Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-pożizzjoni adottata mill-Unjoni fis-Sottokumitat SPS, is-Sottokumitat Doganali u is-Sottokumitat dwar l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi stabbiliti permezz tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Moldova, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-adozzjoni tar-regoli ta’ proċedura tas-Sottokumitat SPS, is-Sottokumitat Doganali, u s-Sottokumitat dwar l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi /* COM/2014/0729 final - 2014/0350 (NLE) */
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI 1. IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA/L-ISFOND Il-proposta mehmuża tikkostitwixxi
strument ġuridiku għall-awtorizzazzjoni tal-pożizzjoni adottata
mill-Unjoni fis-Sottokumitat dwar il-Miżuri Sanitarji u Fitosanitarji
("is-Sottokumitat SPS"), is-Sottokumitat Doganali u s-Sottokumitat
dwar l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi ("is-Sottokumitat
IĠ") stabbiliti permezz tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn
l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati
Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Moldova,
min-naħa l-oħra ("il-Ftehim"), fir-rigward tal-adozzjoni
tar-regoli ta’ proċedura tas-Sottokumitat SPS, is-Sottokumitat Doganali, u
s-Sottokumitat IĠ. Fis-16 ta’ Ġunju 2014,
il-Kunsill adotta d-deċiżjoni tiegħu[1] dwar l-iffirmar, f’isem
l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati
Membri tagħhom, u l-applikazzjoni provviżorja ta’ ċerti
dispożizzjonijiet tal-Ftehim, inkluża l-parti taż-Żona ta’
Kummerċ Ħieles Approfondita u Komprensiva (DCFTA). Sussegwentement,
il-Ftehim ġie ffirmat fi Brussell nhar
is-27 ta' Ġunju 2014 fil-marġnijiet tal-Kunsill
Ewropew. Ir-Repubblika
tal-Moldova rratifikat il-Ftehim fit-2 ta' Lulju 2014 u lestiet,
b'mod parallel mal-Unjoni Ewropea, il-proċeduri ta' notifika
meħtieġa fl-istess xahar. Konsegwentement, skont l-Artikolu 464
tal-Ftehim, ċerti dispożizzjonijiet tiegħu (speċifikati
fl-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-iffirmar u
l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim mar-Repubblika tal-Moldova
tas-16 ta' Ġunju 2014) huma applikati fuq bażi
provviżorja b'seħħ mill-1 ta' Settembru 2014,
fl-istennija ta' ratifika mill-Istati Membri tal-UE. Il-Ftehim stabbilixxa
Sottokumitat Sanitarju u Fitosanitarju (SPS), is-Sottokumitat Doganali, u
is-Sottokumitat dwar l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi. Dawn
is-sottokumitati għandhom jimmonitorjaw l-implimentazzjoni tal-parti dwar
id-DCFTA tal-Ftehim, u jsolvu kwistjonijiet relatati. Is-sottokumitati
għandhom jadottaw ir-regoli ta’ proċedura tagħhom. L-ewwel
laqgħat tas-sottokumitati huma mistennija li jseħħu fil-bidu
tal-2015. Ir-regoli ta’ proċedura ta’ dawn is-sottokumitati, mehmuża
ma’ din il-proposta, huma bbażati fuq ir-regoli ta’ proċedura
tal-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni. 2. IR-RIŻULTATI TAN-NEGOZJATI L-Artikolu 191
tal-Ftehim mar-Repubblika tal-Moldova jipprovdi li s-Sottokumitat SPS jadotta
r-regoli ta’ proċedura tiegħu fl-ewwel laqgħa tiegħu.
Il-laqgħa tas-Sottokumitat SPS għandha sseħħ kmieni
fl-2015. Fid-dawl ta’ din l-ewwel laqgħa huwa meħtieġ li
titħejja l-pożizzjoni tal-Unjoni dwar l-abbozz tar-regoli ta’
proċedura tal-imsemmi Sottokumitat. L-abbozz tar-regoli mehmuż huwa
riżultat tan-negozjati mar-Repubblika tal-Moldova. L-Artikolu 200
tal-Ftehim jistabbilixxi s-Sottokumitat Doganali u jistipula li għandu
jadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu. L-ewwel laqgħa hija
mistennija li sseħħ kmieni fl-2015. Għalhekk huwa
meħtieġ li titħejja l-pożizzjoni tal-Unjoni dwar ir-regoli
ta’ proċedura għall-imsemmi Sottokumitat. L-abbozz tar-regoli
mehmuż huwa riżultat tan-negozjati mar-Repubblika tal-Moldova. L-Artikolu 306
tal-Ftehim jistabbilixxi s-Sottokumitat IĠ u jistipula li għandu
jadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu. L-ewwel laqgħa hija
mistennija li sseħħ kmieni fl-2015. Għalhekk huwa
meħtieġ li titħejja l-pożizzjoni tal-Unjoni dwar ir-regoli
ta’ proċedura għall-imsemmi Sottokumitat. L-abbozz tar-regoli
mehmuż huwa riżultat tan-negozjati mar-Repubblika tal-Moldova. 3. L-ELEMENTI ĠURIDIĊI
TAL-PROPOSTA Għall-Unjoni,
il-bażi ġuridika li tawtorizza l-pożizzjoni tal-Unjoni li
għandha tittieħed fis-Sottokumitati stabbiliti bil-Ftehim ta'
Assoċjazzjoni bejn l-UE u r-Repubblika tal-Moldova hija t-Trattat dwar
il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 207(4)
flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu. Fid-dawl
tar-riżultati tan-negozjati msemmija hawn fuq, fuq il-bażi
tal-Artikolu 207(4) u l-Artikolu 218(9) TFUE, il-Kummissjoni Ewropea
tipproponi li l-Kunsill jadotta d-Deċiżjoni li tawtorizza li
l-pożizzjoni tal-Unjoni tittieħed fl-ewwel Sottokumitat SPS bejn l-UE
u r-Repubblika tal-Moldova, is-Sottokumitat Doganali bejn l-UE u r-Repubblika
tal-Moldova u s-Sottokumitat IĠ bejn l-UE u r-Repubblika tal-Moldova
fir-rigward tar-regoli ta' proċedura tagħhom. 2014/0350 (NLE) Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-pożizzjoni adottata mill-Unjoni
fis-Sottokumitat SPS, is-Sottokumitat Doganali u is-Sottokumitat dwar
l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi stabbiliti permezz tal-Ftehim ta’
Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija
Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u
r-Repubblika tal-Moldova, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-adozzjoni
tar-regoli ta’ proċedura tas-Sottokumitat SPS, is-Sottokumitat Doganali, u
s-Sottokumitat dwar l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat dwar
il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel paragrafu
tal-Artikolu 207(4) flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni
Ewropea, Billi: (1) L-Artikolu 464(3) u (4)
tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea
tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa, u
r-Repubblika tal-Moldova, fuq in-naħa l-oħra, ("il-Ftehim")
jistipulaw l-applikazzjoni provviżorja ta' parti mill-Ftehim. (2) L-Artikolu 3
tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/492/UE[2] jispeċifika
