52014PC0693

Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1388/2013 li jiftaħ u jipprovdi għall-ġestjoni ta' kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni għal ċerti prodotti agrikoli u industrijali /* COM/2014/0693 final - 2014/0325 (NLE) */


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.           IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA

Ċertu prodotti jeħtieġu kwoti tariffarji awtonomi meta l-produzzjoni tagħhom fl-Unjoni ma tkunx tlaħħaq mal-ħtiġijiet tal-industriji li jużawhom fl-Unjoni. Bi tweġiba għat-talbiet ta' bosta Stati Membri, il-Kummissjoni u l-esperti tal-gvernijiet ikkonċernati, qiesu jekk għandhomx jinfetħu kwoti tariffarji awtonomi għal ċertu prodotti agrikoli u industrijali.

Fis-17 ta' Diċembru 2013 il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 1388/2013 li jiftaħ u jipprovdi għall-ġestjoni ta' kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni għal ċertu prodotti agrikoli u industrijali sabiex id-domanda tal-Unjoni għall-prodotti kkonċernati tkun tista' tintlaħaq bl-aktar kundizzjonijiet favorevoli.

Il-kwoti tariffarji tal-Unjoni għandhom jinfetħu b'rati ta' dazju żero jew imnaqqsa għal volumi xierqa, mingħajr ma jfixklu s-swieq ta' prodotti bħal dawn. Id-diskussjonijiet matul il-laqgħat tal-Grupp Ekonomiku dwar il-Kwistjonijiet Tariffarji (ETQG) urew li l-Istati Membri kienu lesti jiftħu l-kwoti għall-prodotti elenkati fl-Anness ta' din il-proposta għal Regolament, mingħajr ma jfixklu s-swieq ta' prodotti bħal dawn. L-ETQG fih delegazzjonijiet minn kull Stat Membru u mit-Turkija, u ltaqa' tliet darbiet qabel ma ġew miftiehma l-bidliet stabbiliti f'din il-proposta.

Il-grupp għarbel kull talba (ġdida, mibdula jew imġedda) bir-reqqa. B'mod partikolari, bħala parti mill-eżami ta' kull każ kien hemm il-prevenzjoni ta' kull dannu għall-produtturi tal-UE, it-tisħiħ u l-konsolidament tal-kompetittività tal-produzzjoni fl-UE u l-ħolqien jew iż-żamma tal-impjiegi. Din il-valutazzjoni saret b'diskussjonijiet fil-grupp u b'konsultazzjoni mal-Istati Membri tal-industriji kkonċernati, l-assoċjazzjonijiet, il-kmamar tal-kummerċ u partijiet interessati oħra involuti.

F'ġieħ iċ-ċarezza ġie deċiż li tiġi ppubblikata verżjoni konsolidata tal-Anness ta' dan ir-Regolament li se jieħu post għalkollox l-Anness tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1388/2013.

Il-proposta tikkonforma mal-politiki tal-agrikoltura, tal-kummerċ, tal-impriżi, tal-iżvilupp u tar-relazzjonijiet esterni. B'mod speċjali, din il-proposta mhix se tiżvantaġġja lill-pajjiżi li qed jibbenefikaw minn ftehim ta' kummerċ preferenzjali mal-UE (pereżempju l-SĠP, is-sistema tal-AKP, il-pajjiżi kandidati u l-pajjiżi kandidati potenzjali).

2.           IR-RIŻULTATI TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET INTERESSATI U L-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

Ġie kkonsultat l-ETQG li fih esperti tal-gvern minn kull Stat Membru. Kull kwota elenkata tikkorrispondi għal ftehimiet jew kompromessi li saru waqt id-diskussjonijiet tal-grupp kif jissemma hawn fuq.

Ma ssemma l-ebda riskju potenzjalment serju b'konsegwenzi dejjiema.

3.           L-ELEMENTI ĠURIDIĊI TAL-PROPOSTA

Il-bażi ġuridika ta' din il-proposta għal regolament hi l-Artikolu 31 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).

Bis-saħħa tal-Artikolu 31 tat-TFUE, is-sospensjonijiet u l-kwoti tariffarji awtonomi huma stabbiliti mill-Kunsill li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata skont proposta tal-Kummissjoni, u għaldaqstant l-istrument xieraq huwa regolament.

Il-proposta tinsab fil-kompetenza esklussiva tal-Unjoni. Għalhekk il-prinċipju tas-sussidjarjetà ma japplikax.

