10.12.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 442/160 |
RAPPORT
dwar il-kontijiet annwali tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mar-risposti tal-Awtorità
(2014/C 442/18)
INTRODUZZJONI
1. |
L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (minn hawn ’il quddiem “l-Awtorità”, magħrufa wkoll bħala l-“EFSA”), li tinstab f’Parma, ġiet stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1). Ix-xogħlijiet prinċipali tal-Awtorità huma li tipprovdi t-tagħrif xjentifiku meħtieġ biex tiġi mfassla leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-ikel u s-sigurtà tal-ikel, li tiġbor u tanalizza d-data biex tippermetti l-identifikazzjoni u l-immonitorjar tar-riskji u li tipprovdi tagħrif indipendenti dwar dawn ir-riskji (2). |
INFORMAZZJONI LI TAPPOĠĠA D-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI
2. |
L-approċċ tal-awditjar meħud mill-Qorti jinkludi proċeduri analitiċi tal-awditjar, ittestjar dirett tat-tranżazzjonijiet u valutazzjoni tal-kontrolli ewlenin tas-sistemi ta’ superviżjoni u kontroll tal-Awtorità. Dan huwa ssupplimentat b’evidenza pprovduta mix-xogħol ta’ awdituri oħrajn (fejn rilevanti) u analiżi tar-rappreżentazzjonijiet tal-maniġment. |
DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI
Ir-responsabbiltà tal-maniġment
Ir-responsabbiltà tal-awditur
Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet
Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet
|
10. |
Il-kummenti li ġejjin ma jixħtux dubju fuq l-opinjonijiet tal-Qorti. |
KUMMENTI DWAR IL-KONTROLLI INTERNI
11. |
Skont l-awtovalutazzjoni mill-Awtorità tas-sistema ta' kontroll intern tagħha, li twettqet fl-2012 u fl-2013, il-maġġoranza tal-istandards ta' kontroll intern (ICS) intlaħqu. Dan għadu mhuwiex il-każ għall-ICS 4 (Evalwazzjoni u żvilupp tal-persunal) u l-ICS 11 (Ġestjoni dokumentarja), li għalihom kienet għadha għaddejja azzjoni korrettiva fiż-żmien tal-awditu. |
12. |
Il-Programmi ta' Ħidma Annwali tal-Awtorità ma fihomx biżżejjed dettalji dwar akkwisti u għotjiet ippjanati biex isostnu deċiżjonijiet ta' finanzjament fis-sens tal-Artikolu 64 tar-Regoli ta' Implimentazzjoni għar-Regolament Finanzjarju tagħha. L-inklużjoni ta' dettalji ta' dan it-tip fil-Programm ta' Ħidma Annwali tkun tippermetti monitoraġġ aktar effettiv tal-akkwisti u l-għotjiet. |
SEGWITU GĦALL-KUMMENTI MIS-SNIN PREĊEDENTI
13. |
Ħarsa ġenerali lejn l-azzjonijiet korrettivi li ttieħdu b’rispons għall-kummenti tal-Qorti mis-sena preċedenti tingħata fl-Anness I. |
Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija mis-Sur Pietro RUSSO, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tas-16 ta’ Settembru 2014.
Għall-Qorti tal-Awdituri
Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA
President
(2) L-Anness II jagħti sommarju tal-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Awtorità. Huwa ppreżentat għal skopijiet ta’ informazzjoni.
(3) Dawn jinkludu l-karta tal-bilanċ u l-kont tar-riżultat ekonomiku, it-tabella tal-flussi tal-flus, ir-rapport tat-tibdil fl-assi netti u sommarju tal-politiki kontabilistiċi sinifikanti u noti oħra ta’ spjegazzjoni.
(4) Dawn jinkludu l-kont tar-riżultat baġitarju u l-anness għall-kont tar-riżultat baġitarju.
(5) L-Artikoli 39 u 50 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 (ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42).
(6) Ir-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni huma dderivati mill-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà għas-Settur Pubbliku (IPSAS) maħruġa mill-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti jew, fejn rilevanti, l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà (IAS)/l-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) maħruġa mill-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà.
(7) L-Artikolu 107 tar-Regolament (UE) Nru 1271/2013.
