10.12.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 442/332 |
RAPPORT
dwar il-kontijiet annwali tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mar-risposti tal-Uffiċċju
(2014/C 442/39)
INTRODUZZJONI
1. |
L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (minn hawn ’il quddiem “l-Uffiċċju”, magħruf ukoll bħala l-“OHIM”), li jinsab f’Alicante, ġie stabbilit bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 (1), li tħassar u ġie sostitwit bir-Regolament (KE) Nru 207/2009 (2). Il-kompitu tal-Uffiċċju huwa li jimplimenta l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar it-trademarks u d-disinji, biex jagħti l-istess livell ta’ protezzjoni lill-impriżi fl-Unjoni Ewropea kollha (3). |
INFORMAZZJONI LI TAPPOĠĠA D-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI
2. |
L-approċċ tal-awditjar meħud mill-Qorti jinkludi proċeduri analitiċi tal-awditjar, ittestjar dirett tat-tranżazzjonijiet u valutazzjoni tal-kontrolli ewlenin tas-sistemi ta’ superviżjoni u kontroll tal-Uffiċċju. Dan huwa supplimentat b’evidenza pprovduta mix-xogħol ta’ awdituri oħrajn (fejn rilevanti) u analiżi tar-rappreżentazzjonijiet tal-maniġment. |
DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI
Ir-responsabbiltà tal-maniġment
Ir-responsabbiltà tal-awditur
Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet
Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet
|
10. |
Il-kummenti li ġejjin ma jixħtux dubju fuq l-opinjonijiet tal-Qorti. |
KUMMENTI DWAR IL-ĠESTJONI BAĠITARJA
11. |
L-ammont ta' riporti mis-snin preċedenti li ġew ikkanċellati żdied minn EUR 4,2 miljun (13 %) fl-2012 għal EUR 6,0 miljun (16 %) fl-2013. F'dawn is-sentejn dan kien prinċipalment dovut għal spejjeż aktar baxxi milli stmat li kellhom jiġu rimborżati taħt ftehimiet ta' kooperazzjoni mal-Uffiċċji Nazzjonali tal-Istati Membri (EUR 1,9 miljun fl-2012 u EUR 3,8 miljun fl-2013), li jindika l-ħtieġa li tinkiseb informazzjoni aktar preċiża mill-Uffiċċji Nazzjonali fi tmiem is-sena dwar l-ispiża li fil-fatt tkun iġġarrbet. |
12. |
Il-livell ta' approprjazzjonijiet impenjati fl-2013 għat-titoli differenti kien ivarja bejn 98 % u 89 % tal-approprjazzjonijiet totali, li jindika li l-impenji legali twettqu fil-ħin. Il-livell ta' approprjazzjonijiet impenjati li ġew riportati għall-2014 kien għoli għat-Titolu II (nefqa amministrattiva) b'ammont ta' EUR 23,9 miljun (28 %) u t-Titolu III b'ammont ta' EUR 13,3 miljun (38 %). Għat-Titolu II dan irriżulta minn kuntratti pluriennali li kienu prinċipalment relatati mal-kostruzzjoni tal-bini l-ġdid u żviluppi tal-IT u servizzi/provvisti ordnati, kif ippjanat, fi tmiem l-2013, li l-pagament tagħhom kien dovut biss fl-2014. Għat-Titolu III, dan kien prinċipalment relatat ma' ftehimiet ta' kooperazzjoni mal-Uffiċċji Nazzjonali li għalihom il-klejms tal-ispejjeż ma kinux dovuti li jiġu ppreżentati mill-Uffiċċji Nazzjonali qabel l-2014, u l-ordni tas-soltu ta' servizzi ta' traduzzjoni fl-aħħar xhur tal-2013, li l-pagament tagħhom kien dovut biss fl-2014. |
KUMMENTI OĦRA
13. |
L-Uffiċċju għandu stabbilit Pjan għall-Kontinwità tan-Negozju u l-Maniġġar ta' Kriżijiet li jistipula li madwar 25 rwol għandhom ikunu koperti b'mod permanenti minn impjegati fuq xogħol stand-by. Għalkemm l-approprjazzjonijiet mill-baġit għall-benefiċċji ta' xogħol stand-by jiġu approvati kull sena mill-Kumitat tal-Baġit tal-Uffiċċju, l-ammont imħallas fl-2013 (EUR 4 02 458) huwa konsiderevolment ogħla minn allowances ta' dan it-tip li jitħallsu minn aġenziji oħra li jeħtieġilhom jiżguraw servizz permanenti. |
SEGWITU GĦALL-KUMMENTI MIS-SNIN PREĊEDENTI
14. |
Ħarsa ġenerali lejn l-azzjonijiet korrettivi li ttieħdu b’rispons għall-kummenti tal-Qorti mis-snin preċedenti tingħata fl-Anness I. |
Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija mis-Sur Milan Martin CVIKL, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tat-8 ta’ Lulju 2014.