Il-proposta tikkonforma mal-prinċipju tal-proporzjonalità għax tistabbilixxi miżuri li huma konformi mal-prinċipji stipulati li jissimplifikaw il-proċeduri għall-operaturi involuti fil-kummerċ barrani u skont il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar is-sospensjonijiet u l-kwoti tariffarji awtonomi (C 363, 13.12.2011, p. 6).

4.           IMPLIKAZZJONI BAĠITARJA

Dazji doganali mhux miġbura ta' madwar EUR 15,9 miljun fis-sena. L-effett fuq ir-riżorsi proprji tradizzjonali tal-baġit hu – EUR 11 913 967 fis-sena (75% x EUR 15 885 290 fis-sena).

2014/0325 (NLE)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1388/2013 li jiftaħ u jipprovdi għall-ġestjoni ta' kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni għal ċerti prodotti agrikoli u industrijali

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 31 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)       Sabiex ikun żgurat forniment biżżejjed u bla waqfien ta' ċertu prodotti li m'għandhomx produzzjoni biżżejjed fl-Unjoni u sabiex jiġi evitat kull tfixkil fis-suq ta' ċertu prodotti agrikoli u industrijali, infetħu kwoti tariffarji awtonomi permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1388/2013[1]. Il-prodotti li ma jaqbżux il-limiti tal-kwoti tariffarji jistgħu jiġu importati fl-Unjoni b'rati ta' dazju żero jew imnaqqsa. Minħabba r-raġunijiet indikati, għal disa' prodotti addizzjonali, hemm bżonn li b'effett mill-1 ta' Jannar 2015 jinfetħu l-kwoti tariffarji b'rati ta' dazju żero jew imnaqqsa għal volum xieraq.

(2)       F'ċertu każijiet għandhom jiġu adattati l-kwoti tariffarji awtonomi eżistenti tal-Unjoni. Għal tliet prodotti, hemm bżonn li tiġi emendata d-deskrizzjoni tal-prodott minħabba kjarifika u biex jitqiesu l-iżviluppi tal-aktar prodotti riċenti. Għal seba' prodotti oħra, iridu jinbidlu l-kodiċijiet TARIC minħabba bidliet fil-klassifikazzjoni u fin-NM. Għal prodott ieħor, irid jiżdied il-volum tal-kwota fl-interess tal-operaturi ekonomiċi tal-Unjoni. Barra minn hekk, minħabba ċ-ċarezza għandu jiġi speċifikat perjodu wieħed ta' kwota u għandu jinbidel numru wieħed tal-ordni.

(3)       Għal prodott wieħed, għandhom jingħalqu l-kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni b'effett mill-1 ta' Jannar 2015 għax mhux fl-interess tal-Unjoni li jibqa' miftuħ minn dakinhar 'il quddiem.

(4)       Il-kwoti tariffarji għandhom jiġu riveduti regolarment bil-possibbiltà li jitħassru meta titlob xi parti kkonċernata.

(5)       Peress li l-emendi li jridu jsiru fl-Anness tar-Regolament (UE) Nru 1388/2013 huma bosta, f'ġieħ iċ-ċarezza u r-razzjonalità jixraq li dak l-Anness jinbidel.

(6)       Għaldaqstant, ir-Regolament (UE) Nru 1388/2013 għandu jiġi emendat skont dan,

(7)       Peress li xi bidliet fil-kwoti tariffarji previsti f'dan ir-Regolament jidħlu fis-seħħ mill-1 ta' Jannar 2015, dan ir-Regolament japplika minn dik id-data,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1388/2013 jinbidel bl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan japplika mill-1 ta' Jannar 2015.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

                                                                       Għall-Kunsill

                                                                       Il-President

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.         ISEM IL-PROPOSTA

Ir-Regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1388/2013 li jiftaħ u jipprovdi għall-ġestjoni ta' kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni għal ċerti prodotti agrikoli u industrijali.

2.         LINJI BAĠITARJI

Kapitolu u Artikolu: Il-Kapitolu 12, l-Artikolu 120

Ammont li ddaħħal fil-baġit għall-2015: EUR 16 701 200 000 EUR (B 2015)

3.         IMPATT FINANZJARJU

¨         Il-proposta ma għandha l-ebda implikazzjoni finanzjarja

X         Il-proposta ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq in-nefqa iżda għandha impatt finanzjarju fuq id-dħul. L-effett huwa kif ġej:

(f'EUR miljuni sa punt wieħed deċimali)

Linja baġitarja || Dħul[2] || [Sena: 2015]

l-Artikolu 120 || L-impatt fuq ir-riżorsi proprji || -11,9/sena

Iż-żidiet ma' dan ir-Regolament iwasslu biex jiżdiedu d-dazji mhux miġbura b'madwar EUR 15,9 miljun fis-sena.

