Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, u dwar l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet ta’ sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Madagaskar /* COM/2014/0682 final - 2014/0318 (NLE) */
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI 1. IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA Abbażi
tal-awtorizzazzjoni mogħtija lilha mill-Kunsill[1], il-Kummissjoni Ewropea
fetħet in-negozjati mar-Repubblika tal-Madagaskar bil-ħsieb li
jiġġedded il-Protokoll tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd li
hemm bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Madagaskar. Wara dawn
in-negozjati, ġie inizjalat abbozz ta' Protokoll ġdid min-negozjaturi
fid-19 ta' Ġunju 2014. Il-Protokoll il-ġdid ikopri
perjodu ta' 4 snin li jibda mid-data tal-applikazzjoni provviżorja
stipulata mill-Artikolu 15 – jiġifieri mid-data tal-firma tiegħu
u mhux qabel l-1 ta' Jannar 2015. L-għan
prinċipali tal-Protokoll tal-Ftehim huwa li jingħataw opportunitajiet
tas-sajd lill-bastimenti tal-Unjoni Ewropea fiż-żona tas-sajd
tar-Repubblika tal-Madagaskar, skont il-miżuri ta' ġestjoni adottati
mill-Organizzazzjoni Reġjonali għall-Ġestjoni tas-Sajd
kompetenti, jiġifieri l-Kummissjoni għat-Tonn tal-Oċean Indjan
(IOTC) u, fejn xieraq, fil-limiti tal-ammonti żejda disponibbli.
Il-Kummissjoni serrħet, fost l-oħrajn, fuq ir-riżultati ta'
evalwazzjoni ex-post imwettqa minn esperti esterni. L-objettiv
ġenerali huwa li tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-Unjoni
Ewropea u r-Repubblika tal-Madagaskar favur l-istabbiliment ta’ qafas ta’
sħubija għall-iżvilupp ta’ politika tas-sajd sostenibbli u
l-isfruttar responsabbli tar-riżorsi tas-sajd fiż-żona tas-sajd
tar-Repubblika tal-Madagaskar, fl-interess taż-żewġ Partijiet. B’mod partikolari,
il-Protokoll jipprevedi opportunitajiet tas-sajd fil-kategoriji li ġejjin: · 40 bastiment tas-sajd għat-tonn bit-tartarun; · 32 bastiment tas-sajd bil-konz tal-wiċċ
b'tunnellaġġ superjuri għal 100 TG; · 22 bastiment tas-sajd għat-tonn bil-konzijiet
tal-wiċċ b'tunnellaġġ inferjuri jew ugwali għal
100 TG. Abbażi ta’ dan, il-Kummissjoni tipproponi
li l-Kunsill, bil-kunsens tal-Parlament, jadotta dan il-Protokoll il-ġdid
permezz ta' Deċiżjoni. 2. RIŻULTATI
TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET INTERESSATI U VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT Il-partijiet interessati ġew ikkonsultati
fil-qafas tal-evalwazzjoni tal-Protokoll 2013-2014. Ġew ikkonsultati
wkoll l-esperti mill-Istati Membri waqt laqgħat tekniċi. Minn dawn
il-konsultazzjonijiet ġie konkluż li jkun ta’ benefiċċju li
jinżamm protokoll tas-sajd mar-Repubblika tal-Madagaskar. 3. ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA Din il-proċedura nbdiet b’mod parallel
mal-proċeduri marbutin mad-Deċiżjoni tal-Kunsill li tadotta
l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll, kif ukoll mar-Regolament
tal-Kunsill dwar l-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd fost l-Istati
Membri tal-Unjoni Ewropea. 4. IMPLIKAZZJONI BAĠITARJA Il-kontribuzzjoni finanzjarja annwali, li hija
EUR 1 566 250 kull sena għall-ewwel sentejn tal-protokoll u
EUR 1 487 500 kull sena għas-sentejn ta' wara, hija bbażata
fuq: a) tunnellaġġ ta' referenza ta' 15 750 tunnellata
marbut mal-aċċess, għal ammont annwali ta'
EUR 866 250 kull sena għall-ewwel sentejn tal-protokoll u
ta' EUR 787 500 kull sena għas-sentejn ta' wara, u b) appoġġ
għall-iżvilupp tal-politika settorjali tas-sajd tar-Repubblika
tal-Madagaskar, li jammonta għal EUR 700 000 kull sena. Dan
l-appoġġ huwa konformi mal-objettivi tal-politika nazzjonali
fir-rigward tas-sajd u b'mod partikolari mal-ħtiġijiet tar-Repubblika
tal-Madagaskar fil-ġlieda kontra s-sajd illegali. 2014/0318 (NLE) Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, u
dwar l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll li jistabbilixxi
l-opportunitajiet ta’ sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim
ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika
tal-Madagaskar IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat dwar
il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43(2),
flimkien mal-Artikolu 218(5) tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni
Ewropea, Billi: (1) Fil-15 ta' Novembru 2007,
il-Kunsill adotta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 31/2008[2] dwar
il-konklużjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità
Ewropea u r-Repubblika tal-Madagaskar. (2) Il-Kunsill awtorizza
lill-Kummissjoni tinnegozja Protokoll għall-Ftehim ta' Sħubija
ġdid li jagħti opportunitajiet tas-sajd lill-bastimenti tal-Unjoni
Ewropea fiż-żona tas-sajd li fiha l-Madagaskar jeżerċita
l-ġuriżdizzjoni tiegħu. Wara
dawn in-negozjati, ġie inizjalat abbozz ta' Protokoll ġdid
fil-19 ta’ Ġunju 2014. (3) Sabiex jiġi żgurat
li l-bastimenti tal-Unjoni jkunu jistgħu jerġgħu jibdew
l-attivitajiet tas-sajd tagħhom, l-Artikolu 15 tal-Protokoll
il-ġdid jipprevedi l-possibbiltà li huwa jiġi applikat b’mod
provviżorju minn kull Parti sa mid-data tal-iffirmar tiegħu iżda
mhux qabel l-1 ta' Jannar 2015. (4) Għandhom jiġu
awtorizzati l-iffirmar ta' dan il-Protokoll il-ġdid u l-applikazzjoni
provviżorja tiegħu sa ma jitlestew il-proċeduri
meħtieġa għall-konklużjoni tiegħu, ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 L-iffirmar tal-Protokoll li jistabbilixxi
l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti mill-Ftehim
ta’ Sħubija fis-settur tas-sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika
tal-Madagaskar huwa approvat f’isem l-Unjoni, soġġett
għall-konklużjoni ta’ dan il-Protokoll. It-test tal-Protokoll huwa mehmuż ma’ din
id-Deċiżjoni. Artikolu 2 Is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill
għandu jistabbilixxi l-istrumenti ta' setgħa sħiħa li
jawtorizzaw il-persuna/i indikata/i min-negozjatur tal-Protokoll biex
tiffirma/jiffirmaw il-Protokoll, soġġett għall-konklużjoni
tiegħu. Artikolu 3 Il-Protokoll għandu japplika b’mod
provviżorju, skont l-Artikolu 15 tiegħu, mid-data tal-iffirmar
tiegħu, iżda mhux qabel l-1 ta' Jannar 2015, sakemm jitlestew
il-proċeduri neċessarji għall-konklużjoni tiegħu. Artikolu 4 Din
id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-tielet
jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali
tal-Unjoni Ewropea. Magħmul fi Brussell, Għall-Kunsill Il-President DIKJARAZZJONI FINANZJARJA
LEĠIŻLATTIVA 1. QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA 1.1. Titlu
tal-proposta/tal-inizjattiva Proposta għal
Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Protokoll
miftiehem bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Madagaskar li jistipula
l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim
ta’ Sħubija dwar is-Sajd fis-seħħ bejn iż-żewġ
Partijiet. 1.2. Qasam/Oqsma
ta’ politika kkonċernat(i) fl-istruttura ABM/ABB 11. – L-Affarijiet
Marittimi u s-Sajd 11.03 –
Kontribuzzjonijiet obbligatorji għall-organizzazzjonijiet reġjonali
tal-ġestjoni tas-sajd (ORĠS) u għal organizzazzjonijiet
internazzjonali oħrajn u għall-ftehimiet dwar is-sajd sostenibbli
(SFAs) 1.3. Natura
tal-proposta/tal-inizjattiva Il-proposta/l-inizjattiva
hija relatata mal-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti. 1.4. Għan(ijiet)
1.4.1 Għan(ijiet)
strateġiku/strateġiċi pluriennali tal-Kummissjoni fil-mira
tal-proposta/inizjattiva In-negozjati u
l-konklużjoni ta' Ftehimet dwar is-Sajd ma' pajjiżi terzi jissodisfaw
l-għan ġenerali li jkun permess l-aċċess
għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni Ewropea f'żoni tas-sajd li
jinsabu taħt il-ġuriżdizzjoni ta' pajjiżi terzi u li
tiġi żviluppata sħubija ma' dawn il-pajjiżi bil-ħsieb
li jissaħħaħ l-isfruttar sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd
barra mill-ilmijiet tal-UE. Il-ftehimiet ta’
sħubija dwar is-sajd sostenibbli (SFPAs) jiżguraw ukoll il-koerenza
bejn il-prinċipji li jirregolaw il-Politika Komuni tas-Sajd u l-impenji
meħudin skont politiki Ewropej oħrajn (l-użu sostenibbli
tar-riżorsi tal-pajjiżi terzi, il-ġlieda kontra s-sajd illegali,
mhux irrappurtat u mhux irregolat (is-sajd IUU), l-integrazzjoni
tal-pajjiżi sħab fl-ekonomija globali, u governanza politika u
finanzjarja aħjar tas-sajd). 1.4.2 Għan(ijiet)
speċifiku/iċi u attività/ajiet ABM/ABB ikkonċernati Għan
speċifiku Nru 1 Sabiex
jingħata kontribut għas-sajd sostenibbli fl-ilmijiet li mhumiex
tal-Unjoni Ewropea, tinżamm preżenza Ewropea fis-sajd fl-ilmijiet
imbiegħda u jitħarsu l-interessi tas-settur tas-sajd Ewropew u
tal-konsumaturi billi jiġu nnegozjati u konklużi FPAs ma’ Stati
kostali, b’mod li jkunu konsistenti ma’ politiki Ewropej oħrajn. Attività/ajiet
konċernata/i ABM/ABB Biex jiġi
stabbilit qafas ta' governanza għall-attivitajiet tas-sajd imwettqa minn
bastimenti tas-sajd tal-Unjoni fl-ilmijiet ta' pajjiżi terżi (SFAs)
(linja baġitarja 11.03.01). 1.4.3 Riżultat(i)
u impatt(i) mistennija Il-konklużjoni
tal-Protokoll se tgħin sabiex jinżamm livell sostenibbli ta’
opportunitajiet tas-sajd għall-bastimenti Ewropej fiż-żona
tas-sajd tar-Repubblika tal-Madagaskar. Il-Protokoll se
jikkontribwixxi wkoll għal ġestjoni u konservazzjoni aħjar
tar-riżorsi tas-sajd, permezz ta’ appoġġ finanzjarju
(appoġġ settorjali) għall-implimentazzjoni tal-programmi
adottati fil-livell nazzjonali mill-pajjiż sieħeb, u b’mod
partikulari fir-rigward tal-kontroll u l-ġlieda kontra s-sajd illegali. 1.4.4 Indikaturi
tar-riżultati u tal-impatti Ir-rata
tal-użu tal-opportunitajiet tas-sajd (il-perċentwal tal-awtorizzazzjonijiet
tas-sajd użati bħala perċentwali tad-disponibbiltà skont
il-protokoll); Il-ġbir u
l-analiżi ta’ dejta dwar il-qabdiet u l-valur kummerċjali tal-Ftehim; Il-kontribuzzjoni
għall-impjiegi u għall-valur miżjud fl-UE u
għall-istabbilizzazzjoni tas-suq tal-UE (flimkien ma’ SFPAs oħrajn); Għadd ta'
laqgħat tekniċi u tal-Kumitati Konġunti. 1.5. Raġunijiet
għall-proposta/għall-inizjattiva 1.5.1 Rekwiżit(i)
li jrid(u) jiġi/u ssodisfat(i) fuq medda qasira jew medda twila ta'
żmien Il-Protokoll
għall-perjodu 2013-2014 jiskadi
fil-31 ta’ Diċembru 2014. Huwa previst li l-protokoll
il-ġdid jibda japplika b'mod provviżorju
mill-1 ta' Jannar 2015. Sabiex tkun żgurata
l-kontinwazzjoni tal-operazzjonijiet tas-sajd, qed jingħata bidu għal
proċedura rigward l-adozzjoni mill-Kunsill ta' deċiżjoni
fir-rigward tal-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll b'mod
parallel ma' din il-proċedura. Il-Protokoll
il-ġdid se jipprovdi qafas għall-attivitajiet tas-sajd tal-flotta
tal-Unjoni Ewropea fiż-żona tas-sajd tar-Repubblika tal-Madagaskar, u
se jawtorizza lis-sidien tal-bastimenti Ewropej jitolbu awtorizzazzjonijiet
tas-sajd li permezz tagħhom jistgħu jistadu fiż-żona
tas-sajd tar-Repubblika tal-Madagaskar. Barra minn
hekk, il-Protokoll il-ġdid isaħħaħ il-kooperazzjoni bejn
l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Madagaskar sabiex jippromwovu
l-iżvilupp ta’ politika tas-sajd sostenibbli. Dan jipprevedi, b’mod
partikulari, il-monitoraġġ tal-bastimenti permezz tal-VMS u
t-trażmissjoni b’mezzi elettroniċi tad-dejta dwar il-qabdiet. Sakemm
is-sistemi informatiċi relevanti jsiru operazzjonali, it-trażmissjoni
tad-dejta dwar il-qabdiet u d-dejta dwar is-sajd, permezz tal-mezzi li
jintużaw is-soltu, se tkun aktar frekwenti. L-appoġġ settorjali
huwa msaħħaħ biex jgħin lir-Repubblika tal-Madagaskar
tissodisfa l-obbligi internazzjonali tagħha fir-rigward tal-kontroll
bħala Stat tal-port. 1.5.2 Valur
miżjud tal-involviment tal-UE F'dak li
għandu x'jaqsam ma' dan il-protokoll il-ġdid, in-nuqqas ta'
intervenzjoni min-naħa tal-UE jkun jagħti lok għal Ftehimiet
privati, li ma jkunux ta' għajnuna biex isaħħu l-kapaċità
tal-pajjiż terz inkwistjoni biex jiżgura l-amministrazzjoni
tas-settur tas-sajd, u konsegwentement ma jkunx hemm garanzija ta' sajd
sostenibbli. L-Unjoni Ewropea tittama wkoll li, permezz ta’ dan il-Protokoll,
ir-Repubblika tal-Madagaskar tkompli tikkoopera b’mod effikaċi mal-UE,
b’mod partikulari f’dak li għandu x’jaqsam mal-ġestjoni
tar-riżorsi tas-sajd u mal-ġlieda kontra s-sajd illegali. 1.5.3 Tagħlim
miksub minn esperjenzi simili fl-imgħoddi In-nuqqas ta'
użu tal-opportunijiet tas-sajd disponibbli għal ċerti segmenti
tal-flotta Ewropea skont il-protokoll preċedenti rriżulta fi tnaqqis
tal-opportunitajiet tas-sajd f'dawn il-kategoriji mill-Partijiet. Il-sehem li jirrelata
ma' operaturi ekonomiċi tal-Unjoni Ewropea fil-kontribuzzjoni mħallsa
lill-pajjiż terz imsieħeb bħala skambju għal
aċċess, żdiedet filwaqt li dik tal-Unjoni Ewropea naqset, skont
il-prinċipju adottat mir-riforma tal-PKS u applikat fi protokolli oħra
riċentement innegozjati fl-Oċean Indjan. L-appoġġ
settorjali ġie msaħħaħ biex jiġu kkunsidrati
l-programmi li kienu ġew implimentati qabel u biex jiġu riflessi
l-ħtiġijiet tal-amministrazzjoni tas-sajd tar-Repubblika
tal-Madagaskar. 1.5.4 Koerenza
u sinerġija possibbli ma’ strumenti oħrajn rilevanti Il-fondi
mħallsin skont is-SFPAs jikkostitwixxu dħul funġibbli
fil-baġits tal-pajjiżi terzi imsieħba. Madankollu,
l-allokazzjoni ta’ wħud minn dawn il-fondi għall-implimentazzjoni
tal-miżuri fil-qafas tal-politika settorjali tal-pajjiż hija
kundizzjoni għall-konklużjoni u l-monitoraġġ tal-SFPAs.
Dawn ir-riżorsi finanzjarji huma kompatibbli ma' sorsi oħra ta'
finanzjament minn donaturi oħra ta’ fondi internazzjonali għat-twettiq
ta’ proġetti u/jew programmi fuq livell nazzjonali fis-settur tas-sajd. 1.6. Tul
taż-żmien u impatt finanzjarju Proposta/inizjattiva
ta’ tul ta’ żmien limitat Proposta/inizjattiva
fis-seħħ mill-01/01/2015 sal-31/12/2018 L-impatt
finanzjarju mill-2015 sal-2018 1.7. Metodu/i
ta’ ġestjoni previst(i) Ġestjoni
diretta mill-Kummissjoni mis-servizzi
tagħha, inkluż mill-persunal tagħha fid-delegazzjonijiet
tal-Unjoni . 2. MIŻURI TA’ ĠESTJONI 2.1. Dispożizzjonijiet
dwar il-monitoraġġ u r-rapportar Il-Kummissjoni
(DĠ MARE, b’kollaborazzjoni mal-espert tas-sajd tagħha bbażat
fil-Mawrizju u d-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea fil-Madagaskar) se
tiżgura l-monitoraġġ regolari tal-implimentazzjoni ta’ dan
il-Protokoll, partikolarment fir-rigward tal-użu tal-opportunitajiet
tas-sajd mill-operaturi u f’termini ta’ dejta dwar il-qbid. Barra minn hekk,
l-SFPA jipprevedi mill-inqas laqgħa annwali waħda tal-Kumitat
Konġunt li matulha l-Kummissjoni u l-pajjiż terz jevalwaw
l-implimentazzjoni tal-Ftehim u tal-Protokoll tiegħu u jagħmlu, fejn
ikun meħtieġ, aġġustamenti fil-programmar u, fejn xieraq,
fil-kontribuzzjoni finanzjarja. 2.2. Sistema
ta’ ġestjoni u kontroll 2.2.1 Riskju/i
identifikat(i) Jeżistu
ċerti riskji fl-istabbiliment ta’ protokoll dwar is-sajd, b’mod
partikulari f’dak li għandu x’jaqsam mal-ammonti maħsubin
għall-finanzjament tal-politika settorjali tas-sajd (is-sottoprogrammar).