Għall-Qorti tal-Awdituri
Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA
President
(3) L-Anness II jagħti sommarju tal-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Uffiċċju. Huwa ppreżentat għal skopijiet ta’ informazzjoni.
(4) Dawn jinkludu l-karta tal-bilanċ u l-kont tar-riżultat ekonomiku, it-tabella tal-flussi tal-flus, ir-rapport tat-tibdil fl-assi netti u sommarju tal-politiki kontabilistiċi sinifikanti u noti oħra ta’ spjegazzjoni.
(5) Dawn jinkludu l-kont tar-riżultat baġitarju u l-anness għall-kont tar-riżultat baġitarju.
(6) L-Artikoli 38 u 43 tar-Regolament Nru CB-3-09 tal-Kumitat tal-Baġit tal-Uffiċċju għall-armonizzazzjoni fis-suq intern.
(7) Ir-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni huma dderivati mill-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà għas-Settur Pubbliku (IPSAS) maħruġa mill-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti jew, fejn rilevanti, l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà (IAS)/l-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) maħruġa mill-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà.
(8) L-Artikoli 91 sa 95 tar-Regolament Nru CB-3-09 tal-Kumitat tal-Baġit tal-Uffiċċju għall-armonizzazzjoni fis-suq intern.
ANNESS I
Segwitu għall-kummenti mis-snin preċedenti
Sena |
Kumment tal-Qorti |
Status tal-azzjoni korrettiva (Ikkompletata/Għadha għaddejja/Pendenti/M/A) |
2011 |
Il-Qorti identifikat bosta nuqqasijiet fir-rigward tal-ftehim tal-2011 dwar il-livell ta' servizz bejn l-Uffiċċju u ċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-UE (CDT). Il-ftehim kien ffirmat mill-Uffiċċju fl-20 ta’ Ġunju 2011 u skont l-Artikolu 10, ġie applikat mill-1 ta’ Jannar 2011. L-eżekuzzjoni tal-kuntratt bdiet qabel l-iffirmar tal-kuntratt. Fuq talba tas-CDT, l-Uffiċċju għamel pagament ta’ EUR 1,8 miljun f’kumpens (1). Barra minn hekk, dan il-pagament kien awtorizzat mingħajr impenn baġitarju u mingħajr approprjazzjonijiet disponibbli (2). |
M/A |
2011 |
Hemm ħtieġa li titjieb il-ġestjoni tal-assi fissi tal-Uffiċċju. Għal assi intanġibbli żviluppati mill-Uffiċċju, il-proċeduri kontabilistiċi u l-informazzjoni dwar l-ispejjeż ma kinux affidabbli. |
Ikkompletata |
2011 |
Il-likwidità miżmuma mill-Uffiċċju fil-31 ta’ Diċembru 2011 ammontat għal total ta’ EUR 520 miljun (EUR 495 miljun fl-2010). Wara l-politika tat-teżor li ġiet approvata mill-Kumitat tal-baġit fl-2010 l-likwidità kienet miżmuma f’disa’ banek f’ħames Stati Membri. |
Ikkompletata Madankollu l-Qorti tinnota li l-livell ta’ likwidità għadu għoli. |
2012 |
Mill-EUR 31,9 miljun ta’ approprjazzjonijiet impenjati riportati mill-2011 għall-2012, EUR 4,16 miljun (13 %) ġew ikkanċellati fl-2012. Minn dan l-ammont, EUR 1,93 miljun kienu relatati ma’ ftehimiet ta’ kooperazzjoni mal-Istati Membri li ma assorbewx l-ammonti sħaħ allokati lilhom. |
