16.12.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 452/35 |
RAPPORT
dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta għall-Inizjattiva dwar il-Mediċini Innovattivi għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mar-risposti tal-Impriża Konġunta
(2014/C 452/05)
WERREJ
|
Paragrafu |
Page |
Introduzzjoni |
1 – 5 |
36 |
Informazzjoni li tappoġġa d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni |
6 |
36 |
Dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni |
7 – 15 |
36 |
Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet |
12 |
37 |
Bażi għal opinjoni kwalifikata dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet |
13 |
37 |
Opinjoni kwalifikata dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet |
14 |
38 |
Kummenti dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja |
16 – 18 |
38 |
Implimentazzjoni tal-baġit |
16 – 17 |
38 |
Sejħiet għal proposti |
18 |
38 |
Kwistjonijiet oħra |
19 – 27 |
38 |
Qafas legali |
19 |
38 |
Uffiċċju tal-awditjar intern u s-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni |
20 – 21 |
38 |
Monitoraġġ u rappurtar tar-riżultati fir-riċerka |
22 |
39 |
Kunflitti ta' interess |
23 |
39 |
It-Tieni Evalwazzjoni Interim tal-Kummissjoni |
24 – 25 |
39 |
Segwitu għall-osservazzjonijiet preċedenti |
26 – 27 |
39 |
INTRODUZZJONI
1. |
L-Impriża Konġunta Ewropea għall-implimentazzjoni tal-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta dwar il-Mediċini Innovattivi (l-Impriża Konġunta għall-IMI), li tinsab fi Brussell, ġiet stabbilita f'Diċembru 2007 (1) għal perjodu ta' 10 snin. |
2. |
L-objettiv tal-Impriża Konġunta għall-IMI huwa li ttejjeb b'mod sinifikanti l-effiċjenza u l-effettivitità tal-proċess ta' żvilupp tal-mediċini, bil-għan fuq perjodu fit-tul li s-settur farmaċewtiku jipproduċi mediċini innovattivi aktar effettivi u siguri (2). |
3. |
Il-membri fundaturi tal-Impriża Konġunta huma l-Unjoni Ewropea, irrappreżentata mill-Kummissjoni, u l-Federazzjoni Ewropea tal-Industriji u l-Assoċjazzjonijiet Farmaċewtiċi (EFPIA). Kwalunkwe entità legali li tappoġġa r-riċerka u l-iżvilupp b'mod dirett jew indirett fi Stat Membru jew f'pajjiż assoċjat mas-Seba' Programm Kwadru (3) tista' tapplika biex issir membru tal-Impriża Konġunta għall-IMI. |
4. |
Il-kontribuzzjoni massima mill-UE lill-Impriża Konġunta għall-IMI, biex tkopri l-kost operazzjonali u l-attivitajiet ta' riċerka, hija ta' EUR 1 biljun li għandha titħallas mill-baġit tas-Seba' Programm Kwadru. L-UE u l-EFPIA, bħala membri fundaturi, għandhom jikkontribwixxu b'mod ugwali għall-kost operazzjonali, kull wieħed minnhom b'ammont li ma jaqbiżx l-4 % tal-kontribuzzjoni totali mill-UE. Membri oħra għandhom jikkontribwixxu għall-kost operazzjonali proporzjonalment għall-kontribuzzjoni tagħhom għall-attivitajiet ta' riċerka. Il-kumpaniji tar-riċerka li huma membri tal-EFPIA għandhom jikkontribwixxu għall-finanzjament ta' attivitajiet ta' riċerka permezz ta' kontributi in natura (4) li mill-anqas ikunu ugwali għall-kontribuzzjoni finanzjarja mill-UE (5). |
5. |
L-Impriża Konġunta bdiet taħdem b'mod awtonomu fis-16 ta' Novembru 2009. |
INFORMAZZJONI LI TAPPOĠĠA D-DIKJARAZZJONI TA' ASSIGURAZZJONI
6. |
