18.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 321/4


Pubblikazzjoni ta’ talba għal emenda skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

2014/C 321/05

Din il-pubblikazzjoni tagħti d-dritt li wieħed joġġezzjona għat-talba għal emenda skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).

TALBA GĦAL EMENDA

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006

dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel  (2)

TALBA GĦAL EMENDA SKONT L-ARTIKOLU 9

“SCHWÄBISCHE MAULTASCHEN”/“SCHWÄBISCHE SUPPENMAULTASCHEN”

Nru tal-KE: DE-PGI-0105-01165 — 21.10.2013

IĠP ( X ) DPO ( )

1.   Intestatura tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott affettwata mill-emenda

    Isem il-prodott

    Deskrizzjoni tal-prodott

    Żona ġeografika

    Prova tal-oriġini

    Metodu tal-produzzjoni

    Rabta maż-żona ġeografika

    Tikkettar

    Rekwiżiti nazzjonali

    Oħrajn (għandhom jiġu speċifikati)

2.   Tip ta’ emenda/emendi

    Emenda tad-dokument uniku jew tas-sommarju

    Emenda tal-ispeċifikazzjoni tad-DPO jew tal-IĠP irreġistrata, li għaliha la d-dokument uniku u lanqas is-sommarju ma ġew ippubblikati

    Emenda tal-ispeċifikazzjoni li ma għandhiex bżonn emendi tad-dokument uniku ppubblikat (l-Artikolu 9(3) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)

    Emenda temporanja tal-ispeċifikazzjoni li tirriżulta minn miżuri sanitarji jew fitosanitarji obbligatorji imposti mill-awtoritajiet pubbliċi (l-Artikolu 9(4) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)

3.   Emenda/emendi:

Emendi mitluba:

(b) Deskrizzjoni:

It-taqsima msejħa “Kompożizzjoni” għandha tinbidel b’dan li ġej:

Kompożizzjoni

Qoxra tal-għaġina

Ingredjenti obbligatorji:

Smid tal-qamħ durum u/jew dqiq u/jew dqiq tal-ispelt u/jew smid tal-ispelt

Βajda sħiħa

Ιlma

Ingredjenti fakultattivi:

Μelħ, melħ imħallat bil-jodju, melħ tal-baħar

Ħxejjex aromatiċi u/jew spinaċi

Żejt magħmul mill-ħxejjex

Mili abbażi tal-laħam

Ingredjenti bażiċi:

Ingredjenti obbligatorji:

Laħam tal-majjal u/jew ċanga u/jew vitella.

Ingredjenti fakultattivi:

Qoxra, bejken, grass tal-laħam taċ-ċanga

Laħam taż-żaqq affumikat, prodotti ppriservati nejjin (pereżempju z-zalzett tat-tip ‘Landjäger’), perżut ippriservat

Bajda sħiħa

Ilma

Ħaxix li ġej miż-żona ġeografika, frisk u/jew iffriżat, bħal pereżempju l-ispinaċi, il-pitravi, il-karrotti, il-basal (inkluż il-basal mixwi), il-piżelli, il-fażola, il-patata, il-karfus, iz-zunnarija bajda, il-kurrat, it-tewm ta’ weraq wiesa’

Ħobż (ħobż abjad jew ismar jew magħmul mill-ispelt, ukoll imnixxef u mitħun bħala frak tal-ħobż

Żejt magħmul mill-ħxejjex

Ingredjenti għat-taħwir tal-ikel (massimu ta’ 3 %):

Ingredjenti fakultattivi:

Ħwawar u ħxejjex aromatiċi, bħat-tursin, il-kurrat salvaġġ, il-karfus frisk jew imnixxef jew iffriżat, it-taħwir tal-ikel u l-estratti tal-ħwawar

L-ingredjenti għat-taħlil tal-ikel (iz-zokkor, il-glukożju, il-ġulepp tal-glukożju, iz-zokkor tal-kannamieli u l-għasel)

Melħ, melħ imħallat bil-jodju, melħ tal-baħar, melħ tal-blat, melħ mill-oħxon, melħ tan-nitritu għall-pikles (għall-ingredjenti bażiċi fakultattivi tal-mili abbażi tal-laħam biss: laħam taż-żaqq affumikat, prodotti ppriservati nejjin, perżut ippriservat).