M/A |
2012 |
Fl-2012 il-livell ġenerali ta’ approprjazzjonijiet impenjati kien ta’ 93 %, li jindika li l-impenji twettqu fil-ħin. Madankollu, il-livell ta’ approprjazzjonijiet impenjati riportati għall-2013 kien għoli f’livell ta’ EUR 36,7 miljun (19 % tal-approprjazzjonijiet impenjati totali), li minnhom EUR 21,7 miljun kienu relatati mat-Titolu II (nefqa amministrattiva) u EUR 14,1 miljun kienu relatati mat-Titolu III (nefqa operattiva). Ir-raġuni prinċipali għal-livell għoli ta’ ammonti riportati kienet il-wasla tardiva ta’ fatturi għall-prodotti u s-servizzi mogħtija fl-2012. B’mod aktar speċifiku, għat-Titolu II, il-livell għoli tal-ammonti riportati rriżulta wkoll minn għadd ta’ kuntratti pluriennali relatati mal-kostruzzjoni tal-bini l-ġdid tal-Uffiċċju (EUR 6,09 miljun) u l-akkwist ta’ żviluppi tal-IT (EUR 7,67 miljun). Għat-Titolu III, l-ammonti riportati huma fil-parti l-kbira relatati ma’ ftehimiet ta’ kooperazzjoni ffirmati mill-Istati Membri li għalihom il-klejms tal-ispejjeż kienu dovuti li jiġu ppreżentati biss fl-2013 (EUR 8,13 miljun). Barra minn hekk, ġew ordnati servizzi ta’ traduzzjoni fl-aħħar xhur tal-2012 (EUR 5,43 miljun) li l-pagament tagħhom kien dovut biss fl-2013. |
M/A |
(1) Il-valur minimu ġie stabbilit fil-ftehim għal EUR 16,3 miljun. Is-servizzi pprovduti fl-2011 ammontaw għal total ta’ EUR 14,5 miljun.
(2) Dan il-pagament sar mill-baġit 2012.
ANNESS II
L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Alicante)
Kompetenzi u attivitajiet
Oqsma ta’ kompetenza tal-Unjoni li jidderivaw mit-Trattat (L-Artikoli 36 u 56 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea) |
Moviment liberu tal-merkanzija [...] projbizzjonijiet jew restrizzjonijiet [...] ġustifikati abbażi ta’ [...] il-protezzjoni ta’ proprjetà industrijali u kummerċjali [m'għandhomx] jikkostitwixxu la mezz ta’ diskriminazzjoni arbitrarja u lanqas restrizzjoni moħbija tal-kummerċ bejn l-Istati Membri. [...] restrizzjonijiet fuq il-libertà li jiġu provduti servizzi fl-Unjoni għandhom jiġu projbiti fir-rigward ta’ ċittadini ta’ Stati Membri li jkunu stabbiliti fi Stat Membru li ma jkunx dak tal-persuna li lilha jingħataw is-servizzi. [...] |
||||||||||||||||||||||||||||||||
Kompetenzi tal-Uffiċċju (Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009) (Ir-Regolament UE Nru 386/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) |
Objettivi Li jimplimenta l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar it-trademarks u d-disinji, biex jagħti l-istess livell ta’ protezzjoni lill-impriżi fl-Unjoni Ewropea kollha. Li jippromwovi diskussjoni, riċerka, taħriġ, komunikazzjoni, il-ħolqien ta’ għodod avvanzati għall-appoġġ għall-IT u l-firxa tal-aħjar prattika rigward kwistjonijiet tal-IP. Kompiti