L-approċċ tal-awditjar meħud mill-Qorti jinkludi proċeduri analitiċi tal-awditjar, ittestjar tat-tranżazzjonijiet fil-livell tal-Impriża Konġunta u valutazzjoni tal-kontrolli ewlenin tas-sistemi ta' superviżjoni u kontroll. Dan huwa ssupplimentat b’evidenza pprovduta mix-xogħol ta’ awdituri oħrajn (fejn rilevanti) u analiżi tar-rappreżentazzjonijiet tal-maniġment. |
DIKJARAZZJONI TA' ASSIGURAZZJONI
Ir-responsabbiltà tal-maniġment
Ir-responsabbiltà tal-awditur
Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet
Bażi għal opinjoni kwalifikata dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet
Opinjoni kwalifikata dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet
|
15. |
Il-kummenti li ġejjin ma jixħtux dubju fuq l-opinjonijiet tal-Qorti. |
KUMMENTI DWAR IL-ĠESTJONI BAĠITARJA U FINANZJARJA
Implimentazzjoni tal-baġit
16. |
Il-baġit inizjali 2013 kien jinkludi approprjazzjonijiet ta' impenn li jammontaw għal EUR 226 miljun u approprjazzjonijiet ta’ pagament li jammontaw għal EUR 135 miljun. Fi tmiem is-sena l-Bord tat-Tmexxija adotta baġit emendatorju li żied l-approprjazzjonijiet ta’ impenn għal EUR 255,7 miljun u naqqas l-approprjazzjonijiet ta’ pagament għal EUR 130,6 miljun. Ir-rata kumplessiva ta' implimentazzjoni kienet ta' 99,5 % għall-approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' 97,5 % għall-approprjazzjonijiet ta' pagament. |
17. |
Fil-każ ta' attivitajiet operazzjonali, ir-rata ta' implimentazzjoni kienet ta' 100 % għall-approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' 99 % għall-approprjazzjonijiet ta' pagament (13). Madankollu, l-ammont totali tal-approprjazzjonijiet ta' impenn ġie impenjat fl-ewwel livell, li jfisser li, filwaqt li tnedew sejħiet għal proposti, l-ebda ftehim ta' għotja korrispondenti għadu ma ġie ffirmat. |
Sejħiet għal proposti
18. |
L-2013 kienet l-aħħar sena li fiha sejħiet għal proposti setgħu jitniedu taħt il-programm FP7. Il-baġit għal riċerka kollu kemm hu ġie impenjat (EUR 970 miljun), flimkien mal-kontributi in natura korrispondenti meħtieġa mill-kumpaniji tal-EFPIA (EUR 982 miljun). |
KWISTJONIJIET OĦRA
Qafas legali
19. |
Ir-Regolament Finanzjarju l-ġdid applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni ġie adottat fil-25 ta’ Ottubru 2012 u ħa effett fl-1 ta’ Jannar 2013 (14). Madankollu, ir-regolament finanzjarju mudell għal korpi ta’ sħubija pubblika-privata msemmi fl-Artikolu 209 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 ma daħalx fis-seħħ qabel it-8 ta’ Frar 2014 (15). Ir-regoli finanzjarji tal-Impriża Konġunta ġew emendati fis-7 ta' Lulju 2014 biex jirriflettu dawn il-bidliet. |
Uffiċċju tal-awditjar intern u s-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni
20. |
Skont il-pjan strateġiku tal-awditjar għall-2012-2014 approvat mill-Bord ta' Tmexxija fit-3 ta' Novembru 2011, is-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni (IAS) wettaq inkarigu ta' assigurazzjoni dwar il-ġestjoni tal-proġetti u r-rappurtar dwar prestazzjoni operazzjonali (16). |
21. |
Barra minn hekk l-IAS wettaq valutazzjoni tar-riskju tal-IT, kemm tas-sistemi speċifiċi tal-IT (17) tal-Impriża Konġunta għall-IMI kif ukoll tal-infrastruttura komuni tal-IT (18) li l-Impriża Konġunta għall-IMI tikkondividi mal-Impriżi Konġunti FCH, Cleansky, ENIAC u ARTEMIS. |
Monitoraġġ u rappurtar tar-riżultati fir-riċerka
22. |