Skont dan, mill-01.01.2015 'il quddiem, l-impatt fuq it-telf mid-dħul li jġib dan ir-Regolament jista' jiġi stmat għal EUR 11 913 967 fis-sena (l-ammont gross ta' EUR 15 885 290 x 0,75).

4.         MIŻURI KONTRA L-FRODI

Se jsiru kontrolli fuq l-użu aħħari tal-prodotti koperti b'dan ir-Regolament tal-Kunsill skont l-Artikoli 291 sa 300 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93.

[1]               Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1388/2013 tas-17 ta' Diċembru 2013 li jiftaħ u jipprovdi għall-ġestjoni ta' kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni għal ċerti prodotti agrikoli u industrijali u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 7/2010 (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 319).

[2]               Fejn jidħlu r-riżorsi proprji tradizzjonali (dazji agrikoli, imposti fuq iz-zokkor, dazji doganali) l-ammonti indikati jridu jkunu netti, jiġifieri l-ammonti grossi mingħajr 25% tal-ispejjeż tal-ġbir.

ANNESS

Nru tal-Ordni || Il-kodiċi tan-NM || TARIC || Deskrizzjoni || Il-perjodu tal-kwota || L-ammont tal-kwota || Il-kwota tad-dazji (%)

09.2849 || ex 0710 80 69 || 10 || Faqqiegħ tal-ispeċi Auricularia polytricha (mhux imsajjar jew imsajjar bil-fwar jew bit-tgħollija), iffriżat, għall-produzzjoni tal-ikliet ippreparati minn qabel (1)(2) || 1.1.-31.12. || 700 tunnellata || 0%

09.2663 || ex 1104 29 17 || 10 || Granuli tas-sorgu mitħuna li tal-inqas ikunumnaddfa u deġerminati sabiex jintużaw fil-manifattura ta' prodotti tal-ippakkjar biex jimlew (1) || 1.1.-31.12. || 1 500 tunnellata || 0%

09.2664 || ex 2008 60 39 || 30 || Ċirasa ħelwa li fiha spirtu miżjud, b’kontenut, jew mingħajr, ta’ zokkor ta’ 9% f’piż, ta’ dijametru ta’ ta’ mhux aktar minn 19,9mm bl-għadma, għall-użu fi prodotti taċ-ċikkulata (1) || 1.1.-31.12. || 1 000 tunnellata || 10% (3)

09.2913 || ex 2401 10 35 ex 2401 10 70 ex 2401 10 95 ex 2401 10 95 ex 2401 10 95 ex 2401 20 35 ex 2401 20 70 ex 2401 20 95 ex 2401 20 95 ex 2401 20 95 || 91 10 11 21 91 91 10 11 21 91 || Tabakk naturali mhux ipproċessat, kemm jekk imqatta’ għal daqs regolari, kif ukoll jekk le, b’valur doganali ta’ mhux anqas minn 450 euro kull 100 kg piż nett, għall-użu bħala binder jew imballaġġ għall-manifattura ta’ oġġetti li jaqgħu taħt is-sottointestatura 2402 10 00 (1) || 1.1.-31.12. || 6 000 tunnellata || 0%

09.2928 || ex 2811 22 00 || 40 || Materjal tal-mili tas-silika, f’forma ta’ granuli, b’kontenut minimu ta’ diossidu tas-silikonju ta’ 97% || 1.1.-31.12. || 1 700 tunnellata || 0%

09.2703 || ex 2825 30 00 || 10 || Ossidi u idrossidi tal-vanadju esklussivament għall-użu fil-ligi (1) || 1.1.-31.12. || 13 000 tunnellata || 0%

09.2806 || ex 2825 90 40 || 30 || Trijossidu tat-tangsten, inkl. ossidu tat-tangst. blu (CAS RN 1314-35-8 jew CAS RN 39318-18-8) || 1.1.-31.12. || 12 000 tunnellata || 0%

09.2929 || 2903 22 00 || || Trikloroetilen (CAS RN 79-01-6) || 1.1.-31.12. || 10 000 tunnellata || 0%