d-dispożizzjonijiet tal-Ftehim li għandhom jiġu applikati b’mod
provviżorju, inklużi d-dispożizzjonijiet dwar l-istabbiliment u
l-funzjonament tas-Sottokumitat Sanitarju u Fitosanitarju ("is-Sottokumitat
SPS"), is-Sottokumitat Doganali, u s-Sottokumitat dwar l-Indikazzjonijiet
Ġeografiċi ("is-Sottokumitat IĠ"). (3) L-Artikolu 191
tal-Ftehim jistipula li s-Sottokumitat SPS għandu jadotta r-regoli ta’
proċedura tiegħu fl-ewwel laqgħa tiegħu. (4) L-Artikolu 200(3)
tal-Ftehim jistipula li s-Sottokumitat Doganali għandu jistabbilixxi
r-regoli ta' proċedura tiegħu. (5) L-Artikolu 306(3)
tal-Ftehim jistipula li s-Sottokumitat IĠ għandu jistabbilixxi
r-regoli ta' proċedura tiegħu. (6) Huwa għalhekk xieraq li
tiġi stabbilita l-pożizzjoni tal-Unjoni fir-rigward tar-regoli ta’
proċedura li għandhom jiġu adottati mill-imsemmija
Sottokumitati, ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 1. Il-pożizzjoni li
għandha tittieħed mill-Unjoni fis-Sottokumitat SPS stabbilit permezz
tal-Artikolu 191 tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u
l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom,
minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Moldova, min-naħa
l-oħra, dwar l-adozzjoni tar-regoli ta’ proċedura tas-Sottokumitat
SPS tkun ibbażata fuq l-abbozz tad-Deċiżjoni ta' dan
is-Sottokumitat mehmuż ma' din id-Deċiżjoni. 2. Tibdiliet minuri fl-abbozz
tad-deċiżjonijiet jistgħu jiġu maqbula
mir-rappreżentanti tal-Unjoni fis-Sottokumitat SPS mingħajr
deċiżjoni ulterjuri tal-Kunsill. Artikolu 2 1. Il-pożizzjoni li
għandha tittieħed mill-Unjoni fis-Sottokumitat SPS stabbilit permezz
tal-Artikolu 200 tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u
l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom,
minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Moldova, min-naħa
l-oħra, dwar l-adozzjoni tar-regoli ta’ proċedura tas-Sottokumitat
SPS tkun ibbażata fuq l-abbozz tad-Deċiżjoni ta' dan
is-Sottokumitat mehmuż ma' din id-Deċiżjoni. 2. Tibdiliet minuri fl-abbozz
tad-deċiżjonijiet jistgħu jiġu maqbula
mir-rappreżentanti tal-Unjoni fis-Sottokumitat Doganali mingħajr
deċiżjoni ulterjuri tal-Kunsill. Artikolu 3 1. Il-pożizzjoni li
għandha tittieħed mill-Unjoni fis-Sottokumitat IĠ stabbilit
permezz tal-Artikolu 306 tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni
Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri
tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Moldova,
min-naħa l-oħra, dwar l-adozzjoni tar-regoli ta’ proċedura tas-Sottokumitat
IĠ tkun ibbażata fuq l-abbozz tad-Deċiżjoni ta' dan
is-Sottokumitat mehmuż ma' din id-Deċiżjoni. 2. Tibdiliet minuri fl-abbozz
tad-deċiżjonijiet jistgħu jiġu maqbula
mir-rappreżentanti tal-Unjoni fis-Sottokumitat IĠ mingħajr
deċiżjoni ulterjuri tal-Kunsill. Artikolu 4 Din id-Deċiżjoni tidħol
fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha. Magħmul fi Brussell, Għall-Kunsill Il-President [1] ĠU L 260, 30.8.2014, p. 1. [2] Id-Deċiżjoni tal-Kunsill
tas-16 ta' Ġunju 2014 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni
Ewropea, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni
bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati
Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Moldova,
min-naħa l-oħra (ĠU L 260, 30.8.2014, p.1). ANNESS ABBOZZ DEĊIŻJONI
Nru 1/2015 TAS-SOTTOKUMITAT SANITARJU U FITOSANITARJU TAL-UE U
R-REPUBBLIKA TAL-MOLDOVA ta'
… 2015 li biha jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu IS-SOTTOKUMITAT
SANITARJU U FITOSANITARJU TAL-UE U R-REPUBBLIKA TAL-MOLDOVA, Wara li kkunsidra l-Ftehim ta'
Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija
Atomika u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa, u r-Repubblika
tal-Moldova, fuq in-naħa l-oħra, ("il-Ftehim") u b'mod partikolari
l-Artikolu 191 tiegħu, Billi: (1) Skont l-Artikolu 464,
partijiet mill-Ftehim huma applikati provviżorjament mill-1 ta'
Settembru 2014. (2) L-Artikolu 191
tal-Ftehim jipprovdi li s-Sottokumitat Sanitarju u Fitosanitarju
(“is-Sottokumitat SPS”) għandu jikkunsidra kull kwistjoni li għandha
x'taqsam mal-implimentazzjoni tal-Kapitolu 4 (Miżuri Sanitarji u
Fitosanitarji) tat-Titolu V (Kummerċ u Kwistjonijiet relatati
mal-Kummerċ) ta' dan il-Ftehim. (3) L-Artikolu 191(5)
tal-Ftehim jipprovdi li s-Sottokumitat SPS għandu jadotta r-regoli ta' proċedura
tiegħu stess. IDDEĊIEDA KIF ĠEJ: Artikolu 1 Ir-Regoli ta' Proċedura tas-Sottokumitat
SPS, kif stabbiliti fl-Appendiċi, huma b'dan adottati. Artikolu 2 Din
id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni
tagħha. Magħmul fi …, ….. || Għas-Sottokumitat SPS || Il-President Appendiċi Regoli ta' Proċedura tas-Sottokumitat dwar
il-miżuri Sanitarji u Fitosanitarji bejn l-UE u r-Repubblika tal-Moldova Artikolu 1 Dispożizzjonijiet
Ġenerali 1. Is-Sottokumitat dwar
il-miżuri Sanitarji u Fitosanitarji (“is-Sottokumitat SPS”), stabbilit
skont l-Artikolu 191(1) tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni
Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri
tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Moldova, min-naħa
l-oħra (“il-Ftehim”) għandu jassisti l-laqgħa tal-Kumitat ta'
Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ kif previst
fl-Artikolu 438(4) tat-Titolu V tal-Ftehim fit-twettiq ta' dmirijietu. 2. Is-Sottokumitat SPS iwettaq
il-kompiti stipulati fl-Artikolu 191(2) tal-Ftehim fid-dawl tal-objettivi
tal-Kapitolu 4 tat-Titolu V stabbilit fl-Artikolu 176 tal-Ftehim. 3. Is-Sottokumitat ikun kompost
minn rappreżentanti tal-Kummissjoni Ewropea u tar-Repubblika tal-Moldova,
responsabbli għal kwistjonijiet sanitarji u fitosanitarji. 4. Rappreżentant
tal-Kummissjoni Ewropea jew tar-Repubblika tal-Moldova li jkollu
r-responsabbiltà għal kwistjonijiet sanitarji u fitosanitarji jaġixxi
bħala President skont l-Artikolu 2 hawn taħt. 5. Il-Partijiet f'dawn ir-Regoli
ta' Proċedura jiġu definiti kif previst fl-Artikolu 461
tal-Ftehim. Artikolu 2 Presidenza Il-Partijiet iżommu l-Presidenza
tas-Sottokumitat SPS, alternatament, għal perjodu ta' 12-il xahar. L-ewwel
perjodu jibda fid-data tal-ewwel laqgħa tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni
u jintemm fil-31 ta' Diċembru tal-istess sena. Artikolu 3 Laqgħat 1. Ħlief fejn ikun
miftiehem mod ieħor mill-Partijiet, is-Sottokumitat SPS jiltaqa' fi
żmien tliet xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim,
fuq talba ta' xi waħda mill-Partijiet wara dan, jew mill-inqas darba
fis-sena. 2. Kull laqgħa
tas-Sottokumitat SPS titlaqqa' mill-President fi żmien u f'post li jkun
hemm qbil dwaru mill-Partijiet. L-avviż ta' sejħa
għal-laqgħa jinħareġ mis-Segretarjat tas-Sottokumitat SPS
mhux aktar tard minn 28 jum qabel il-bidu tal-laqgħa sakemm
il-Partijiet ma jiftehmux mod ieħor. 3. Kull fejn possibbli,
il-laqgħa regolari tas-Sottokumitat SPS tissejjaħ fi żmien
xieraq qabel il-laqgħa regolari tal-Kumitat ta ' Assoċjazzjoni
fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ. 4. Il-laqgħat tas-Sottokumitat
SPS jistgħu jsiru permezz ta' kwalunkwe mezz teknoloġiku maqbul bħalma huma l-konferenzi bil-vidjo jew awdjo. 5. Is-Sottokumitat SPS jista'
wkoll jindirizza kwalunkwe kwistjoni mingħajr ma jiltaqa', permezz ta'
korrispondenza. Artikolu 4 Delegazzjonijiet Qabel kull laqgħa, il-Partijiet jiġu
infurmati, permezz tas-Segretarjat, bil-kompożizzjoni maħsuba
tad-delegazzjonijiet li jkunu se jattendu l-laqgħa fuq
iż-żewġ naħat. Artikolu 5 Is-Segretarjat 1. Uffiċjal tal-Kummissjoni
Ewropea u uffiċjal tar-Repubblika tal-Moldova jaġixxu b'mod
konġunt bħala Segretarji tas-Sottokumitat SPS u jwettqu kompiti
segretarjali b'mod konġunt, fi spirtu ta' fiduċja reċiproka u
kooperazzjoni. 2. Is-Segretarjat tal-Kumitat
ta' Assoċjazzjoni li jiltaqa' fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ ikun
infurmat bi kwalunkwe deċiżjonijiet, opinjonijiet,
rakkomandazzjonijiet, rapporti u azzjonijiet oħra maqbula tas-Sottokumitat
SPS. Artikolu 6 Korrispondenza 1. Korrispondenza indirizzata
lis-Sottokumitat tintbagħat lis-Segretarju ta' waħda mill-Partijiet,
li min-naħa tiegħu jgħarraf lis-Segretarju l-ieħor. 2. Is-Segretarjat jiżgura
li l-korrispondenza indirizzata lis-Sottokumitat SPS tingħata
lill-President tas-Sottokumitat SPS u tiġi ċċirkolata, fejn
xieraq, bħala dokumenti msemmija fl-Artikolu 7 ta' dawn ir-Regoli ta'
Proċedura. 3. Korrispondenza mill-President
tas-Sottokumitat SPS tintbagħat lill-Partijiet mis-Segretarjat
tas-Sottokumitat SPS f'isem il-President. Din il-korrispondenza tiġi
ċċirkolata, fejn xieraq, kif previst fl-Artikolu 7 ta' dawn
ir-Regoli ta' Proċedura. Artikolu 7 Dokumenti 1. Id-dokumenti għandhom
jiġu ċċirkolati permezz tas-Segretarji tas-Sottokumitat SPS. 2. Parti tittrażmetti
d-dokumenti tagħha lis-Segretarju tagħha. Is-Segretarju
jittrażmetti dawn id-dokumenti lis-Segretarju tal-Parti l-oħra. 3. Is-Segretarju tal-Unjoni
jiċċirkola d-dokumenti lir-rappreżentanti responsabbli
tal-Unjoni u jikkopja sistematikament lis-Segretarju tar-Repubblika tal-Moldova
u s-Segretarji tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni li jiltaqa' fil-konfigurazzjoni
tal-Kummerċ f'din il-korrispondenza. 4. Is-Segretarju tar-Repubblika
tal-Moldova jiċċirkola d-dokumenti lir-rappreżentanti
responsabbli tar-Repubblika tal-Moldova u jikkopja sistematikament
lis-Segretarju tal-Unjoni u s-Segretarji tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni li
jiltaqa' fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ f'din il-korrispondenza. 5. Is-Segretarji
tas-Sottokumitat SPS iservu bħala punti ta' kuntatt għal skambji
previsti fl-Artikolu 184 tal-Ftehim. Artikolu 8 Kunfidenzjalità Sakemm ma jiġix deċiż mod
ieħor mill-Partijiet, il-laqgħat tas-Sottokumitat SPS ma jkunux
pubbliċi. Meta Parti tissottometti lis-Sottokumitat SPS informazzjoni
mmarkata bħala kunfidenzjali, il-Parti l-oħra tittratta dik
l-informazzjoni bħala tali. Artikolu 9 Aġendi
għal-Laqgħat 1. Titfassal aġenda
provviżorja għal kull laqgħa kif ukoll abbozz
tal-konklużjonijiet operattivi kif previsti fl-Artikolu 10 hawn
taħt mis-Segretarjat tas-Sottokumitat SPS abbażi tal-proposti li
jsiru mill-Partijiet. L-aġenda provviżorja tinkludi punti li
s-Segretarju tas-Sottokumitat SPS ikun irċieva talba dwarhom mingħand
Parti biex jiddaħħlu fl-aġenda, sostnuti minn dokumenti
rilevanti, mhux aktar tard minn 21 jum kalendarju qabel id-data
tal-laqgħa. 2. L-aġenda
provviżorja, flimkien mad-dokumenti rilevanti, jiġu
ċċirkolati kif previst fl-Artikolu 7 mhux aktar tard minn
15-il jum qabel il-bidu tal-laqgħa. 3. L-aġenda tiġi
adottata mis-Sottokumitat SPS fil-bidu ta' kull laqgħa. Kull punt minbarra
dawk li jidhru fl-aġenda provviżorja jista' jitqiegħed fuq
l-aġenda jekk il-Partijiet jaqblu li jsir hekk. 4. Il-President tal-laqgħa
tas-Sottokumitat SPS jista', bil-qbil tal-Parti l-oħra, jistieden
rappreżentanti ta' korpi oħra tal-Partijiet jew esperti indipendenti
f'suġġett fuq bażi ad hoc biex jattendu l-laqgħat
tiegħu biex jipprovdu informazzjoni fuq suġġetti
speċifiċi. Il-Partijiet jiżguraw li dawk l-osservaturi jew
esperti jirrispettaw kull rekwiżit ta' kunfidenzjalità. 5. Il-President tas-Sottokumitat
SPS jista', b'konsultazzjoni mal-Partijiet, iqassar il-perjodi ta' żmien
speċifikati fil-paragrafi 1 u 2 biex jieħu kont ta' ċirkostanzi
speċjali. Artikolu 10 Minuti u Konklużjonijiet Operattivi 1. Jitħejja abbozz
tal-minuti ta' kull laqgħa b'mod konġunt miż-żewġ
Segretarji. 2. Bħala regola
ġenerali, il-minuti jindikaw fir-rigward ta' kull punt fuq l-aġenda: (a) il-parteċipanti fil-laqgħa,
l-uffiċjali li jakkumpanjawhom u kull osservatur jew espert li jattendi
l-laqgħa; (b) id-dokumenti ppreżentati
lis-Sottokumitat SPS; (c) id-dikjarazzjonijiet li s-Sottokumitat
SPS jkun talab li jiddaħħlu; kif ukoll (d) il-konklużjonijiet operattivi
mil-laqgħa, kif stipulat fil-paragrafu (4). 3. L-abbozz tal-minuti jiġi
ppreżentat lis-Sottokumitat SPS għall-approvazzjoni. Dawn jiġu
approvati fi żmien 28 jum kalendarju wara kull laqgħa
tas-Sottokumitat SPS. Kopja tintbagħat lil kull wieħed
mid-destinatarji msemmija fl-Artikolu 7 tar-Regoli tal-Proċedura. 4. Abbozz
tal-konklużjonijiet operattivi ta ' kull laqgħa jitfassal
mis-Segretarju tas-Sottokumitat SPS tal-Parti li jkollha l-Presidenza, u
jiġi ċċirkolat lill-Partijiet flimkien mal-aġenda,
normalment mhux aktar tard minn 15-il jum qabel il-bidu tal-laqgħa.