Id-Deċiżjoni dwar is-Seba' Programm Kwadru (FP7) (19) tistabbilixxi sistema ta' monitoraġġ u rappurtar li tkopri l-protezzjoni, it-tixrid u t-trasferiment ta' riżultati fir-riċerka. L-Impriża Konġunta żviluppat proċeduri għall-monitoraġġ tal-protezzjoni u t-tixrid tar-riżultati fir-riċerka f'diversi stadji dtal-proġetti. Il-ħtiġijiet rigward ir-rapport ġenerali ta' monitoraġġ dwar l-FP7 ġew definiti, u d-data relatata mal-proġetti tal-Impriża Konġunta għall-IMI ġew trasferiti lill-Kummissjoni f'Settembru 2013 għall-integrazzjoni fil-CORDA (20). Madankollu, il-monitoraġġ jeħtieġ żvilupp ulterjuri sabiex jikkonforma bis-sħiħ mad-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni (21). |
Kunflitti ta' interess
23. |
L-Impriża Konġunta għall-IMI stabbilixxiet miżuri speċifiċi għall-prevenzjoni ta' kunflitti ta’ interess fir-rigward tal-membri tal-Bord ta' Tmexxija, l-esperti u l-impjegati tagħha. Dawn huma inklużi fir-regoli ta' proċedura kemm tal-Bord ta' Tmexxija kif ukoll tal-Kumitat Xjentifiku u fid-dokumentazzjoni dwar il-kodiċi ta' kondotta u l-kunflitti ta' interess fil-każ ta' esperti indipendenti matul l-evalwazzjoni. Barra minn hekk, f'April 2013 l-Impriża Konġunta adottat politika aġġornata u komprensiva dwar il-kunflitti ta' interess kemm għall-maniġment kif ukoll għall-persunal. |
It-Tieni Evalwazzjoni Interim tal-Kummissjoni
24. |
It-Tieni Evalwazzjoni Interim tal-Kummissjoni twettqet minn Marzu sa Lulju 2013 u vvalutat l-Impriża Konġunta għall-IMI f'termini ta' rilevanza, effettività, effiċjenza u kwalità tar-riċerka. |
25. |
Ir-rapport, maħruġ fil-31 ta' Lulju 2013, kien pożittiv dwar is-suċċess tal-Impriża Konġunta għall-IMI fl-ilħuq tal-objettivi. Huwa enfasizza wkoll oqsma fejn seta' jsir titjib ulterjuri, b'mod partikolari fir-rigward tal-istrateġija ta' komunikazzjoni, l-iżvilupp ta' indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni addizzjonali biex l-impatt u l-benefiċċji soċjoekonomiċi tal-Impriża Konġunta, l-ottimizzazzjoni tal-istruttura organizzazzjonali u mekkaniżmu aktar flessibbli ta' finanzjament jintwera b'mod aktar kwantitattiv. |
Segwitu għall-osservazzjonijiet preċedenti
26. |
Il-korrezzjonijiet tal-awditu ex post li jirriżultaw mill-ewwel awditi tal-kampjun rappreżentattiv ġew implimentati u riflessi fil-kontijiet 2013. Madankollu, il-validazzjoni tas-sistema kontabilistika għadha ma tkoprix l-implimentazzjoni tar-riżultati tal-awditjar ex-post. |
27. |
Il-metodoloġija għall-evalwazzjoni ta' kontributi in natura (22) ġiet approvata mill-Bord ta' Tmexxija fil-11 ta' Novembru 2011. Dawn il-kontributi huma vvalidati permezz ta' ċertifikazzjoni ex-ante u ta' awditi ex-post. Fl-2013, it-8 metodoloġiji ċertifikati li kien fadal għall-kontributi in natura ġew aċċettati u żiedu l-għadd totali ta' kumpaniji tal-EPPIA b'metodoloġiji ċertifikati għal 22. L-ewwel tliet awditi ex-post koprew kontributi in natura ġew ikkompletati matul is-sena (23), inbeda awditu ex-post ulterjuri u tnejn kienu fil-proċess li jinbdew fi tmiem is-sena. |
Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija mis-Sur Milan Martin CVIKL, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tal-21 ta' Ottubru 2014.
Għall-Qorti tal-Awdituri
Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA
President
(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2008 tal-20 ta' Diċembru 2007 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta għall-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta dwar il-Mediċini Innovattivi (ĠU L 30, 4.2.2008, p. 38).