09.2837 || ex 2903 79 90 || 10 || Bromoklorometanu (CAS RN 74-97-5) || 1.1.-31.12. || 600 tunnellata || 0%

09.2933 || ex 2903 99 90 || 30 || 1,3-Dichlorobenzene (CAS RN 541-73-1) || 1.1.-31.12. || 2 600 tunnellata || 0%

09.2950 || ex 2905 59 98 || 10 || 2-Kloroetanol, għall-manifattura ta’ tijoplasti likwidi tas-sottointestatura 4002 99 90 (CAS RN 107-07-3) (1) || 1.1.-31.12. || 15 000 tunnellata || 0%

09.2830 || ex 2906 19 00 || 40 || Ċiklopropilmetanol (CAS RN 2516-33-8) || 1.1.-31.12. || 20 tunnellata || 0%

09.2851 || ex 2907 12 00 || 10 || O-Cresol b’purezza ta’ mhux anqas minn 98.5% tal-piż (CAS RN 95-48-7) || 1.1.-31.12. || 20 000 tunnellata || 0%

09.2624 || 2912 42 00 || || Ethylvanillin (3-ethoxy-4-hydroxybenzaldehyde) (CAS RN 121-32-4) || 1.1.-31.12. || 950 tunnellata || 0%

09.2852 || ex 2914 29 00 || 60 || Cyclopropyl methyl ketone (CAS RN 765-43-5) || 1.1.-31.12. || 300 tunnellata || 0%

09.2638 || ex 2915 21 00 || 10 || Aċtu aċetiku b’purità bil-piż ta’ 99% jew aktar (CAS RN 64-19-7) || 1.1.-31.12. || 1 000 000 tunnellata || 0%

09.2972 || 2915 24 00 || || Anidride aċetiku (CAS RN 108-24-7) || 1.1.-31.12. || 20 000 tunnellata || 0%

*09.2679 || 2915 32 00 || || Aċetat tal-Vinil (CAS RN 108-05-4) || 1.1.-31.12. || 200 000 tunnellata || 0%

09.2665 || ex 2916 19 95 || 30 || (E,E)-Eża-2,4-dienoat tal-potassju (CAS RN 24634-61-5) || 1.1.-31.12. || 8 000 tunnellata || 0%

09.2769 || ex 2917 13 90 || 10 || Dimethyl sebacate (CAS RN 106-79-6) || 1.1.-31.12. || 1 000 tunnellata || 0%

*09.2680 || ex 2917 19 90 || 25 || Anidride n-dodeċenilsuċċiniku (CAS RN 19780-11-1)bi: — || fuq skala kolorimetrika Gardner ta' mhux aktar minn 1,

— || trażmissjoni f'500 nm ta' 98% jew aktar għal 10% ta' taħlita bil-piż ta' toluwen

għall-użu fil-manifattura ta' kisi għall-vetturi

(1)

1.1.-31.12.

80 tunnellata

0%

09.2634 || ex 2917 19 90 || 40 || Aċidu dodekanedjojku, ta’ purezza b’piż ta’ aktar minn 98,5% (CAS RN 693-23-2) || 1.1.-31.12. || 4 600 tunnellata || 0%

09.2808 || ex 2918 22 00 || 10 || Aċtu o-aċetisaliċiliku (CAS RN 50-78-2) || 1.1.-31.12. || 120 tunnellata || 0%

09.2975 || ex 2918 30 00 || 10 || Benzophenone-3,3’,4,4’-tetracarboxylic dianhydride (CAS RN 2421-28-5) || 1.1.-31.12. || 1 000 tunnellata || 0%

*09.2682 || ex 2921 41 00 || 10 || Anilina ta' purità ta' 99% jew aktar fil-piż (CAS RN 62-53-3) || 1.1.-31.12. || 50 000 tunnellata || 0%

09.2602 || ex 2921 51 19 || 10 || o-Phenylenediamine (CAS RN 95-54-5) || 1.1.-31.12. || 1 800 tunnellata || 0%

09.2977 || 2926 10 00 || || Akrilonitrile (CAS RN 107-13-1) || 1.1.-31.12. || 75 000 tunnellata || 0%

09.2856 || ex 2926 90 95 || 84 || 2-Nitro-4-(trifluoromethyl)benzonitrile (CAS RN 778-94-9) || 1.1.-31.12. || 500 tunnellata || 0%

09.2838 || ex 2927 00 00 || 85 || C,C’-Ażodi(formammid) (CAS RN 123-77-3) b': — || pH li fih 6,5 jew aktar iżda mhux aktar minn 7,5, u

— || kontenut ta' semikarbażid (CAS RN 57-56-7) mhux aktar minn 1 500 mg/kg kif determinat mill-kromatografija likwida - spettrometrija tal-massa (LC-MS),

— || varjazzjoni tat-temperatura tad-dekompożizzjoni ta' 195 °C - 205 °C,

— || densità speċifika bejn 1,64 u 1,66, u

— || sħana mill-kombustjoni 215 - 220 Kcal/mol

1.1.-31.12.