Dawn id-diffikultajiet ma rriżultawx wara t-twettiq tal-Protokoll
tal-2013-2014 mar-Repubblika tal-Madagaskar. 2.2.2 Metodu/i
ta’ kontroll previst(i) Huwa previst
djalogu bbażat fuq l-ipprogrammar u l-implimentazzjoni tal-politika
settorjali. L-analiżi konġunta tar-riżultati, imsemmija
fl-Artikolu 6 (3) tal-Protokoll inkwistjoni, ukoll tifforma parti minn
dawn il-metodi ta’ kontroll. Barra minn hekk,
il-Protokoll fih klawżoli speċifiċi għas-sospensjoni
tiegħu, skont ċerti kundizzjonijiet u f'ċerti ċirkostanzi. 2.3. Miżuri
għall-prevenzjoni ta’ frodi u irregolaritajiet Il-Kummissjoni
tintrabat li tistabbilixxi djalogu politiku u konsultazzjoni permanenti
mar-Repubblika tal-Madagaskar sabiex tkun tista’ ttejjeb il-ġestjoni
tal-Ftehim u ssaħħaħ il-kontribuzzjoni tal-UE
għall-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd. F’kull
każ, kull pagament li jsir mill-Kummissjoni fil-kuntest ta’ SFPA huwa
suġġett għar-regoli u l-proċeduri baġitarji u
finanzjarji standard tal-Kummissjoni. Dan jippermetti, b’mod partikolari, li
jiġu identifikati b’mod sħiħ il-kontijiet bankarji tal-Istati
terzi li fihom jitħallsu l-ammonti tal-kumpens finanzjarju. Għal dan
il-Protokoll partikolari, il-paragrafu 4 tal-Artikolu 4 jistabbilixxi li
l-kontribuzzjoni finanzjarja kollha għandha titħallas f'kont bankarju
uniku miftuħ fil-Bank Ċentrali tal-Madagaskar. 3. STIMA TAL-IMPATT FINANZJARJU
TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA 3.1. Intestatura/i
tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linja/i baġitarja/i tan-nefqa
affettwata/i Linji baġitarji tan-nefqa eżistenti Fl-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linji
baġitarji. Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali || Linja baġitarja || Tip ta’ nefqa || Kontribuzzjoni Numru [Deskrizzjoni…...................................] || Diff/Mhux diff. ([3]) || mill-pajjiżi tal-EFTA[4] || mill-pajjiżi kandidati[5] || minn pajjiżi terzi || skont it-tifsira tal-Artikolu 18(1)(aa) tar-Regolament Finanzjarju 2 || 11.0301 L-istabbiliment ta’ qafas ta’ governanza għall-attivitajiet tas-sajd imwettqin minn bastimenti tas-sajd tal-Unjoni fl-ilmijiet ta’ pajjiżi terżi (SFAs) || AD || XEJN || XEJN || XEJN || XEJN Linji baġitarji ġodda mitluba (mhux applikabbli) 3.2. Impatt
stmat fuq in-nefqa 3.2.1. Sommarju
tal-impatt stmat fuq in-nefqa F’miljuni ta’ EUR (sa 3 ċifri wara l-punt
deċimali) Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali: || Numru 2 || Preżervazzjoni u ġestjoni tar-riżorsi naturali DĠ: MARE || || || Sena N[6] 2015 || Sena N+1 2016 || Sena N+2 2017 || Sena N+3 2018 || AMMONT TOTALI Approprjazzjonijiet operattivi || || || || || Numru tal-linja baġitarja: 11.0301 || Impenji || (1) || 1.566 || 1.566 || 1.488 || 1.488 || 6.108 Pagamenti || (2) || 1.566 || 1.566 || 1.488 || 1.488 || 6.108 Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett finanzjarju għal programmi speċifiċi[7] || || || || || Numru tal-linja baġitarja: 11.010401 || || (3) || 0.042 || 0.042 || 0.042 || 0.092 || 0.218 TOTAL tal-approprjazzjonijiet għal DĠ MARE || Impenji || =1+3 || 1.608 || 1.608 || 1.530 || 1.580 || 6.326 Pagamenti || =2+3 || 1.608 || 1.608 || 1.530 || 1.580 || 6.326 TOTAL tal-approprjazzjonijiet operattivi || Impenji || (4) || 1.566 || 1.566 || 1.488 || 1.488 || 6.108 Pagamenti || (5) || 1.566 || 1.566 || 1.488 || 1.488 || 6.108 TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett finanzjarju għal programmi speċifiċi || (6) || 0.042 || 0.042 || 0.042 || 0.092 || 0.218 TOTAL tal-approprjazzjonijiet taħt l-INTESTATURA 2 tal-qafas finanzjarju pluriennali || Impenji || =4+ 6 || 1.608 || 1.608 || 1.530 || 1.580 || 6.326 Pagamenti || =5+ 6 || 1.608 || 1.608 || 1.530 || 1.580 || 6.326 Jekk iżjed minn intestatura waħda hija
affettwata mill-proposta/inizjattiva: (mhux applikabbli) TOTAL tal-approprjazzjonijiet operattivi || Impenji || (4) || || || || Pagamenti || (5) || || || || TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett finanzjarju għal programmi speċifiċi || (6) || || || || TOTAL tal-approprjazzjonijiet taħt l-INTESTATURI 1 sa 4 tal-qafas finanzjarju pluriennali (ammont ta’ referenza) || Impenji || =4+ 6 || || || || Pagamenti || =5+ 6 || || || || Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali: || 5 || "Nefqa amministrattiva" F’miljuni ta’ EUR (sa 3 ċifri wara l-punt
deċimali) || || || Sena N[8] 2015 || Sena N+1 2016 || Sena N+2 2017 || Sena N+3 2018 || AMMONT TOTALI DĠ MARE Riżorsi umani || 0.059 || 0.059 || 0.059 || 0.059 || 0.236 Infiq amministrattiv ieħor || 0.010 || 0.010 || 0.010 || 0.010 || 0.040 TOTAL TAD-DĠ MARE || Approprjazzjonijiet || 0.069 || 0.069 || 0.069 || 0.069 || 0.276 TOTAL tal-approprjazzjonijiet taħt l-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali || (Impenji totali = Ħlasijiet totali) || 0.069 || 0.069 || 0.069 || 0.069 || 0.276 F’miljuni ta’ EUR (sa 3 ċifri wara l-punt
deċimali) || || || Sena N[9] 2015 || Sena N+1 2016 || Sena N+2 2017 || Sena N+3 2018 || AMMONT TOTALI TOTAL tal-approprjazzjonijiet taħt l-INTESTATURI 1 sa 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali || Impenji || 1.677 || 1.677 || 1.599 || 1.649 || 6.602 Pagamenti || 1.677 || 1.677 || 1.599 || 1.649 || 6.602 3.2.2. L-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operattivi Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’
approprjazzjonijiet operattivi, kif spjegat hawn taħt: Approprjazzjonijiet għall-impenji f’miljuni ta’
EUR (sa 3 ċifri wara l-punt deċimali) Indika l-għanijiet u r-riżultati || || Sena N 2015 || Sena N+1 2016 || Sena N+2 2017 || Sena N+2 2018 || AMMONT TOTALI RIŻULTATI (outputs) It-tip[10] || Spiża medja || Għadd || Kost || Għadd || Kost || Għadd || Kost || Għadd || Kost || Għadd totali ta’ riżultati || Spiża totali GĦAN SPEĊIFIKU NUMRU 1[11]… || || || || || || || || || || - Aċċess għaż-Żona tas-Sajd || Volum (tunnellati) || N & N+1: EUR 55/tunnellata || 15 750 || 0.866 || 15 750 || 0.866 || 15 750 || 0.788 || 15 750 || 0.788 || 63 000 || 3.308 N+2 & N+3: EUR 50/tunnellata - Appoġġ settorjali || Kontribuzzjoni annwali || 0.300 || 1 || 0.700 || 1 || 0.700 || 1 || 0.700 || 1 || 0.700 || 4 || 2.800 Subtotali tal-għan speċifiku Nru 1 || || 1.566 || || 1.566 || || 1.488 || || 1.488 || || 6.108 KOST TOTALI || || 1.566 || || 1.566 || || 1.488 || || 1.488 || || 6.108 3.2.3. L-impatt
stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva 3.2.3.1 Sommarju Il-proposta/l-inizjattiva
teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura
amministrattiva, kif spjegat hawn taħt: F’miljuni ta’ EUR (sa
3 ċifri wara l-punt deċimali) || Sena N [12] 2015 || Sena N+1 2016 || Sena N+2 2017 || Sena N+3 2018 || AMMONT TOTALI INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali || || || || || Riżorsi umani || 0.059 || 0.059 || 0.59 || 0.059 || 0.236 Infiq amministrattiv ieħor || 0.010 || 0.010 || 0.010 || 0.010 || 0.040 Subtotal tal-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali || 0.069 || 0.069 || 0.069 || 0.069 || 0.276 Subtotal tal-INTESTATURA 5[13] tal-qafas finanzjarju pluriennali || || || || || Riżorsi umani || 0.036 || 0.036 || 0.036 || 0.036 || 0.144 Infiq amministrattiv ieħor ta’ natura amministrattiva || 0.006 || 0.006 || 0.006 || 0.056 || 0.074 Subtotal Barra l-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali || 0.042 || 0.042 || 0.042 || 0.092 || 0.218 AMMONT TOTALI || 0.111 || 0.111 || 0.111 || 0.161 || 0.494 L-approprjazzjonijiet tar-riżorsi umani meħtieġa se
jiġu koperti mill-approprjazzjonijiet mid-DĠ li diġà huma
assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li ġew mobilizzati
mill-ġdid fid-DĠ, flimkien, jekk ikun neċessarju, ma’ kwalunkwe
allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ li jkun qed
jiġġestixxi skont il-proċedura tal-allokazzjoni annwali u
fid-dawl tal-limitazzjoni baġitarji eżistenti. 3.2.3.2 Stima tar-riżorsi umani meħtieġa Il-proposta/l-inizjattiva
teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn
taħt: L-istima għandha tingħata f’ammonti
sħaħ (jew sa mhux aktar minn ċifra waħda wara l-punt
deċimali) || Sena N 2015 || Sena N+1 2016 || Sena N+2 2017 || Sena N+3 2018 Karigi previsti fit-tabella tal-persunal (uffiċjali u aġenti temporanji) || || || || || || || || 11 01 01 01 (Kwartieri Ġenerali u Uffiċċji ta' Rappreżentanza tal-Kummissjoni) || 0.30 || 0.30 || 0.30 || 0.30 11 01 01 02 (Delegazzjonijiet) || || || || Persunal estern (f’ekwivalenti għal full-time - FTE)[14] || || || || 11 01 02 01 (AK, INT, ENS mill-"pakkett globali") || 0.15 || 0.15 || 0.15 || 0.15 11 01 02 02 (CA, INT, JED, LA u SNE fid-delegazzjonijiet) || || || || 11 01 04 01 [15] || - fil-kwartieri ġenerali[16] || || || || - fid-Delegazzjonijiet || 0.25 || 0.25 || 0.25 || 0.25 Linji baġitarji oħra (speċifika) || || || || AMMONT TOTALI || 0.7 || 0.7 || || 0.7 11 hija l-qasam
tal-politika jew it-titolu tal-baġit ikkonċernat. Ir-riżorsi umani meħtieġa se jkunu mill-persunal
tad-DĠ li diġà huma assenjati bil-ġestjoni tal-azzjoni u/jew
ġew allokati mill-ġdid fi ħdan id-DĠ, flimkien, jekk ikun
meħtieġ, ma' kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’
tingħata lid-DĠ li jkun qed jiġġestixxi skont
il-proċedura ta’ allokazzjoni annwali u fid-dawl tal-limitazzjoni
baġitarji eżistenti. Deskrizzjoni
tal-kompiti li jridu jitwettqu: Uffiċjali u Aġenti Temporanji || Il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-proċess ta’ negozjar jew negozjar mill-ġdid tal-SFPA u tal-approvazzjoni tar-riżultat tan-negozjati mill-istituzzjonijiet; il-ġestjoni tal-SFPA fis-seħħ, inkluż il-monitoraġġ finanzjarju u operattiv permanenti; il-ġestjoni tal-liċenzji. Uffiċjal skrivan tad-DĠ MARE + Kap ta' Unità/Deputat Kap ta' Unità + appoġġ mis-segretarjat: stima ġenerali ta' 0.45 FTE/sena Spiża għal kull unità: EUR 132 000 /fis-sena Kalkolu tal-ispejjeż: FTE 0.45/sena x EUR 132 000 /sena Spejjeż totali: EUR 59 400 => EUR 0.059 M Persunal estern || Il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-appoġġ settorjali – AK f’Delegazzjoni (il-Mawrizju) stima ġenerali ta' 0.25 FTE/sena Spiża għal kull unità: EUR 145 000 /fis-sena Kalkolu tal-ispejjeż: FTE 0.25/sena x EUR 145 000 EUR/an Spejjeż totali: EUR 36 250 => EUR 0.036 M 3.2.4. Kompatibbiltà
mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali Il-proposta/l'inizjattiva
hija kompatibbli mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali. 3.2.5. Kontribuzzjonijiet
ta’ partijiet terzi Il-proposta/l-inizjattiva
ma tipprevedix il-kofinanzjament mingħand terzi persuni. 3.3. Impatt
stmat fuq id-dħul Il-proposta/l-inizjattiva
ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul. [1] Adottat fl-14 ta’ April 2014 mill-Kunsill
għall-Agrikoltura u s-Sajd. [2] ĠU L 15, 18.1.2008, p. 1. [3] Diff. = Approprazzjonijiet diffrenzjati / Mhux diff. =
Approprazzjonijiet mhux diffrenzjati. [4] EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ
Ħieles. [5] Pajjiżi kandidati u, fejn applikabbli, pajjiżi
kandidati potenzjali mill-Punent tal-Balkani. [6] Is-sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni
tal-proposta/inizjattiva. [7] L-assistenza teknika u/jew amministrattiva u n-nefqa li
tappoġġa l-implimentazzjoni tal-programmi u/jew tal-azzjonijiet
tal-UE (dawk li qabel kienu l-linji “BA”), ir-riċerka indiretta u
r-riċerka diretta. [8] Is-sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni
tal-proposta/inizjattiva. [9] Is-sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni
tal-proposta/inizjattiva. [10] Ir-riżultati huma prodotti jew servizzi li jridu
jiġu fornuti (eż. għadd ta’ skambji ta’ studenti ffinanzjati,
għadd ta’ km ta’ toroq mibnija, eċċ.). [11] Kif ġie deskritt fit-Taqsima 1.4.2.
"Għan (għanijiet speċifiku (speċifiċi) …". [12] Is-sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni
tal-proposta/inizjattiva. [13] L-assistenza teknika u/jew amministrattiva u n-nefqa li
tappoġġa l-implimentazzjoni tal-programmi u/jew tal-azzjonijiet
tal-UE (dawk li qabel kienu l-linji “BA”), ir-riċerka indiretta u
r-riċerka diretta. [14] AK = Aġent Kuntrattwali; AL = Aġent Lokali; SNE
= espert nazzjonali ssekondat; INT = persunal tal-aġenzija (intérimaire);
JED = "Jeune Expert en Délégation" (Espert
Żagħżugħ fid-Delegazzjoni). [15] Sublimitu massimu għal persunal estern minn
approprjazzjonijiet operattivi (dawk li qabel kienu linji "BA"). [16] Għall-Fondi Strutturali, il-Fond Agrikolu Ewropew
għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u l-Fond Ewropew għas-Sajd
(FES). ANNESSI Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet
tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta’ Sħubija
dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Madagaskar Artikolu 1
Kamp ta’ applikazzjoni 1. L-opportunitajiet tas-sajd mogħtija skont
l-Artikolu 5 tal-Ftehim ta’ Sħubija fis-settur tas-sajd għandhom
ikunu kif ġej: Tonn u speċijiet simili (tonn, plamtu, tonn frigata u tonn balla,
marlin, pixxispad), speċijiet assoċjati u sajd taħt il-mandat
ta' tmexxija tal-Kummissjoni għat-Tonn tal-Oċean Indjan (IOTC),
esklużi ·
l-ispeċijiet protetti
mill-konvenzjonijiet internazzjonali, ·
l-ispeċijiet li
ż-żamma tagħhom abbord, it-trażbord, l-iżbark jew li
l-ħażna sħiħa jew parzjali tagħhom huma pprojbiti
mill-IOTC, b'mod partikolari speċijiet li jappartjenu għall-familji
tal-Alopiidae jew tas-Sphyrnidae, kif ukoll ·
l-ispeċijiet li
ġejjin: Cethorinus maximus, Rhincodon typus, Carcharodon carcharias,
Carcharinus falciformis, Carcharinus longimanus. ·
40 bastiment
għas-sajd tat-tonn bit-tartarun, u ·
32 bastiment tas-sajd
bil-konz tal-wiċċ b'tunnellaġġ superjuri għal
100 TG. ·
22 bastiment tas-sajd
bil-konz tal-wiċċ b'tunnellaġġ inferjuri jew ugwali
għal 100 TG. 2. Il-paragrafu 1
għandu japplika suġġett għad-dispożizzjonijiet
tal-Artikoli 8 u 9 ta' dan il-Protokoll. Artikolu 2 Tul ta’ żmien Dan il-Protokoll u l-Anness tiegħu għandhom
japplikaw għal perjodu ta' 4 snin li jibdew mill-applikazzjoni
provviżorja tiegħu. Artikolu 3 Prinċipji u għanijiet fundamentali abbażi
tal-implimentazzjoni ta’ dan il-Protokoll 1. Iż-żewġ partijiet jintrabtu li