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
Governanza |
Bord Amministrattiv Kompożizzjoni
Kompitu
President tal-Uffiċċju
Kumitat tal-Baġit Kompożizzjoni
Kompitu
Deċiżjonijiet relatati mal-applikazzjonijiet Id-deċiżjonijiet jittieħdu:
Awditu estern Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri. Awtorità ta' kwittanza Il-Kumitat tal-Baġit tal-Uffiċċju. |
||||||||||||||||||||||||||||||||
Riżorsi disponibbli għall-Uffiċċju fl-2013 (2012) |
Baġit EUR 418 (429) miljun. Persunal fil-31 ta’ Diċembru 2013 861 (775) post fit-tabella tal-persunal; postijiet okkupati: 731 (680) + 171 (138) membru ieħor tal-persunal (kuntratti awżiljarji, esperti nazzjonali sekondati, persunal lokali u tal-aġenzija tal-impjieg, konsulenti speċjali) Total tal-persunal: 902 (818) |
||||||||||||||||||||||||||||||||
Prodotti u servizzi pprovduti 2013 (2012) |
Trade marks Għadd ta’ applikazzjonijiet: 1 14 421(1 07 924) Għadd ta’ registrazzjonijiet: 98 092(95 645) Każijiet ta’ oppożizzjoni: 17 006(16 634) Appelli lill-Bords tal-Appell: 2 602(2 339) Appelli pendenti: 2 361(2 352) Disinji Disinji riċevuti: 95 429(92 175) Disinji rreġistrati: 84 056(78 658) |
||||||||||||||||||||||||||||||||
Sors: Anness ipprovdut mill-Uffiċċju. |
IR-RISPOSTI TAL-UFFIĊĊJU
11. |
Fil-preżent l-Uffiċċju qiegħed jistabbilixxi miżuri, flimkien mal-Uffiċċji Nazzjonali, sabiex inaqqas ir-rata għolja ta’ kanċellazzjoni ta’ riporti. Twaqqaf rapport pilota dwar l-eżekuzzjoni interim kull 6 xhur. L-idea hija li dawn il-proġetti pilota jiġu estiżi għall-proġetti importanti li l-Uffiċċju għandu mal-Uffiċċji Nazzjonali, ġaladarba l-partiċipazzjoni f'dan il-proġett pilota titwessa'. Fl-aħħar nett, l-Uffiċċju se janalizza wkoll aġġustamenti possibbli tal-kuntratti (għall-2015) flimkien mal-Uffiċċji Nazzjonali sabiex jimminimizza riporti li mhumiex neċessarji. |
12. |
Apparti mill-miżuri msemmija hawn fuq, li jnaqqsu l-livell għoli ta’ riporti speċjalment fit-Titolu III, iżda wkoll fit-Titolu II, bħalissa l-Uffiċċju qiegħed jistabbilixxi Sistema mas-CDT sabiex inaqqas il-volum tar-riporti fi tmiem is-sena. Barra minn hekk, kif imsemmi mill-Qorti, l-estensjoni tal-uffiċċji ġenerali tal-Uffiċċju u l-iżviluppi fl-IT jiġġustifikaw il-livell għoli ta' riporti fit-Titolu II. L-Uffiċċju qiegħed jistabbilixxi miżuri sabiex jikkontrolla aħjar l-ammonti riportati kull sena. |
13. |