100 tunnellata

0%

09.2955 || ex 2932 19 00 || 60 || Flurtamone (ISO) (CAS RN 96525-23-4) || 1.1.-31.12. || 300 tunnellata || 0%

09.2812 || ex 2932 20 90 || 77 || Hexan-6-olide (CAS RN 502-44-3) || 1.1.-31.12. || 4 000 tunnellata || 0%

09.2858 || 2932 93 00 || || Piperonal (CAS RN 120-57-0) || 1.1.-31.12. || 220 tunnellata || 0%

09.2831 || ex 2932 99 00 || 40 || 1,3:2,4-Bis-O-(3,4-dimethylbenzylidene)-D-glucitol (CAS RN 135861-56-2) || 1.1.-31.12. || 500 tunnellata || 0%

*09.2673 || ex 2933 39 99 || 43 || 2,2,6,6-tetrametilpiperidin-4-ol (CAS RN 2403-88-5) || 1.1.-31.12. || 1 000 tunnellata || 0%

*09.2674 || ex 2933 39 99 || 44 || Klorpirifos (ISO) (CAS RN 2921-88-2) || 1.1.-31.12. || 9 000 tunnellata || 0%

*09.2860 || ex 2933 69 80 || 30 || 1,3,5-Tris[3-(dimethylamino)propyl]hexahydro-1,3,5-triazine (CAS RN 15875-13-5) || 1.1.-31.12. || 400 tunnellata || 0%

09.2658 || ex 2933 99 80 || 73 || 5-(Acetoacetylamino)benzimidazolone (CAS RN 26576-46-5) || 1.1.-31.12. || 200 tunnellata || 0%

*09.2675 || ex 2935 00 90 || 79 || 4-[[(2-metossibenżojl)ammino]sulfonil]-klorurtal-benżojl (CAS RN 816431-72-8) || 1.1.-31.12. || 542 tunnellata || 0%

09.2945 || ex 2940 00 00 || 20 || D-Xylose (CAS RN 58-86-6) || 1.1.-31.12. || 400 tunnellata || 0%

*09.2676 || ex 3204 17 00 || 14 || Preparazzjonijiet ibbażati fuqKoloranti C.I. Pigment Red 48:2 (CAS RN 7023-61-2) b'kontenutta'Koloranti C.I. Pigment Red 48:2 ta'60% or jew iktar, skont il-piż || 1.1.-31.12. || 50 tunnellata || 0%

*09.2677 || ex 3204 17 00 || 45 || Colourant C.I. Pigment Isfar 174 (CAS RN 4118-16-5, pigment li fih ħafna reżina (madwar 35% reżina sproporżjonata), b'purità ta' 98% bil-piż jew aktar, f'forma ta' żibeġ estrużi b'kontenut ta' ilma ta' mhux aktar minn 1% bil-piż || 1.1.-31.12. || 500 tunnellata || 0%

*09.2666 || ex 3204 17 00 || 55 || Koloranti C.I. Pigment Red 169 (CAS RN 12237-63-7) u preparazzjonijiet ibbażati fuqhom ma’ kolorant C.I. Pigment Red 169 kontenut ta' 50% or jew iktar f'piż || 1.1.-31.12. || 40 tunnellata || 0%

*09.2678 || ex 3204 17 00 || 67 || Kolorant C.I. Pigment Aħmar 57:1 (CAS RN 5281-04-9) b'purità ta' 98% bil-piż jew aktar, f'forma ta' żibeġ estrużi b'kontenut ta' ilma sa massimu ta' 1,5% bil-piż || 1.1.-31.12. || 150 tunnellata || 0%

09.2659 || ex 3802 90 00 || 19 || Trab tad-dijatomi kalċinat fil-fluss tas-soda || 1.1.-31.12. || 30 000 tunnellata || 0%