jippromwovu sajd responsabbli fiż-żona tas-sajd tal-Madagaskar
abbażi tal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni bejn id-diversi flotot
li jistadu f'din iż-żona. Il-miżuri tekniċi ta'
konservazzjoni kollha li għandhom x'jaqsmu mal-għoti
tal-awtorizzazzjonijiet tas-sajd hekk kif speċifikat fl-Appendiċi 2
ta' dan il-Protokoll, għandhom japplikaw għall-flotot industrijali
barranin kollha li qed joperaw fiż-żona tas-sajd tal-Madagaskar skont
kundizzjonijiet tekniċi simili għal dawk applikabbli għal-flotot
tal-Unjoni Ewropea. 2. Il-Partijiet jintrabtu li jiżguraw li dan
il-Ftehim jiġi implimentat skont l-Artikolu 9 tal-Ftehim ta’ Cotonou
dwar l-elementi essenzjali marbutin mad-drittijiet tal-bniedem,
mal-prinċipji demokratiċi u mal-Istat tad-dritt, u dwar l-element
fundamentali marbut mal-amministrazzjoni t-tajba tal-affarijiet pubbliċi,
l-iżvilupp sostenibbli u l-ġestjoni ambjentali soda. Artikolu 4
Kontribuzzjoni finanzjarja 1. Għall-perjodu stipulat fl-Artikolu 2
kollu kemm hu, il-kontribuzzjoni finanzjarja totali msemmija fl-Artikolu 7
tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd għandha tkun ta’
EUR 6 107 500. 2. Din il-kontribuzzjoni finanzjarja għandha
tiġi allokata kif ġej: 2.1. ammont annwali ta' EUR 866 250
għal kull sena mill-ewwel sentejn tal-protokoll u ta'
EUR 787 500 għal kull sena mis-sentejn ta' wara, ekwivalenti
għal tunnellaġġ ta' referenza, għall-ispeċijiet
kollha, ta' 15 750 tunnellata kull sena biex jinkiseb aċċess
għaż-żona tas-sajd tal-Madagaskar, u 2.2. ammont speċifiku ta'
EUR 700 000 fis-sena allokat għall-appoġġ tal-politika
settorjali tal-ispeċijiet tal-ħut u tas-sajd tal-Madagaskar u
għall-implimentazzjoni tagħha. Il-kontribuzzjoni finanzjarja
intenzjonata għall-appoġġ settorjali hija disponibbli
għall-Ministeru tal-Ispeċijiet tal-Ħut u tas-Sajd. 3. Il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu
għandu japplika bla ħsara għad-dispożizzjonijiet
tal-Artikoli 5, 6, 8, 11 u 12 ta’ dan il-Protokoll. 4. Il-kontribuzzjoni finanzjarja stabbilita
fil-paragrafu 2 tiġi ddepożitata f'kont waħdieni tat-Teżor
Pubbliku tal-Madagaskar miftuħ mill-Bank Ċentrali tal-Madagaskar, u
li d-dettalji tiegħu għandhom jiġu kkomunikati lill-Unjoni
Ewropea mill-Madagaskar qabel il-bidu tal-applikazzjoni proviżorja u
għandhom jiġu kkonfermati kull sena. Artikolu 5 Modi ta' ħlas tas-sehem
tal-kontribuzzjoni finanzjarja relatata mal-aċċess 1. Jekk l-ammont annwali tal-qabdiet
tal-ispeċijiet stipulati fl-Artikolu 1 li jkunu saru fiż-żona
tas-sajd tal-Madagaskar, kif iddikjarat u vvalidat fir-rigward tal-bastimenti
tas-sajd tal-Unjoni Ewropea skont it-Taqsima 1 tal-Kapitolu IV tal-Anness ta'
dan il-Protokoll, jeċċedi t-tunnellaġġ ta' referenza
speċifikat fil-paragrafu 2.1 tal-Artikolu 4, l-ammont tal-kontribuzzjoni
finanzjarja annwali għandu jiżdied b' EUR 55 matul l-ewwel
sentejn tal-Protokoll u EUR 50 matul l-aħħar sentejn għal
kull tunnellata addizzjonali maqbuda. 2. Madankollu, l-ammont annwali mħallas
mill-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-aċċess għaż-żona
tas-sajd tal-Madagaskar m'għandux ikun aktar mid-doppju tal-ammont indikat
fil-paragrafu 2.1 tal-Artikolu 4 għas-sena korrispondenti. Jekk
il-kwantitajiet maqbuda mill-bastimenti tal-Unjoni Ewropea fiż-żona
tas-sajd tal-Madagaskar jaqbżu l-kwantitajiet li jikkorrispondu għad-doppju
tal-ammont totali annwali, l-ammont dovut għall-kwantità li tkun
ogħla minn dak il-limitu għandu jitħallas is-sena ta’ wara. 3. Il-ħlas tas-sehem tal-kontribuzzjoni
finanzjarja għall-aċċess tal-bastimenti tal-Unjoni Ewropea
għaż-żona tas-sajd tal-Madagaskar m'għandux isir aktar tard
minn 90 ġurnata wara l-applikazzjoni provviżorja ta' dan
il-Protokoll kif imsemmi fl-Artikolu 15, għall-ewwel sena, u mhux aktar
tard mill-anniversarju tad-data tal-applikazzjoni provviżorja
tal-Protokoll għas-snin ta' wara. 4. L-allokazzjoni tas-sehem tal-kontribuzzjoni
finanzjarja definita fil-paragrafu 2.1 tal-Artikolu 4 taqa’ taħt
il-kompetenza esklussiva tal-awtoritajiet tal-Madagaskar. Artikolu 6
Modi tal-implimentazzjoni u
tal-ħlas tal-appoġġ settorjali 1. Il-Kumitat Konġunt, mhux aktar tard minn
tliet xhur wara l-bidu tal-applikazzjoni provviżorja ta' dan il-Protokoll,
għandu jaqbel dwar programm settorjali pluriennali, li l-għan
ġenerali tiegħu għandu jkun il-promozzjoni ta' sajd responsabbli
u sostenibbli fiż-żona tas-sajd tal-Madagaskar, skont
l-istrateġija nazzjonali tas-sajd tal-Madagaskar. 2. Il-modi ta' applikazzjoni ta' dan il-programm
ta' appoġġ settorjali pluriennali jinkludu b'mod partikolari: 2.1. il-linji gwida annwali u pluriennali
għall-użu tal-ammont speċifiku tal-kontribuzzjoni finanzjarja
msemmija fl-Artikolu 4, il-paragrafu 2.2; 2.2. l-għanijiet annwali u pluriennali li
jridu jiġu ssodisfati sabiex jiġi introdott sajd responsabbli u
sostenibbli, filwaqt li jiġu kkunsidrati l-prijoritajiet espressi
mill-Madagaskar fil-politika nazzjonali tas-sajd tiegħu, b'mod partikolari
l-istrateġija nazzjonali għall-ġestjoni tas-sajd tat-tonn u
partikolarment l-għoti ta' appoġġ għal sajd tradizzjonali u
artiġjanali, monitoraġġ, kontroll u sorvejlanza tal-attivitajiet
tas-sajd u partikolarment il-ġlieda kontra s-sajd illegali, mhux
iddikjarat u mhux irregolat (sajd IUU), it-tisħiħ tal-kapaċità
tar-riċerka tas-sajd tal-Madagaskar jew il-kapaċità
għall-amministrazzjoni tal-aċċess u tal-użu tal-ekosistemi
marittimi u l-ispeċijiet tal-ħut; 2.3. il-kriterji u l-proċeduri, fosthom, fejn
ikun xieraq, l-indikaturi baġitarji u finanzjarji, sabiex issir
l-evalwazzjoni tar-riżultati miksuba fuq bażi annwali. 3. Kull sena l-awtoritajiet tal-Madagaskar
għandhom jippreżentaw, fil-forma ta' rapport annwali, rapport ta'
progress dwar l-attivitajiet implimentati bl-assistenza tal-kumpens finanzjarju
għall-appoġġ settorjali. Dan ir-rapport għandu jiġi
kkunsidrat mill-Kumitat Konġunt. Ir-rapport annwalikorrispondenti
għas-sena ta' qabel għandu jinkludi wkoll valutazzjoni
tal-implimentazzjoni tal-appoġġ settorjali matul it-terminu kollu
tal-Protokoll. 4. Il-Kumitat Konġunt għandu japprova
kwalunkwe emenda proposta għall-programm settorjali pluriennali. 5. Il-ħlas tas-sehem tal-kontribuzzjoni
finanzjarja fir-rigward tal-appoġġ settorjali għandu jsir
permezz ta' pagamenti akkont annwali abbażi tal-analiżi mill-Kumitat
Konġunt u abbażi tar-riżultati tal-implimentazzjoni
tal-appoġġ settorjali, hekk kif prevvist fil-paragrafi 3, 4 u 5 ta'
dan l-Artikolu. 6. L-Unjoni Ewropea tista' tissospendi
parzjalment jew totalment il-ħlas tas-sehem tal-kontribuzzjoni finanzjarja
prevista fil-Paragrafu 2.2 tal-Artikolu 4 ta' dan il-Protokoll, skont
il-kundizzjonijiet li ġejjin: 6.1. jekk wara l-eżami mwettaq mill-Kumitat
Konġunt skont il-punt 6 ikun ġie meqjus li r-riżultati miksuba
mhumiex xierqa għal programm adottat mill-Kumitat Konġunt; 6.2. f’każ li ma titwettaqx din
il-kontribuzzjoni finanzjarja. 7. Wara sospensjoni kif prevista fil-punt 7,
il-ħlas tas-sehem tal-kontribuzzjoni finanzjarja
għall-appoġġ settorjali jerġa' jibda biss wara
konsultazzjoni u ftehim bejn iż-żewġ partijiet u ladarba
r-riżultati tal-implimentazzjoni tal-appoġġ settorjali
jikkonformaw mal-iskeda tal-programm adottata mill-Kumitat Konġunt.
Madankollu, il-ħlas tas-sehem tal-kontribuzzjoni finanzjarja relatata
mal-appoġġ settorjali ma jistax isir wara perjodu ta’ sitt xhur minn
meta jiskadi dan il-Protokoll. Artikolu 7
Kooperazzjoni xjentifika
għal sajd responsabbli 1. Permezz ta' kooperazzjoni xjentifika, il-Partijiet
jimpenjaw ruħhom li jippromwovu sajd responsabbli fiż-żona
tas-sajd tal-Madagaskar u għall-ispeċijiet u s-sajd
immaniġġjati taħt il-mandat ta' tmexxija tal-IOTC. Il-Partijiet
jimpenjaw ruħom li jirrispettaw ir-reżoluzzjonijiet u
r-rakkomandazzjonijiet tal-IOTC. 2. Sakemm idum japplika dan il-Protokoll,
l-Unjoni Ewropea u l-Madagaskar għandhom jiskambjaw kull informazzjoni
xjentifika relevanti biex ikun possibbli li tiġi mmonitorjata
l-kundizzjoni tal-ispeċijiet tal-ħut fiż-żona tas-sajd
tal-Madagaskar. 3. Matul il-perjodu kopert minn dan il-Protokol,
il-Partijiet jistgħu jiffurmaw, jekk ikun meħtieġ, grupp ta'
ħimda xjentifika konġunta sabiex jeżaminaw kull tip ta'
kwistjoni xjentifika li għandha x'taqsam mal-implimentazzjoni ta' dan
il-Protokoll. Il-Kumitat Konġunt jistabbilixxi l-mandat,
il-kompożizzjoni u l-funzjonament ta’ dan il-grupp ta’ ħidma
xjentifika konġunta. 4. Abbażi tar-rakkomandazzjonijiet u
r-riżoluzzjonijiet adottati mill-IOTC, u fid-dawl tal-aqwa parir
xjentifiku disponibbli, fejn ikun xieraq, dwar it-riżultati
tal-laqgħat tal-grupp ta’ ħidma xjentifika konġunta, il-Kumitat
Konġunt għandu jadotta miżuri biex tkun żgurata
l-ġestjoni sostenibbli tal-ispeċijiet tal-ħut koperti minn dan
il-Protokoll u li jikkonċernaw l-attivitajiet tal-bastimenti tas-sajd
tal-Unjoni. Artikolu 8
Reviżjoni
tal-opportunitajiet tas-sajd u tal-miżuri tekniċi bi qbil komuni fi
ħdan il-Kumitat Konġunt 1. Il-Kumitat Konġunt jista’ jirrevedi
l-opportunitajiet tas-sajd imsemmija fl-Artikolu 1, sakemm ir-rakkomandazzjonijiet
u r-riżoluzzjonijiet adottati mill-IOTC jikkonfermaw li din
ir-reviżjoni tiżgura l-ġestjoni sostenibbli tal-ispeċijiet
tal-ħut imsemmija f’dan il-Protokoll u, jekk ikun hemm bżonn, wara li
tingħata opinjoni mill-Grupp Konġunt ta' Ħidma Xjentifika. 2. F’każ bħal dan, il-kontribuzzjoni
finanzjarja msemmija fil-paragrafu 2.1 tal-Artikolu 4 għandha tkun
riveduta proporzjonalment u pro rata temporis, u jsiru l-emendi
meħtieġa għal dan il-Protokoll u għall-Anness tiegħu. 3. Meta jkun meħtieġ, il-Kumitat
Konġunt jista' jeżamina u jadatta, bi qbil reċiproku,
id-dispożizzjonijiet li jirregolaw it-twettiq ta' attivitajiet tas-sajd u
r-regoli dwar l-implimentazzjoni ta' dan il-Protokoll u tal-Annessi
tiegħu. Artikolu 9
Kampanji tas-sajd
sperimentali 1. Il-Kumitat Konġunt jista’ jawtorizza
kampanji tas-sajd sperimentali fiż-żona tas-sajd tal-Madagaskar
sabiex jiġu ttestjati l-fattibbiltà teknika u l-vijabbiltà ekonomika
tal-attivitajiet tas-sajd il-ġodda. Għal dan il-għan, u fuq
talba ta' waħda miż-żewġ Partijiet, għandu
jiddetermina l-ispeċijiet, il-kundizzjonijiet u kwalunkwe parametri xierqa
oħra, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti mill-grupp ta' ħidma
xjentifika konġunta. 2. L-Unjoni Ewropea għandha tikkomunika
lill-awtoritajiet tal-Madagaskar it-talbiet għal-liċenzji tas-sajd
sperimentali fuq il-bażi ta’ fajl tekniku li jispeċifika: ·
il-karatteristiċi
tekniċi tal-bastiment; ·
il-livell ta’
għarfien tal-uffiċjali tal-bastiment fis-sajd ikkonċernat; ·
il-proposta
għall-parametri tekniċi tal-kampanja (tul, tagħmir, żoni
ta' esplorazzjoni, eċċ.). 3. L-awtorizzazzjonijiet għas-sajd
sperimentali għandhom jiġu miftiehma għal perjodu massimu ta’
sitt xhur. Dawn huma soġġetti għall-ħlas ta’ tariffa
ffissata mill-awtoritajiet tal-Madagaskar. 4. Osservatur xjentifiku maħtur
mill-Madagaskar għandu jkun preżenti abbord matul it-tul kollu
tal-kampanja. 5. Il-qabdiet li jsiru skont u matul il-kampanja
ta’ esplorazzjoni jibqgħu l-proprjetà ta’ sid il-bastiment. 6. Id-dettalji tar-riżultati tal-kampanja
għandhom jiġu kkomunikati lill-Kumitat Konġunt. Fil-każ
li dawn tal-aħħar iqisu li l-kampanja sperimentali tat riżultati
pożittivi, il-Madagaskar jista’ jipproponi li jalloka opportunitajiet
tas-sajd għall-ispeċijiet il-ġodda lill-flotta tal-Unjoni
Ewropea taħt Protokoll ieħor. Artikolu 10
Kundizzjonijiet li
jirregolaw l-attivitajiet tas-sajd – klawżola tal-esklużività 1. Il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni Ewropea
jistgħu jistadu fiż-żona tas-sajd tal-Madagaskar biss jekk ikunu
msemmija fuq il-lista tal-IOTC ta' bastimenti tas-sajd awtorizzati u jekk ikunu
ngħataw awtorizzazzjoni tas-sajd maħruġa mill-awtoritajiet
tal-Madagaskar skont il-Ftehim ta' Sħubija u dan il-Protokoll. 2. L-awtoritajiet tal-Madagaskar jistgħu
joħorġu awtorizzazzjonijiet tas-sajd għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni
Ewropea fil-kuntest ta’ dan il-Ftehim ta' Sħubija u ta' dan il-Protokoll
biss, u dawn il-bastimenti ma tista’ tinħarġilhom l-ebda
awtorizzazzjoni oħra lil hinn minn dan il-kuntest, b’mod partikulari
fil-forma ta’ liċenzji privati. 3. L-attivitajiet tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni
Ewropea awtorizzati li jistadu fiż-żona tas-sajd tal-Madagaskar huma
suġġetti għal-liġijiet u r-regolamenti tal-Madagaskar,
sakemm ma jkunx previst mod ieħor f’dan il-Protokoll u fl-Anness
tiegħu. 4. Iż-żewġ Partijiet għandhom
jinnotifikaw lil xulxin b’kull bidla fil-politika u fil-leġiżlazzjoni
tas-sajd rispettiva tagħhom. Artikolu 11
Sospensjoni 1. L-implimentazzjoni ta' dan il-Protokoll,
inkluż il-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja, jistgħu jiġu
sospiżi unilateralment minn waħda mill-Partijiet fil-każ li jkun
hemm nuqqas ta' konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3
tal-Ftehim u l-Artikolu 3 ta' dan il-Protokoll, kif ukoll fil-każijiet u
ċ-ċirkostanzi li ġejjin: 1.1. f’każ ta’ forza maġġuri; 1.2. nuqqas ta' qbil gravi u mhux riżolt bejn
il-Partijiet dwar l-interpretazzjoni jew l-implimentazzjoni tal-Ftehim u ta'
dan il-Protokoll; 1.3. nuqqas min-naħa tal-Unjoni Ewropea li
tħallas il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fil-paragrafu 2.1
tal-Artikolu 4, għal raġunijiet għajr dawk imsemmija fl-Artikolu
6 ta' dan il-Protokoll. 2. Sospensjoni minħabba raġunjiet ta'
nuqqas ta' konformità mal-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 3(2) ta' dan
il-Protokoll tista' ssir biss jekk il-proċedimenti ta' konsultazzjoni
previsti fl-Artikolu 96 tal-Ftehim ta' Cotonou dwar vjolazzjoni ta' elementi
essenzjali u fundamentali tad-drittijiet tal-bniedem, hekk kif stabbilit
fl-Artikolu 9 ta' dak il-Ftehim, ikunu nbdew. 3. Meta l-applikazzjoni tal-Protokoll tiġi
sospiża għal raġunijiet oħrajn minbarra dawk previsti
fil-punt 2 ta' dan l-Artikolu, din is-sospensjoni hija soġġetta
għan-notifika mill-Parti interessata tal-intenzjoni tagħha bil-miktub
u mill-inqas tliet xhur qabel id-data li fiha għandha tidħol
fis-seħħ din is-sospensjoni. 4. Is-sospensjoni tal-Protokoll