Dan l-abbozz jiġi aġġornat matul il-laqgħa sabiex fi tmiem il-laqgħa,
sakemm ma jkunx miftiehem mod ieħor, is-Sottokumitat SPS jadotta
l-konklużjonijiet operazzjonali, li jirriflettu l-azzjonijiet ta' segwitu
li kien hemm qbil dwarhom mill-partijiet. Ladarba jkunu miftiehma,
il-konklużjonijiet operattivi jiġu mehmuża mal-minuti u
l-implimentazzjoni tagħhom tiġi eżaminata matul laqgħa
sussegwenti tas-Sottokumitat SPS. Għal dan il-għan is-Sottokumitat
SPS jadotta mudell, li jippermetti li kull punt ta ' azzjoni jiġi
traċċat skont skadenza speċifika. Artikolu 11 Deċiżjonijiet
u rakkomandazzjonijiet 1. Is-Sottokumitat SPS jadotta
deċiżjonijiet, opinjonijiet, rakkomandazzjonijiet, rapporti u
azzjonijiet konġunti kif previst fl-Artikolu 191 tal-Ftehim. Dawn
id-deċiżjonijiet, opinjonijiet, rakkomandazzjonijiet, rapporti u
azzjonijiet konġunti jiġu adottati b'kunsens bejn il-Partijiet wara
t-tlestija tal-proċeduri interni rispettivi għall-adozzjoni
tagħhom. Id-deċiżjonijiet huma vinkolanti għall-Partijiet,
li jieħdu l-miżuri xierqa biex jimplimentawhom. 2. Kull deċiżjoni,
opinjoni, rakkomandazzjoni jew rapport jiġu ffirmati mill-President u
awtentikati miż-żewġ Segretarji. Mingħajr preġudizzju
għall-paragrafu 3, il-President jiffirma dawn id-dokumenti matul
il-laqgħa li fiha tiġi adottata d-deċiżjoni jew
rakkomandazzjoni rilevanti. 3. Is-Sottokumitat SPS jista'
jieħu deċiżjonijiet, jagħmel rakkomandazzjonijiet u jadotta
opinjonijiet jew rapporti bi proċedura bil-miktub, wara t-tlestija
tal-proċeduri interni rispettivi għall-adozzjoni tagħhom, jekk
il-Partijiet jaqblu li jsir hekk. Il-proċedura bil-miktub tikkonsisti minn
skambju ta' noti bejn iż-żewġ Segretarji, li jaġixxu bi
ftehim mal-Partijiet. Għal dan il-għan, it-test tal-proposta
jitqassam skont l-Artikolu 7, b'limitu ta' żmien ta' mhux anqas minn
21 jum kalendarju li fih kull riżerva jew emenda għandha
tiġi mgħarrfa. Il-President tas-Sottokumitat SPS jista',
b'konsultazzjoni mal-Partijiet, iqassar il-perjodi ta' żmien
speċifikati f'dan il-paragrafu biex jieħu kont ta' ċirkostanzi
speċjali. Ladarba jkun hemm qbil dwar it-test, id-deċiżjoni,
opinjoni, rakkomandazzjoni jew rapport jiġu ffirmati mill-President u
awtentikati miż-żewġ Segretarji. 4. L-atti tas-Sottokumitat SPS
jiġu intitolati "Deċiżjoni", "Opinjoni",
"Rakkomandazzjoni" jew "Rapport" rispettivament. Kull
Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha
sakemm id-deċiżjoni ma tipprovdix mod ieħor. 5. Id-deċiżjonijiet,
opinjonijiet, rakkomandazzjonijiet u rapporti jiġu ċċirkolati
liż-żewġ Partijiet. 6. Kull Parti tista'
tiddeċiedi dwar il-pubblikazzjoni tad-deċiżjonijiet,
opinjonijiet u rakkomandazzjonijiet tas-Sottokumitat SPS fil-pubblikazzjoni
uffiċjali rispettiva tagħha. Artikolu 12 Rapporti Is-Sottokumitat SPS jippreżenta rapport
dwar l-attivitajiet tiegħu u dawk tal-gruppi ta' ħidma tekniċi
jew il-gruppi ad hoc imwaqqfa mis-Sottokumitat SPS lill-Kumitat ta'
Assoċjazzjoni li jiltaqa' fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ. Ir-rapport
jiġi sottomess 25 ġurnata qabel il-laqgħa annwali regolari
tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni li jiltaqa' fil-konfigurazzjoni
tal-Kummerċ. Artikolu 13 Lingwi
1. Il-lingwi ta' ħidma tas-Sottokumitat
SPS huma l-Ingliż u r-Rumen. 2. Sakemm ma jiġix
deċiż mod ieħor, is-Sottokumitat SPS jibbaża
d-deliberazzjonijiet tiegħu fuq dokumentazzjoni mfassla f'dawn il-lingwi. Artikolu 14 Spejjeż 1. Kull Parti tieħu
ħsieb l-ispejjeż li ġġarrab bħala riżultat
tal-parteċipazzjoni fil-laqgħat tas-Sottokumitat SPS, kemm
fir-rigward tal-impjegati, l-ivvjaġġar u n-nefqa tal-għajxien
kif ukoll fir-rigward tan-nefqa tal-posta u tat-telekomunikazzjonijiet. 2. In-nefqa marbuta
mal-organizzazzjoni tal-laqgħat u mar-riproduzzjoni tad-dokumenti
għandha titħallas mill-Parti li tkun qed tospita l-laqgħa. 3. In-nefqa li għandha
x'taqsam ma' servizzi ta' interpretazzjoni fil-laqgħat, u t-traduzzjoni
ta' dokumenti għal jew mill-Ingliż u r-Rumen kif imsemmi fl-Artikolu 13(1)
ta' dawn ir-Regoli ta' Proċedura titħallas mill-Parti li tkun qed
tospita l-laqgħa. Interpretazzjoni u traduzzjoni għal jew minn
lingwi oħra jitħallsu direttament mill-Parti li tagħmel
it-talba. Artikolu 15 Emenda
tar-Regoli ta' Proċedura Dawn ir-Regoli ta' Proċedura jistgħu
jiġu emendati b'deċiżjoni tas-Sottokumitat SPS skont
l-Artikolu 191(5). Artikolu 16 Gruppi
ta' ħidma tekniċi u gruppi ad hoc 1. Is-Sottokumitat SPS jista'
b'deċiżjoni skont l-Artikolu 191(6) tal-Ftehim joħloq jew
iħassar, fejn xieraq, gruppi ta' ħidma tekniċi jew gruppi ta'
ħidma ad hoc, inklużi gruppi xjentifiċi u gruppi ta'
esperti. 2. Is-sħubija f'tali gruppi
ad hoc m'għandhiex tkun ristretta
għar-rappreżentanti tal-Partijiet. Il-Partijiet jiżguraw li
l-membri ta' kwalunkwe grupp stabbilit mis-Sottokumitat SPS jirrispettaw kull
rekwiżiti ta' kunfidenzjalità xierqa. 3. Sakemm ma jkunx
deċiż mod ieħor, il-gruppi maħluqa mis-Sottokumitat SPS
jaħdmu taħt l-awtorità tas-Sottokumitat SPS, u jirrappurtaw lilu. 4. Il-laqgħat tal-gruppi
ta' ħidma jistgħu jsiru skont il-bżonn, personalment jew permezz
ta' konferenzi bil-vidjo jew awdjo. 5. Is-Segretarjat
tas-Sottokumitat SPS jirċievi kopja ta' kull korrispondenza rilevanti,
dokumenti u komunikazzjonijiet li jikkonċernaw l-attivitajiet tal-gruppi
ta' ħidma. 6. Il-gruppi ta' ħidma
jkollhom is-setgħa li jagħmlu rakkomandazzjonijiet bil-miktub quddiem
is-Sottokumitat SPS. Ir-rakkomandazzjonijiet isiru b'kunsens u kkomunikati
lill-President tas-Sottokumitat SPS, li min-naħa tiegħu jiċċirkola
r-rakkomandazzjonijiet kif previst fl-Artikolu 7. 7. Ir-regoli ta' proċedura
preżenti attwalijiġu applikati mutatis mutandis għal
kwalunkwe grupp ta' ħidma tekniku jew grupp ta' ħidma ad hoc
maħluq mis-Sottokumitat SPS, sakemm ma jkunx speċifikat mod
ieħor f'dan l-Artikolu. Ir-referenzi għall-Kumitat ta'
Assoċjazzjoni li jiltaqa' fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ jinftiehmu
li jfissru referenzi għas-Sottokumitat SPS. ABBOZZ DEĊIŻJONI
Nru 1/2015 TAS-SOTTOKUMITAT DOGANALI TAL-UE U R-REPUBBLIKA TAL-MOLDOVA ta'
.. 2015 li biha jaddotta r-regoli ta' proċedura tiegħu IS-SOTTOKUMITAT DOGANALI TAL-UE U R-REPUBBLIKA
TAL-MOLDOVA, Wara li kkunsidra
l-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea
tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa, u
r-Repubblika tal-Moldova, fuq in-naħa l-oħra, (minn hawn il-quddiem
imsejjaħ "il-Ftehim") u b'mod partikolari l-Artikolu 200
tiegħu, Billi: (1) Skont l-Artikolu 464,
partijiet mill-Ftehim huma applikati provviżorjament mill-1 ta'
Settembru 2014. (2) L-Artikolu 200
tal-Ftehim jipprovdi li s-Sottokumitat Doganali jissorvelja l-implimentazzjoni
u l-amministrazzjoni tal-Kapitolu 5 (Dwana u Faċilitazzjoni
tal-Kummerċ) tat-Titolu V (Kummerċ u Kwistjonijiet relatati
mal-Kummerċ) ta' dan il-Ftehim. (3) L-Artikolu 200(3)(e)
tal-Ftehim jipprovdi li s-Sottokumitat Doganali għandu jadotta r-regoli
ta' proċedura tiegħu stess. IDDEĊIEDA KIF ĠEJ: Artikolu 1 Ir-Regoli ta' Proċedura tas-Sottokumitat
Doganali, kif stabbiliti fl-Appendiċi, huma b'dan adottati. Artikolu
2 Din
id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni
tagħha. Magħmul fi …, ….. || Għas-Sottokumitat Doganali || Il-President Appendiċi Regoli ta' Proċedura tas-Sottokumitat Doganali
tal-UE u r-Repubblika tal-Moldova Artikolu 1 Dispożizzjonijiet
Ġenerali 1. Is-Sottokumitat Doganali,
stabbilit skont l-Artikolu 200(1) tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn
l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika u l-Istati
Membri tagħhom, fuq naħa waħda, u r-Repubblika tal-Moldova, fuq
in-naħa l-oħra (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ
"il-Ftehim") iwettaq id-dmirijiet tiegħu kif previst
fl-Artikoli 200(2) u (3) tal-Ftehim. 2. Is-Sottokumitat Doganali jkun
kompost minn rappreżentanti tal-Kummissjoni Ewropea u tar-Repubblika
tal-Moldova, responsabbli għal kwistjonijiet doganali u relatati ma'
kwistjonijiet doganali. 3. Rappreżentant
tal-Kummissjoni Ewropea jew tar-Repubblika tal-Moldova li jkollu
r-responsabbiltà ta' affarijiet doganali u kwistjonijiet relatati ma'
affarijiet doganali jaġixxi bħala President skont l-Artikolu 2
hawn taħt. 4. Il-Partijiet f'dawn ir-Regoli
ta' Proċedura jiġu definiti kif previst fl-Artikolu 461
tal-Ftehim. Artikolu 2 Presidenza Il-Partijiet iżommu l-Presidenza
tas-Sottokumitat Doganali, alternatament, għal perjodu ta' 12-il xahar.