ANNESS I
Segwitu għall-kummenti mis-snin preċedenti
Sena |
Kumment tal-Qorti |
Status tal-azzjoni korrettiva (Ikkompletata/Għadha għaddejja/Pendenti/M/A) |
2011 |
Dan l-għadd għoli ta’ trasferimenti fil-baġit jindika dgħufijiet fl-ippjanar u fl-implimentazzjoni tal-baġit u jmur kontra l-prinċipju tal-ispeċifikazzjoni. |
Ikkompletata |
2011 |
L-Awtorità xtrat bini ġdid għall-kwartieri ġenerali f’Diċembru 2011 għal EUR 36,8 miljun li se jitħallsu bin-nifs kull tliet xhur fuq 25 sena, li jfisser li l-pagamenti tal-imgħax jammontaw għal EUR 18,5 miljun. Il-Qorti tistaqsi jekk setgħetx tinstab alternattiva iktar ekonomika mill-awtoritajiet baġitarji skont il-prinċipju tal-ġestjoni finanzjarja tajba u li tiżgura rispett sħiħ tar-Regolament Finanzjarju. |
M/A (Il-Kummissjoni ma qablitx li tipprovdi fondi addizzjonali biex jitħallas lura s-self kollu). |
2011 |
Hemm lok għal titjib fit-trasparenza tal-proċedura tar-reklutaġġ. Il-mistoqsijiet għat-testijiet bil-kitba u għall-intervisti ġew stabbiliti wara li l-applikazzjoniijet kienu ġew eżaminati mill-bord tal-għażla u d-dikjarazzjonijiet dwar il-kunfidenzjalità u n-nuqqas ta’ kunflitt ta’ interess ġew iffirmati biss mill-membri tal-bord tal-għażla, matul u mhux qabel l-evalwazzjoni tal-applikazzjonijiet tal-kandidati. |
Ikkompletata |
2012 |
Il-validazzjoni tas-sistemi kontabilistiċi mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Awtorità tkopri s-sistemi ċentrali tal-ABAC u tas-SAP, iżda mhux is-sistemi lokali u l-affidabbiltà ta’ skambji tad-data bejn sistemi ċentrali u lokali. Dan jirrappreżenta riskju fir-rigward tal-affidabbiltà tad-data tal-kontabbiltà. |
Ikkompletata |
2012 |
Wara li twettqu valutazzjonijiet tar-riskji ta’ livell għoli minn konsultazzjoni esterna fl-2012 u mis-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni fi Frar 2013, ġie identifikat għadd ta’ riskji kritiċi potenzjali fl-operat tal-kontrolli interni tal-Awtorità, b’mod partikolari fl-oqsma tal-ġestjoni tad-data, tal-kontinwità tan-negozju u tas-sigurtà tal-IT. L-Awtorità bdiet awtovalutazzjoni komprensiva tas-sistema ta’ kontroll intern tagħha fl-2012. Il-proċess għadu għaddej u l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet korrettivi hija ppjanata għall-2013. |
Għadha għaddejja |
2012 |
Il-livell kumplessiv ta’ approprjazzjonijiet impenjati kien ta’ 99 %. Madankollu, il-livell ta’ approprjazzjonijiet impenjati riportati għat-Titolu II (nefqa amministrattiva) kien għoli f’livell ta’ EUR 2,3 miljun (22 % tal-approprjazzjonijiet tat-Titolu II) u għat-Titolu III (nefqa operazzjonali) f’livell ta’ EUR 5,6 miljun (30 % tal-approprjazzjonijiet tat-Titolu III). Għat-Titolu II, riporti li jammontaw għal EUR 1,1 miljun saru f’konformità mal-pjan ta’ ġestjoni tal-EFSA jew kienu relatati ma’ pagamenti sospiżi għal raġunijiet lil hinn mill-kontroll tal-Awtorità. Fil-każ tat-Titolu III, riporti ta’ EUR 2,1 miljun saru b’konformità mal-pjan ta’ ġestjoni tal-EFSA u ammont ta’ EUR 0,83 miljun ġie riportat għal raġunijiet lil hinn mill-kontroll tal-Awtorità. |
M/A |
ANNESS II
L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (Parma)
Kompetenzi u attivitajiet
Oqsma ta’ kompetenza tal-Unjoni li jidderivaw mit-Trattat |
Ġbir ta’ informazzjoni
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Kompetenzi tal-Awtorità (Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) |
Għanijiet
Xogħlijiet