għar-raġunijiet stabbiliti fil-punt 2 ta' dan l-Artikolu tkun
applikata minnufih wara li tittieħed id-deċiżjoni ta’
sospensjoni. 5. F’każ ta’ sospensjoni, il-partijiet
għandhom ikomplu jikkonsultaw lil xulxin bil-għan li jsibu soluzzjoni
paċifika għat-tilwim ta' bejniethom. Meta tintlaħaq tali
soluzzjoni, il-Protokoll jibda japplika mill-ġdid u s-somma ta’ kumpens
finanzjarju għandha titnaqqas b’mod proporzjonali u pro rata temporis
skont iż-żmien li matulu kienet sospiża l-applikazzjoni
tal-Protokoll. 6. L-attivitajiet kollha tal-bastimenti tas-sajd
tal-Unjoni Ewropea fiż-żona tas-sajd tal-Madagaskar jiġu
sospiżi tul il-perjodu kollu tas-sospensjoni. Artikolu 12
Terminazzjoni 1. F’każ ta’ terminazzjoni ta’ dan il-Protokoll,
il-Parti kkonċernata għandha tinnotifika bil-miktub lill-Parti
l-oħra bl-intenzjoni tagħha li ttemm il-Protokoll mill-inqas sitt
xhur qabel id-data meta tkun se sseħħ it-tali terminazzjoni. 2. Il-konsultazzjonijiet bejn il-Partijiet
għandhom jinbdew hekk kif tintbagħat in-notifika msemmija
fil-paragrafu ta’ qabel. Artikolu 13
Kunfidenzjalità tad-dejta 1. Il-Madagaskar u l-Unjoni Ewropea jintrabtu li
jittrattaw f’kull ħin id-dejta personali kollha dwar il-bastimenti
tas-sajd tal-Unjoni Ewropea u l-attivitajiet tas-sajd tagħhom miksuba
fil-kuntest tal-Ftehim strettament skont il-prinċipji rispettivi
tagħhom tal-kunfidenzjalità u tal-protezzjoni tad-dejta. 2. Il-Partijiet għandhom jiżguraw li
d-dejta aggregata marbuta mal-attivitajiet tas-sajd fiż-żoni tas-sajd
tal-Madagaskar biss titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku,
skont id-dispożizzjonijiet korrispondenti tal-IOTC. 3. Id-dejta li tista' titqies bħala
kunfidenzjali għandha tiġi użata mill-awtoritajiet kompetenti
esklussivament għall-implimentazzjoni tal-Ftehim u għall-skopijiet
ta' ġestjoni, ta' kontroll u ta' monitoraġġ tas-sajd. Artikolu 14
Skambju elettroniku
tad-dejta 1. Il-Madagaskar u l-Unjoni Ewropea jieħdu
l-impenn li jimplimentaw mingħajr dewmien is-sistemi tal-informatika
meħtieġa għall-iskambju elettroniku tal-informazzjoni u
d-dokumenti kollha marbutin mal-implimentazzjoni tal-Ftehim. L-iskambji
elettroniċi kollha jrid ikollhom konferma li ġew riċevuti. 2. F’kull waqt, il-forma elettronika ta’ dokument
se titqies bħala ekwivalenti għall-verżjoni stampata
tiegħu. 3. Il-Madagaskar u l-Unjoni Ewropea għandhom
jgħarrfu minnufih lil xulxin b’kull ħsara fis-sistema
kompjuterizzata. F’dan il-każ, l-informazzjoni u d-dokumenti marbutin
mal-implimentazzjoni tal-Ftehim għandha teħdilhom posthom b’mod
awtomatiku l-verżjoni stampata tagħhom. Artikolu 15
Applikazzjoni
provviżorja Dan il-Protokoll għandu jiġi applikat b’mod
provviżorju mid-data tal-firma tiegħu, iżda mhux qabel l-1
ta’ Jannar 2015. Artikolu 16
Dħul fis-seħħ Dan il-Protokoll għandu jidħol
fis-seħħ fid-data li fiha l-Partijiet jinnotifikaw lil xulxin
bit-tlestija tal-proċeduri meħtieġa għal dak il-għan. ANNESS Kundizzjonijiet
għall-eżerċizzju tal-attivitajiet tas-sajd mill-bastimenti
tal-Unjoni Ewropea fiż-żona tas-sajd tal-Madagaskar KAPITOLU I Dispożizzjonijiet
ġenerali 1. Għażla tal-awtorità kompetenti Għall-finijiet ta’ dan l-Anness u sakemm ma jkunx indikat mod
ieħor, kull referenza għall-Unjoni Ewropea (l-UE) jew
għar-Repubblika tal-Madagaskar (il-Madagaskar) bħala awtorità
kompetenti għandha tfisser: 1.1. għall-UE: il-Kummissjoni Ewropea, fejn
ikun applikabbli permezz tad-delegazzjoni tal-UE fil-Madagaskar; 1.2. għar-Repubblika tal-Madagaskar:
il-Ministeru inkarigat mill-Ispeċijiet tal-Ħut u tas-Sajd. 2. Awtorizzazzjoni tas-sajd Għall-finijiet tal-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiiet ta’
dan l-Anness, it-terminu “awtorizzazzjoni tas-sajd” huwa ekwivalenti
għat-terminu “liċenzja” kif iddefinit fil-liġijiet
tal-Madagaskar. 3. Żona tas-sajd tal-Madagaskar 3.1. Iż-żona tal-Madagaskar hija definita
bħala l-ilmijiet tal-Madagaskar li fihom il-Madagaskar jippermetti li
l-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni Ewropea jwettqu attivitajiet tas-sajd. 3.1.1. Il-koordinati ġeografiċi
taż-żona tas-sajd tal-Madagaskar u tal-linji ta’ bażi huma
mogħtija fl-Appendiċi 3 tal-Anness ta’ dan il-Protokoll. 3.1.2. Iż-żoni pprojbiti għas-sajd,
b'konformità mal-leġiżlazzjoni fis-seħħ fil-Madagaskar
bħalma huma parks nazzjonali, żoni marittimi protetti u żoni
tar-riproduzzjoni tal-ispeċijiet tal-ħut, huma indikati fl-Appendiċi
4. 3.2. Id-dispożizzjonijiet kollha tal-Protokoll
u l-Anness tiegħu għandhom japplikaw esklussivament
fiż-żona tas-sajd tal-Madagaskar kif indikat
fl-Appendiċi 3, bla preġudizzju għad-dispożizzjonijiet
li ġejjin: 3.2.1. Il-bastimenti tal-Unjoni Ewropea jistgħu
jwettqu attivitajiet tas-sajd fl-ilmijiet lil hinn mill-20 mil nawtiku
mil-linja bażi fil-każ tal-bastimenti tas-sajd għat-tonn
bit-tartarun u tal-bastimenti tas-sajd għat-tonn bil-konzijiet
tal-wiċċ. 3.2.2. Qed tiġi stabbilita żona ta' protezzjoni
ta' 3 mili nawtiċi madwar irkapti tal-aggregazzjoni tal-ħut
(FADs) ankrati użati mis-sajjieda tal-Madagaskar fejn il-bastimenti tal-UE
ma jistgħux jidħlu. Il-Madagaskar għandu jinnotifika
l-pożizzjoni tal-FADs ankrati aktar 'il barra minn 17-il mil lill-UE
u jindikahom fuq l-awtorizzazzjonijiet tas-sajd mogħtija lill-bastimenti
tal-Unjoni Ewropea. 3.2.3. Barra minn hekk, iż-żoni ta' Leven
Bank u Castor Bank, li l-koordinati tagħhom huma indikati
fl-Appendiċi 4, jistgħu jintużaw biss għal sajd tal-Madagaskar
artiġjanali u tradizzjonali. 4. Ħatra ta’ destinatarju Kull sid ta' bastimenti tal-UE li jkun beħsiebu jikseb
awtorizzazzjoni tas-sajd skont dan il-Protokoll għandu jiġi
rrappreżentat minn aġent residenti fil-Madagaskar. 5. Ikklerjar tal-ħlasijiet tas-sidien
tal-bastimenti Il-Madagaskar għandu jgħarraf lill-UE, qabel id-data
tal-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll, bid-dettalji tal-kont
tat-Teżor pubbliku li fih għandhom jitħallsu s-somom finanzjarji
dovuti minn sidien il-bastimenti tal-UE skont il-Ftehim. L-ispejjeż
marbutin mat-trasferimenti bankarji għandhom jitħallsu mis-sidien
tal-bastimenti. 6. Kuntatti Id-dettalji ta' kuntatt għaż-żewġ Partijiet li
jikkonċernaw l-implimentazzjoni ta' dan il-Protokoll jinsabu
fl-Appendiċi 9. KAPITOLU II Awtorizzazzjonijiet tas-sajd 1. Prerekwiżit biex tinkiseb liċenzja
tas-sajd - bastimenti eliġibbli L-awtorizzazzjonijiet tas-sajd imsemmija fl-Artikolu 6 tal-Ftehim
għandhom jinħarġu bil-kundizzjoni li l-bastiment ikun elenkat
fir-reġistru tal-bastimenti tas-sajd tal-UE u huwa msemmi fuq il-lista
tal-bastimenti tas-sajd awtorizzati mill-Kummissjoni għat-Tonn
tal-Oċean Indjan (IOTC). Barra min hekk, il-kaptan jew il-bastimenti ma
jistgħux jiġu pprojbiti milli jistadu fiż-żona tas-sajd
tal-Madagaskar. 2. Applikazzjoni għal awtorizzazzjoni
tas-sajd 2.1. L-UE għandha tippreżenta
lill-Madagaskar permezz ta' mezzi elettroniċi u tibgħat ukoll kopja
lid-Delegazzjoni tal-UE fil-Madagaskar, applikazzjoni
għall-awtorizzazzjoni tas-sajd fir-rigward ta' kull vettura li tkun
tixtieq tistad skont il-Ftehim. 2.2. L-applikazzjonijiet għandhom isiru
fil-formola inkluża fl-Appendiċi 1 ta' dan l-Anness. 2.3. Kull applikazzjoni inizjali għal
awtorizzazzjoni għas-sajd, jew applikazzjoni ppreżentata
minħabba bidla fil-karatteristiċi tekniċi tal-bastiment
ikkonċernat, għandha tiġi akkumpanjata minn: ·
prova tal-ħlas
tat-tariffa b'rata fissa bil-quddiem għall-perjodu tal-validità
tagħha; ·
ritratt riċenti
bil-kulur tal-bastiment, li juri veduta laterali tiegħu, li jkun kbir
mill-inqas 15-il ċentimetru b’10 ċentimetri; ·
fejn xieraq, attestazzjoni
tal-approvazzjoni jew ir-reġistrazzjoni tas-saħħa tal-bastiment,
maħruġa mill-awtorità relevanti tal-UE. 2.4. fil-każ ta' tiġdid ta’
awtorizzazzjoni tas-sajd skont il-Protokoll fis-seħħ għal bastiment
li l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tiegħu ma jkunux inbidlu,
l-applikazzjoni għat-tiġdid għandu jkollha magħha biss
il-prova tal-ħlas tat-tariffa bil-quddiem. 3. Tariffa u
tariffa b'rata fissa bil-quddiem 3.1. It-tariffa fil-każ tal-bastimenti
tas-sajd għat-tonn bit-tartaruni u bil-konzijiet tal-wiċċ,
espressa f'euro għal kull tunnellata ta' sajd fiż-żona
tal-Madagaskar, hija stabbilita kif ġej: ·
EUR 60/t
għall-ewwel sentejn ta' applikazzjoni; ·
EUR 70/t
għall-aħħar sentejn ta' applikazzjoni; 3.2. L-awtorizzazzjonijiet tas-sajd għandhom
jinħarġu meta t-tariffi b'rata fissa bil-quddiem li ġejjin ikunu
tħallsu lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti: Għall-bastimenti tas-sajd għat-tonn bit-tartaruni ·
EUR 11 400 kull
bastiment, ekwivalenti għat-tariffi dovuti għal 190 tunnellata
kull sena għall-ewwel sentejn ta' applikazzjoni; ·
EUR 13 300 kull
bastiment, ekwivalenti għat-tariffi dovuti għal 190 tunnellata
kull sena għall-aħħar sentejn ta' applikazzjoni; Għall-bastimenti tas-sajd bil-konz tal-wiċċ b'tunnellaġġ
superjuri għal 100 TG. ·
EUR 3 600 kull
bastiment, ekwivalenti għat-tariffi dovuti għal 60 tunnellata
kull sena għall-ewwel sentejn ta' applikazzjoni; ·
EUR 4 200 kull
bastiment, ekwivalenti għat-tariffi dovuti għal 60 tunnellata
kull sena għall-aħħar sentejn ta' applikazzjoni; Għall-bastimenti tas-sajd għat-tonn bil-konzijiet
tal-wiċċ inqas jew ugwali għal 100 TG. ·
EUR 2 400 kull
bastiment, ekwivalenti għat-tariffi dovuti għal 40 tunnellata
kull sena għall-ewwel sentejn ta' applikazzjoni; ·
EUR 2,800 kull
bastiment, ekwivalenti għat-tariffi dovuti għal 40 tunnellata
fis-sena għall-aħħar sentejn ta' applikazzjoni. 3.3. L-ammont tat-tariffa b'rata fissa għandu
jinkludi t-taxxi lokali u nazzjonali kollha, minbarra t-taxxi tal-port,
it-taxxi tal-iżbark, it-taxxi tat-trażbord u l-imposti
għall-provvista tas-servizzi. 4. Ħruġ tal-awtorizzazzjoni tas-sajd 4.1. Ladarba jkun irċieva l-applikazzjonijiet
għall-awtorizzazzjoni tas-sajd deskritti fil-punt 2 hawn fuq,
il-Madagaskar għandu 20 ġurnata tax-xogħol biex
joħroġ l-awtorizzazzjonijiet tas-sajd għal bastimenti tal-Unjoni
Ewropea li l-applikazzjoni tagħhom titqies konsistenti mal-paragrafi 2.2,
2.3 u 2.4. 4.2. L-awtorizzazzjoni tas-sajd oriġinali
maħruġa għandha tintbagħat immedjatament lil sidien
il-bastimenti jew lill-aġenti tagħhom fil-Madagaskar permezz
tad-Delegazzjoni tal-UE fil-Madagaskar. 4.3. Kopja ta' din l-awtorizzazzjoni tas-sajd
għandha tintbagħat immedjatament permezz ta' e-mail lid-Delegazzjoni
tal-UE u lil sidien il-bastimenti jew lill-aġenti tagħhom. Din il-kopja
li trid tinżamm abbord hija valida għal perjodu massimu ta’
60 jum kalendarju mid-data tal-ħruġ tal-awtorizzazzjoni
tas-sajd. Wara dan il-perjodu, il-kopja oriġinali tal-awtorizzazzjoni
tas-sajd għandha tinżamm abbord. 5. Trasferiment
tal-awtorizzazzjoni tas-sajd 5.1. L-awtorizzazzjoni tas-sajd għandha
tinħareġ għal bastiment partikolari u ma għandhiex tkun
trasferibbli. 5.2. Madankollu, fuq talba tal-UE u f’każ ta’
prova ta’ forza maġġuri, b’mod partikulari f’każ ta’ telf ta’
bastiment jew ta’ nuqqas ta’ użu fit-tul tiegħu minħabba
ħsara teknika gravi, l-awtorizzazzjoni tas-sajd tiegħu għandha
tinbidel b’awtorizzazzjoni tas-sajd ġdida maħruġa f’isem
bastiment ieħor tal-istess kategorija bħal dik tal-bastiment li
għandu jinbidel, mingħajr ma jkun hemm bżonn titħallas
tariffa ġdida. 5.3. F’dan il-każ, il-kalkolu tal-livell
tal-qabdiet biex jiġi stabbilit kwalunkwe ħlas addizzjonali
potenzjali għandu jqis l-għadd tal-qabdiet totali
taż-żewġ bastimenti fiż-żona tas-sajd tal-Madagaskar. 5.4. Is-sid tal-bastiment li għandu jinbidel,
jew l-aġent tiegħu, għandu jagħti lura l-awtorizzazzjoni
mħassra tas-sajd liċ-ĊMS tal-Madagaskar permezz tad-Delegazzjoni
tal-UE fil-Madagaskar. 5.5. Id-data tad-dħul fis-seħħ
tal-awtorizzazzjoni tas-sajd il-ġdida għandha tkun dik li fiha
l-awtorizzazzjoni tas-sajd imħassra tkun ingħatat lura
liċ-ĊMS tal-Madagaskar. Id-Delegazzjoni tal-UE għandha tiġi
mgħarrfa bit-trasferiment tal-awtorizzazzjoni tas-sajd. 6. Perjodu ta’ validità tal-awtorizzazzjoni
tas-sajd 6.1. L-awtorizzazzjonijiet tas-sajd għandhom
jiġu stabbiliti għal perjodu annwali uniku. 6.2. L-awtorizzazzjonijiet tas-sajd jistgħu
jiġġeddu. 6.3. Fil-każ li l-bidu tal-applikazzjoni
provviżorja ma jikkorrispondix mal-1 ta' Jannar 2015, sabiex jiġi
stabbilit il-bidu tal-perjodu ta' validità tal-awtorizzazzjoni tas-sajd,
perjodu annwali għandu jfisser: ·
għall-ewwel sena
tal-applikazzjoni tal-Protokoll, il-perjodu bejn id-data tal-bidu
tal-applikazzjoni provviżorja tiegħu u
l-31 ta’ Diċembru tal-istess sena; ·
imbagħad, kull sena
kalendarja sħiħa; ·
fl-aħħar sena
tal-applikazzjoni tal-Protokoll, il-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar u
d-data tal-iskadenza tal-Protokoll. 7. Dokumenti li għandhom jinżammu
abbord Waqt li bastiment tas-sajd ikun fl-ilmijiet tal-Madagaskar jew f’port
tal-Madagaskar, għandu jżomm abbord il-bastiment tas-sajd f’kull
ħin id-dokumenti li ġejjin: ·
il-kopja oriġinali
tal-awtorizzazzjoni tas-sajd, madankollu, għal perjodu ta'
60 ġurnata kalendarja, u sakemm tasal l-oriġinali, kopja
tal-awtorizzazzjoni tas-sajd imsemmija fil-punt 4.3 ta' din it-Taqsima hija
wkoll valida; ·
il-liċenzja
tan-navigazzjoni tal-bastiment, jew kwalunkwe dokument ekwivalenti
maħruġ mill-awtorità tal-bandiera; ·
pjan tal-kapaċità
tal-bastiment, fil-forma ta' tpinġijiet jew deskrizzjonijiet
iċċertifikati aġġornati tal-arranġament tal-bastiment
tas-sajd, u b’mod partikolari, l-għadd ta’ stivi tal-ħut
tal-bastimenti tas-sajd, bil-kapaċità ta’ ħżin espressa f’metri
kubi. 8. Bastimenti ta’ appoġġ 8.1. Fuq talba tal-UE u wara eżami
mill-awtoritajiet tal-Madagaskar, il-Madagaskar għandu jawtorizza
l-bastimenti tas-sajd tal-UE li jkollhom awtorizzazzjoni tas-sajd sabiex
jiġu megħjuna minn bastimenti ta’ appoġġ. 8.2. Il-bastimenti ta’ appoġġ
għandhom itajru l-bandiera ta’ Stat Membru tal-UE, u ma jistgħux
ikunu mgħammra għas-sajd. It-tali appoġġ la jista' jinkludi
l-provvista tal-fjuwil u lanqas it-trażbord tal-qabdiet. 8.3. Il-bastimenti ta’ appoġġ
għandhom ikunu suġġetti għall-istess proċedura
għat-trażmissjoni tat-talbiet għal awtorizzazzjoni tas-sajd
imsemmija f'dan il-Kapitolu, safejn din tkun tapplika għalihom.