L-ewwel perjodu jibda fid-data tal-ewwel laqgħa tal-Kunsill ta'
Assoċjazzjoni u jintemm fil-31 ta' Diċembru tal-istess sena. Artikolu 3 Laqgħat 1. Ħlief fejn ikun
miftiehem mod ieħor mill-Partijiet, is-Sottokumitat Doganali jiltaqa' darba
fis-sena jew fuq talba ta' xi waħda mill-Partijiet. 2. Kull laqgħa
tas-Sottokumitat Doganali titlaqqa' mill-President fi żmien u f'post li
jkun hemm qbil dwaru mill-Partijiet. L-avviż ta' sejħa
għal-laqgħa jinħareġ mis-Segretarjat tas-Sottokumitat Doganali
mhux aktar tard minn 28 jum qabel il-bidu tal-laqgħa sakemm
il-Partijiet ma jiftehmux mod ieħor. 3. Il-laqgħat
tas-Sottokumitat Doganali jistgħu jsiru permezz ta' kwalunkwe mezz
teknoloġiku maqbul bħalma huma l-konferenzi bil-vidjo jew awdjo. 5. Is-Sottokumitat Doganali
jista' wkoll jindirizza kwalunkwe kwistjoni mingħajr ma jiltaqa', permezz
ta' korrispondenza. Artikolu 4 Delegazzjonijiet Qabel kull laqgħa, il-Partijiet jiġu
infurmati, permezz tas-Segretarjat, bil-kompożizzjoni maħsuba
tad-delegazzjonijiet li jkunu se jattendu l-laqgħa fuq
iż-żewġ naħat. Artikolu 5 Is-Segretarjat 1. Uffiċjal tal-Kummissjoni
Ewropea u uffiċjal tar-Repubblika tal-Moldova li jkollhom
ir-responsabbiltà ta' affarijiet doganali u kwistjonijiet relatati ma'
affarijiet doganali jaġixxu b'mod konġunt bħala Segretarji
tas-Sottokumitat Doganali u jwettqu kompiti segretarjali b'mod konġunt, fi
spirtu ta' fiduċja reċiproka u kooperazzjoni. 2. Is-Segretarjat tal-Kumitat
ta' Assoċjazzjoni li jiltaqa' fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ ikun
infurmat bi kwalunkwe deċiżjonijiet, opinjonijiet,
rakkomandazzjonijiet, rapporti u azzjonijiet oħra maqbula tas-Sottokumitat
Doganali. Artikolu 6 Korrispondenza 1. Korrispondenza indirizzata
lis-Sottokumitat Doganali tintbagħat lis-Segretarju ta' waħda
mill-Partijiet, li min-naħa tiegħu jgħarraf lis-Segretarju
l-ieħor. 2. Is-Segretarjat jiżgura
li l-korrispondenza indirizzata lis-Sottokumitat Doganali tingħata
lill-President tas-Sottokumitat Doganali u tiġi ċċirkolata, fejn
xieraq, bħala dokumenti msemmija fl-Artikolu 7 ta' dawn ir-Regoli ta'
Proċedura. 3. Korrispondenza mill-President
tas-Sottokumitat Doganali tintbagħat lill-Partijiet mis-Segretarjat
tas-Sottokumitat Doganali f'isem il-President. Din il-korrispondenza tiġi
ċċirkolata, fejn xieraq, kif previst fl-Artikolu 7 ta' dawn
ir-Regoli ta' Proċedura. Artikolu 7 Dokumenti 1. Id-dokumenti jiġu
ċċirkolati permezz tas-Segretarji tas-Sottokumitat Doganali. 2. Parti tittrażmetti
d-dokumenti tagħha lis-Segretarju tagħha. Is-Segretarju
jittrażmetti dawn id-dokumenti lis-Segretarju tal-Parti l-oħra. 3. Is-Segretarju tal-Unjoni
jiċċirkola d-dokumenti lir-rappreżentanti responsabbli
tal-Unjoni u jikkopja sistematikament lis-Segretarju tar-Repubblika tal-Moldova
f'din il-korrispondenza. Is-Segretarju tal-Unjoni jibgħat kopja
tad-dokument finali lis-Segretarji tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni
fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ. 4. Is-Segretarju tar-Repubblika
tal-Moldova jiċċirkola d-dokumenti lir-rappreżentanti
responsabbli tar-Repubblika tal-Moldova u jikkopja sistematikament
lis-Segretarju tal-Unjoni f'din il-korrispondenza. Is-Segretarju tar-Repubblika
tal-Moldova jibgħat kopja tad-dokumenti finali lis-Segretarji tal-Kumitat
ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ. Artikolu 8 Kunfidenzjalità Sakemm ma jiġix deċiż mod
ieħor mill-Partijiet, il-laqgħat tas-Sottokumitat Doganali ma jkunux
pubbliċi. Meta Parti tissottometti lis-Sottokumitat Doganali informazzjoni
mmarkata bħala kunfidenzjali, il-Parti l-oħra tittratta dik
l-informazzjoni bħala tali. Artikolu 9 Aġendi
għal-Laqgħat 1. Titfassal aġenda
provviżorja għal kull laqgħa mis-Segretarjat tas-Sottokumitat
Doganali abbażi tal-proposti li jsiru mill-Partijiet. L-aġenda
provviżorja tinkludi punti li s-Segretarju tas-Sottokumitat Doganali jkun
irċieva talba dwarhom mingħand Parti biex jiddaħħlu
fl-aġenda, sostnuti minn dokumenti rilevanti, mhux aktar tard minn
21 jum kalendarju qabel id-data tal-laqgħa. 2. L-aġenda
provviżorja, flimkien mad-dokumenti rilevanti, jiġu
ċċirkolati kif previst fl-Artikolu 7 mhux aktar tard minn
15-il jum qabel il-bidu tal-laqgħa. 3. L-aġenda tiġi
adottata mis-Sottokumitat Doganali fil-bidu ta' kull laqgħa. Kull punt
minbarra dawk li jidhru fl-aġenda provviżorja jista' jitqiegħed
fuq l-aġenda jekk il-Partijiet jaqblu li jsir hekk. 4. Il-President tal-laqgħa
tas-Sottokumitat Doganali jista', bil-qbil tal-Parti l-oħra, jistieden
rappreżentanti ta' korpi oħra tal-Partijiet jew esperti indipendenti
f'suġġett fuq bażi ad hoc biex jattendu l-laqgħat
tiegħu biex jipprovdu informazzjoni fuq suġġetti
speċifiċi. Il-Partijiet jiżguraw li dawk l-osservaturi jew
esperti jirrispettaw kull rekwiżit ta' kunfidenzjalità. 5. Il-President tas-Sottokumitat
Doganali jista', b'konsultazzjoni mal-Partijiet, iqassar il-perjodi ta'
żmien speċifikati fil-paragrafi 1 u 2 biex jieħu kont ta'
ċirkostanzi speċjali. Artikolu 10 Minuti u Konklużjonijiet Operattivi 1. Abbozzi ta’ minuti,
inklużi konklużjonijiet operattivi, ta’ kull laqgħa jitfasslu
mis-Segretarju tas-Sottokumitat Doganali tal-Parti li jkollha l-Presidenza. 2. L-abbozzi tal-minuti,
inklużi l-konklużjonijiet operattivi, jiġu ppreżentati
lis-Sottokumitat Doganali għall-approvazzjoni. Dawn jiġu approvati fi
żmien 28 jum kalendarju wara kull laqgħa tas-Sottokumitat
Doganali. Kopja tintbagħat lil kull wieħed mid-destinatarji msemmija
fl-Artikolu 7 tar-Regoli tal-Proċedura. Artikolu 11 Deċiżjonijiet
u rakkomandazzjonijiet 1. Is-Sottokumitat Doganali jadotta
arranġamenti prattiċi, miżuri, deċiżjonijiet u
rakkomandazzjonijiet kif previst fl-Artikolu 200 tal-Ftehim. Dawn
jiġu adottati b'kunsens bejn il-Partijiet wara t-tlestija
tal-proċeduri interni rispettivi għall-adozzjoni tagħhom.