(2) L-Anness jagħti sommarju tal-kompetenzi, l-attivitajiet u r-riżorsi disponibbli tal-Impriża Konġunta. Huwa ppreżentat għal skopijiet ta' informazzjoni.
(3) Is-Seba’ Programm Kwadru, adottat bid-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar is-Seba' Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea għall-attivitajiet ta' riċerka, ta' żvilupp teknoloġiku u ta' dimostrazzjoni (2007-2013) (ĠU L 412, 30.12.2006, p. 1), jiġbor flimkien taħt saqaf wieħed l-inizjattivi kollha tal-UE relatati mar-riċerka u jaqdi rwol kruċjali fl-ilħuq tal-għanijiet ta’ tkabbir, kompetittività u impjieg. Huwa wkoll pilastru ewlieni għaż-Żona Ewropea tar-Riċerka.
(4) Skont l-Artikolu 11(4) tal-Anness għar-Regolament (KE) Nru 73/2008 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta, kontributi in natura huma “kontributi mhux monetarji minn kumpaniji farmaċewtiċi bbażati fuq ir-riċerka li huma membri tal-EFPIA, b'riżorsi (bħal persunal, tagħmir, oġġetti ta' konsum, eċċ)”. Il-kontribut minn kumpaniji tar-riċerka għandha tkun mill-anqas ugwali għall-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni.
(5) Skont l-Artikolu 11(5) tal-Anness għar-Regolament (KE) Nru 73/2008, “il-kumpaniji farmaċewtiċi bbażati fuq ir-riċerka parteċipanti, li huma membri tal-EFPIA ma għandhomx ikunu eliġibbli biex jirċievu ebda appoġġ finanzjarju mill-Impriża Konġunta għall-IMI għal kwalunkwe attività”.
(6) Dawn jinkludu l-karta tal-bilanċ u l-kont tar-riżultat ekonomiku, it-tabella tal-flussi tal-flus, ir-rapport tat-tibdil fl-assi netti, sommarju tal-politiki kontabilistiċi sinifikanti u noti oħra ta' spjegazzjoni.
(7) Dawn jinkludu r-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit, sommarju tal-prinċipji baġitarji u noti oħra ta' spjegazzjoni.
(8) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(9) Ir-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni huma dderivati mill-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà għas-Settur Pubbliku (IPSAS) maħruġa mill-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti jew, fejn rilevanti, l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà (IAS)/l-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) maħruġa mill-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà.
(10) L-Artikolu 185(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1).
(11) L-Artikolu 12(4) tar-Regolament (KE) Nru 73/2008 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta jiddikjara li “l-Impriża Konġunta għall-IMI għandha twettaq kontrolli fuq il-post u verifiki (awditi) finanzjarji fost il-parteċipanti tal-Attivitajiet ta' Riċerka ffinanzjati mill-Impriża Konġunta għall-IMI”. Awditi ex-post jistgħu jidentifikaw infiq ineliġibbli kklejmjat minn benefiċjarji li mbagħad ikun suġġett għal proċeduri ta' rkupru.
(12) Ir-rata ta' żball maqbud li rriżultat mill-56 awditu konkluż tal-ewwel kampjun rappreżentattiv kienet ta' 5,8 % (ara l-paragrafu 13 tar-Rapport Annwali Speċifiku tal-Qorti għall-2012, ĠU C 369, 17.12.2013, p. 25).
(13) Fir-rigward tan-nefqa amministrattiva, l-approprjazzjonijiet disponibbli għall-2013 ammontaw għal EUR 8,4 miljun, l-Impriża Konġunta għall-IMI laħqet rata ta' implimentazzjoni ta' 85 % għall-approprjazzjonijiet ta' impenn (EUR 7 miljun) u ta' 70 % għall-approprjazzjonijiet ta' pagament (EUR 6 miljun).
(14) Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).
(15) Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 110/2014 tat-30 ta’ Settembru 2013 dwar il-Mudell tar-Regolament Finanzjarju għal korpi ta’ sħubija pubblika-privata imsemmija fl-Artikolu 209 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 38, 7.2.2014, p. 2).