09.2908 || ex 3804 00 00 || 10 || Linjosulfonat tas-sodju || 1.1.-31.12. || 40 000 tunnellata || 0%

09.2889 || 3805 10 90 || || Termentina tas-sulfat || 1.1.-31.12. || 25 000 tunnellata || 0%

09.2935 || ex 3806 10 00 || 10 || Resin u aċidi tar-resin miksuba minn oleoresins friski || 1.1.-31.12. || 280 000 tunnellata || 0%

*09.2832 || ex 3808 92 90 || 40 || Taħlita li jkollha 38% jew aktar imma mhux aktar minn 50% bil-piż taż-żingu piritijon (INN) (CAS RN 13463-41-7) f'dispersjoni milwiema || 1.1.-31.12. || 500 tunnellata || 0%

*09.2681 || ex 3812 10 00 ex 3824 90 92 || 20 85 || Taħlita ta' sulfuri ta' bis [3-(trietossisilil)propil] (CAS RN 211519-85-6) || 1.1.-31.12. || 9 000 tunnellata || 0%

09.2814 || ex 3815 90 90 || 76 || Katalizzatur magħmul mid-dijossidu tat-titanju u t-tijossidu tat-titanju || 1.1.-31.12. || 3 000 tunnellata || 0%

*09.2644 || ex 3824 90 92 || 77 || Preparat li jkun fih: — || 55% jew aktar, iżda mhux aktar minn 78ta’ Glutarat Dimetiliku

— || 10% jew aktar iżda mhux aktar minn 30% ta’ Adipat Dimetiliku u

— || mhux aktar minn 35% ta’ Suċċinat Dimetiliku

1.1.-31.12.

10 000 tunnellata

0%

*09.2140 || ex 3824 90 92 || 79 || Taħlita ta’ amines terzjarji li fihom, skond il-piż: — || 2.0-4.0% ta’ N,N-dimethyl-1-octanamine

— || minimu ta’ 94% N,N-dimethyl-1-decanamine

— || massimu ta’ 2% N,N-dimethyl-1-dodecanamine

1.1.-31.12.

4 500 tunnellata

0%

*09.2829 || ex 3824 90 93 || 43 || Estratt solidu ta’ materjal residwu li ma jinħallx f’solventi alifatiċi miksuba matul l-estrazzjoni tar-resin mill-injam, li għandu l-karatteristiċi li ġejjin: — || kontenut tal-aċidu tar-reżin li ma jaqbiżx it-30% tal-piż,

— || numru tal-aċidu li ma jaqbiżx il-110, u

— || punt tat-tidwib ta’ 100° C jew aktar

1.1.-31.12.

1 600 tunnellata

0%

*09.2907 || ex 3824 90 93 || 67 || Taħlita ta’ fitosteroli, fi trab, li fihom, bil-piż: — || 75% jew aktar ta steroli,

— || mhux aktar minn 25% ta’ stanoli,

għal użu fil-manifattura tal-istanoli/steroli jew stanoli/steroli esters

(1)

1.1.-31.12.

2 500 tunnellata

0%

*09.2660 || ex 3902 30 00 || 98 || Adeżiv tal-olefina polialfa amorfa għall-manifattura ta' prodotti tal-iġjene (1) || 1.1.-31.12. || 500 tunnellata || 0%

*09.2639 || 3905 30 00 || || Poli(alkoħol tal-vinil), kemm jekk fihom gruppi aċetat unhydrolysed || 1.1.-31.12.2015 || 15 000 tunnellata || 0%

09.2671 || ex 3905 99 90 || 81 || Poli(butiral tal-vinil) (CAS RN 63148-65-2): — || li jkun fihbħala piżbejn 17,5% jew aktar, iżda mhux aktar minn 20% ta’ gruppi idrossiliu

— || li d-daqs medju ta’ kull partiċella tiegħu (D50) teċċedi 0,6mm

1.1.-31.12.