Id-deċiżjonijiet huma vinkolanti għall-Partijiet, li jieħdu
l-miżuri xierqa biex jimplimentawhom. 2. Kull deċiżjoni jew
rakkomandazzjoni jiġu ffirmati mill-President u awtentikati
miż-żewġ Segretarji. Mingħajr preġudizzju
għall-paragrafu 3, il-President jiffirma dawn id-dokumenti matul
il-laqgħa li fiha tiġi adottata d-deċiżjoni jew
rakkomandazzjoni rilevanti. 3. Is-Sottokumitat Doganali
jista' jieħu deċiżjonijiet jew jagħmel rakkomandazzjonijiet
bi proċedura bil-miktub, wara t-tlestija tal-proċeduri interni
rispettivi għall-adozzjoni tagħhom, jekk il-Partijiet jaqblu li jsir
hekk. Il-proċedura bil-miktub tikkonsisti minn skambju ta' noti bejn
iż-żewġ Segretarji, li jaġixxu bi ftehim mal-Partijiet.
Għal dan il-għan, it-test tal-proposta jitqassam skont
l-Artikolu 7, b'limitu ta' żmien ta' mhux anqas minn 21 jum
kalendarju li fih kull riżerva jew emenda trid tiġi mgħarrfa.
Il-President tas-Sottokumitat Doganali jista', b'konsultazzjoni mal-Partijiet,
iqassar il-perjodi ta' żmien speċifikati f'dan il-paragrafu biex
jieħu kont ta' ċirkostanzi speċjali. Ladarba jkun hemm qbil dwar
it-test, id-deċiżjoni jew ir-rakkomandazzjoni jiġu ffirmati
mill-President u awtentikati miż-żewġ Segretarji. 4. L-atti tas-Sottokumitat
Doganali jiġu intitolati “Deċiżjoni” jew “Rakkomandazzjoni”
rispettivament. Kull deċiżjoni tidħol fis-seħħ
fid-data tal-adozzjoni tagħha sakemm id-deċiżjoni ma tipprovdix
mod ieħor. 5. Id-deċiżjonijiet u
r-rakkomandazzjonijiet jiġu ċċirkolati maż-żewġ
Partijiet. 6. Kull Parti tista'
tiddeċiedi dwar il-pubblikazzjoni tad-deċiżjonijiet u
r-rakkomandazzjonijiet tas-Sottokumitat Doganali fil-pubblikazzjoni
uffiċjali rispettiva tagħha. Artikolu 12 Rapporti Is-Sottokumitat Doganali jirrapporta
lill-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ f'kull
laqgħa annwali regolari tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni
fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ. Artikolu 13 Lingwi
1. Il-lingwi ta' ħidma
tas-Sottokumitat Doganali huma l-Ingliż u r-Rumen. 2. Sakemm ma jiġix
deċiż mod ieħor, is-Sottokumitat Doganali jibbaża
d-deliberazzjonijiet tiegħu fuq dokumentazzjoni mfassla f'dawn il-lingwi. Artikolu 14 Spejjeż 1. Kull Parti tieħu
ħsieb l-ispejjeż li ġġarrab bħala riżultat
tal-parteċipazzjoni fil-laqgħat tas-Sottokumitat Doganali, kemm
fir-rigward tal-impjegati, l-ivvjaġġar u n-nefqa tal-għajxien
kif ukoll fir-rigward tan-nefqa tal-posta u tat-telekomunikazzjonijiet. 2. In-nefqa marbuta
mal-organizzazzjoni tal-laqgħat u mar-riproduzzjoni tad-dokumenti
titħallas mill-Parti li tkun qed tospita l-laqgħa. 3. Spejjeż li għandhom
x'jaqsmu ma' servizzi ta' interpretazzjoni fil-laqgħat, u t-traduzzjoni
ta' dokumenti għal jew mill-Ingliż u r-Rumen kif imsemmi
fl-Artikolu 13(1) ta' dawn ir-Regoli ta' Proċedura jitħallsu
mill-Parti li tkun qed tospita l-laqgħa. Interpretazzjoni u traduzzjoni għal jew minn
lingwi oħra jitħallsu direttament mill-Parti li tagħmel
it-talba. Artikolu 15 Emenda
tar-Regoli ta' Proċedura Dawn ir-Regoli ta' Proċedura jistgħu
jiġu emendati b'deċiżjoni tas-Sottokumitat Doganali skont
l-Artikolu 200(3)(e) tal-Ftehim. ABBOZZ DEĊIŻJONI
Nru 1/2015 TAS-SOTTOKUMITAT TAL-INDIKAZZJONIJIET ĠEOGRAFIĊI
TAL-UE U R-REPUBBLIKA TAL-MOLDOVA ta'
.. 2015 li biha jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu IS-SOTTOKUMITAT TAL-INDIKAZZJONIJIET ĠEOGRAFIĊI TAL-UE U
R-REPUBBLIKA TAL-MOLDOVA, Wara li kkunsidra l-Ftehim ta'
Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija
Atomika u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa, u r-Repubblika
tal-Moldova, fuq in-naħa l-oħra, (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ
"il-Ftehim") u b'mod partikolari l-Artikolu 306 tiegħu, Billi: (1) Skont l-Artikolu 465,
partijiet mill-Ftehim huma applikati provviżorjament mill-1 ta'
Settembru 2014. (2) L-Artikolu 306
tal-Ftehim jipprovdi li s-Sottokumitat tal-Indikazzjonijiet
Ġeografiċi (“is-Sottokumitat IĠ”) jissorvelja l-iżvilupp
tal-ftehim fil-qasam tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u jservi
bħala forum għal kooperazzjoni u djalogu dwar l-indikazzjonijiet
ġeografiċi. (3) L-Artikolu 306(3)
tal-Ftehim jipprovdi li s-Sottokumitat IĠ għandu jadotta r-regoli ta
' proċedura tiegħu stess. IDDEĊIEDA KIF ĠEJ: Artikolu 1 Ir-Regoli ta' Proċedura tas-Sottokumitat
IĠ, kif stabbiliti fl-Appendiċi, huma b'dan adottati. Artikolu 2 Din
id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni
tagħha. Magħmul fi, || Għas-Sottokumitat IĠ || Il-President Appendiċi Regoli ta' Proċedura tas-Sottokumitat IĠ
bejn l-UE u r-Repubblika tal-Moldova Artikolu 1 Dispożizzjonijiet
Ġenerali 1. Is-Sottokumitat dwar
l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi (“is-Sottokumitat IĠ”), stabbilit
skont l-Artikolu 191(306) tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni
Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri
tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Moldova,
min-naħa l-oħra (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”)
jassisti l-laqgħa tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni
tal-Kummerċ kif stipulat fl-Artikolu 438(4) tat-Titolu V tal-Ftehim
fit-twettiq ta' dmirijietu. 2. Is-Sottokumitat IĠ
iwettaq il-funzjonijiet tiegħu stabbiliti fl-Artikolu 306 tal-Ftehim. 3. Is-Sottokumitat IĠ ikun
kompost minn rappreżentanti tal-Kummissjoni Ewropea u tar-Repubblika
tal-Moldova, li għandhom kompetenza f'indikazzjonijiet
ġeografiċi. 4. Il-Partijiet jaħtru Kap
tad-Delegazzjoni kull wieħed, li jkun il-persuna ta’ kuntatt rigward
il-materji kollha marbutin mas-Sottokumitat IĠ. 5. Il-Kapijiet ta’ Delegazzjoni
jaġixxu bħala president skont l-Artikolu 2 hawn taħt. 6. Kull Kap tad-Delegazzjoni
jista’ jiddelega l-funzjonijiet kollha tiegħu ta’ Kap tad-Delegazzjoni jew
xi wħud minnhom lil deputat innominat, u f’dan il-każ kwalunkwe
referenza li ssir wara għall-Kap tad-Delegazzjoni tkun tapplika bl-istess
mod għad-deputat innominat. 7. Il-Partijiet f'dawn ir-Regoli
ta' Proċedura jiġu definiti kif previst fl-Artikolu 461
tal-Ftehim. Artikolu 2 Presidenza Il-Partijiet iżommu l-Presidenza
tas-Sottokumitat IĠ, alternatament, għal perjodu ta' 12-il xahar.
