14.10.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 362/8 |
Sommarju tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni
tat-2 ta’ April 2014
li tirrigwarda proċediment skont l-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE
(Il-Każ AT.39792 — Barraxa tal-Azzar)
(notifikat bid-dokument Nru C(2014) 2074 finai)
(It-test bl-Ingliż biss huwa awtentiku)
2014/C 362/07
Fit-2 ta’ April 2014, il-Kummissjoni adottat deċiżjoni li tirrigwarda proċediment skont l-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE. Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 30 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 (1) , il-Kummissjoni qiegħda hawnhekk tippubblika l-ismijiet tal-partijiet u l-kontenut prinċipali tad-Deċiżjoni, inkluż kull penalità imposta, fid-dawl tal-interess leġittimu tal-impriżi fil-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali tagħhom.
1. INTRODUZZJONI
(1) |
Id-Deċiżjoni tikkonċerna ksur wieħed u kontinwu tal-Artikolu 101 tat-Trattat u l-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE fis-settur tal-barraxa tal-azzar. Il-barraxa tal-azzar huma partiċelli maħlula tal-azzar, li jkunu jew f’forma tonda (boċċi tal-azzar) jew angulari (naqal tal-azzar), li jintużaw prinċipalment fl-industriji tal-azzar, tal-awtovetturi, tal-metallurġija, tal-petrokimika u tal-qtugħ tal-ġebel. Dawn jiġu manifatturati permezz tal-atomizzazzjoni ta’ azzar maħlul minn fdalijiet tal-azzar, u wara jsiru diversi proċessi ta’ trattament termali u mekkanimu sabiex jieħdu l-karatteristiċi finali tagħhom. L-aġir antikompetittiv identifikat f’dan il-każ ikopri kemm il-boċċi tal-azzar kif ukoll in-naqal tal-azzar fil-gradi kollha tagħhom. Id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-entitajiet li ġejjin: (i) Ervin Industries Inc. u Ervin Amasteel (Ervin); (ii) WHA Holding SAS u Winoa SA (Winoa); (iii) Metalltechnik Schmidt GmbH & Co. KG (MTS) u (iv) Eisenwerk Würth GmbH (Würth). |
2. DESKRIZZJONI TAL-KAŻ
2.1. Il-Proċedura
(2) |
Wara l-applikazzjoni għall-immunità minn Ervin, il-Kummissjoni għamlet spezzjonijiet għall-għarrieda bejn il-15 u s-17 ta’ Ġunju 2010 fil-proprjetajiet ta’ diversi produtturi tal-barraxa tal-azzar. |
(3) |
Matul l-investigazzjoni, il-Kummissjoni bagħtet ukoll diversi talbiet għal informazzjoni skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003. |
(4) |
Fis-16 ta’ Jannar 2013, il-Kummissjoni bdiet proċedimenti skont l-Artikolu 11(6) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 kontra d-destinatarji tad-Deċiżjoni kif ukoll kontra parti oħra bl-għan li jidħlu f’diskussjonijiet dwar riżolviment. Il-laqgħat għal riżolviment saru bejn Frar 2013 u Diċembru 2013. Sussegwentement, Ervin, Winoa, MTS u Würth ressqu lill-Kummissjoni t-talba formali tagħhom għal riżolviment skont l-Artikolu 10a(2) tar-Regolament (KE) Nru 773/2004 (2). |
(5) |
Fit-13 ta’ Frar 2014, il-Kummissjoni adottat Dikjarazzjoni ta’ Oġġezzjonijiet indirizzata lil Ervin, Winoa, MTS u Würth. Dawn il-partijiet kollha kkonfermaw li din kienet tirrifletti l-kontenut tas-sottomissjonijiet tagħhom u li għalhekk huma għadhom impenjati li jsegwu l-proċedura tar-riżolviment. Il-Kumitat Konsultattiv fil-Qasam tal-Prattiki Restrittivi u Pożizzjonijiet Dominanti ħareġ opinjoni favorevoli fil-31 ta’ Marzu 2014 u l-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni fit-2 ta’ April 2014. |
2.2. Destinatarji u dewmien
(6) |
Id-destinatarji tad-Deċiżjoni pparteċipaw f’kartell u/jew iġorru r-responsabilità għalih, bi ksur għalhekk tal-Artikolu 101 tat-Trattat, matul il-perjodi indikati hawn taħt:
|
(7) |
Ervin Industries Inc. hija responsabbli in solidum bħala kumpannija possedenti għall-parteċipazzjoni tas-sussidjarja tagħha Ervin Amasteel. WHA Holding SAS u Winoa SA huma wkoll responsabbli għall-komportament tas-sussidjarji direttament jew indirettament fil-pusses sħiħ tagħhom u WHA Holding SAS hija wkoll responsabbli in solidum għall-komportament ta’ Winoa SA. |
2.3. Sommarju tal-ksur
(8) |
Id-Deċiżjoni tikkonċerna kartell li l-għan aħħari tiegħu kien li jikkoordina l-prezzijiet ta’ barraxa tal-azzar u li jirrestrinġi l-kompetizzjoni fil-prezzijiet. Sabiex jilħqu l-għan tagħhom il-partijiet daħlu f’kuntatti antikompetittivi frekwenti, fuq bażi bilaterali kif ukoll multilaterali. Dawn il-kuntatti ntużaw mill-partijiet biex jiddiskutu l-elementi ewlenin tal-prezz applikabbli għall-bejgħ kollu tagħhom fiż-ŻEE ta’ barraxa tal-azzar u b’mod partikolari biex:
|
(9) |
L-ambitu ġeografiku tal-komportament fir-rigward tal-partijiet kollha kien mifrux madwar iż-ŻEE, matul il-perijodu kollu tal-parteċipazzjoni tagħhom. |
2.4. Rimedji
(10) |
Id-Deċiżjoni tapplika l-Linji Gwida tal-2006 dwar il-Multi (3). Bl-eċċezzjoni ta’ Ervin, id-Deċiżjoni timponi multi fuq l-entitajiet kollha elenkati taħt il-punt (6) hawn fuq. |
2.4.1. Ammont bażiku tal-multa
(11) |
Fil-kalkolu tal-multi, il-Kummissjoni ħadet inkunsiderazzjoni l-bejgħ tal-entitajiet parteċipanti fis-swieq ikkonċernati fl-aħħar sena qabel it-tmiem tal-kartell, il-fatt li l-arranġamenti ta’ koordinazzjoni tal-prezzijiet huma fost ir-restrizzjonijiet tal-kompetizzjoni l-iktar serji, it-tul tal-kartell u ammont addizzjonali sabiex l-impriżi jiġu skoraġġuti milli jidħlu fi prattiki ta’ koordinazzjoni tal-prezzijiet. |
2.4.2. Aġġustamenti tal-ammont bażiku
(12) |
Il-Kummissjoni ma applikat l-ebda ċirkostanza aggravanti. Madankollu, il-Kummissjoni kkunsidrat li fil-każ ta’ MTS u Würth japplikaw ċirkustanzi attenwanti peress li l-evidenza wriet li huma kkontribwixxew f’livell anqas minn partijiet oħra f’xi arranġamenti għaż-żamma tal-kartell. |
2.4.3. Adozzjoni tal-ammont bażiku aġġustat
(13) |
Fid-dawl taċ-ċirkustanzi speċifiċi ta’ dan il-każ, il-Kummissjoni eżerċitat is-setgħa diskrezzjonali tagħha skont il-punt 37 tal-Linji Gwida dwar il-Multi tal-2006 u adattat il-multi b’tali mod li jitqies il-proporzjon tal-bejgħ tal-prodott fil-kartell fil-fatturat totali u d-differenzi bejn il-partijiet skont il-parteċipazzjoni individwali tagħhom fil-ksur. |
2.4.4. Applikazzjoni tal-limitu massimu tal-10 % tal-fatturat
(14) |
F’dan il-każ, l-ebda waħda mill-multi ma taqbeż l-10 % tal-fatturat totali ta’ impriża għall-2012. |
2.4.5. Applikazzjoni tal-Avviż ta’ Klemenza tal-2006: tnaqqis ta’ multi
(15) |
Il-Kummissjoni kkonċediet immunità sħiħa mill-multa lil Ervin. |
2.4.6. Applikazzjoni tan-Notifika ta’ Riżolviment
(16) |
B’riżultat tal-applikazzjoni tan-Notifika ta’ Riżolviment, l-ammont tal-multi imposti fuq id-destinatarji kollha tnaqqas b’10 %. |
3. KONKLUŻJONI
(17) |
Il-multi li ġejjin kienu imposti skont l-Artikolu 23(2) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003. (a) Ervin Industries Inc. u Ervin Amasteel, in solidum: EUR 0; (b) Winoa SA: EUR 8 046 000; (c) Winoa sa u WHA Holding SAS, in solidum: EUR 19 519 000; (d) Metalltechnik Schmidt GmbH & Co. KG: EUR 2 079 000; (e) Eisenwerk Würth GmbH: EUR 1 063 000. |
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 773/2004 tas-7 ta’ April 2004 dwar it-tmexxija ta’ proċeduri mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 81 sa 82 tat-Trattat tal-KE (ĠU L 123, 27.4.2004, p. 18).