Il-Madagaskar għandu jistabbilixxi l-lista tal-bastimenti ta'
appoġġ awtorizzati u jikkomunikaha immedjatament lill-UE. 8.4. L-imposti annwali applikabbli
għall-bastiment ta’ appoġġ hija ta’ EUR 3 500/sena. KAPITOLU III Miżuri tekniċi ta' konservazzjoni 1. Il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni Ewropea
awtorizzati li jistadu fiż-żona tas-sajd tal-Madagaskar għandhom
jikkonformaw mal-miżuri tekniċi ta' konservazzjoni,
mar-rakkomandazzjonijiet u r-riżoluzzjonijiet kollha maħruġa
mill-IOTC u l-leġiżlazzjoni tal-Madagaskar fis-seħħ li tkun
applikabbli għalihom. 2. Il-miżuri tekniċi tal-konservazzjoni
applikabbli għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni Ewropea li jkollhom
awtorizzazzjoni tas-sajd, marbuta maż-żona tas-sajd, mal-irkaptu
tas-sajd u l-qbid inċidentali, għandhom jiġu ddefiniti għal
kull kategorija tas-sajd fid-dikjarazzjonijiet tekniċi mogħtija
fl-Appendiċi 2 ta’ dan l-Anness. 3. Matul is-sajd fiż-żona tas-sajd
tal-Madagaskar, u bl-eċċezzjoni tal-Irkaptu tal-Aggregazzjoni tal-Hut
(FAD) mitluqa mal-kurrent b'mod naturali, l-użu ta' tagħmir
awżiljarji tas-sajd li jimmodifika l-imġiba tal-ispeċijiet
migratorji ħafna u li jiffavorixxi b'mod partikolari
il-konċentrazzjoni tagħhom qrib jew taħt it-tagħmir
tas-sajd, se jkun limitat għal FAD b'derivanti aritifiċjali
msejħa ekoloġiċi li d-disinn, il-kostruzzjoni u
l-implimentazzjoni tagħhom iridu jkunu tali li jevitaw kull qbid
inċidentali mit-tagħmir ta' krustaċej, klieb il-baħar u
fkieren. Il-materjali li minnhom ikun magħmul dan it-tagħmir
awżiljari għandu jkun bijodegredabbli. It-tqassim u l-użu ta'
dawn l-FADs artifiċjali li jżommu fil-wiċċ tal-baħar
għandhom jikkonformaw mar-rakkomandazzjonijiet u mar-riżoluzzjonijiet
tal-IOTC. KAPITOLU IV Taqsima 1 Sistema ta' rappurtar
tal-qabdiet u tal-isforz tas-sajd 1. Ġurnal ta’ abbord tas-sajd 1.1. Il-kaptan ta' bastiment tas-sajd tal-UE li qed
jistad skont il-Ftehim għandu jżomm ġurnal ta' abbord tas-sajd
skont ir-riżoluzzjonijiet rilevanti tal-IOTC għall-bastimenti bil-konz
u għall-bastimenti bit-tartarun. 1.2. Il-ġurnal ta’ abbord tas-sajd għandu
jimtela mill-kaptan għal kull jum li fih il-bastiment ikun
fiż-żona tas-sajd tal-Madagaskar. 1.3. Il-kaptan għandu jikteb kuljum,
fil-ġurnal ta’ abbord tas-sajd, il-kwantità ta’ kull speċi,
identifikata bil-Kodiċi Alfa 3 tal-FAO tagħha, maqbuda u miżmuma
abbord, espressa f’kilogrammi ta’ piż ħaj jew, fejn ikun
meħtieġ, l-għadd ta’ ħut individwali. Għal kull
speċi ewlenija, il-kaptan għandu jsemmi wkoll meta ma jinqabad xejn,
il-qabdiet inċidentali u l-iskartar tal-ħut. 1.4. Il-ġurnal ta’ abbord tas-sajd għandu
jimtela b’mod li jkun jista’ jinqara, b’ittri kapitali, u għandu jiġi
ffirmat mill-kaptan. 1.5. Il-kaptan għandu jkun responsabbli
għall-preċiżjoni tad-dejta rreġistrata fil-ġurnal ta’
abbord tas-sajd. 2. Rappurtar tal-qabdiet 2.1. Il-kaptan għandu jinnotifika l-qabdiet
tal-bastiment billi jibgħat lill-Madagaskar il-ġurnali ta’ abbord
tas-sajd tiegħu għall-perjodu li fih kien preżenti
fiż-żona tas-sajd tal-Madagaskar. 2.2. Sa meta tiddaħħal is-sistema
elettronika ta’ rappurtar tad-dejta dwar is-sajd imsemmija fil-punt 3 ta’ din
it-Taqsima, il-ġurnali ta’ abbord tas-sajd għandhom jintbagħtu
b’wieħed mill-modi li ġejjin: 2.2.1. meta bastiment tas-sajd ikun għaddej minn
port tal-Madagaskar, l-oriġinali ta’ kull ġurnal ta’ abbord tas-sajd
għandha tingħata lir-rappreżentant lokali tal-Madagaskar, li
għandu jikkonferma bil-miktub li rċieva dan id-dokument; 2.2.2. meta bastiment tas-sajd ikun ħiereġ
miż-żoni tas-sajd tal-Madagaskar mingħajr ma jgħaddi
l-ewwel minn port tal-Madagaskar, għandha tintbagħat il-kopja
oriġinali ta’ kull ġurnal ta’ abbord tas-sajd: ·
immedjatament b'format
skenjat bil-posta elettronika lill-indirizzi tal-posta elettronika
mogħtija mill-awtoritajiet kompetenti tal-Madagaskar; jew, fin-nuqqas ta' dan: ·
bil-feks, lin-numri
kkomunikati mill-awtoritajiet kompetenti tal-Madagaskar, jew ·
fi żmien perjodu ta'
7 ijiem tax-xogħol wara l-wasla fi kwalunkwe port ieħor, u
f'kull każ ieħor fi ħdan perjodu ta' 15-il ġurnata
xogħol wara li l-bastiment ikun telaq miż-żona tas-sajd
tal-Madagaskar, bil-posta, fl-indirizz mogħti fl-Appendiċi 9. 2.3. Il-kaptan għandu jibgħat kopja
tal-ġurnali ta’ abbord tas-sajd kollha lill-UE u lill-awtorità kompetenti
tal-Istat tal-bandiera tiegħu. Il-kaptan għandu jibgħat ukoll
kopja tal-ġurnali kollha ta’ abbord tas-sajd: ·
lill-USTA – l-Unità
Statistika dwar it-Tonn ta’ Antsiranana u lil wieħed mill-istituti xjentifiċi li ġejjin: ·
l-IRD (Institut de Recherche
pour le Développement); ·
l-IEO (Instituto Español
de Oceanografía); ·
l-IPMA (Instituto
Português do Mar e da Atmosfera). 2.4. Ir-ritorn tal-bastiment fiż-żona
tas-sajd tal-Madagaskar fil-perjodu ta’ validità tal-awtorizzazzjoni tas-sajd
tiegħu għandu jwassal għal dikjarazzjoni dwar il-qbid
ġdida. 2.5. Fejn id-dispożizzjonijiet dwar
id-dikjarazzjoni dwar il-qbid ma jitħarsux, il-Madagaskar jista’
jissospendi l-awtorizzazzjoni tas-sajd tal-bastiment ikkonċernat sakemm
tinkiseb id-dikjarazzjoni dwar il-qbid li tkun nieqsa, u jista’ jippenalizza
lil sid il-bastiment skont id-dispożizzjonijiet rilevanti skont
il-leġiżlazzjoni tal-Madagaskar fis-seħħ. Jekk ir-reat
jiġi ripetut, il-Madagaskar jista’ jirrifjuta li jġedded
l-awtorizzazzjoni tas-sajd. 2.6. Il-Madagaskar għandu jinforma lill-UE
bil-penali kollha aplikabbli f'dan il-kuntest fl-istess waqt li jinnotifika lil
sid il-bastiment. 3. Dħul fis-seħħ ta' sistema
elettronika ta’ rappurtar tad-dejta dwar is-sajd (ERS) Iż-żewġ Partijiet jaqblu li jużaw sistema
elettronika ta’ rappurtar tad-dejta dwar is-sajd abbażi tal-linji gwida li
jinsabu fl-Appendiċi 8. Il-partijiet jimpenjaw ruħhom li
s-sistema ssir operazzjonali fi żmien sitt xhur mill-applikazzjoni
provviżorja ta' dan il-Protokoll. 4. Dikjarazzjonijiet kull tliet xhur u kull sena
dwar il-qabdiet u dwar l-isforz tas-sajd 4.1. Dikjarazzjonijiet kull tliet xhur 4.1.1. Jekk is-sistema elettronika
għad-dikjarazzjoni tad-dejta tas-sajd imsemmija fil-punt 3 ta' din it-Taqsima
mhijiex operazzjonali, l-UE għandha tinnotifika lill-Madagaskar, qabel
it-tmiem tat-tielet xahar ta' kull tliet xhur, bid-dejta li tirrelata
mal-qabdiet u mal-isforz tas-sajd (għadd ta' ġranet fuq
il-baħar) għal kull kategorija li hemm stipulazzjoni dwarha f'dan
il-Protokoll u li tikkorrispondi mat-tliet xhur ta' qabel, skont il-mudell prevvist
fl-Appendiċi 5 ta' dan l-Anness. 4.1.2. Din id-dejta aggregata mill-ġurnali ta' abbord
tas-sajd għandha titqies provviżorja san-notifika tal-UE
b'dikjarazzjoni annwali definittiva tal-qabdiet u l-isforz tas-sajd. 4.2. Dikjarazzjonijiet annwali 4.2.1. Għal kull bastiment tat-tonn bit-tartarun
u kull bastiment bil-konz tal-wiċċ awtorizzat li jistad
fiż-żona tas-sajd tal-Madagaskar, l-UE se tfassal dikjarazzjoni
annwali dwar il-qabdiet u l-isforz tas-sajd (għadd ta' ġranet fuq
il-baħar), għal kull speċi u skont ix-xahar, abbażi
tad-dejta tal-qabda vvalidata mill-amministrazzjonijiet nazzjonali tal-Istati
tal-bandiera u wara analiżi mwettqa mill-istituti tar-riċerka dwar
is-sajd tal-Unjoni Ewropea msemmija hawn fuq permezz ta' kontroverifika
tad-dejta disponibbli fil-ġurnali ta' abbord, fir-rapporti dwar
l-iżbark, fin-noti tal-bejgħ u fejn xieraq, fir-rapporti ta'
osservazzjoni xjentifiċi. 4.2.2. Il-metodoloġija użata mill-istituti
ta' riċerka dwar is-sajd tal-Unjoni Ewropea biex jiġu analizzati
l-livell u l-kompożizzjoni tal-qabdiet fiż-żona tas-sajd
tal-Madagaskar hija kondiviża bejn l-USTA (l-Unità Statistika dwar it-Tonn
ta' Antsiranana), iċ-ĊMS tal-Madagaskar u l-Ministeru
għar-Riżorsi tas-sajd u d-Dipartiment tas-Sajd għall-Istatistika
u l-Ipprogrammar. 5. Dikjarazzjoni tat-tariffi
għall-bastimenti tas-sajd għat-tonn bit-tartarun u l-bastimenti
tas-sajd bil-konz tal-wiċċ 5.1. Abbażi tad-dikjarazzjoni annwali
tal-qabdiet u tal-isforzi msemmija fil-Paragrafu 4.2 ta' din it-Taqsima u
fir-rigward ta' kull bastiment tat-tonn bit-tartarun u kull bastiment bil-konz
tal-wiċċ li ġew awtorizzati li jistaħdu matul is-sena ta'
qabel fiż-żona tas-sajd tal-Madagaskar, l-UE għandha tfassal
dikjarazzjoni finali tat-tariffi dovuti mill-bastiment fir-rigward
tal-istaġun annwali tiegħu għas-sena kalendarja preċedenti.
5.2. Ir-rappurtar annwali tal-qabdiet u tal-isforz
u d-dikjarazzjoni finali tat-tariffi għandhom jintbagħtu mill-UE
lill-Madagaskar qabel il-31 ta' Lulju tas-sena li ssegwi s-sena li fiha jkunu
saru l-qabdiet, bħala konferma. 5.3. Il-Madagaskar għandu jinnotifika lill-UE
meta jaslulu dawn id-dikjarazzjonijiet u n-notifika u jista' jitlob kwalunkwe
kjarifiki li huwa jikkunsidra li hemm bżonn. 5.3.1. F'każijiet bħal dawn, l-UE
għandha tikkuntattja lill-amministrazzjonijiet tal-Istati tal-bandiera u
lill-istituti nazzjonali relevanti mill-UE, u tibgħat lill-Madagaskar
l-informazzjoni addizzjonali mitluba fi żmien 20 ġurnata
tax-xogħol. 5.3.2 Jekk ikun hemm bżonn, laqgħa
speċjali tal-grupp ta' ħidma xjentifiku li jkunu mistiedna
għaliha rappreżentanti tal-istituti nazzjonali relevanti mill-UE u
mill-Madagaskar, tista' tiġi kkonvokata għall-iskop ta' eżaminar
tad-dejta tal-qabdiet u tal-metodoloġiji użati
għall-kontroverifika tal-informazzjoni. 5.4. Il-Madagaskar għandu 30 ġurnata
tax-xogħol wara d-data tan-notifika prevista fil-punt 5.3 ta' din
it-Taqsima biex jikkontesta d-dikjarazzjoni annwali tal-qabdiet u tal-isforz u
d-dikjarazzjoni finali tat-tariffi, abbażi ta' prova dokumentata. 5.4.1. F’każ ta’ nuqqas ta’ qbil, il-Partijiet
għandhom jikkonsultaw lil xulxin fil-Kumitat Konġunt. 5.4.2. Jekk ma jkunx hemm nuqqas ta' qbil u ladarba
dan il-perjodu ta' żmien jiskadi, il-Partijiet għandhom jikkunsidraw
id-dikjarazzjoni annwali tal-qabdiet u tal-isforz tas-sajd u r-rendikont finali
tal-kontijiet bħala adottati. 5.5. Fejn id-dikjarazzjoni finali tkun ikbar
mit-tariffa b’rata fissa antiċipata mħallsa biex tinkiseb
l-awtorizzazzjoni tas-sajd, sid il-bastiment għandu jħallas
il-bilanċ pendenti lill-Madagaskar sat-30 ta’ Settembru tas-sena
li tkun għaddejja. Meta l-kalkolu finali jkun inqas mill-imposta b’rata
fissa mistennija, l-ammont li jifdal ma jistax jiġi kklejmjat
mill-ġdid minn sid il-bastiment. Taqsima 2 Dħul u ħruġ miż-żona tas-sajd
tal-Madagaskar 1. Il-kaptani tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni
Ewropea li joperaw skont dan il-Protokoll fiż-żona tas-sajd
tal-Madagaskar għandhom jinnotifikaw, mill-inqas tliet sigħat minn
qabel, lill-awtoritajiet relevanti tal-Madagaskar, bl-intenzjoni tagħhom
li jidħlu jew li jitilqu miż-żona tas-sajd tal-Madagaskar. 2. Meta jkunu qed jinnotifikaw id-dħul
tagħhom fiż-żona tas-sajd tal-Madagaskar jew il-ħruġ
tagħhom minnhom, il-kaptani tal-bastimenti għandhom jibagħtu
wkoll il-pożizzjoni tagħhom, kif ukoll il-kwantitajiet stmati ta'
kull speċi, li diġà jkollhom maqbudin u miżmumin abbord,
identifikati bil-Kodiċi Alfa 3 tal-FAO tagħhom, mogħtija
f’kilogrammi ta’ piż ħaj jew, fejn ikun meħtieġ,
fl-għadd ta’ ħut individwali, mingħajr ħsara
għad-dispożizzjonijiet tat-Taqsima 2 tal-Appendiċi 8.
Din l-informazzjoni għandha tintbagħat permezz tal-posta elettronika
jew permezz ta’ feks jew permezz ta' messaġġ bir-radju fl-indirizzi
mogħtija fl-Appendiċi 9. 3. L-awtoritajiet tal-Madagaskar għandhom
jirrikonoxxu l-wasla tal-posta elettronika billi jirrispondu lura permezz
tal-posta elettronika. 4. Bastiment li jinqabad jistad mingħajr ma
jkun avża liċ-ĊMS tal-Madagaskar għandu jitqies bħala
bastiment mingħajr awtorizzazzjoni tas-sajd, u għalhekk jistgħu
jsirulu s-sanzjonijiet previsti fil-liġi tal-Madagaskar li tkun
fis-seħħ. 5. L-indirizz tal-posta elettronika, in-numru
tal-feks u tat-telefown, u l-koordinati tar-radju tal-ĊMS tal-Madagaskar
għandhom jinhemżu mal-awtorizzazzjoni tas-sajd. 6. Il-Madagaskar għandu jinforma
immedjatament lill-UE u lill-bastimenti kkonċernati b'kull tibdil
fl-indirizz tal-posta elettronika, fin-numru tal-feks u fil-frekwenza radju. Taqsima 3 Trażbord u
żbark 1. L-operazzjonijiet kollha ta' trażbord fuq
il-baħar huma pprojbiti. 2. Operazzjoni ta' trażbord fl-ilmijiet
tal-Madagaskar tista' ssir f'port tal-Madagaskar identifikat proprju għal
dak l-iskop wara awtorizzazzjoni minn qabel miċ-ĊMS tal-Madagaskar u
taħt il-kontroll tal-ispetturi tas-sajd mill-Madagaskar. 3. Il-portijiet tas-sajd magħżula
għal dawn l-operazzjonijiet tat-trażbord fil-Madagaskar huma
Antsiranana għall-bastimenti tas-sajd bit-tartarun, u Toliary, Ehoala,
Toamasina u Mahajanga għall-bastimenti tas-sajd bil-konz. 4. Sid bastiment tas-sajd tal-Unjoni Ewropea, jew
ir-rappreżentant tiegħu, li jkunu jixtiequ jiżbarkaw jew
jittrażbordaw f'port tal-Madagaskar, għandhom b'mod simultanju
jipprovdu liċ-ĊMS u lill-awtorità tal-port tal-Madagaskar
l-informazzjoni li ġejja mill-inqas 72 siegħa minn qabel: ·
l-isem u n-numru
tar-reġistrazzjoni fir-reġistru tal-bastimenti tas-sajd tal-IOTC
tal-bastiment tas-sajd involut fit-trażbord jew fl-iżbark; ·
il-port tal-iżbark
jew tat-trażbord u, meta jkun il-każ, l-ismijiet tal-bastiment
tal-merkanzija; ·
id-data u l-ħin
skedati għall-iżbark jew għat-trażbord; ·
il-kwantità ta’ kull
speċi għat-trażbord jew għall-iżbark, identifikata
permezz tal-Kodiċi Alfa 3 tal-FAO tagħha u espressa f’kilogrammi
ta’ piż tal-ħut ħaj jew, jekk ikun il-każ, f’għadd ta'
ħut individwali; ·
id-destinazzjoni
tal-qabdiet li jkunu se jiġu ttrażbordati jew li jkunu se
jinħattu l-art. 5. Wara li jeżamina l-informazzjoni msemmija
fil-punt 4 ta' din it-Taqsima u fi żmien 24 siegħa wara
n-notifika, iċ-ĊMS fil-Madagaskar għandu jagħti
awtorizzazzjoni minn qabel tal-iżbark jew tat-trażbord lil sid
il-bastiment jew lir-rappreżentant tiegħu. 6. It-trażbord u l-iżbark huma meqjusa
bħala ħruġ miż-żona tas-sajd tal-Madagaskar.