L-ewwel perjodu jibda fid-data tal-ewwel laqgħa tal-Kunsill ta'
Assoċjazzjoni u jintemm fil-31 ta' Diċembru tal-istess sena. Artikolu 3 Laqgħat 1. Ħlief fejn ikun
miftiehem mod ieħor mill-Partijiet, is-Sottokumitat IĠ jiltaqa’ fuq
it-talba ta’ kwalunkwe waħda mill-Partijiet, alternattivament fl-UE u
fir-Repubblika tal-Moldova, u f’kull każ mhux aktar tard minn 90 jum wara
t-talba. 2. Kull laqgħa
tas-Sottokumitat IĠ titlaqqa' mill-President fi żmien u f'post li
jkun hemm qbil dwaru mill-Partijiet. L-avviż ta' sejħa
għal-laqgħa jinħareġ mill-President tas-Sottokumitat
IĠ mhux aktar tard minn 28 jum qabel il-bidu tal-laqgħa sakemm
il-Partijiet ma jiftehmux mod ieħor. 3. Kull fejn possibbli,
il-laqgħa regolari tas-Sottokumitat IĠ tissejjaħ fi żmien
xieraq qabel il-laqgħa regolari tal-Kumitat ta ' Assoċjazzjoni li
jiltaqa' fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ. 4. B’eċċezzjoni,
il-laqgħat tas-Sottokumitat IĠ jistgħu jsiru permezz ta’ kwalunkwe
mezz teknoloġiku maqbul mill-Partijiet, inkluża l-vidjokonferenza. Artikolu 4 Delegazzjonijiet Qabel kull laqgħa, il-Partijiet jiġu
infurmati, permezz tas-Segretarjat, bil-kompożizzjoni maħsuba
tad-delegazzjonijiet li jkunu se jattendu l-laqgħa fuq
iż-żewġ naħat. Artikolu 5 Is-Segretarjat 1. Rappreżentant
tal-Kummissjoni Ewropea u rappreżentant tar-Repubblika tal-Moldova
jaġixxu b'mod konġunt bħala Segretarji tas-Sottokumitat IĠ,
kif maħtura mill-Kapijiet ta' Delegazzjoni, u jwettqu kompiti segretarjali
b'mod konġunt, fi spirtu ta' fiduċja reċiproka u kooperazzjoni. 2. Is-Segretarjat tal-Kumitat
ta' Assoċjazzjoni li jiltaqa' fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ ikun
infurmat bi kwalunkwe deċiżjonijiet, rapporti u azzjonijiet oħra
maqbula tas-Sottokumitat IĠ. Artikolu 6 Korrispondenza 1. Korrispondenza indirizzata
lis-Sottokumitat IĠ tintbagħat lis-Segretarju ta' waħda
mill-Partijiet, li min-naħa tiegħu jgħarraf lis-Segretarju
l-ieħor. 2. Is-Segretarjat jiżgura
li l-korrispondenza indirizzata lis-Sottokumitat IĠ tingħata
lill-President tas-Sottokumitat IĠ u tiġi ċċirkolata, fejn
xieraq, bħala dokumenti msemmija fl-Artikolu 7 ta' dawn ir-Regoli ta'
Proċedura. 3. Korrispondenza mill-President
tas-Sottokumitat IĠ tintbagħat lill-Partijiet mis-Segretarjat tas-Sottokumitat
IĠ f'isem il-President. Din il-korrispondenza tiġi
ċċirkolata, fejn xieraq, kif previst fl-Artikolu 7 ta' dawn
ir-Regoli ta' Proċedura. Artikolu 7 Dokumenti 1. Id-dokumenti jiġu
ċċirkolati permezz tas-Segretarji tas-Sottokumitat IĠ. 2. Parti tittrażmetti
d-dokumenti tagħha lis-Segretarju tagħha. Is-Segretarju
jittrażmetti dawn id-dokumenti lis-Segretarju tal-Parti l-oħra. 3. Is-Segretarju tal-Unjoni
jiċċirkola d-dokumenti lir-rappreżentanti responsabbli
tal-Unjoni u jikkopja sistematikament lis-Segretarju tar-Repubblika tal-Moldova
u s-Segretarji tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni li jiltaqa'
fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ f'din il-korrispondenza. 4. Is-Segretarju tar-Repubblika
tal-Moldova jiċċirkola d-dokumenti lir-rappreżentanti
responsabbli tar-Repubblika tal-Moldova u jikkopja sistematikament
lis-Segretarju tal-Unjoni u s-Segretarji tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni li
jiltaqa' fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ f'din il-korrispondenza. Artikolu 8 Kunfidenzjalità Sakemm ma jiġix deċiż mod
ieħor mill-Partijiet, il-laqgħat tas-Sottokumitat IĠ ma jkunux
pubbliċi. Meta Parti tissottometti lis-Sottokumitat IĠ informazzjoni
mmarkata bħala kunfidenzjali, il-Parti l-oħra tittratta dik
l-informazzjoni bħala tali. Artikolu 9 Aġendi
għal-Laqgħat 1. Titfassal aġenda
provviżorja għal kull laqgħa kif ukoll abbozz
tal-konklużjonijiet operattivi kif previst fl-Artikolu 10 hawn
taħt mis-Segretarjat tas-Sottokumitat IĠ abbażi tal-proposti li
jsiru mill-Partijiet. L-aġenda provviżorja tinkludi punti li
s-Segretarju tas-Sottokumitat IĠ ikun irċieva talba dwarhom
mingħand Parti biex jiddaħħlu fl-aġenda, sostnuti minn
dokumenti rilevanti, mhux aktar tard minn 21 jum kalendarju qabel id-data
tal-laqgħa. 2. L-aġenda
provviżorja, flimkien mad-dokumenti rilevanti, jiġu
ċċirkolati kif previst fl-Artikolu 7 mhux aktar tard minn
15-il jum qabel il-bidu tal-laqgħa. 3. L-aġenda tiġi
adottata mill-President u mill-Kap tad-Delegazzjoni l-ieħor fil-bidu ta'
kull laqgħa. Kull punt minbarra dawk li jidhru fl-aġenda
provviżorja jista' jitqiegħed fuq l-aġenda jekk il-Partijiet
jaqblu li jsir hekk. 4. Il-President tal-laqgħa
tas-Sottokumitat IĠ jista', bil-qbil tal-Parti l-oħra, jistieden
rappreżentanti ta' korpi oħra tal-Partijiet jew esperti indipendenti
f'suġġett fuq bażi ad hoc biex jattendu l-laqgħat
tiegħu biex jipprovdu informazzjoni fuq suġġetti
speċifiċi. Il-Partijiet jiżguraw li dawk l-osservaturi jew
esperti jirrispettaw kull rekwiżit ta' kunfidenzjalità. 5. Il-President tas-Sottokumitat
IĠ jista', b'konsultazzjoni mal-Partijiet, iqassar il-perjodi ta'
