28.1.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 25/4


Komunikazzjoni skont l-Artikoli 3(2), 6(2), 13(3), 20(1), 20(1a) u 23(4) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 802/2004 (1) li jimplementa r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) dwar il-kontroll tal-konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi, l-aħħar emendat mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1269/2013 (3)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2014/C 25/04

Introduzzjoni

L-Artikoli 3(2), 6(2), 13(3), 20(1) u 20(1a) tar-Regolament (KE) Nru 802/2004 jirrikjedu notifiki, sottomissjonijiet motivati, kummenti dwar l-oġġezzjonijiet tal-Kummissjoni u l-impenji offruti mill-impriżi kkonċernati u l-Formula RM li għandha titressaq lill-Kummissjoni fil-format u b'għadd ta' kopji speċifikati mill-Kummissjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Hawn il-Kummissjoni tispeċifika, skont l-Artikoli 3(2), 6(2), 13(3), 20(1) u 20(1a) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 802/2004, għandhom jingħataw in-numru u l-format li fih in-notifiki, is-sottomissjonijiet motivati, il-kummenti dwar l-oġġezzjonijiet tal-Kummissjoni, l-impenji offruti mill-impriżi kkonċernati u l-Formula RM.

L-Artikolu 23(4) tar-Regolament (KE) Nru 802/2004 jirrikjedi li d-dokumenti jew kwalunkwe kopji addizzjonali ta' dokumenti mressqa lill-Kummissjoni b'mod elettroniku għandhom jitressqu fil-format speċifiku mill-Kummissjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u li dawk is-sottomissjonijiet mibgħuta b'email għandhom jintbagħtu fl-indirizz tal-email ippubblikat mill-Kummissjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Hawn il-Kummissjoni tispeċifika, skont l-Artikolu 23(4) tar-Regolament (KE) Nru 802/2004, il-format li fih għandhom jintbagħtu sottomissjonijiet elettroniċi u l-indirizz tal-email li fih għandhom jintbagħtu sottomissjonijiet bl-email.

Notifiki: Il-Formula CO u l-Formula Qasira CO (l-Annessi I, II għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 802/2004)

Sottomissjonijiet motivati (4): – Il-Formula RS (l-Anness VIII mar-Regolament (KE) Nru 802/2004)

Impenji offruti mill-impriżi kkonċernati u l-Formula RM (l-Anness IV mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 802/2004)

Kummenti dwar l-oġġezzjonijiet tal-Kummissjoni

(1)

Oriġinal iffirmat fuq karta.

(2)

Tliet kopji fuq karta tas-sottomissjoni sħiħa. Kopji fuq karta jistgħu jiġu rinunzjati jew jistgħu jiġu mitluba kopji addizzjonali mit-tim inkarigat mill-każ.

(3)

Żewġ kopji tas-sottomissjoni f'format ta' CD- jew DVD-ROM (il-“midjum”). Jinżammu l-ispeċifikazzjonijiet li ġejjin:

(a)

Il-fajls f'dan il-midjum ikunu f'Portable Document Format (PDF) mhux protetti u li jistgħu jiġu mfittxija jew f'format spreadsheet mhux protett u preferebbilment kull wieħed ma għandux jaqbeż l-40 MB (mega-bytes) fid-daqs. Il-kopja tas-sottomissjoni tista' tinħażen fuq bosta CD-ROMs jew DVD-ROMs.

(b)

Il-fajls għandhom jingħataw isem li jippermetti identifikazzjoni faċli tat-taqsima fil-Formula CO, fil-Formula Qasira CO, fil-Formula RS jew fil-Formula RM li dawn jirreferu għalihom.

(c)

Kull fajl ikollu n-numru tal-proċediment li għalihom tkun saret is-sottomissjoni.

(d)

Lista tal-fajls kollha fil-midjum tintbagħat f'fajl separat fil-midjum.

Format tas-sottomissjonijiet elettroniċi

Kwalunkwe sottomissjoni għajr dik imsemmija hawn fuq, għandha tkun konformi mar-regoli li ġejjin:

Containers (zip, rar, 7zip, eċċ.) għandhom jiġu evitati.

Jekk possibbli, fajls .pst għandhom jiġu evitati. Jekk mhux possibbli, id-daqs ma jaqbiżx il-500 MB.

Id-daqs tal-Adobe Portable Document Format (PDF) li ma jistax jiġi mfittex għandu jkun limitat għal 30 MB. Fajls multipli ma għandhomx jinħażnu f'PDF wieħed.

Fajls Lotus Notes għandhom jiġu evitati.

Fajls individwali ma għandhomx ikunu mħarsa b'password. Jekk ikun hemm bżonn ta' protezzjoni, għandu jintuża TrueCrypt għall-encryption.

L-indirizz tal-email għall-korrispondenza tal-email

Korrispondenza mibgħuta b'email għandha tintbagħat lil comp-merger-registry@ec.europa.eu

Data tal-applikabbiltà ta' din il-komunikazzjoni

L-istruzzjonijiet li jinsabu f'din il-komunikazzjoni jkunu applikabbli mid-data wara l-pubblikazzjoni tagħha.


(1)  ĠU L 133, 30.4.2004, p. 1.

(2)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.

(3)  ĠU L 336, 14.12.2013, p. 1.

(4)  Sottomissjonijiet motivati fit-tifsira tal-Artikolu 4(4) u 4(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004.