11 000 tunnellata

0%

09.2616 || ex 3910 00 00 || 30 || Polydimethylsiloxane b’livell ta’ polimerizzazzjoni ta’ 2 800 monomer unit (± 100) || 1.1.-31.12. || 1 300 tunnellata || 0%

09.2816 || ex 3912 11 00 || 20 || Frak tal-aċetat taċ-ċellulożju || 1.1.-31.12. || 75 000 tunnellata || 0%

09.2864 || ex 3913 10 00 || 10 || Alġinat tas-sodju, estratt minnalgi kannella(CAS RN 9005-38-3) || 1.1.-31.12. || 1 000 tunnellata || 0%

09.2641 || ex 3913 90 00 || 87 || Ijaluronat tas-sodju, mhux sterili: — || b’ piż medju tal-piż molekulari (Mw) li ma jaqbiżx 900 000,

— || b’livell ta’ endotossin li ma jaqbiżx 0,008 unitajiet ta’ Endotossin (EU)/mg,

— || b’kontenut ta’ etanol li ma jaqbiżx 1% bil-piż,

— || b’kontenut ta’ isopropanol li ma jaqbiżx 0,5% tal-piż

1.1.-31.12.

200 kg

0%

09.2661 || ex 3920 51 00 || 50 || Folji ta’ polimetilmetakrilat konformi mal-istandards: — || EN 4364 (MIL-P-5425E) u DTD5592A, jew

— || EN 4365 (MIL-P-8184) u DTD5592A

1.1.-31.12.

100 tunnellata

0%

09.2645 || ex 3921 14 00 || 20 || Blokka ċellulari ta’ ċelluloża riġenerata, mimlija bl-ilma li jkun fih klorur tal-manjeżju u kompost tal-ammonju kwaternarju tad-daqs ta' 100 cm (± 10 cm) x 100 cm (± 10 cm) x 40 cm (± 5 cm) || 1.1.-31.12. || 1 300 tunnellata || 0%

09.2818 || ex 6902 90 00 || 10 || Briks li jirreżistu s-sħana: — || b’tarf li għandu tul ta’ aktar minn 300 mm u

— || kontenut f’piż ta’ TiO2 ta’ mhux aktar minn 1% u

— || kontenut f’piż ta’ Al2O3 ta’ mhux aktar minn 0.4% u

— || varjazzjoni fil-volum ta’ anqas minn 9% f’1700° C

1.1.-31.12.

225 tunnellata

0%

09.2628 || ex 7019 52 00 || 10 || Xibka tal-ħġieġ minsuġa minn fibri tal-ħġieġ miksija bil-plastik, b’piż ta’ 120 g/m²(± 10 g/m²), tat-tip li jintuża fir-rolling insect screens bil-qafas fiss || 1.1.-31.12. || 3 000 000 m² || 0%

09.2799 || ex 7202 49 90 || 10 || Ferro-kromju li fih 1.5% jew aktar iżda mhux aktar minn 4% tal-piż f’karbonju u mhux aktar minn 70% ta’ kromju || 1.1.-31.12. || 50 000 tunnellata || 0%

*09.2834 || ex 7604 29 10 || 20 || Folji jew vireg tal-alojs ta’ aluminju-litjuta' diametru ta' 200 mm jew iktar, iżda mhux iktar minn 300 mm || 1.1.-31.12. || 1 000 tunnellata || 0%

*09.2835 || ex 7604 29 10 || 30 || Folji jew vireg tal-alojs ta’ aluminju-litjuta' diametru ta' 300,1 mm jew iktar, iżda mhux iktar minn 533,4 mm || 1.1.-31.12. || 500 tunnellata || 0%

09.2840 || ex 8104 30 00 || 20 || Trab tal-manjeżju: — || ta' purità skont il-piż ta' 98% jew iktar, iżda mhux iktar minn 99,5%

— || b'daqs tal-partiċella ta' 0,2 mm jew iktar iżda mhux iktar minn 0,8 mm

1.1.-31.12.

2 000 tunnellata

0%

*09.2629 || ex 8302 49 00 || 91 || Manku teleskopiku tal-aluminju għall-użu fil-manifattura tal-bagalji (1) || 1.1.-31.12. || 800 000 biċċa || 0%

09.2642 || ex 8501 40 20 ex 8501 40 80 || 30 40 || Assemblaġġ, magħmul minn: — || mutur kommutatur li jaħdem bl-elettriku AC monofażi b’saħħa ta’ 480 W jew aktar, iżda li ma taqbiżx 1 400 W, li tuża dħul tal-elettriku ta’ aktar minn 900 W iżda li ma jaqbiżx 1 600 W, b’dijametru estern ta’ aktar minn 119,8 mm iżda li ma jaqbiżx 135,2 mm u b’veloċità mkejla ta’ aktar minn 30 000 rpm iżda li ma taqbiżx 50 000 rpm, u

— || ventilatur għad-dħul tal-arja

(1)

1.1.-31.12.