Għalhekk, id-dispożizzjonijiet imsemmija fit-Taqsima 2 ta' dan
il-Kapitolu għandhom japplikaw. 7. Wara t-trażbord jew l-iżbark, sid
il-bastiment jew ir-rappreżentant tiegħu għandhom jinnotifikaw
l-intenzjoni tagħhom li jwettqu attivitajiet tas-sajd fiż-żona
tas-sajd tal-Madagaskar, jew li jitilqu miż-żona tas-sajd
tal-Madagaskar. 8. Kull trażbord jew żbark li ma
jikkonformax mad-dispożizzjonijiet fil-punti 1 sa 7 hawn fuq għandu
jkun ipprojbit fiż-żona tas-sajd tal-Madagaskar. Kwalunkwe persuna li
tikser din id-dispożizzjoni għandha teħel il-pieni previsti
mil-liġi li hemm fis-seħħ fil-Madagaskar. 9. B'konformità mar-Reżoluzzjoni applikabbli
tal-IOTC, il-bastimenti bit-tartarun tal-UE li jħottu l-qabdiet l-art
f’port tal-Madagaskar għandhom ifittxu li jagħmlu l-qabdiet
inċidentali tagħhom disponibbli għall-kumpaniji lokali
tal-ipproċessar bil-prezz tas-suq lokali. Fuq talba ta' sidien
il-bastimenti tas-sajd tal-UE, id-Direttorati Reġjonali tal-Ministeru
responsabbli mill-Ispeċijiet tal-Ħut u mis-Sajd fil-Madagaskar
għandhom jipprovdu lista u dettalji tal-kuntatt tal-kumpaniji lokali
tal-ipproċessar. 10. Il-bastimenti tas-sajd għat-tonn
tal-Unjoni Ewropea li jiżbarkaw minn jeddhom f'port fil-Madagaskar,
jibbenefikaw minn tnaqqis ta' EUR 5 għal kull tunnellata tonn maqbud
fiż-żona tas-sajd tal-Madagaskar fuq it-tariffa indikata fil-punt 3.1
tal-Kapitolu II ta' dan l-Anness għall-kategorija tas-sajd tal-bastiment
ikkonċernat. Jingħata tnaqqis supplimentari ta’ EUR 5 għal
kull tunnellata fil-każ li l-prodotti tas-sajd jinbiegħu lil fabbrika
tal-ipproċessar fil-Madagaskar. Taqsima 4 Sistema ta’
monitoraġġ bis-satellita (VMS) 1. Messaġġi dwar il-pożizzjoni
tal-bastimenti – is-sistema tal-VMS 1.1. Il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni Ewropea li
jkollhom awtorizzazzjoni tas-sajd għandhom ikunu mgħammra b’sistema
ta’ monitoraġġ bis-satellita (Sistema ta’ Monitoraġġ
tal-Bastimenti – VMS) li tippermetti l-komunikazzjoni awtomatika u kontinwa
tal-pożizzjoni tagħhom, kull siegħa, liċ-ċentru
għall-kontroll tas-sajd (iċ-Ċentru tal-Monitoraġġ
tas-Sajd – iċ-ĊMS) tal-Istat tal-bandiera tagħhom. 1.2. Kull messaġġ dwar il-pożizzjoni
jrid ikun ikkonfigurat skont il-format stipulat fl-Appendiċi 7 ta'
dan l-Anness, u għandu jkun fih: ·
l-identifikazzjoni
tal-bastiment; ·
il-pożizzjoni
ġeografika l-iżjed riċenti tal-bastiment (il-lonġitudni,
il-latitudni), b’marġni ta’ żball tal-pożizzjoni ta’ inqas minn
500 metru, u b’intervall ta’ kunfidenza ta’ 99 %; ·
id-data u l-ħin li
fihom tkun ġiet irreġistrata l-pożizzjoni; ·
il-veloċità u r-rotta
tal-bastiment. 1.3. L-ewwel pożizzjoni rreġistrata wara
d-dħul fiż-żona tas-sajd tal-Madagaskar għandha tkun
identifikata bil-kodiċi “ENT”. Il-pożizzjonijiet kollha ta’ wara
għandhom jiġu identifikati bil-kodiċi “POS”,
bl-eċċezzjoni tal-ewwel pożizzjoni rreġistrata wara
l-ħruġ miż-żona tas-sajd tal-Madagaskar, li għandha
tiġi identifikata bil-kodiċi “EXI”. 1.4. Iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera
għandu jiżgura l-ipproċessar awtomatiku u, jekk ikun
meħtieġ, it-trażmissjoni elettronika tal-messaġġi dwar
il-pożizzjoni. Il-messaġġi dwar il-pożizzjoni għandhom
jiġu rreġistrati b’mod sigur u għandhom jinżammu għal
perjodu ta’ tliet snin. 2. Trażmissjoni min-naħa tal-bastiment
f’każ ta’ ħsara fis-sistema tal-VMS 2.1. Il-kaptan għandu jiżgura f’kull
ħin li s-sistema tal-VMS tal-bastiment tiegħu tkun qed taħdem
bis-sħiħ u li l-messaġġi dwar il-pożizzjoni jkunu qed
jiġu trażmessi b’mod korrett liċ-ĊMS tal-Istat
tal-bandiera. 2.2. Il-bastimenti tal-UE li jistadu b’sistemi
tal-VMS difettużi mhumiex awtorizzati jidħlu fiż-żona
tas-sajd tal-Madagaskar. 2.3. Fil-każ ta' ħsara wara d-dħul
fiż-żona tas-sajd tal-Madagaskar, il-VMS tal-bastiment għandu
jissewwa jew jinbidel fi żmien ħmistax. Wara dak il-perjodu,
il-bastiment ma għandux jibqa’ awtorizzat jistad fiż-żona
tas-sajd tal-Madagaskar. 2.4. Il-bastimenti li jkunu qegħdin jistadu
fiż-żona tas-sajd tal-Madagaskar b’sistema tal-VMS difettuża
għandhom jibagħtu l-messaġġi dwar il-pożizzjoni
tagħhom permezz ta’ ittra elettronika, bil-feks jew permezz tar-radju
liċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera u tal-Madagaskar, mill-inqas kull
erba’ sigħat, u għandhom jipprovdu l-informazzjoni obbligatorja
kollha mniżżla fil-paragrafu 1.2 ta’ din it-Taqsima. 3. Komunikazzjoni sigura tal-messaġġi
dwar il-pożizzjoni lill-Madagaskar 3.1. Iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera
għandu jibgħat awtomatikament il-messaġġi dwar
il-pożizzjoni tal-bastimenti kkonċernati liċ-ĊMS
tal-Madagaskar. Iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera u tal-Madagaskar
għandhom jiskambjaw l-indirizzi elettroniċi ta’ kuntatt tagħhom
u għandhom jgħarrfu minnufih lil xulxin b’kull tibdil f’dawn
l-indirizzi. 3.2. It-trażmissjoni tal-messaġġi
dwar il-pożizzjoni bejn iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera u
tal-Madagaskar għandha ssir b’mod elettroniku bl-użu ta’ sistema
sigura ta’ komunikazzjoni. 3.3. Iċ-ĊMS tal-Madagaskar għandu
jgħarraf liċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera u lill-UE b’kull
interruzzjoni fil-wasla tal-messaġġi konsekuttivi dwar
il-pożizzjoni minn bastiment li jkollu awtorizzazzjoni tas-sajd, meta
l-bastiment ikkonċernat ma jkunx innotifika l-ħruġ tiegħu
miż-żona tas-sajd tal-Madagaskar. 4. Funzjonament ħażin tas-sistema ta’
komunikazzjoni 4.1. Il-Madagaskar għandu jiżgura li
t-tagħmir elettroniku tiegħu ikun kompatibbli ma’ dak
taċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera u għandu jgħarraf lill-UE
minnufih b’kull nuqqas ta’ funzjonament rigward il-komunikazzjoni u l-wasla
tal-messaġġi dwar il-pożizzjoni bil-għan li tinstab
soluzzjoni teknika mill-aktar fis possibbli. 4.2. Il-Kumitat Konġunt għandu jipprova
jsolvi kwalunkwe tilwim li jista’ jirriżulta minn dan. 4.3. Il-kaptan għandu jitqies responsabbli
għal kull manipulazzjoni ppruvata tas-sistema tal-VMS tal-bastiment li
jkollha l-għan li tfixkel l-operat tagħha jew li tiffalsifika
l-messaġġi tagħha dwar il-pożizzjoni tal-bastiment. Kull
ksur għandu jkun suġġett għall-pieni previsti
mil-leġiżlazzjoni tal-Madagaskar li tkun fis-seħħ. 5. Bidla fil-frekwenza tal-messaġġi
dwar il-pożizzjoni 5.1. Abbażi ta’ evidenza ddokumentata li
tipprova ksur, iċ-ĊMS tal-Madagaskar jista’ jsaqsi liċ-ĊMS
tal-Istat tal-bandiera, filwaqt li jibgħat kopja wkoll lill-UE, biex
inaqqas l-intervall li bih il-bastiment jibgħat il-messaġġi dwar
il-pożizzjoni għal kull tletin minuta għall-perjodu stabbilit
tal-investigazzjoni. 5.2. Iċ-ĊMS tal-Madagaskar għandu
jibgħat din l-evidenza ddokumentata liċ-ĊMS tal-Istat
tal-bandiera u lill-UE. 5.3. Iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera
għandu jibgħat minnufih il-messaġġi dwar il-pożizzjoni
liċ-ĊMS tal-Madagaskar skont il-frekwenza mnaqqsa. 5.4. Wara dan, iċ-ĊMS tal-Madagaskar
għandu jinnotifika minnufih liċ-Ċentru tal-Kontroll tal-Istat
tal-bandiera u lill-UE bit-tmiem tal-proċedura ta’ spezzjoni. 5.5. Fi tmiem il-perjodu stabbilit
tal-investigazzjoni, iċ-ĊMS tal-Madagaskar għandu jgħarraf
liċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera u lill-UE b’kull segwitu li jkun
meħtieġ. 6. Validità tal-messaġġ tal-VMS
f’każ ta’ tilwim Id-dejta dwar il-pożizzjoni mogħtija mis-sistema tal-VMS biss
għandha titqies awtentika f’każ ta’ nuqqas ta’ qbil bejn
il-Partijiet. Taqsima 5 Osservaturi 1. Osservazzjoni tal-attivitajiet tas-sajd 1.1. Iż-żewġ Partijiet jirrikonoxxu
l-importanza li jirrispettaw l-obbligi li ġejjin mir-riżoluzzjonijiet
applikabbli tal-IOTC fir-rigward tal-Programm tal-Osservatur Xjentifiku. 1.2. Għal
finijiet ta' konformità ma' dawn l-obbligi, id-dispożizzjonijiet
applikabbli għal osservaturi huma kif ġej: 1.2.1. Fuq talba tal-awtoritajiet tal-Madagaskar,
il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni Ewropea awtorizzati li jistadu
fiż-żona tas-sajd tal-Madagaskar għandhom itellgħu abbord
osservaturi li jirrappreżentaw 10 % tal-għadd totali ta' bastimenti
li huma awtorizzati li jistadu, skont il-kategorija tas-sajd kif imsemmi
fil-Kapitolu I. 1.2.2. L-osservaturi għandhom ikunu responsabbli
milli jiżguraw l-applikazjoni tad-dispożizzjonijiet previsti
fir-reżoluzzjonijiet tal-IOTC imsemmija fil-punt 1.1 jew ta' kwalunkwe
bżonn ieħor biex tinġabar informazzjoni xjentifika identifikata
mill-istitut nazzjonali relevanti tal-Madagaskar jew mill-grupp ta' ħidma
xjentifika konġunta. 1.2.3. L-osservaturi jinħatru mill-awtoritajiet
kompetenti tal-Madagaskar. 1.3. Il-bastimenti li għandhom tunnellaġġ
inferjuri jew ugwali għal 100 TG huma eżentati
mid-dispożizzjonijiet previsti f'din it-Taqsima. 2. Bastimenti u osservaturi magħżulin 2.1. Fil-mument tal-ħruġ
tal-awtorizzazzjonijiet tas-sajd, il-Madagaskar għandu jippubblika u, jekk
ikun hemm bżonn, jaġġorna lista tal-bastimenti
magħżula biex itellgħu osservatur abbord skont l-objettivi
msemmija fil-punt 1.2.2 hawn fuq. 2.2. Il-Madagaskar għandu jibgħat din
il-lista lill-UE b'mod elettroniku, immedjatament wara l-ħruġ jew
l-aġġornament tal-lista. Jekk wieħed mill-bastimenti
magħżula m'għandux spazju biżżejjed, u jekk dan
in-nuqqas huwa ddokumentat kif xieraq u indikat minħabba raġunijiet
ta' sikurezza, partikolarment relatati ma' atti ta' piraterija, l-Unjoni Ewropea
u l-Madagaskar għandhom jemendaw il-lista tal-bastimenti
magħżula sabiex jirriflettu din is-sitwazzjoni, filwaqt li xorta
waħda jiggarantixxu li l-objettiv imsemmi fil-paragrafu 1.2.1.
jintlaħaq. 2.3. Ladarba l-lista tal-bastimenti
magħżula biex itellgħu osservatur abbord tkun ġiet
iffinalizzata, il-Madagaskar għandu jinforma b'mod simultanju lil sidien
il-bastimenti jew lill-aġenti tagħhom, bil-bastimenti li
għandhom iħallu osservatur jimbarka meta jkunu qed joperaw
fiż-żona tas-sajd tal-Madagaskar. 2.4. Ladarba d-data tal-iżbark tkun ġiet
miftiehma bejn l-awtoritajiet tal-Madagaskar u sid il-bastiment li jkun
ġie magħżul kif imsemmi fil-punt 7.2 ta' din it-Taqsima,
il-Madagaskar għandu jinforma lill-UE u lil sid il-bastimenti, jew
lill-aġent tiegħu, bl-isem u bid-dettalji tal-osservaturi li jkunu
ġew maħtura. 2.5. Il-Madagaskar għandu jinforma
immedjatament lill-UE u lis-sidien tal-bastimenti tal-Unjoni Ewropea
kkonċernati, jew lir-rappreżentanti tagħhom, bi kwalunkwe bidla
fil-bastimenti u fl-osservaturi magħżula skont il-punti 2.1 u 2.3 ta'
din it-Taqsima. 2.6. Il-Madagaskar u l-UE għandhom
jagħmlu kull sforz, f'kollaborazzjoni mal-Istati Kostali l-oħra
tal-Oċean Indjan tal-Lbiċ, biex jiżviluppaw implimentazzjoni
reġjonali miftiehma tal-programm tal-osservaturi, b'mod partikolari fuq
l-inizjattiva tal-IOTC. 2.7. Bastiment tas-sajd tal-Unjoni Ewropea
magħżul biex itella' abbord osservatur skont il-punt 2.1 għandu
jiġi eżentat milli jikkonforma ma' dan l-obbligu jekk ikun hemm
diġà osservatur abbord u dan ikun se jibqa' abbord matul iż-żmien
ippjanat, sakemm dan l-osservatur: ·
huwa rikonoxxut permezz
tal-programm tal-osservaturi reġjonali li l-Madagaskar u l-UE huma
msieħba fih, jew; ·
ikun ittella' abbord
b'riżultat ta' obbligi li huma ekwivalenti għal dawk imsemmija
fil-punt 1.2.2 ta' din it-Taqsima u li hemm dispożizzjoni dwarhom fi
Ftehimiet oħra ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni
Ewropea u Stati Kostali oħra fl-Oċean Indjan tal-Lbiċ; ·
huwa f'qagħda li
jissodisfa l-objettivi previsti fil-paragrafi 1.2.1 u 8 ta' din it-Taqsima u jista'
jittrażmetti liċ-ĊMS tal-Madagaskar l-osservazzjonijiet
tiegħu waqt li l-bastiment ikun preżenti fiż-żona tas-sajd
tal-Madagaskar. 2.8. L-osservaturi m’għandhomx iqattgħu
iżjed ħin abbord il-bastiment milli għandhom bżonn biex
iwettqu dmirijiethom. 3. Kontribuzzjoni finanzjarja tas-sidien 3.1. Mingħajr
preġudizzju għal programm tal-osservaturi miftiehem fil-livell
reġjonali, hekk kif imsemmi fil-punt 2.6 ta' din it-Taqsima u fir-rigward
ta' kwalunkwe osservatur maħtur mill-Madagaskar li jrid jittella' abbord
bastiment tas-sajd tal-Unjoni Ewropea, sid il-bastiment għandu
jikkontribwixxi s-somma ta' EUR 20 għal kull ġurnata li
l-osservatur ikun qiegħed abbord. Dan l-ammont huwa ddepożitati
mis-sidien fil-Programm tal-Osservaturi mmaniġġjat miċ-ĊMS
tal-Madagaskar. 3.2. L-ispejjeż kollha tal-mobilizzazzjoni u
tad-demobilizzazzjoni bejn il-port tal-imbarkazzjoni jew
tad-diżembarkazzjoni u r-residenza abitwali tal-osservatur tal-Madagaskar
għandhom jiġġarrbu minn sid il-bastiment. 4. Il-paga tal-osservatur Is-salarju u l-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali
tal-osservatur maħtur mill-Madagaskar jitħallsu mill-awtoritajiet
tal-Madagaskar. 5. Il-kundizzjonijiet tal-imbark 5.1. Il-kundizzjonijiet tal-imbark tal-osservatur,
b’mod partikolari t-tul ta’ żmien preżenti abbord, għandhom
jiġu ddefiniti bi ftehim reċiproku bejn sid il-bastiment jew
l-aġent lokali tiegħu u l-Madagaskar. 5.2. Meta jkun abbord, l-osservatur għandu
jiġi ttrattat bħala uffiċjal. Madankollu, l-ilqugħ
tal-osservatur abbord għandu jqis l-istruttura teknika tal-bastiment. 5.3. Sid il-bastiment għandu jħallas
l-ispejjeż tal-akkomodazzjoni u tal-ikel għall-osservatur abbord
il-bastiment. 5.4. Il-kaptan għandu jieħu l-miżuri
kollha li jaqgħu fir-responsabbiltà tiegħu sabiex jiżgura
s-sikurezza fiżika u l-benessri ġenerali tal-osservatur. 5.5. L-osservatur għandu jingħata
aċċess għal kull faċilità meħtieġa sabiex iwettaq
dmirijietu. Il-kaptan tal-bastiment għandu jiżgura li l-osservatur
ikollu aċċess għall-mezzi ta’ komunikazzjoni u għal
kwalunkwe dokument abbord, kif ukoll għad-dokumenti marbutin
mal-attivitajiet tas-sajd tal-bastiment, b’mod partikolari l-ġurnal ta’
abbord tas-sajd, il-ġurnal dwar l-iffriżar u l-ġurnal
tan-navigazzjoni, kif ukoll għall-partijiet tal-bastiment marbutin b’mod
dirett ma’ dmirijiethom. 6. Obbligi tal-osservatur Waqt li jkun abbord l-osservatur għandu: ·
jieħu l-miżuri
x-xierqa kollha biex ma jinterrompix u ma jfixkilx l-operazzjonijiet tas-sajd; ·
jirrispetta l-proprjetà u
t-tagħmir li jkun hemm abbord; ·
jirrispetta n-natura kunfidenzjali
ta’ kull dokument tal-bastiment. 7. L-imbark u l-iżbark tal-osservatur 7.1. L-osservatur għandu jimbarka f’port
magħżul minn sid il-bastiment. 7.2. Sid il-bastiment jew ir-rappreżentant
tiegħu għandu jinnotifika lill-Madagaskar, b’perjodu ta’ notifika ta’
10 ijiem qabel l-imbark, dwar id-data, il-ħin u l-port tal-imbark
tal-osservatur. Jekk l-osservatur jimbarka f’pajjiż barrani, sid
il-bastiment għandu jħallas l-ispejjeż tal-ivvjaġġar u
tat-tranżitu (inklużi l-ispejjeż tal-akkomodazzjoni u tal-ikel)
tiegħu lejn il-port tal-imbark. 7.3. F’każ li l-osservatur ma
jippreżentax ruħu għall-imbark sa 12 -il siegħa wara
d-data u l-ħin miftiehma, sid il-bastiment jinħall awtomatikament
mill-obbligu tiegħu li jtella’ abbord lil dan l-osservatur. Huwa għandu
jkun ħieles li jitlaq il-port u jibda l-operazzjonijiet tas-sajd. 7.4. Meta l-osservatur ma jiżbarkax f’port
tal-Madagaskar, sid il-bastiment għandu jħallas l-ispejjeż
tal-vjaġġ u tat-tranżitu (inklużi l-ispejjeż
tal-akkomodazzjoni u tal-ikel) tiegħu biex jerġa' lura lejn
id-domiċilju abitwali tiegħu fil-Madagaskar. 7.5. Fil-każ li l-bastiment ma
jippreżentax ruħu fil-mument stabbilit f'port magħżul minn
qabel għall-imbark ta' osservatur, sid il-bastiment huwa obbligat
iħallas l-ispejjeż tan-nuqqas tal-imbark tal-osservatur matul
l-istennija fil-port (l-akkomodazzjoni, l-ikel). 7.6. Jekk il-bastiment ma jasalx, il-Madagaskar
jista' jissospendi l-awtorizzazzjoni tas-sajd ikkonċernata u japplika
l-penali previsti fil-leġiżlazzjoni tal-Madagaskar li hemm fis-seħħ,
ħlief fil-każ ta' forza maġġuri nnotifikata
liċ-ĊMS tal-Madagaskar. Fil-każ tal-aħħar, sid
il-bastiment għandu jaqbel, flimkien mal-awtoritajiet tal-Madagaskar, dwar
data ġdida għall-imbarkazzjoni tal-osservatur u l-bastiment ma jistax
iwettaq attivitajiet ta' sajd fiż-żona tas-sajd tal-Madagaskar sakemm
l-osservatur ma jkunx ittella' abbord. Il-Madagaskar għandu jinforma
immedjatament lill-UE u lil sid il-bastiment dwar il-miżuri mittieħda
skont dan il-punt. 8. Kompiti tal-osservatur 8.1. L-osservatur għandu jwettaq il-kompiti li
ġejjin: 8.1.1. Jiġbor l-informazzjoni kollha li
tirrelata mal-attivitajiet tas-sajd tal-bastiment, b'mod partikolari
fir-rigward ta': ·
l-irkapti tas-sajd
użati; ·
il-pożizzjoni
tal-bastiment waqt l-attivitajiet tas-sajd; ·
il-volumi jew, fejn
xieraq, l-għadd ta' ħut maqbud għal kull speċi fil-mira u
kull speċi assoċjata, kif ukoll l-għadd ta' qabdiet
aċċidentali u inċidentali; ·
l-għadd stmat
tal-qabdiet miżmuma abbord u ta' dawk mormija; 8.1.2. Iwettaq il-kampjuni bijoloġiċi previsti
fil-programmi xjentifiċi. 8.2. L-osservatur għandu jikkomunika ta'
kuljum l-osservazzjonijiet tiegħu bir-radju, bil-feks jew bil-posta
elettronika waqt li l-bastiment ikun qed jistad fiż-żona tas-sajd
tal-Madagaskar, inkluż il-volum ta’ qbid u ta' qbid inċidentali
abbord, u kwalunkwe kompitu ieħor kif meħtieġ miċ-ĊMS
tal-Madagaskar. 9. Rapport tal-osservatur 9.1. Qabel ma jitlaq il-bastiment, l-osservatur
għandu jissottometti rapport tal-osservazzjonijiet tiegħu lill-kaptan
tal-bastiment. Il-kaptan tal-bastiment għandu d-dritt jagħmel
kummenti fir-rapport tal-osservatur. Ir-rapport għandu jiġi ffirmat
mill-osservatur u mill-kaptan, li għandu jirċievi kopja tar-rapport.