(16) Ir-rapport finali datat it-30 ta' Jannar 2014 kien jinkludi r-rakkomandazzjonijiet li ġejjin, fil-kuntest ta' sforzi kontinwi għal titjib ulterjuri tal-effettività u l-effiċjenza ta' sistemi li huma stabbiliti biex jimmonitorjaw proġetti u jirrappurtaw dwar il-prestazzjoni operazzjonali: (a) analiżi tat-tfassil u rappurtar tal-objettivi u l-KPIs; (b) tisħiħ tal-monitoraġġ ta' proġetti u titjib tas-sistemi tal-IT għat-tisħiħ tar-rappurtar. Il-pjan ta' azzjoni propost mill-Impriża Konġunta għall-IMI għall-implimentazzjoni ta' dan it-titjib matul l-2014 ġie aċċettat u tqies adegwat mill-IAS fl-24 ta' Frar 2014.
(17) Ir-rapport finali datat it-22 ta' Novembru 2013 innota l-ħtieġa għal aktar struzzjonijiet formali dwar il-ġestjoni tal-proġetti u dwar proċessi ta' kontroll tat-tibdil fil-kuntratti sabiex jiġu mitigati r-riskji tal-ġestjoni ta' kuntratti. Din ir-rakkomandazzjoni ġiet implimentata mill-Impriża Konġunta għall-IMI f'Jannar 2014.
(18) Ir-Rapport Finali datat it-22 ta’ Novembru 2013 innota l-ħtieġa li l-politika ta’ sigurtà tal-IT tiġi formalizzata u li jiġu inklużi proċeduri/kontrolli dettaljati f'kuntratti futuri mal-provdituri ta' servizzi tal-IT.
(19) L-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE jiddikjara li l-Kummissjoni għandha kontinwament u sistematikament timmonitorja l-implimentazzjoni tas-Seba' Programm Kwadru u l-programmi speċifiċi tiegħu u regolarment tirrapporta u xxerred ir-riżultati ta' dan il-monitoraġġ.
(20) Maħżen tad-Data Komuni ta' Riċerka.
(21) Ara l-osservazzjoni li saret fir Rapport Annwali ta' Progress 2012 mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-attivitajiet tal-Impriżi Konġunti għall-Inizjattivi Teknoloġiċi Konġunti (SWD (2013) 539 final) fir-rigward tal-integrazzjoni tar-riżultati miksuba fil-proġetti ta' riċerka fis-sistema ta' komunikazzjoni u tixrid tal-Kummissjoni.
(22) Kontributi in natura huma spejjeż eliġibbli mġarrba mill-entitajiet legali li jipparteċipaw f'attivitajiet ta' riċerka iżda mhumiex rimborżati mill-Impriża Konġunta (ara wkoll in-nota 4 f'qiegħ il-paġna).
(23) F'każ wieħed l-awdituri sabu żbalji ta' natura sistematika, li rriżultaw f'żieda sinifikanti (EUR 1 miljun) fl-ammont permissibbli li jista' jiġi ddikjarat mill-kumpanija tal-EPPIA. B'konsegwenza ta' dan, iċ-ċertifikat dwar il-metodoloġija in natura ġiet aġġornata u ppreżentata mill-ġdid għall-approvazzjoni tal-Impriża Konġunta għall-IMI. Fil-każ taż-żewġ kumpaniji l-oħra, l-awdituri identifikaw żbalji mhux sistematiċi iżolati b'impatt minuri fuq il-kontribuzzjonijiet totali ddikjarati. Is-sejbiet kollha ġew aċċettati mit-tliet kumpaniji kollha kemm huma.