Ingredjenti li ma jintużawx għat-taħwir tal-ikel (massimu ta’ 2 %):

Ingredjenti fakultattivi:

Lamti, mhux immodifikati

Sustanzi li jgħaqqdu (id-dqiq magħmul mill-ħarrub, il-gomma mill-pjanta tat-tip Cyamopsis tetragonoloba, il-gomma mill-batterju Xanthomonas campestris)

Sustanzi li jgħinu fil-proċess tal-qtugħ (iċ-ċitrat, il-fosfat)

Stabbilizzaturi (iċ-ċitrat, l-aċetat, l-aċidu organiku)

Gluteina tal-qamħ u/jew polenta

Trab tal-proteina tal-bajd; trab tal-bajd sħiħ

Żejt magħmul mill-ħxejjex

Antiossidanti (l-aċidu askorbiku, l-askorbat tas-sodju, l-aċidu ċitriku, iċ-ċitrat)

Mili abbażi tal-ħaxix:

Ingredjenti bażiċi:

Ingredjenti obbligatorji:

Ħaxix li ġej miż-żona ġeografika, frisk u/jew imnixxef u/jew iffriżat, bħal pereżempju l-ispinaċi, il-pitravi, il-karrotti, il-basal (inkluż il-basal mixwi), il-piżelli, il-fażola, il-patata, il-karfus, iz-zunnarija bajda, il-kurrat, it-tewm ta’ weraq wiesa’ u l-qamħirrum

Ingredjenti fakultattivi:

Prodotti tal-ħalib, bħal pereżempju l-ġobon Ġermaniż imsejjaħ ‘quark’, il-ġobon frisk u l-ġobon

Ħobż (ħobż abjad jew ismar jew magħmul mill-ispelt, ukoll imnixxef u mitħun bħala frak tal-ħobż

Bajda sħiħa

Ilma.

Ingredjenti għat-taħwir tal-ikel (massimu ta’ 3 %):

Ingredjenti fakultattivi:

Ħwawar u ħxejjex aromatiċi, bħat-tursin, il-kurrat salvaġġ, il-karfus frisk, imnixxef jew iffriżat, it-taħwir tal-ikel u l-estratti tal-ħwawar

L-ingredjenti għat-taħlil tal-ikel (iz-zokkor, il-glukożju, il-ġulepp tal-glukożju, iz-zokkor tal-kannamieli u l-għasel)

Melħ, melħ imħallat bil-jodju, melħ tal-baħar, melħ tal-blat, melħ mill-oħxon

Ingredjenti li ma jintużawx għat-taħwir tal-ikel (massimu ta’ 2 %):

Ingredjenti fakultattivi:

Lamti, mhux immodifikati

Sustanzi li jgħaqqdu (id-dqiq magħmul mill-ħarrub, il-gomma mill-pjanta tat-tip Cyamopsis tetragonoloba, il-gomma mill-batterju Xanthomonas campestris)

Sustanzi li jgħinu fil-proċess tal-qtugħ (iċ-ċitrat/il-fosfat)

Stabbilizzaturi (iċ-ċitrat, l-aċetat u l-aċidu organiku)

Gluteina tal-qamħ u/jew polenta

Trab tal-proteina tal-bajd; trab tal-bajd sħiħ

Żejt magħmul mill-ħxejjex

Antiossidanti (l-aċidu askorbiku, l-askorbat tas-sodju, l-aċidu ċitriku, iċ-ċitrat)”

Fit-taqsima msejħa “Il-kriterji tal-kwalità”, mad-deskrizzjoni ta’ lewn il-qoxra tal-għaġina għandha tiżdied il-frażi li ġejja: “… jew ħadra jew imtektka jekk ikun fiha l-ispinaċi jew il-ħxejjex aromatiċi”.