żmien speċifikati fil-paragrafi 1 u 2 biex jieħu kont ta'
ċirkostanzi speċjali. Artikolu 10 Minuti u Konklużjonijiet Operattivi 1. Jitħejja abbozz
tal-minuti ta' kull laqgħa b'mod konġunt miż-żewġ
Segretarji. 2. Bħala regola
ġenerali, il-minuti jindikaw fir-rigward ta' kull punt fuq l-aġenda: (a) il-parteċipanti fil-laqgħa,
l-uffiċjali li jakkumpanjawhom u kull osservatur jew espert li jattendi
l-laqgħa; (b) id-dokumenti ppreżentati
lis-Sottokumitat IĠ; (c) id-dikjarazzjonijiet li s-Sottokumitat
IĠ ikun talab li jiddaħħlu; kif ukoll (d) jekk meħtieġ,
il-konklużjonijiet operattivi mil-laqgħa, kif stipulat fil-paragrafu
(4). 3. L-abbozz tal-minuti jiġi
ppreżentat lis-Sottokumitat IĠ għall-approvazzjoni. Dawn
jiġu approvati fi żmien 28 jum kalendarju wara kull laqgħa
tas-Sottokumitat IĠ. Kopja tintbagħat lil kull wieħed
mid-destinatarji msemmija fl-Artikolu 7 tar-Regoli tal-Proċedura. 4. Abbozz
tal-konklużjonijiet operattivi ta ' kull laqgħa jitfassal
mis-Segretarju tas-Sottokumitat IĠ tal-Parti li jkollha l-Presidenza, u
jiġi ċċirkolat lill-Partijiet flimkien mal-aġenda,
normalment mhux aktar tard minn 15-il jum qabel il-bidu tal-laqgħa.
Dan l-abbozz jiġi aġġornat matul il-laqgħa sabiex fi tmiem
il-laqgħa, sakemm ma jkunx miftiehem mod ieħor, is-Sottokumitat
IĠ jadotta l-konklużjonijiet operazzjonali, li jirriflettu
l-azzjonijiet ta' segwitu li kien hemm qbil dwarhom mill-partijiet. Ladarba
jkunu miftiehma, il-konklużjonijiet operattivi jiġu mehmuża mal-minuti
u l-implimentazzjoni tagħhom tiġi eżaminata matul laqgħa
sussegwenti tas-Sottokumitat IĠ. Għal dak il-għan
is-Sottokumitat IĠ jadotta mudell, li jippermetti li kull punt ta '
azzjoni jiġi traċċat skont skadenza speċifika. Artikolu 11 Deċiżjonijiet 1. Is-Sottokumitat IĠ ikollu s-setgħa li
jadotta deċiżjonijiet fil-każijiet kif previst fl-Artikolu
306(4) tal-Ftehim. Dawn id-deċiżjonijiet jiġu adottati b'kunsens
bejn il-Partijiet wara t-tlestija tal-proċeduri interni rispettivi
għall-adozzjoni tagħhom. Dawn huma vinkolanti għall-Partijiet,
li jieħdu l-miżuri xierqa biex jimplimentawhom. 2. Kull deċiżjoni
tiġi ffirmata mill-President u awtentikata miż-żewġ
Segretarji. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 4,
ir-rappreżentanti jiffirmaw dawn id-dokumenti matul il-laqgħa li fiha
tiġi adottata d-deċiżjoni rilevanti. 3. Is-Sottokumitat IĠ
jista' jieħu deċiżjonijiet jew jagħmel rakkomandazzjonijiet
bi proċedura bil-miktub, wara t-tlestija tal-proċeduri interni
rispettivi għall-adozzjoni tagħhom, jekk il-Partijiet jaqblu li jsir
hekk. Il-proċedura bil-miktub tikkonsisti minn skambju ta' noti bejn
iż-żewġ Segretarji, li jaġixxu bi ftehim mal-Partijiet.
Għal dan il-għan, it-test tal-proposta jitqassam skont
l-Artikolu 7, b'limitu ta' żmien ta' mhux anqas minn 21 jum
kalendarju li fih kull riżerva jew emenda trid tiġi mgħarrfa.
Il-President tas-Sottokumitat IĠ jista', b'konsultazzjoni mal-Partijiet,
iqassar il-perjodi ta' żmien speċifikati f'dan il-paragrafu biex
jieħu kont ta' ċirkostanzi speċjali. Ladarba jkun hemm qbil dwar
it-test, id-deċiżjoni jew ir-rapport jiġu ffirmati
mill-President u awtentikati miż-żewġ Segretarji. 4. L-atti tas-Sottokumitat
IĠ jiġu intitolati “Deċiżjoni” jew “Rapport”
rispettivament. Kull Deċiżjoni tidħol fis-seħħ
fid-data tal-adozzjoni tagħha sakemm id-deċiżjoni ma tipprovdix
mod ieħor. 5. Id-deċiżjonijiet
jiġu ċċirkolati maż-żewġ Partijiet. 6. Kull Parti tista'
tiddeċiedi dwar il-pubblikazzjoni tad-deċiżjonijiet
tas-Sottokumitat IĠ fil-pubblikazzjoni uffiċjali rispettiva
tagħha. Artikolu 12 Rapporti Is-Sottokumitat IĠ jirrapporta
lill-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni li jiltaqa’ fil-konfigurazzjoni
tal-Kummerċ fuq l-attivitajiet tiegħu f’kull laqgħa regolari ta’
dawn tal-aħħar. Artikolu 13 Lingwi
1. Il-lingwi ta' ħidma
tas-Sottokumitat IĠ huma l-Ingliż u r-Rumen. 2. Sakemm ma jiġix
deċiż mod ieħor, is-Sottokumitat IĠ jibbaża
d-deliberazzjonijiet tiegħu fuq dokumentazzjoni mfassla f'dawn il-lingwi. Artikolu 14 Spejjeż 1. Kull Parti tieħu
ħsieb l-ispejjeż li ġġarrab bħala riżultat
tal-parteċipazzjoni fil-laqgħat tas-Sottokumitat IĠ, kemm
fir-rigward tal-impjegati, l-ivvjaġġar u n-nefqa tal-għajxien
kif ukoll fir-rigward tan-nefqa tal-posta u tat-telekomunikazzjonijiet. 2. In-nefqa marbuta
mal-organizzazzjoni tal-laqgħat u mar-riproduzzjoni tad-dokumenti
titħallas mill-Parti li tkun qed tospita l-laqgħa. 3. Spejjeż li għandhom
x'jaqsmu ma' servizzi ta' interpretazzjoni fil-laqgħat, u t-traduzzjoni
ta' dokumenti għal jew mill-Ingliż u r-Rumen kif imsemmi
fl-Artikolu 13(1) ta' dawn ir-Regoli ta' Proċedura jitħallsu
mill-Parti li tkun qed tospita l-laqgħa. Interpretazzjoni u traduzzjoni għal jew minn
lingwi oħra jitħallsu direttament mill-Parti li tagħmel
it-talba. Artikolu 15 Emenda
tar-Regoli ta' Proċedura Dawn ir-Regoli ta' Proċedura jistgħu
jiġu emendati b'deċiżjoni tas-Sottokumitat IĠ skont
l-Artikolu 306(3) tal-Ftehim.