B’konformità mar-rekwiżiti tal-istandards internazzjonali tal-kwalità (ISO 27001) u l-istandards ta’ kontroll intern (ICS 10) adottati mill-Kumitat tal-Baġit tal-Uffiċċju, l-Uffiċċju waqqaf Pjan tal-Kontinwità tan-Negozju (BCP). Dan issa huwa previst ukoll fir-Regolament Finanzjarju Qafas tal-2013. F’Novembru 2006, il-bords ta’ tmexxija tal-Uffiċċju – il-Bord Amministrattiv u l-Kumitat tal-Baġit – ġew informati dwar l-istrateġija tal-UASI bbażata fuq xenarju ta’ tliet livelli u appoġġawha (Livell 0: Tim tal-immaniġġar ta’ kriżi; Livell 1: timijiet tal-IT u tal-loġistika, tim ta’ koordinazzjoni għall-irkupru, u tim ta’ komunikazzjoni globali; Livell 2: timijiet li jaħdmu għall-irkupru). Pagament għall-persunal involut fid-dmirijiet stand-in huwa preskritt mir-Regolament dwar il-Persunal. L-impatt baġitarju ta’ dan il-pagament huwa inkluż f'linja baġitarja speċifika, aġġornata (skont il-bżonnijiet tal-organizzazzjoni) u adottata fil-baġit kull sena. Il-BCP ġie stabbilit wara li saret analizi eżawrjenti tal-impatt, bl-għajnuna ta’ konsulenti esterni u jkopri l-attivitajiet KOLLHA tal-Uffiċċju. L-Uffiċċju għandu 25 rwol li huma fuq stand-by b’mod permanenti u l-pagamenti fl-2013 ammontaw għal € 4 02 458. Ir-raġunijiet li għalihom l-BCP implimenta struttura robusta huma dawn li ġejjin: L-Uffiċċju għandu esponiment u viżibbiltà qawwija lejn il-partijiet ikkonċernati tiegħu u għandu jiżgura servizz kummerċjali elettroniku li jkun operattiv 24/7 u rispons immedjat għall-utenti tiegħu. In-nuqqas ta’ disponibbiltà ta’ sistema tal-IT jkollu impatt serju fuq il-kontinwità tan-negozju. Fl-Uffiċċju kollu kemm hu, il-kontinwità kummerċjali hija għaldaqstant essenzjali u d-dipartimenti kollha huma involuti (viżibbiltà tal-attivitajiet bħall-attivitajiet ta' kooperazzjoni mal-Istati Membri u fil-mandat tal-Osservatorju, interazzjoni mal-uffiċċju ta’ Brussell, appoġġ lil persunal li jaħdem mid-dar, l-iżgurar ta' tħaddim tajjeb tal-ġbir ta' tariffi – sistema tal-IT awtomatizzata li tintuża mill-Uffiċċju kollu – u finalment l-involviment tal-persunal tal-Akkwist Pubbliku peress li għandu rwol ċentralizzat definit ta' intervent – l-immaniġġar tal-fajls ekonomiċi kollha – f'każ ta' diżastru). Minħabba d-daqs u l-isfond internazzjonali tal-fornituri tagħna, il-kwantità ta' dokumentazzjoni formali hija għolja ħafna u tiddependi estremament mill-IT. Dawn ir-raġunijiet jiġġustifikaw, fil-fehma tagħna, id-differenzi minn aġenziji oħrajn. L-Uffiċċju diġà għamel darbtejn użu mix-xifts stand-by kemm ilu li twaqqaf, l-aħħar darba fir-rigward tal-introduzzjoni tal-websajt il-ġdida tiegħu. Il-livell ta’ xogħol stand-by imħallas fl-2013 jirrappreżenta inqas minn 0,5 % tan-nefqa totali tat-Titolu I. Dawn l-ispejjeż jirrappreżentaw ukoll inqas minn ġurnata ta’ negozju ta’ dħul mis-servizzi onlajn tal-Uffiċċju. L-Uffiċċju se jikkunsidra l-osservazzjoni li saret mill-Qorti tal-Awdituri fir-reviżjoni ta’ kull sena tal-proċessi, proċeduri u skemi tiegħu bil-għan li jkompli jitjieb. |
14. |
L-Uffiċċju jieħu nota li l-Qorti tal-Awdituri kkunsidrat is-sejbiet tas-sena preċedenti bħala kompluti jew mhux applikabbli. |