Fit-taqsima msejħa “Il-konsistenza” tal-mili, il-kelma “taħlita” għandha tinbidel bil-kelma “struttura”.

Fit-taqsima msejħa “Il-kontenut ta’ laħam”, wara l-frażi “mill-inqas 8 %” għandha tiżdied il-frażi “tal-piż totali”.

Għandhom jiżdiedu wkoll id-dettalji li ġejjin dwar l-ammont ta’ ħaxix: “Ammont ta’ ħaxix: mill-inqas 20 % tal-piż totali; (għall-mili tal-ħaxix) mill-inqas 30 % tal-mili jrid ikun ħaxix”.

Raġuni għall-emendi :

L-emendi proposti se jgħinu biex jiġu ddefiniti biċ-ċar u bis-sħiħ l-ingredjenti obbligatorji u fakultattivi, b’mod speċjali fil-każ tal-prodotti mimlijin bil-ħaxix.

Din it-talba tressqet fuq talba tal-awtoritajiet ta’ kontroll rilevanti ta’ Baden-Württemberg, li xtaqu jkollhom idea iktar ċara tal-ingredjenti li jridu jintużaw f’dan il-prodott u li jistgħu jintużaw fih.

DOKUMENT UNIKU

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006

dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel  (3)

“SCHWÄBISCHE MAULTASCHEN”/“SCHWÄBISCHE SUPPENMAULTASCHEN”

Nru tal-KE: DE-PGI-0105-01165 — 21.10.2013

IĠP ( X ) DPO ( )

1.   Isem

“Schwäbische Maultaschen”/“Schwäbische Suppenmaultaschen”

2.   Stat Membru jew Pajjiż Terz

Il-Ġermanja

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel

3.1.   It-tip ta’ prodott

Il-kategorija 2.7. Għaġin

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem mogħti fil-punt 1

Għaġina mimlija b’taħlita ta’ laħam u/jew ħaxix.

L-għaġina friska jew fil-pakkett tkun f’forma kwadra jew tkun imrembla; biex tittiekel titgħalla jew tinxtewa.

3.3.   Il-materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)

Kompożizzjoni

Qoxra tal-għaġina

Ingredjenti obbligatorji:

Smid tal-qamħ durum u/jew dqiq u/jew dqiq tal-ispelt u/jew smid tal-ispelt

Bajda sħiħ

Ilma

Ingredjenti fakultattivi:

Melħ, melħ imħallat bil-jodju, melħ tal-baħar

Ħxejjex aromatiċi u/jew spinaċi

Żejt magħmul mill-ħxejjex

Mili abbażi tal-laħam

Ingredjenti bażiċi:

Ingredjenti obbligatorji:

Laħam tal-majjal u/jew ċanga u/jew vitella

Ingredjenti fakultattivi:

Qoxra, bejken, grass tal-laħam taċ-ċanga

Laħam taż-żaqq affumikat, prodotti ppriservati nejjin (pereżempju z-zalzett tat-tip “Landjäger”), perżut ippriservat

Bajda sħiħa

Ilma

Ħaxix li huwa tipiku taż-żona ġeografika, frisk u/jew iffriżat, bħal pereżempju l-ispinaċi, il-pitravi, il-karrotti, il-basal (inkluż il-basal mixwi), il-piżelli, il-fażola, il-patata, il-karfus, iz-zunnarija bajda, il-kurrat, it-tewm ta’ weraq wiesa’ u l-qamħirrum. Il-ħaxix li jintuża jista’ jkun ġej minn reġjuni oħra wkoll

Ħobż (ħobż abjad jew ismar jew magħmul mill-ispelt, ukoll imnixxef u mitħun bħala frak tal-ħobż

Żejt magħmul mill-ħxejjex

Ingredjenti għat-taħwir tal-ikel (massimu ta’ 3 %):

Ingredjenti fakultattivi:

Ħwawar u ħxejjex aromatiċi, bħat-tursin, il-kurrat salvaġġ, il-karfus frisk jew imnixxef jew iffriżat, it-taħwir tal-ikel u l-estratti tal-ħwawar

L-ingredjenti għat-taħlil tal-ikel (iz-zokkor, il-glukożju, il-ġulepp tal-glukożju, iz-zokkor tal-kannamieli u l-għasel)

Melħ, melħ imħallat bil-jodju, melħ tal-baħar, melħ tal-blat, melħ mill-oħxon, melħ tan-nitritu għall-pikles (għall-ingredjenti bażiċi fakultattivi tal-mili abbażi tal-laħam biss: laħam taż-żaqq affumikat, prodotti ppriservati nejjin, perżut ippriservat)

Ingredjenti li ma jintużawx għat-taħwir tal-ikel (massimu ta’ 2 %):

Ingredjenti fakultattivi:

Lamti, mhux immodifikati

Sustanzi li jgħaqqdu (id-dqiq magħmul mill-ħarrub, il-gomma mill-pjanta tat-tip Cyamopsis tetragonoloba, il-gomma mill-batterju Xanthomonas campestris)

Sustanzi li jgħinu fil-proċess tal-qtugħ (iċ-ċitrat, il-fosfat)

Stabbilizzaturi (iċ-ċitrat, l-aċetat, l-aċidu organiku)

Gluteina tal-qamħ u/jew polenta

Trab tal-proteina tal-bajd; trab tal-bajd sħiħ

Żejt magħmul mill-ħxejjex

Antiossidanti (l-aċidu askorbiku, l-askorbat tas-sodju, l-aċidu ċitriku, iċ-ċitrat)

Mili abbażi tal-ħaxix

Ingredjenti bażiċi:

Ingredjenti obbligatorji:

Ħaxix li huwa tipiku taż-żona ġeografika, frisk u/jew imnixxef u/jew iffriżat, bħal pereżempju l-ispinaċi, il-pitravi, il-karrotti, il-basal (inkluż il-basal mixwi), il-piżelli, il-fażola, il-patata, il-karfus, iz-zunnarija bajda, il-kurrat, it-tewm ta’ weraq wiesa’ u l-qamħirrum. Il-ħaxix li jintuża jista’ jkun ġej minn reġjuni oħra wkoll.

Ingredjenti fakultattivi:

Prodotti tal-ħalib, bħal pereżempju l-ġobon Ġermaniż imsejjaħ “quark”, il-ġobon frisk u l-ġobon

Ħobż (ħobż abjad jew ismar jew magħmul mill-ispelt, ukoll imnixxef u mitħun bħala frak tal-ħobż

Bajda sħiħa

Ilma

Ingredjenti għat-taħwir tal-ikel (massimu ta’ 3 %):

Ingredjenti fakultattivi:

Ħwawar u ħxejjex aromatiċi, bħat-tursin, il-kurrat salvaġġ, il-karfus frisk, imnixxef jew iffriżat, it-taħwir tal-ikel u l-estratti tal-ħwawar

L-ingredjenti għat-taħlil tal-ikel (iz-zokkor, il-glukożju, il-ġulepp tal-glukożju, iz-zokkor tal-kannamieli u l-għasel)

Melħ, melħ imħallat bil-jodju, melħ tal-baħar, melħ tal-blat, melħ mill-oħxon

Ingredjenti li ma jintużawx għat-taħwir tal-ikel (massimu ta’ 2 %):

Ingredjenti fakultattivi:

Lamti, mhux immodifikati

Sustanzi li jgħaqqdu (id-dqiq magħmul mill-ħarrub, il-gomma mill-pjanta tat-tip Cyamopsis tetragonoloba, il-gomma mill-batterju Xanthomonas campestris)

Sustanzi li jgħinu fil-proċess tal-qtugħ (iċ-ċitrat/il-fosfat)

Stabbilizzaturi (iċ-ċitrat, l-aċetat u l-aċidu organiku)

