mill-1 ta' Frar 2014 sal-31 ta' Jannar 2015.

3.

Il-ħażniet speċifiċi se jkunu jikkonsistu fi prodotti li jagħmlu parti mill-kategoriji li ġejjin:

gażolina għall-muturi,

karburant għall-ġettijiet tat-tip kerosin u

gażolju/żejt tad-diżil (fuel oil distillat).