120 000 biċċa

0%

09.2763 || ex 8501 40 80 || 30 || Mutur kommutatur elettriku AC, monofażi, b’rendiment ta’ aktar minn 750 W, u input enerġetiku ta’ aktar minn 1 600 W imma mhux aktar minn 2 700 W, dijametru estern ta’ aktar minn 120 mm (± 0,2 mm) imma mhux aktar minn 135 mm (± 0,2 mm), b’rata ta’ veloċità ta’ aktar minn 30 000 rpm imma mhux aktar minn 50 000 rpm, mgħammar b’ventilatur għall-ajra, għall-użu fil-produzzjoni tal-vacuum cleaners (1) || 1.1.-31.12. || 2 000 000 biċċa || 0%

09.2633 || ex 8504 40 82 || 20 || Rettifikatur tal-elettriku, b’kapaċità ta’ mhux aktar minn 1 kVA, għall-użu fil-manifattura tal-apparat li jaqa’ fl-intestaturi 8509 80 u 8510 (1) || 1.1.-31.12. || 4 500 000 biċċa || 0%

09.2643 || ex 8504 40 82 || 30 || Pjanċi bis-sokits għall-għoti tal-elettriku li jintuża fil-manifattura ta’ oġġetti li jaqgħu taħt l-intestatura 8521 u 8525 (1) || 1.1.-31.12. || 1 038 000 biċċa || 0%

09.2620 || ex 8526 91 20 || 20 || Assemblaġġ għal sistemi GPS b’funzjoni ta’ determinazzjoni tal-pożizzjoni, mingħajr display, u piż ta’ mhux aktar minn 2 500 g || 1.1.-31.12. || 3 000 000 biċċa || 0%

09.2672 || ex 8529 90 92 ex 9405 40 39 || 75 70 || Bord ta’ ċirkwit stampat b'diodes LED: — || kemm jekk mgħammra b’priżmi/lenti kif ukoll jekk le, u

— || kemm jekk mgħammra b’konnettur(i) kif ukoll jekk le

għall-manifattura ta’ unitajiet tar-retroluminazjzoni għal oġġetti ta’ titlu 8528

(1)

1.1.-31.12.

115 000 000 biċċa

0%

09.2003 || ex 8543 70 90 || 63 || Ġeneratur tal-frekwenzi kkontrollat bil-vultaġġ, li jikkonsisti f’elementi attivi u passivi mmuntati fuq ċirkwit stampat miżmum ġewwa qafas li d-dimensjonijiet ta’ barra tiegħu mhux aktar minn 30 mm x 30 mm || 1.1.-31.12. || 1 400 000 biċċa || 0%

09.2668 || ex 8714 91 10 ex 8714 91 10 || 21 31 || Qafas ta’ biċikletta, mibni mill-fibri tal-karbonju u r-reżina artifiċjali, miżbugħ, mogħti l-verniċ u/jew illostrat, biex jintuża għall-manifattura tar-roti (1) || 1.1.-31.12. || 125 000 biċċa || 0%

09.2669 || ex 8714 91 30 ex 8714 91 30 || 21 31 || Furketta ta’ quddiem ta’ biċikletta, magħmula mill-fibri tal-karbonju u r-reżina artifiċjali, miżbugħa, mogħtija l-verniċ u/jew illostrata, għall-użu fil-manifattura tal-biċikletti (1) || 1.1.-31.12. || 97 000 biċċa || 0%

09.2631 || ex 9001 90 00 || 80 || Lentijiet mhux iffrejmjati, prismi u elementi ssimentjati għall-użu fil-manifattura jew it-tiswija ta' oħħetti tal-kodiċijiet tan-NM 9002, 9005, 9013 10 u 9015 (1) || 1.1.-31.12. || 5 000 000 biċċa || 0%

*09.2836 || ex 9003 11 00 ex 9003 19 00 || 10 20 || Frejms tan-nuċċalijiet magħmulin bil-plastik jew metall għall-użu fil-manifattura ta' nuċċalijiet tal-vista (1) || 1.1.-31.12. || 5 800 000 biċċa || 0%

(1) Is-sospensjoni tad-dazji hija soġġetta għall-Artikoli minn 291 sa 300 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta' Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1).

(2) Madankollu, il-miżura ma titħalliex titwettaq meta l-ipproċessar isir mill-istabbilimenti li jbiegħu bl-imnut jew tal-catering.

(3) Ir-rata ta’ dazju speċifiku hija applikabbli.

* || Pożizzjoni ġdida jew emendata