Gluteina tal-qamħ u/jew polenta

Trab tal-proteina tal-bajd; trab tal-bajd sħiħ

Żejt magħmul mill-ħxejjex

Antiossidanti (l-aċidu askorbiku, l-askorbat tas-sodju, l-aċidu ċitriku, iċ-ċitrat)

Il-kriterji tal-kwalità/Ir-rekwiżiti minimi għall-prodotti tat-tip “Schwäbische Maultaschen” mimlijin bil-laħam jew bil-ħaxix:

Il-kulur/id-dehra:

il-qoxra tal-għaġina: bejn isfar ċar u griż ċar jew ħadra jew imtektka jekk ikun fiha l-ispinaċi jew il-ħxejjex aromatiċi.

 

il-mili: maħlul, bi struttura li tingħaraf

Il-forma:

f’forma ta’ kaxxa jew imrembla

Il-qisien:

“Standardmaultasche”:

tul: 55 sa 100 millimetru

wisa’: 50 sa 90 millimetru

għoli: 15 sa 25 millimetru

 

“Suppenmaultasche”:

tul: 10 sa 55 millimetru

wisa’: 10 sa 50 millimetru

għoli: 5 sa 20 millimetru

Il-piż:

“Standardmaultasche”:

“Suppenmaultasche”:

40 sa 150 gramma

10 sa 40 gramma

Il-konsistenza:

Il-qoxra tal-għaġina: naqra iebsa u li ma twaħħalx

il-mili: artab, taħlita magħquda

Bajda sħiħa:

Bbajda sħiħa tal-kategorija A, b’kontenut ta’ materja niexfa ta’ mill-inqas 23 %.

Ammont ta’ laħam:

mill-inqas 8 % tal-piż totali;

(għall-mili tal-laħam)

Ammont ta’ proteina: mill-inqas 7,0 % ta’ proteina tal-laħam fibruża u mingħajr proteini fil-mili tal-laħam

Ammont ta’ ħaxix:

mill-inqas 20 % tal-piż totali

(għall-mili tal-ħaxix)

mill-inqas 30 % tal-mili jrid ikun ħaxix.

3.4.   L-għalf (għall-prodotti li ġejjin mill-annimali biss)

3.5.   L-istadji speċifiċi tal-produzzjoni li għandhom jitwettqu fiż-żona ġeografika identifikata

Il-proċess kollu tal-produzzjoni jitwettaq fiż-żona ġeografika identifikata.

3.6.   Ir-regoli speċifiċi għat-tqattigħ, għall-ħakk, għall-ippakkjar, eċċ.

3.7.   Ir-regoli speċifiċi għat-tikkettar

4.   Deskrizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika

Iż-żona ġeografika ta’ Schwaben tinkludi r-reġjun kollu ta’ Baden-Württemberg kif ukoll id-distrett amministrattiv kollu ta’ Schwaben fir-reġjun tal-Bavarja.

5.   Rabta maż-żona ġeografika

5.1.   L-ispeċifiċità taż-żona ġeografika

Il-prodott imsejjaħ “schwäbische Maultasche” għandu tradizzjoni li tmur lura mijiet ta’ snin fiż-żona ġeografika identifikata. Minbarra li huwa l-ikla tradizzjonali ta’ Ħamis ix-Xirka matul ir-Randan, fir-reġjun ta’ Schwaben dan il-prodott sar ukoll ikla favorita ferm għal matul is-sena kollha. Illum il-ġurnata kważi l-ħwienet tal-laħam, il-produtturi tal-prodotti tal-laħam u r-ristoranti normali kollha joffru l-“Maultaschen” bħala wieħed mill-prodotti tagħhom.