ANNESS
L-Impriża Konġunta dwar il-Mediċini Innovattivi (Brussell)
Kompetenzi u attivitajiet
Oqsma ta' kompetenza tal-Unjoni li jidderivaw mit-Trattat (Siltiet mill-Artikoli 171 u 172 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea) |
Id-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar is-Seba' Programm Kwadru tipprevedi kontribut tal-Komunità għall-istabbiliment ta' sħubiji pubbliċi-privati fit-tul f'forma ta' Inizjattivi Teknoloġiċi Konġunti li jistgħu jkunu implimentati permezz ta' Impriżi Komuni (Konġunti) skont it-tifsira tal-Artikolu 171 tat-Trattat. Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2008 tal-20 ta' Diċembru 2007 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta għall-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta dwar il-Mediċini Innovattivi (ĠU L 30, 4.2.2008, p. 38). |
||||||||||
Kompetenzi tal-Impriża Konġunta (Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2008) |
Objettivi L-Impriża Konġunta dwar il-Mediċini Innovattivi (Impriża Konġunta għall-IMI) għandha tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tas-Seba' Programm Kwadru (FP7) u b'mod partikolari t-Tema 'Saħħa' tal-programm speċifiku 'Kooperazzjoni'. Hija għandha jkollha l-objettiv li ttejjeb b'mod sinifikanti l-effiċjenza u l-effettività tal-proċess ta' żvilupp tal-mediċini, bil-għan fuq perjodu fit-tul li s-settur farmaċewtiku jipproduċi mediċini innovattivi aktar effettivi u siguri. B'mod partikolari, hija għandha:
|
||||||||||
Governanza |
Il-korpi tal-Impriża Konġunta għall-IMI huma l-Bord ta' Tmexxija, id-Direttur Eżekuttiv u l-Kumitat Xjentifiku. Il-Bord ta' Tmexxija huwa kompost minn 10 membri tal-Bord li jirrappreżentaw b'mod ugwali ż-żewġ Membri Fundaturi tal-Impriża Konġunta għall-IMI: il-Kummissjoni Ewropea u l-Federazzjoni Ewropea tal-Industriji u l-Assoċjazzjonijiet Farmaċewtiċi (EFPIA). Id-Direttur Eżekuttiv huwa l-kap eżekuttiv responsabbli mill-ġestjoni ta' kuljum tal-Impriża Konġunta għall-IMI skont id-deċiżjonijiet tal-Bord ta' Tmexxija u huwa appoġġat minn Uffiċċju Eżekuttiv. Il-Kumitat Xjentifiku huwa korp konsultattiv lill-Bord ta' Tmexxija. L-Impriża Konġunta hija appoġġata wkoll minn żewġ korpi konsultattivi esterni: il-Grupp tar-Rappreżentanti tal-Istati fl-IMI u l-Forum tal-Partijiet Interessati. |
||||||||||
Riżorsi disponibbli għall-Impriża Konġunta fl-2013 |
Baġit (1) EUR 25 5 7 15 919 għal impenji EUR 13 0 5 58 622 għal pagamenti Persunal fil-31 ta' Diċembru 2013 Is-36 post kollha previsti fit-tabella tal-persunal (29 membru tal-persunal temporanju u 7 membri tal-persunal kuntrattwali) kienu okkupati. 80 % ta' dawn ir-riżorsi jiġu assenjati direttament biex jappoġġaw attivitajiet operazzjonali. |
||||||||||
Attivitajiet u servizzi pprovduti fl-2013 |
Ara r-Rapport Annwali tal-Attività 2013 tal-Impriża Konġunta għall-IMI fuq www.imi.europa.eu |
||||||||||
(1) L-ammonti jinkludu approprjazzjonijiet riportati mill-2012.
Sors: Informazzjoni pprovduta mill-Impriża Konġunta għall-IMI.
