12.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 397/6


Aġġornament tal-kampjuni tal-karti maħruġa mill-Ministeri tal-Affarijiet Barranin tal-Istati Membri lill-membri akkreditati ta' missjonijiet diplomatiċi u rappreżentanti konsolari u l-membri tal-familji tagħhom, kif imsemmi fl-Artikolu 19(2) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) (ĠU C 247, 13.10.2006, p. 85; ĠU C 153, 6.7.2007, p. 15; ĠU C 64, 19.3.2009, p. 18; ĠU C 239, 6.10.2009, p. 7; ĠU C 304, 10.11.2010, p. 6; ĠU C 273, 16.9.2011, p. 11; ĠU C 357, 7.12.2011, p. 3; ĠU C 88, 24.3.2012, p. 12; ĠU C 120, 25.4.2012, p. 4; ĠU C 182, 22.6.2012, p. 10; ĠU C 214, 20.7.2012, p. 4; ĠU C 238, 8.8.2012, p. 5; ĠU C 255, 24.8.2012, p. 2; ĠU C 242, 23.8.2013, p. 13; ĠU C 38, 8.2.2014, p. 16; ĠU C 133, 1.5.2014, p. 2; ĠU C 360, 11.10.2014, p. 5)

2014/C 397/07

Il-pubblikazzjoni tal-kampjuni tal-karti maħruġa mill-Ministeri tal-Affarijiet Barranin tal-Istati Membri lil membri akkreditati ta' missjonijiet diplomatiċi u rappreżentanti konsolari u l-membri tal-familji tagħhom, kif imsemmi fl-Artikolu 19(2) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2006 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) (1) hija bbażata fuq informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri lill-Kummissojni skont l-Artikolu 34 tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen.

Flimkien mal-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali, aġġornament ta' kull xahar huwa disponibbli fuq il-websajt tad-Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Interni.

L-ESTONJA

Sostituzzjoni tal-informazzjoni ppubblikata fil-ĠU C 304, 10.11.2010

Karti tal-identità maħruġa mill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin

1.

Karti tal-identità diplomatiċi u tas-servizz maħruġa mill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin:

1.1.

Karta tal-Identità Diplomatika

Kategorija A— Kap ta' Missjoni u membri tal-familja tiegħu/tagħha; blù

Kategorija B— Diplomatiku u membri tal-familja tagħha/tiegħu; blù

1.2.

Karta tas-servizz

Kategorija C— Impjegat amministrattiv u membri tal-familja tagħha/tiegħu; ħamra

Kategorija D— impjegat awżiljarju; ħadra

Kategorija E— Qaddej privat; ħadra

Kategorija F— Ċittadin Estonjan u resident pemanenti li jaħdem f'missjoni barranija; ħadra

Kategorija HC— Konslu Onorarju; griża

Kategorija G— Membru tal-persunal ta' organizzazzjoni internazzjonali jew istituzzjoni oħra u l-membri tal-familija tiegħu/tagħha; oranġjo

Karta tal-identità diplomatika  (2)

Quddiem

Wara

Image

Image

Kulur — blu

Kategorija A — Kap tal-Missjoni u membru tal-familja tagħha/tiegħu

Quddiem

Wara

Image

Image

Kulur — blu

Kategorija B — Diplomatiku u membru tal-familja tagħha/tiegħu

Karta tas-servizz

Quddiem

Wara

Image

Image

Kulur — aħmar

Kategorija C — Impjegat amministrattiv u membru tal-familja tagħha/tiegħu

Quddiem

Wara

Image

Image

Kulur — aħdar

Kategorija D — Persunal ta' servizz u membru tal-familja tagħha/tiegħu

Quddiem

Wara

Image

Image

Kulur — aħdar

Kategorija E — Impjegat privat

Quddiem

Wara

Image

Image

Kulur — aħdar

Kategorija F — Impjegat lokali

Quddiem

Wara

Image

Image

Kulur — griż

Kategorija HC — Konslu onorarju

Quddiem

Wara

Image

Image

Kulur — oranġjo

Kategorija G — Membru tal-persunal ta' organizzazzjoni internazzjonali jew istituzzjoni oħra u l-membri tal-familija tiegħu/tagħha

Informazzjoni addizzjonali

Karatteristiċi ġenerali tal-karti kollha maħruġa mill-Estonja:

Kartijiet diplomatiċi u ta' servizz se jsiru l-unika bażi legali għal residenza fl-Estonja għall-persunal akkreditat fl-Estonja tar-rappreżentanti diplomatiċi, stabbilimenti konsulari, jew rappreżentanti ta' organizzazzjonijiet internazzjonali.