Fejn il-kaptan jirrifjuta li jiffirma r-rapport tal-osservatur, għandu
jikteb fir-rapport ta’ spezzjoni r-raġunijiet għar-rifjut tiegħu
u jniżżel il-frażi “nirrifjuta li niffirma”. 9.2. L-osservatur għandu jibgħat
ir-rapport tiegħu liċ-ĊMS tal-Madagaskar, li għandu
jibgħat kopja tiegħu lill-UE fi żmien 15-il jum tax-xogħol
mill-iżbark tal-osservatur. Taqsima 6 Spezzjoni fuq il-baħar u fil-port 1. L-ispezzjoni fuq il-baħar u fil-port,
fid-dokk jew 'il barra mill-port, fiż-żona tas-sajd tal-Madagaskar,
tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni Ewropea li għandhom awtorizzazzjoni
tas-sajd, għandha ssir minn bastimenti jew spetturi awtorizzati b'mod
xieraq li jwettqu spezzjonijiet. 2. Qabel l-imbark, l-ispetturi tal-Madagaskar
għandhom jinfurmaw lill-kaptan tal-bastiment tas-sajd tal-Unjoni Ewropea
dwar id-deċiżjoni tagħhom li jagħmlu spezzjoni. L-ispezzjoni
titwettaq mill-ispetturi tas-sajd. Qabel ma jinbdew l-ispezzjonijiet,
l-ispetturi jridu jagħtu prova tal-identità u tal-kwalifiki tagħhom u
tal-kamp ta' applikazzjoni tal-missjoni tagħhom. 3. L-ispetturi għandhom jibqgħu abbord
il-bastiment tas-sajd tal-Unjoni Ewropea għall-ħin meħtieġ
sabiex iwettqu l-kompiti marbutin mal-ispezzjoni biss. Għandhom iwettqu
l-ispezzjoni b’mod li jnaqqas kemm jista’ jkun l-impatt fuq il-bastiment,
l-attività tas-sajd u l-merkanzija tiegħu. 3.1. Il-Madagaskar jista' jawtorizza
r-rappreżentanti tal-UE biex jipparteċipaw fl-ispezzjoni bħala
osservaturi. 3.2. Il-kaptan tal-bastiment tas-sajd tal-Unjoni
Ewropea għandu jiffaċilita l-imbark tal-ispetturi u għandu
jiffaċilitalhom xogħolhom. 3.3. Fi tmiem kull spezzjoni, l-ispetturi
għandhom ifasslu rapport tal-ispezzjoni. Il-kaptan tal-bastiment tas-sajd
tal-Unjoni Ewropea għandu d-dritt jagħmel kummenti fir-rapport
tal-ispezzjoni. Ir-rapport tal-ispezzjoni għandu jiġi ffirmat
mill-ispettur li jkun qed ifasslu, kif ukoll mill-kaptan tal-bastiment tas-sajd
tal-Unjoni Ewropea. Fejn il-kaptan jirrifjuta li jiffirma r-rapport ta’
spezzjoni, għandu jikteb fir-rapport ta’ spezzjoni r-raġunijiet
għar-rifjut tiegħu u jniżżel il-frażi “nirrifjuta li niffirma”. 3.4. L-ispetturi għandhom jagħtu kopja
tar-rapport tal-ispezzjoni lill-kaptan tal-bastiment tas-sajd tal-Unjoni
Ewropea qabel ma jħallu l-bastiment. Il-Madagaskar għandu
jibgħat kopja tar-rapport tal-ispezzjoni lill-UE fi żmien 8 ijiem
tax-xogħol minn meta l-ispetturi jirritornaw fuq l-art, mingħajr
preġudizzju għad-dispożizzjonijiet imsemmija fil-punt 1
tat-Taqsima 7 ta' dan l-Anness. Taqsima 7 Ksur tar-regoli 1. Trattament tal-ksur 1.1. Kull ksur imwettaq fiż-żona tas-sajd
tal-Madagaskar minn bastiment tas-sajd tal-Unjoni Ewropea li jkollu
awtorizzazzjoni tas-sajd skont id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Anness u li
kien is-suġġett ta' notifikazzjoni għandu jissemma f’rapport
tal-ispezzjoni. 1.2. Fil-każ ta' ksur imwettaq
fiż-żona tas-sajd tal-Madagaskar minn bastiment tas-sajd tal-UE, in-notifika
tal-ksur iddefinit u s-sanzjonijiet marbutin miegħu imposti fuq il-kaptan
jew il-kumpanija tas-sajd għandhom jintbagħtu direttament lis-sidien
tal-bastimenti skont il-proċeduri stabbiliti fil-Leġiżlazzjoni
dwar is-Sajd tal-Madagaskar fis-seħħ. 1.3. Kopja tar-rapport tal-ispezzjoni u n-notifika
tal-ksur għandha tiġi trażmessa b'mod elettroniku
mill-Madagaskar lill-UE fi żmien 72 siegħa. 1.4. L-iffirmar tar-rapport tal-ispezzjoni
mill-kaptan ma jippreġudikax id-dritt għad-difiża ta’ sid
il-bastiment fil-konfront tal-ksur misjub. 2. Detenzjoni tal-bastiment – Laqgħa ta’
informazzjoni 2.1. Jekk jiġi stabbilit ksur, u jekk
il-leġiżlazzjoni kurrenti tal-Madagaskar tippermetti dan, kull
bastiment tas-sajd tal-Unjoni Ewropea li jkun wettaq ksur jista’ jiġi
mġiegħel iwaqqaf l-attività tas-sajd tiegħu u jirritorna lejn
port fil-Madagaskar, f’każ li jkun qed ibaħħar. 2.2. Il-Madagaskar għandu jinnotifika lill-UE,
b’mod elettroniku, fi żmien 24 siegħa b’kull detenzjoni ta’
bastiment tas-sajd tal-Unjoni Ewropea. In-notifika għandha ssemmi
r-raġunijiet tal-arrest u/jew tad-detenzjoni, u għandha tkun
akkumpanjata b'evidenza tal-ksur ikkonċernat. 2.3. Qabel ma tittieħed kwalunkwe miżura
kontra l-bastiment, il-kaptan, l-ekwipaġġ jew il-merkanzija,
bl-eċċezzjoni ta’ miżuri mmirati għall-ħarsien
tal-evidenza, il-Madagaskar jorganizza, mhux aktar tard minn jum ta’
xogħol wara n-notifika ta’ detenzjoni tal-bastiment, laqgħa ta’
informazzjoni sabiex jiġu ċċarati l-fatti li jkunu wasslu
għad-detenzjoni tal-bastiment u sabiex jiġi spjegat x’azzjoni
oħra tista’ tittieħed. Rappreżentant tal-Istat tal-bandiera u
ta’ sid il-bastiment jista’ jattendi għal din il-laqgħa ta’
informazzjoni. 3. Pieni għall-ksur – Proċedura ta’
kompromess 3.1. Il-penalità għall-ksur stabbilit
għandha tiġi ffissata mill-Madagaskar skont id-dispożizzjonijiet
tal-leġiżlazzjoni tal-Madagaskar fis-seħħ. 3.2. Meta s-soluzzjoni għall-ksur tkun
tinvolvi proċeduri legali, qabel jingħata bidu għalihom, u
sakemm il-ksur ma jkunx jinvolvi att kriminali, għandha tinbeda
proċedura ta’ kompromess bejn l-awtoritajiet tal-Madagaskar u l-bastiment
tal-UE sabiex jiġu stabbiliti t-termini tal-piena u l-livell tagħha.
Il-proċedura ta’ kompromess għandha tintemm mhux aktar tard minn
72 siegħa wara n-notifika tad-detenzjoni tal-bastiment. 3.3. Rappreżentant tal-Istat tal-bandiera
tal-bastiment tas-sajd tal-Unjoni Ewropea jista' jipparteċipa f'din
il-proċedura ta’ kompromess. 4. Proċeduri legali - Garanzija bankarja 4.1. Jekk il-proċedura ta’ kompromess tfalli u
l-ksur jitressaq quddiem il-qorti kompetenti, sid il-bastiment li jkun wettaq
il-ksur għandu jiddepożita garanzija bankarja f’bank
magħżul mill-Madagaskar, li l-ammont tagħha, kif stabbilit
mill-Madagaskar, ikun ikopri l-ispejjeż marbutin mad-detenzjoni
tal-bastiment, il-multa stmata u kwalunkwe kumpens li jista’ jkun hemm ’il
quddiem. Il-garanzija bankarja ma tistax tiġi rkuprata qabel ma jkunu
ġew konklużi l-proċeduri legali. 4.2. Il-garanzija bankarja għandha tiġi
rrilaxxata u mogħtija lura lil sid il-bastiment mingħajr dewmien wara
l-qtugħ tas-sentenza: ·
kollha kemm hi, jekk ma
tkun ġiet imposta l-ebda piena; ·
skont l-ammont
tal-bilanċ li jkun għad fadal, jekk il-piena tkun multa li tkun
iżjed baxxa mill-ammont tal-garanzija bankarja. 4.3. Il-Madagaskar għandu jgħarraf
lill-UE bir-riżultat tal-proċedimenti legali fi żmien tmint ijiem
minn meta jingħata l-ġudizzju. 5. Rilaxx tal-bastiment u tal-ekwipaġġ Il-bastiment u l-ekwipaġġ tiegħu għandhom jiġu
awtorizzati jitilqu mill-port ladarba l-multa tkun tħallset fi
proċedura ta’ kompromess, jew ladarba l-garanzija bankarja tkun ġiet
iddepożitata. Taqsima 8 Sorveljanza parteċipattiva marbuta
mal-ġlieda kontra s-sajd illegali, mhux rappurtat u mhux regolat (is-sajd
IUU) 1. Għan Sabiex jissaħħaħ il-monitoraġġ tas-sajd
fl-ibħra miftuħa u sabiex tiġi promossa l-ġlieda kontra
s-sajd IUU, il-kaptani tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni Ewropea huma
mħeġġa biex jirrappurtaw il-preżenza ta' kwalunkwe
bastiment fiż-żona tas-sajd tal-Madagaskar li mhuwiex imsemmi fuq
il-lista tal-bastimenti tal-IOTC jew fil-lista tal-bastimenti barranin
awtorizzati li jistadu fiż-żona tas-sajd tal-Madagaskar, ipprovduta
mill-Madagaskar. 2. Proċedura 2.1. Jekk il-kaptan ta’ bastiment tas-sajd
tal-Unjoni Ewropea josserva bastiment tas-sajd iwettaq attivitajiet tas-sajd u
jkollu s-suspett li dik tista’ tkun attività tas-sajd IUU, jista’ jiġbor
kemm jista' jkun informazzjoni dwar dak li jkun għadu kif osserva. 2.2. Din l-informazzjoni għandha
tinbagħat immedjatament liċ-ĊMS tal-Madagaskar, kif ukoll
lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat tal-bandiera tal-bastiment li jkun
għamel l-osservazzjoni. Malli jirċevuha, l-awtoritajiet kompetenti
għandhom jibagħtu l-informazzjoni b'mod elettroniku lill-UE. 2.3. L-UE għandha tittrażmetti din
l-informazzjoni lill-Madagaskar. 3. Reċiproċità Il-Madagaskar għandu jikkomunika malajr kemm jista' jkun lill-UE
kull rapport ta' osservazzjoni fil-pussess tiegħu fir-rigward ta'
bastimenti tas-sajd li jwettqu attivitajiet suspettati li jkunu attivitajiet
tas-sajd IUU fiż-żona tas-sajd tal-Madagaskar. KAPITOLU V Tlugħ abbord ta’ baħrin 1. Sidien il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni
Ewropea li joperaw skont dan il-Protokoll għandhom jagħmlu
mill-aħjar li jistgħu biex itellgħu abbord ċittadini
tal-Madagaskar jew ta' pajjiżi oħra tal-AKP, matul l-istaġun
tas-sajd fiż-żona tas-sajd tal-Madagaskar. L-għadd ta'
baħħara mill-Madagaskar abbord bastiment tas-sajd tal-Unjoni Ewropea
għandu mill-inqas ikun tnejn fil-każ ta' bastimenti bit-tartarun u
wieħed fil-bastimenti bil-konz tal-wiċċ li għandhom aktar
minn 100 TG. 2. Sidien ta' bastimenti li jonqsu milli jkollhom
abbord l-għadd minimu ta' baħħara mill-Madagaskar hekk kif
imsemmi fil-punt 1, għandhom iħallsu s-somma sħiħa ta'
EUR 20 kuljum għal kull baħħar li ma jkunx abbord. 3. Id-Dikjarazzjoni tal-Organizzazzjoni
Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) dwar il-prinċipji u d-drittijiet
fundamentali tax-xogħol, tapplika kollha kemm hi għall-baħrin li
jittellgħu abbord il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni Ewropea. Din
tirrigwarda, b’mod partikolari, l-applikazzjoni tad-dritt ta’
assoċjazzjoni u tal-għarfien effettiv tad-dritt għan-negozjar
kollettiv tal-ħaddiema u l-eliminazzjoni tad-diskriminazzjoni fil-qasam
tal-impjiegi u tal-professjonijiet. 4. Il-kuntratti tax-xogħol tal-baħrin
tal-Madagaskar, li kopja tagħhom għandha tingħata
lill-awtoritajiet kompetenti tal-Madagaskar u lill-firmatarji ta' dawn
il-kuntratti, isiru bejn ir-rappreżentant(i) tas-sidien tal-bastimenti u
l-baħrin u/jew it-trejdjunjins jew ir-rappreżentanti tagħhom.
Dawn il-kuntratti għandhom jiżguraw, għall-baħrin,
il-kopertura fis-sistema tas-sigurtà soċjali applikabbli għalihom,
skont il-leġiżlazzjoni tal-Madagaskar fis-seħħ,
inkluża l-assigurazzjoni fuq il-ħajja u l-assigurazzjoni fuq il-mard
u l-inċidenti. 5. Is-salarju tal-baħrin mill-Madagaskar
għandu jitħallas mis-sidien tal-bastimenti. Għandu jiġi
ffissat bi qbil komuni bejn is-sidien tal-bastimenti jew ir-rappreżentanti
tagħhom u l-baħrin u/jew it-trejdjunjins jew ir-rappreżentanti
tagħhom. Madankollu, il-kundizzjonijiet ta’ remunerazzjoni tal-baħrin
ma jistgħux ikunu inferjuri għal dawk applikabbli fil-Madagaskar, u
lanqas ma jistgħu jkunu inferjuri għan-normi tal-ILO. 6. Kull baħri impjegat minn sidien
il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni Ewropea għandu jirrapporta lill-kaptan
maħtur tal-bastiment lejlet id-data proposta għall-imbark
tiegħu. Jekk baħri jonqos milli jirrapporta fid-data u l-ħin
previsti għat-tlugħ abbord, sid il-bastiment jinħall
awtomatikament mill-obbligu tal-imbarkazzjoni ta' dak il-baħri. 7. L-ispejjeż kollha tal-mobilizzazzjoni u
tad-demobilizzazzjoni bejn il-port tal-imbarkazzjoni jew
tad-diżembarkazzjoni u r-residenza abitwali tal-baħħar
mill-Madagaskar għandhom jiġġarrbu minn sid il-bastiment. LISTA
TAL-APPENDIĊIJIET Appendiċi 1 – Il-formola tal-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni
għas-sajd Appendiċi 2 – Dikjarazzjoni teknika Appendiċi 3 – Koordinati (latitudnijiet u lonġitudnijiet)
taż-żona tas-sajd tal-Madagaskar Appendiċi 4 – Koordinati ġeografiċi taż-żona
riżervata esklussivament għall-attivitajiet tas-sajd artiġjanali
u tradizzjonali tal-Madagaskar Appendiċi 5 – Mudell tal-formola tad-dikjarazzjoni ta' kull tliet
xhur tal-qabdiet provviżorji u tal-isforzi tas-sajd Appendiċi 6 – Formoli għad-dikjarazzjonijiet
tad-dħul fiż-żona tas-sajd u l-ħruġ minnha Appendiċi 7 – Format tal-messaġġ tal-VMS dwar
il-pożizzjoni Appendiċi 8 – Linji gwida għall-implimentazzjoni tas-sistema
elettronika ta’ rappurtar tad-dejta dwar l-attivitajiet tas-sajd (is-sistema
ERS) Appendiċi 9 – Dettalji ta' kuntatt fil-Madagaskar Appendiċi 1 – Formola
tal-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni għas-sajd Il-Ministeru
tal-Ispeċijiet tal-Ħut u tas-Sajd tar-Repubblika tal-Madagaskar Ftehim ta’ Sħubija fis-settur tas-Sajd
Sostenibbli Il-Madagaskar – L-Unjoni Ewropea Talba
għal AWTORIZZAZZJONI TAS-SAJD I- APPLIKANT 1. Isem is-sid
tal-bastiment: ................................................... Nazzjonalità:........................................................................... 2. L-indirizz ta' sid
il-bastiment: .................................................................................................................................. 3. Isem l-assoċjazzjoni
jew l-organizzazzjoni tal-produtturi għas-sidien tal-bastimenti:
............................................................ 4. Isem l-assoċjazzjoni
jew l-organizzazzjoni tal-produtturi għas-sidien tal-bastimenti:
.......................................................... 5. Numru
tat-telefown:.............................................. Numru
tal-feks: ........................................ Posta elettronika:
……............………… 6. Isem l-aġent:
............................................................................................................................................. 7. L-indirizz
tal-aġent: ........................................................................................................................................ 8. Numru
tat-telefown:.............................................. Numru
tal-feks: ........................................ Posta elettronika: ……............…………
9. Isem il-kaptan:
.................................. Nazzjonalità:
……….......................... Posta elettronika:
……………………… II-BASTIMENT U L-IDENTIFIKAZZJONI
TIEGĦU 1. Isem il-bastiment:
........................................................................................................................................................ 2. L-Istat
tal-bandiera:............................................................................................................................................ 3. Numru
tar-reġistrazzjoni esterna:
…………........................................................................................................ 4. Port
tar-reġistrazzjoni: …………………. MMSI: ………….……Numru IMO:…….…….………………. 5. Data li fiha nkisbet
il-bandiera attwali: ........../........./.............. Bandiera ta' qabel
(jekk kien hemm): ………... 6. Sena u post
tal-kostruzzjoni: ....../......./.......... fi………........ Sinjal tas-sejħa
bir-radju: ..................................... 7. Kodiċi tas-sinjal
tar-radju: ………….............. Numru tat-telefown bis-satellita
tal-bastimenti : ……………..…………...……… 8. Tip ta’ buq: Azzar ¨ Injam ¨ Poliester
¨ Ieħor
¨ …………………………………………... III- KARATTERISTIĊI
TEKNIĊI TAL-BASTIMENT U TAT-TAGĦMIR 1. Tul totali: .................................................. Wisa’:
....................................... Fundar
tal-baħar:….................. 2. Tunnellaġġ
gross (mogħti f’TG): .................................. Tunnellaġġ nett: ……………….………………… 3. Qawwa tal-magna
prinċipali f’KW: ...................................... Ditta:
................................. Tip: …....................... 4. Tip ta’ bastiment: ¨ Għat-Tonn bit-Tartarun ¨ Bastiment
ta’ appoġġ Isem/ismijiet u numru/i
tar-reġistrazzjoni esterna tal- Bastiment għat-tonn
bit-tartarun(i) li miegħu għandu x'jaqsam il-bastiment ta'
appoġġ: ……………………………………………………………… ……………………………………………………………… ¨ Bastimenti bil-konz
tal-wiċċ > 100 TG ¨ Bastimenti bil-konz
tal-wiċċ ≤ 100 TG 5. Irkapti tas-sajd:
......................................................................................................................................................