IT-TWEĠIBA TAL-IMPRIŻA KONĠUNTA
13. |
L-IMI (Inizjattiva dwar Mediċini Innovattivi) tilqa’ b’ferħ il-konklużjoni pożittiva tal-Qorti dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali, bl-unika eċċeżżjoni tal-iżbalji materjali identifikati mill-IMI fl-2013 permezz tal-awditi ex post tagħha tal-pagamenti interim. Minn dak iż-żmien 'l hawn l-iżbalji kollha identifikati mill-IMI minn dawn l-awditi ġew ikkomunikati lill-benefiċjarji awditjati u tnedew l-azzjonijiet ta’ segwitu meħtieġa. Barra minn hekk, is-sejbiet mill-awditi li kienu kkunsidrati sistematiċi qed jiġu estiżi għal klejms mhux awditjati mressqa mill-istess benefiċjarji awditjati sabiex jiġi kkoreġut b’mod proattiv kwalunkwe żball simili possibbli fi spejjeż klejmjati oħra li ma kinux koperti mill-awditi inizjali. B’mod parallel, l-IMI kompliet tieħu miżuri preventivi biex timmitiga r-riskju ta’ żbalji fil-futur fil-klejms tal-ispejjeż tal-benefiċjarji. Dawn inkludew l-organizzazzjoni ta’ sessjonijiet ta’ ħidma finanzjarji frekwenti għall-parteċipanti li jiffokaw fuq il-kawżi rikorrenti ta’ żbalji u l-prevenzjoni, kif ukoll l-aġġornament regolari tal-Linji Gwida Finanzjarji tal-IMI għall-parteċipanti li jispjegaw fid-dettal id-dispożizzjonijiet tal-ftehim tal-għotja mudell tal-IMI. Barra minn hekk, l-IMI kompliet timplimenta programm annwali intensiv tal-awditi ex post. Dawn l-awditi wrew li huma bażi ferm effettiva u affidabbli għall-valutazzjoni u l-monitoraġġ tar-regolarità u l-legalità ġenerali tal-pagamenti interim fuq bażi pluriennali, u bħala bażi għall-identifikazzjoni u l-korrezzjoni ta’ żbalji misjuba fil-klejms awditjati. L-IMI żżomm ukoll koordinazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni Ewropea u l-aġenziji tagħha involuti fis-Seba’ Programm Qafas u tikkondividi informazzjoni dwar benefiċjarji komuni sabiex tottimizza l-kopertura tal-awditu tagħha u timmitiga b’mod effettiv ir-riskji ta’ nonkonformità. It-tnaqqis irreġistrat għal 2.3 % fir-rata ta’ żbalji li rriżulta mill-awditi ffinalizzati mill-IMI fl-2013 (meta mqabbel mar-rata ta’ żbalji ta’ 5.8 % fl-2012) huwa sinifikanti. Dan jipprovdi wkoll indikazzjoni bikrija ta’ inkoraġġiment li maż-żmien ir-rata ta’ żbalji qiegħda titnaqqas b’mod effettiv permezz ta’ azzjonijiet u miżuri konkreti. Madankollu, ir-rata ta’ żbalji stmata se tkompli tevolvi fuq bażi pluriennali hekk kif aktar awditi se jitniedu u jitlestew. L-IMI se tkompli timmonitorja mill-qrib l-evoluzzjoni tar-rata ta' żbalji u l-impatt tal-azzjonijiet tagħha, u taġġorna l-istrateġija tal-awditjar ex post tagħha skont dan sabiex tirrifletti l-indikazzjonijiet l-aktar riċenti u kwalunkwe riskju emerġenti ġdid. B’ħafna proġetti li għadhom kif bdew jiġġeneraw infiq, partikolarment fil-każ ta’ proġetti minn Call 5, wieħed jista’ jara biss l-impatt sħiħ tal-azzjonijiet tal-IMI fuq il-medda twila ta’ żmien, ġaladarba aktar proġetti jressqu klejms tal-ispejjeż u awditi ex post ikopru parti akbar tal-popolazzjoni totali tal-benefiċjarji. L-IMI tkompli timpenja ruħha li tiġġestixxi l-finanzjament tagħha permezz ta’ approċċ ibbażat fuq il-fiduċja mal-parteċipanti fil-proġett filwaqt li tiżgura kontroll u kontabilità suffiċjenti. Dan l-approċċ ibbilanċjat se jikkontribwixxi wkoll għall-iżgurar ta' riżultat b’suċċess tal-proġetti tal-IMI peress li ħafna minnhom diġà bdew jiġġeneraw riżultati impressjonanti jew promettenti, fl-interess tal-pazjenti u tas-soċjetà b’mod ġenerali. |
21. |
Ġie żviluppat pjan ta’ azzjoni flimkien mal-Impriżi Konġunti l-oħra li jikkondividu l-istess infrastruttura tal-IT u qed jiġi implimentat. |
26. |
Ir-rakkomandazzjoni tal-Qorti li tiġi koperta wkoll l-implimentazzjoni tar-riżultati tal-awditi ex post fil-validazzjoni tas-sistema kontabilistika mill-Uffiċjal tal-Kontabbiltà ġiet indirizzata permezz tat-tnedija ta' eżerċizzju ta' segwitu. |