Karta diplomatika jew ta' servizz li tkun maħruġa mill-1 ta' Ottubru 2010 li tintitola lill-portatur flimkien mal-passaport, biex jidħol u jivvjaġġa fit-territorju tal-Istati ta' Schengen.

Il-karti diplomatiċi u ta' servizz maħruġa qabel l-1 ta' Ottubru 2010 jibqgħu validi sad-data indikata fuq il-karta, u tkun il-bażi legali għal residenza fl-Estonja flimkien ma' viża valida diplomatika jew ta' servizz, u mhux se jinbidlu f'ġodda għalissa.

Deskrizzjoni teknika tal-karti kollha maħruġa mill-Estonja:

Karta diplomatika jew ta' servizz hija karta tal-plastik bil-kantunieri tondi, b'dimensjonijiet ta' 85×54 mm

Id-dejta fuq in-naħa ta' quddiem tal-karta diplomatika u ta' servizz hija kif ġej:

titolu tal-karta (Karta diplomatika jew ta' servizz Estonjana)

Nru tas-serje

l-isem tal-ambaxxata

isem id-detentur

data tat-twelid

kariga tad-detentur

ritratt

firma tal-portatur

In-naħa ta' wara fiha d-dejta li ġejja:

il-grad tal-immunità

informazzjoni dwar il-bażi legali għal residenza fl-Estonja

l-awtorità li toħroġha (Ministru tal-Affarijiet Barranin, Dipartiment tal-Protokoll tal-Istat, telefon)

valida minn

valida sa

Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin Estonjan għandu joħroġ dawn il-karti diplomatiċi u tas-servizz li ġejjin:

(1)

lill-kap tal-missjoni u lill-membri tal-familja tiegħu karta diplomatika serje A (blu);

(2)

lil diplomatiku u lill-membri tal-familja tiegħu karta diplomatika serje B (blu);

(3)

lil impjegat amministrattiv u lill-membri tal-familja tiegħu karta ta' servizz serje C (ħamra);

(4)

lil persunal ta' servizz u lill-membri tal-familja tiegħu karta ta' servizz serje D (ħadra);

(5)

lill-impjegati privati karta ta' servizz serje E (ħadra);

(6)

lil ċittadin Estonjan u resident permanenti li jaħdem f'missjoni barranija karta ta' servizz serje F (ħadra);

(7)

lil konslu onorarju ta' pajjiż barrani karta ta' servizz serje HC (griża);

(8)

Kartat tas-servizz serje G lil membru tal-persunal ta' organizzazzjoni internazzjonali jew istituzzjoni oħra u l-membri tal-familija tiegħu/tagħha;

Membri tal-familja huma d-dipendenti li ġejjin ta' diplomatiku u li jagħmlu parti mill-istess unità domestika tiegħu/tagħha:

(1)

konjuġi;

(2)

wild mhux miżżewweġ sa mhux iktar minn 21 sena;

(3)

wild mhux miżżewweġ sa mhux iktar minn 23 sena, li jistudja/tistudja f'istituzzjoni tal-edukazzjoni għolja fl-Estonja;

(4)

membru tal-familja ieħor f'każijiet speċjali.

karta diplomatika u ta' servizz ma jinħarġux jekk il-perjodu tal-inkarigu jkun iqsar minn sitt (6) xhur.

Il-karti ta' servizz ma jinħarġux lill-impjegati amministrattivi tal-missjoni barranija li joqogħdu barra l-Estonja.


(1)  ĠU L 105, 13.4.2006, p. 1.

(2)  Jekk jogħġbok ara wkoll l-informazzjoni addizzjonali pprovduta fl-aħħar ta' dan it-test.