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Governanza |
Bord ta' Ġestjoni (Bord tal-Amministrazzjoni) Kompożizzjoni 14-il membru maħtur mill-Kunsill (f’kooperazzjoni mal-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni) u rappreżentant wieħed tal-Kummissjoni. Xogħol Li jadotta l-programm ta' ħidma u l-baġit u jiżgura li jiġu implimentati. Direttur Eżekuttiv Maħtur mill-Bord ta' Ġestjoni abbażi ta’ lista ta’ kandidati proposti mill-Kummissjoni, wara seduta quddiem il-Parlament Ewropew. Forum ta’ Konsulenza Kompożizzjoni Rappreżentant wieħed minn kull Stat Membru. Xogħol Li jagħti konsulenza lid-Direttur Eżekuttiv. Kumitat Xjentifiku u bordijiet xjentifiċi Li jħejju l-opinjonijiet xjentifiċi tal-Awtorità. Awditu estern Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri. Awditu intern L-Unità tal-Awditjar Intern tal-EFSA. Is-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni Ewropea (IAS). Awtorità ta’ kwittanza Il-Parlament Ewropew li jaġixxi fuq rakkomandazzjoni mill-Kunsill. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Riżorsi disponibbli għall-Awtorità fl-2013 (2012) |
Baġit EUR 78,1 (78,3) miljun li minnhom 100 % (100 %) huma sussidju mill-Unjoni Ewropea. Persunal fil-31 ta' Diċembru 2013 Postijiet fit-tabella tal-persunal: 351 (355), li minnhom okkupati:
Total tal-persunal (inklużi tliet ittri ta’ offerta li għadhom qed jistennew aċċettazzjoni fil-31.12.2013): 448 (466), li minnhom għal:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Prodotti u servizzi pprovduti fl-2013 (2012) |
Outputs xjentifiċi u pubblikazzjonijiet ta’ sostenn 2013 Attività 1: Għoti ta’ opinjonijiet xjentifiċi u konsulenza u approċċi għall-analiżi tar-riskju
Total tal-outputs xjentifiċi għall-attività 1 = 62 (65) Attività 2: Evalwazzjoni ta’ prodotti, sustanzi u klejms soġġetti għal awtorizzazzjoni
Total tal-outputs xjentifiċi għall-attività 2 = 267 (320) Attività 3: Ġbir ta’ Data, kooperazzjoni xjentifika u netwerking
Total tal-outputs xjentifiċi għall-attività 3 = 122 (131) Pubblikazzjonijiet ta’ Sostenn
Total tal-Pubblikazzjonijiet ta’ Sostenn = 155 (162) Total tal-outputs = 606 (678)
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(1) L-allokazzjoni għall-ekwivalenti ta’ ingaġġ full-time (FTE) 2013 inħadmet skont il-metodoloġija tal-KE; għal skopijiet ta' tqabbil, id-data tal-2012 ġiet ikkalkulata mill-ġdid.
Sors: Anness ipprovdut mill-Awtorità.
IT-TWEĠIBA TAL-AWTORITÀ
11. |
Skont l-awtovalutazzjoni li l-EFSA wettqet fir-rigward tas-sistema ta' kontroll intern tagħha fl-2012 u l-2013, il-maġġoranza tal-istandards ta' kontroll intern qed jintlaħqu. Dan għadu mhuwiex il-każ għal ICS 4 (l-evalwazzjoni u l-iżvilupp tal-persunal) u ICS 11 (Il-ġestjoni tad-dokumenti), li fir-rigward tagħhom kienet għadha għaddejja azzjoni korrettiva. |
12. |
L-EFSA tilqa’ b’sodisfazzjon is-sejba tal-ECA li tirrifletti l-evoluzzjoni li qed tiġi implimentata bħala parti miċ-ċiklu tal-baġit għall-2014. Fil-Programm ta’ Ħidma tagħha, l-EFSA diġà ppubblikat informazzjoni aktar iddettaljata dwar l-akkwisti u l-għotjiet fil-qasam tax-xjenza, kif ukoll dwar l-akkwisti l-oħra kollha, bħal dawk li jaqgħu taħt il-programm ta' komunikazzjoni jew appoġġ operattiv. Ninsabu fiduċjużi li din l-evoluzzjoni mill-prattiki tal-2013 li l-Qorti kkummentat dwarhom hawn fuq, tmur lil hinn mir-rekwiżiti previsti, b’konformità mal-isforz tal-EFSA biex tkompli ttejjeb it-trasparenza tal-informazzjoni pprovduta. |