5.2.   L-ispeċifiċità tal-prodott

Il-prodott imsejjaħ “schwäbische Maultasche” huwa speċjalità tradizzjonali tar-reġjun ta’ Schwaben, li jgawdi minn fama tajba fost il-konsumaturi. L-ebda ikel tar-reġjun ta’ Schwaben ma huwa daqshekk maħbub u magħruf bħala speċjalità lil hinn sewwa mill-fruntieri tar-reġjun (fir-reġjun ta’ Baden-Württemberg kif ukoll fid-distrett amministrattiv ta’ Schwaben fir-reġjun tal-Bavarja) daqs ix-“schwäbische Maultasche”. Ħafna drabi din l-ispeċjalità tissemma flimkien man-nies magħrufa u mas-sejbiet importanti tar-reġjun.

Wieħed isib referenza għall-“Maultaschen” kemm fil-letteratura tar-reġjun ta’ Schwaben kif ukoll f’għadd kbir ta’ festi u drawwiet tar-reġjun.

Kull sena, fil-Ħarifa, fi Freiberg am Neckar, issir b’mod tradizzjonali l-festa msejħa “Maultaschenfest” (il-festa tal-“Maultaschen”). Fil-muniċipalità ta’ Baiersbronn tintgħażel saħansitra r-reġina tal-“Maultaschen”, imsejħa l-“Maultaschenkönigin”. Il-“Maultasche” għandha rwol ukoll fil-qasam turistiku. B’dan il-mod, madwar il-belt żgħira residenzjali u storika ta’ Bad Urach hemm triq imsejħa l-“Maultaschen-Weg” li toffri veduti ġenerali lejn l-Alpi tar-reġjun ta’ Schwaben bil-kampanja ta’ madwarhom u l-ispeċjalitajiet tal-kċina tar-reġjun.

Bl-istess mod, ir-reġjun ta’ Schwaben għandu wkoll diversi rekords dinjin b’rabta mal-“Maultaschen”. Fl-1982, lukandier minn Maulbronn fir-reġjun ta’ Schwaben għamel 1 134“Maultasche” fi 22 minuta u b’hekk għadda r-rekord li kien laħaq is-sena ta’ qabel biċċier espert minn Stuttgart-Untertürkheim. Fl-1987, l-istess lukandier daħal fil-“Guinness Book of Records” meta għamel “Maultasche” enormi. Għaxar snin wara, fl-1997, xi koki minn Freiberg am Neckar għamlu rekord ġdid. Dan ir-rekord inkiser ftit wara, fis-sena 2000, mill-koki minn Baiersbronn.

Il-letteratura tar-reġjun ta’ Schwaben hija mimlija poeżiji u stejjer dwar il-“Maultasche”. Il-kittieb mir-reġjun ta’ Schwaben Thaddäus Troll sa wasal biex qabbel, b’nofs ċajta, l-istess identità tan-nies ta’ Schwaben ma’ “Maultasche”. Il-poeta mir-reġjun ta’ Schwaben Heinz Eugen Schramm, li kien jikteb bid-djalett, kiteb poeżija dwar il-produzzjoni tal-“Maultasche”. Il-poeta Friedrich E. Vogt, li wkoll kien mir-reġjun ta’ Schwaben u kien jikteb bid-djalett, b’mod letterarju wkoll żgura li l-“Maultaschen” ikollhom post regolari fil-menu tar-reġjun ta’ Schwaben.

5.3.   Ir-rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għad-DPO), jew kwalità speċifika, ir-reputazzjoni jew karatteristiċi oħrajn tal-prodott (għall-IĠP)

Minħabba t-tradizzjoni twila tal-prodott imsejjaħ “schwäbische Maultasche” fir-reġjun ta’ Schwaben u l-fatt li dan jifforma parti integrali mill-kultura ta’ dan ir-reġjun, dan il-prodott sar speċjalità reġjonali magħrufa u mfittxija lil hinn mill-fruntieri ta’ dan ir-reġjun, li l-fama tiegħu tiddependi ħafna fuq l-oriġini ġeografika tiegħu.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni

(L-Artikolu 5(7) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 (4))

https://register.dpma.de/DPMAregister/geo/detail/30499901.6


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12. Mibdul bir-Regolament (UE) Nru 1151/2012.

(3)  Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 2.

(4)  Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 2.