6. Żoni tas-sajd:
………………………………………………………………………………………………... 7. Speċijiet fil-mira:
………………………………………………………………………………………………… 8. Port magħżul
għall-operazzjoni tal-iżbark: ………………………………….………………………… 9. Għadd totali
tal-ekwipaġġ abbord:
.......................................................................................................................... 10. Metodu ta’ konservazzjoni
abbord: Frisk ¨ Tkessiħ ¨ Imħallat ¨ Iffriżar ¨: 11. Kapaċità
tal-friża kull 24 siegħa (f’tunnellati):
...........................Kapaċità tal-istivi: ................. Għadd:
..... 12. Transponder tal-VMS: Manifattur: ....................................
Mudell: …………………. Numru tas-Serje: …………………………… Verżjoni
tas-Softwer: ...........................................................
Operatur tas-satellita: …………………………… Jien, il-firmatarju t’hawn
taħt, niċċertifika li t-tagħrif mogħti f’din it-talba
huwa veru u ġenwin. Magħmul fi
…........................................,
il-…................................................. Firma
tal-applikant …................................................................ Appendiċi 2 – DIKJARAZZJONI TEKNIKA 1 - Miżuri Tekniċi ta' Konservazzjoni 1.1. Żona tas-sajd Lil hinn minn 20 mil nawtiku mil-linja bażi. Żona tas-sajd indikata fl-Appendiċi 3. Trid tiġi rispettata żona ta’ protezzjoni ta’ 3 mili madwar irkaptu nazzjonali tal-aggregazzjoni tal-ħut. Iż-żoni ta' Leven Bank u Castor Bank, li l-koordinati tagħhom huma indikati fl-Appendiċi 4, jistgħu jintużaw biss għal attivitajiet ta' sajd artiġjanali u tradizzjonali tal-Madagaskar. 1.2. Apparat awtorizzat Tartaruni Konz tal-wiċċ 1.3. Speċijiet awtorizzati Tonn u speċijiet simili (tonn, plamtu, tonn frigata u tonn balla, marlin, pixxispad), speċi assoċjati u sajd taħt il-mandat ta' tmexxija tal-Kummissjoni għat-Tonn tal-Oċean Indjan (IOTC), esklużi: § l-ispeċijiet protetti mill-konvenzjonijiet internazzjonali, § l-ispeċijiet li ż-żamma tagħhom abbord, it-trażbord, l-iżbark jew li l-ħażna sħiħa jew parzjali tagħhom huma pprojbiti mill-IOTC, b'mod partikolari speċijiet li jappartjenu għall-familji tal-Alopiidae jew tas-Sphyrnidae, kif ukoll § l-ispeċijiet li ġejjin: Cethorinus maximus, Rhincodon typus, Carcharodon carcharias, Carcharinus falciformis, Carcharinus longimanus. L-għadd ta' klieb il-baħar maqbudin flimkien mat-tonn u ma' speċijiet simili fis-sajd taħt il-mandat ta' tmexxija tal-IOTC mill-bastimenti tas-sajd bil-konz fil-wiċċ tal-Unjoni Ewropea awtorizzati li jistadu skont dan il-Protokoll għandu jkun limitat għal 250 tunnellata kull sena fiż-żona tas-sajd tal-Madagaskar. Jekk dan il-limitu tal-qabda jinqabeż, is-sajd għall-kelb il-baħar jingħalaq skont il-leġiżlazzjoni relevanti tal-Partijiet applikabbli f'dan il-qasam. Il-kaptani tal-bastimenti għandhom għalhekk jieħdu l-miżuri neċessarji biex jevitaw kwalunkwe qabda aċċidentali tal-ispeċijiet elasmobranchii. 1.4 Qabdiet inċidentali Għandhom jiġu rispettati r-rakkomandazzjonijiet tal-IOTC. 2 - Tariffi li jridu jitħallsu mis-sidien/qabdiet ekwivalenti Tariffa li trid titħallas minn sidien il-bastimenti għal kull tunnellata li tinqabad || EUR 60/tunnellata matul l-ewwel sentejn ta' applikazzjoni tal-protokoll EUR 70/tunnellata matul l-aħħar sentejn ta' applikazzjoni tal-protokoll Tariffi annwali b'rata fissa bil-quddiem li jridu jitħallsu minn sidien il-bastimenti: || EUR 11 400 kull sena kull bastiment tat-tonn bit-tartarun matul l-ewwel sentejn u EUR 13 300 kull sena matul l-aħħar sentejn, għal 190 tunnellata; EUR 3 600 kull sena kull bastiment bil-konz tal-wiċċ > 100 TG matul l-ewwel sentejn u EUR 4 200 kull sena matul l-aħħar sentejn, għal 60 tunnellata; EUR 2 400 kull sena kull bastiment bil-konz tal-wiċċ ≤ 100 TG matul l-ewwel sentejn u EUR 2 800 kull sena matul l-aħħar sentejn, għal 40 tunnellata; Għadd ta’ bastimenti awtorizzati li jistadu || 40 bastiment tas-sajd bit-tartarun 32 bastiment tas-sajd bil-konz tal-wiċċ > > 100 TG 22 bastiment tas-sajd bil-konz tal-wiċċ ≤ 100 TG 3 – Oħrajn Tariffa għal kull bastiment ta’ appoġġ: EUR 3 500 għal kull bastiment Baħrin: Bastimenti għat-tonn bit-tartarun: mill-inqas 2 baħħara abbord matul l-istaġun tas-sajd fiż-żona tas-sajd tal-Madagaskar għandhom ikunu ċittadini tal-Madagaskar. Bastimenti bil-konz fil-wiċċ: mill-inqas baħħar wieħed (1) abbord matul l-istaġun tas-sajd fiż-żona tas-sajd tal-Madagaskar għandu jkun ċittadin tal-Madagaskar. Is-sidien tal-bastimenti għandhom jagħmlu ħilithom biex itellgħu abbord aktar baħrin supplimentari li ġejjin mill-Madagaskar. Osservaturi: § Fuq talba tal-awtoritajiet tal-Madagaskar, il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni Ewropea għandhom itellgħu abbord osservatur bil-għan li tintlaħaq rata ta’ kopertura ta’ 10 % tal-bastimenti awtorizzati li jistadu fiż-żona tas-sajd tal-Madagaskar. Madankollu, bastimenti bil-konz fil-wiċċ b'tunnellaġġ li huwa inferjuri jew ugwali għal 100 TG għandhom ikunu eżentati minn din il-miżura. § Għal kull bastiment li jtella' osservatur abbord, sid il-bastiment huwa mitlub jikkontribwixxi madwar EUR 20 għal kull jum li l-osservatur ikun abbord. Dan l-ammont huwa ddepożitat fil-Programm tal-Osservaturi mmaniġġjat miċ-ĊMS. Appendiċi 3 – Koordinati
(latitudnijiet u lonġitudnijiet) taż-żona tas-sajd
tal-Madagaskar Punt || LatDD || LonDD || || LatitudeString || LongitudeString 1 || -10.3144 || 49.4408 || || 10° 18' 52" S || 049 ° 26' 27" E 2 || -11.0935 || 50.1877 || || 11 ° 05' 37" S || 050° 11' 16" E 3 || -11.5434 || 50.4776 || || 11 ° 32' 36" S || 050° 28' 39" E 4 || -12.7985 || 53.2164 || || 12 ° 47' 55" S || 053 ° 12' 59" E 5 || -14.0069 || 52.7392 || || 14 ° 00' 25" S || 052 ° 44' 21" E 6 || -16.1024 || 52.4145 || || 16 ° 06' 09" S || 052 ° 24' 52" E 7 || -17.3875 || 52.3847 || || 17 ° 23' 15" S || 052 ° 23' 05" E 8 || -18.2880 || 52.5550 || || 18 ° 17' 17" S || 052 ° 33' 18" E 9 || -18.7010 || 52.7866 || || 18 ° 42' 04" S || 052 ° 47' 12" E 10 || -18.8000 || 52.8000 || || 18 ° 48' 00" S || 052 ° 47' 60" E 11 || -20.4000 || 52.0000 || || 20 ° 23' 60" S || 052 ° 00' 00" E 12 || -22.3889 || 51.7197 || || 22 ° 23' 20" S || 051 ° 43' 11" E 13 || -23.2702 || 51.3943 || || 23 ° 16' 13" S || 051 ° 23' 39" E 14 || -23.6405 || 51.3390 || || 23 ° 38' 26" S || 051 ° 20' 20" E 15 || -25.1681 || 50.8964 || || 25 ° 10' 05" S || 050° 53' 47" E 16 || -25.4100 || 50.7773 || || 25 ° 24' 36" S || 050° 46' 38" E 17 || -26.2151 || 50.5157 || || 26 ° 12' 54" S || 050° 30' 57" E 18 || -26.9004 || 50.1112 || || 26 ° 54' 01" S || 050° 06' 40" E 19 || -26.9575 || 50.0255 || || 26 ° 57' 27" S || 050° 01' 32" E 20 || -27.4048 || 49.6781 || || 27 ° 24' 17" S || 049 ° 40' 41" E 21 || -27.7998 || 49.1927 || || 27 ° 47' 59" S || 049 ° 11' 34" E 22 || -28.1139 || 48.6014 || || 28 ° 06' 50" S || 048 ° 36' 05" E 23 || -28.7064 || 46.8002 || || 28 ° 42' 23" S || 046 ° 48' 01" E 24 || -28.8587 || 46.1839 || || 28 ° 51' 31" S || 046 ° 11' 02" E 25 || -28.9206 || 45.5510 || || 28 ° 55' 14" S || 045 ° 33' 04" E 26 || -28.9301 || 44.9085 || || 28 ° 55' 48" S || 044 ° 54' 31" E 27 || -28.8016 || 44.1090 || || 28 ° 48' 06" S || 044 ° 06' 32" E 28 || -28.2948 || 42.7551 || || 28 ° 17' 41" S || 042 ° 45' 18" E 29 || -28.0501 || 42.2459 || || 28 ° 03' 00" S || 042 ° 14' 45" E 30 || -27.8000 || 41.9000 || || 27 ° 48' 00" S || 041 ° 53' 60" E 31 || -27.5095 || 41.5404 || || 27 ° 30' 34" S || 041 ° 32' 25" E 32 || -27.0622 || 41.1644 || || 27 ° 03' 44" S || 041 ° 09' 52" E 33 || -26.4435 || 40.7183 || || 26 ° 26' 37" S || 040 ° 43' 06" E 34 || -25.7440 || 40.3590 || || 25 ° 44' 38" S || 040 ° 21' 32" E 35 || -24.8056 || 41.0598 || || 24 ° 48' 20" S || 041 ° 03' 35" E 36 || -24.2116 || 41.4440 || || 24 ° 12' 42" S || 041 ° 26' 38" E 37 || -23.6643 || 41.7153 || || 23 ° 39' 51" S || 041 ° 42' 55" E 38 || -22.6317 || 41.8386 || || 22 ° 37' 54" S || 041 ° 50' 19" E 39 || -21.7798 || 41.7652 || || 21 ° 46' 47" S || 041 ° 45' 55" E 40 || -21.3149 || 41.6927 || || 21 ° 18' 54" S || 041 ° 41' 34" E 41 || -20.9003 || 41.5831 || || 20 ° 54' 01" S || 041 ° 34' 59" E 42 || -20.6769 || 41.6124 || || 20 ° 40' 37" S || 041 ° 36' 45" E 43 || -19.6645 || 41.5654 || || 19 ° 39' 52" S || 041 ° 33' 55" E 44 || -19.2790 || 41.2489 || || 19 ° 16' 44" S || 041 ° 14' 56" E 45 || -18.6603 || 42.0531 || || 18 ° 39' 37" S || 042 ° 03' 11" E 46 || -18.0464 || 42.7813 || || 18 ° 02' 47" S || 042 ° 46' 53" E 47 || -17.7633 || 43.0335 || || 17 ° 45' 48" S || 043 ° 02' 01" E 48 || -17.2255 || 43.3119 || || 17 ° 13' 32" S || 043 ° 18' 43" E 49 || -16.7782 || 43.4356 || || 16 ° 46' 42" S || 043 ° 26' 08" E 50 || -15.3933 || 42.5195 || || 15 ° 23' 36" S || 042 ° 31' 10" E 51 || -14.4487 || 43.0263 || || 14 ° 26' 55" S || 043 ° 01' 35" E 52 || -14.4130 || 43.6069 || || 14 ° 24' 47" S || 043 ° 36' 25" E 53 || -14.5510 || 44.3684 || || 14 ° 33' 04" S || 044 ° 22' 06" E 54 || -14.5367 || 45.0275 || || 14 ° 32' 12" S || 045 ° 01' 39" E 55 || -14.3154 || 45.8555 || || 14 ° 18' 55" S || 045 ° 51' 20" E 56 || -13.8824 || 46.3861 || || 13 ° 52' 57" S || 046 ° 23' 10" E 57 || -12.8460 || 46.6944 || || 12 ° 50' 46" S || 046 ° 41' 40" E 58 || -12.6981 || 47.2079 || || 12 ° 41' 53" S || 047 ° 12' 28" E 59 || -12.4637 || 47.7409 || || 12 ° 27' 49" S || 047 ° 44' 27" E 60 || -12.0116 || 47.9670 || || 12 ° 00' 42" S || 047 ° 58' 01" E 61 || -11.0158 || 48.5552 || || 11 ° 00' 57" S || 048 ° 33' 19" E 62 || -10.3144 || 49.4408 || || 10° 18' 52" S || 049 ° 26' 27" E NB: Il-koordinati ġeografiċi
tal-linja bażi għandhom jiġu nnotifikati mill-Madagaskar mhux
aktar tard mill-applikazzjoni provviżorja ta' dan il-Protokoll. Appendiċi 4 – Koordinati
ġeografiċi taż-żona riżervata esklussivament
għall-attivitajiet tas-sajd artiġjanali u tradizzjonali
tal-Madagaskar Punt || Latitudni || Lonġitudni 1 || 12°18.44S || 47°35.63 2 || 11°56.64S || 47°51.38E 3 || 11°53S || 48°00E 4 || 12°18S || 48°14E 5 || 12°30S || 48°05E 6 || 12°32S || 47°58E 7 || 12°56S || 47°47E 8 || 13°01S || 47°31E 9 || 12°53S || 47°26E Appendiċi 5 – Mudell tal-formola
tad-dikjarazzjoni ta' kull tliet xhur tal-qabdiet provviżorji u
tal-isforzi tas-sajd Appendiċi 6 – Formoli
għad-dikjarazzjonijiet tad-dħul fiż-żona tas-sajd u
l-ħruġ minnha FORMAT TAR-RAPPORTI 1. FORMAT TAR-RAPPORT TAD-DĦUL (FI ŻMIEN
TLIET SIGĦAT QABEL ID-DĦUL) DESTINATARJU: IĊ-ĊMS TAL-MADAGASKAR KODIĊI TAL-AZZJONI: DĦUL ISEM IL-BASTIMENT: KODIĊI INTERNAZZJONALI TAR-RADJU: STAT TAL-BANDIERA: TIP TA’ BASTIMENT: NUMRU TAL-LIĊENZJA: POŻIZZJONI MAD-DĦUL: DATA U SIEGĦA (UTC) TAD-DĦUL KWANTITÀ TOTALI TA’ ĦUT ABBORD F’KG: - YFT (Tonna safra/ Yellowfin tuna/ Thunnus
albacares) f’KG : - SKJ (Palamit/ Skipjack/ Katsuwonus pelamis)
f’KG: - BET (Tonn għajnu kbira/ Bigeye tuna/ Thunnus
obesus) f’KG: - ALB (Alonga/ Albacore tuna/ Thunnus alalunga)
f’KG: - OĦRAJN (SPEĊIFIKA) f’KG: 2. FORMAT TAR-RAPPORT TAL-ĦRUĠ (FI
ŻMIEN TLIET SIGĦAT QABEL IL-ĦRUĠ) DESTINATARJU: IĊ-ĊMS TAL-MADAGASKAR KODIĊI TAL-AZZJONI: ĦRUĠ ISEM TAL-BASTIMENT KODIĊI INTERNAZZJONALI TAR-RADJU: STAT TAL-BANDIERA: TIP TA’ BASTIMENT: NUMRU TAL-LIĊENZJA: POŻIZZJONI MAL-ĦRUĠ: DATA U SIEGĦA (UTC) TAL-ĦRUĠ: KWANTITÀ TOTALI TA’ ĦUT ABBORD F’KG: - YFT (Tonna safra/ Yellowfin tuna/ Thunnus
albacares) f’KG: - SKJ (Palamit/ Skipjack/ Katsuwonus pelamis)
f’KG: - BET (Tonn għajnu kbira/ Bigeye tuna/ Thunnus
obesus) f’KG: - ALB (Alonga/ Albacore tuna/ Thunnus alalunga)
f’KG: - OĦRAJN (SPEĊIFIKA) f’KG: Ir-rapporti kollha għandhom ikunu trażmessi
lill-awtorità kompetenti f’dan in-numru tal-feks jew fl-indirizz tal-posta
elettronika li ġejjin: Numru tal-feks: +261 20 22 490 14 Posta elettronika : csp-mprh@blueline.mg Centre de Surveillance des Pêches de Madagascar,
B.P.60 114 Antananarivo Appendiċi 7 – Format
tal-messaġġ tal-VMS dwar il-pożizzjoni KOMUNIKAZZJONI TAL-MESSAĠĠI TAL-VMS
LILL-MADAGASKAR FORMAT TAD-DEJTA TAL-VMS - RAPPORT DWAR
IL-POŻIZZJONI Element tad-dejta || Kodiċi || Obbligatorju / Fakultattiv || Kontenut Bidu tar-reġistrazzjoni || SR || O || Dettall dwar is-sistema li jindika l-bidu tar-reġistrazzjoni Destinatarju || AD || O || Dettall dwar il-messaġġ – Il-Kodiċi Alfa-3 tal-pajjiż destinatarju (ISO-3166) Mingħand || FR || O || Dettall dwar il-messaġġ – Il-Kodiċi Alfa-3 tal-pajjiż li jkun qed jibgħat il-messaġġ (ISO-3166) l-istat tal-bandiera || FS || O || Detall dwar il-messaġġ – Il-Kodiċi Alfa-3 tal-Istat tal-bandiera (ISO-3166) Tip ta’ messaġġ || TM || O || Dettall dwar il-messaġġ – It-tip ta’ messaġġ (ENT, POS, EXI) Sinjal tas-sejħa bir-radju (IRCS) || RC || O || Dettall dwar il-bastiment – Is-sinjal internazzjonali tas-sejħa bir-radju tal-bastiment (IRCS) Numru ta’ referenza intern tal-Parti Kontraenti || IR || F || Dettall dwar il-bastiment – In-numru uniku tal-parti kontraenti, mogħti bħala l-Kodiċi Alfa-3 (ISO-3166) segwit min-numru. Numru tar-reġistrazzjoni esterna || XR || O || Dettall dwar il-bastiment – In-numru mmarkat fuq il-ġenb tal-bastiment (ISO 8859.1) Latitudni || LT || O || Dettall dwar il-pożizzjoni tal-bastiment – il-pożizzjoni fi gradi u fi gradi deċimali +/- GG.ggg (WGS84) Lonġitudni || LG || O || Dettall dwar il-pożizzjoni tal-bastiment – il-pożizzjoni fi gradi u fi gradi deċimali +/- GGG.ggg (WGS84) Rotta || CO || O || Rotta tal-bastiment fuq scala ta' 360 grad Veloċità || SP || O || Veloċità tal-bastiment f’wieħed minn kull għaxar mili tal-baħar (tenths of knots) Data || DA || O || Dettall dwar il-pożizzjoni tal-bastiment – id-data tar-reġistrazzjoni tal-pożizzjoni f’UTC (SSSSXXJJ) Ħin || TI || O || Dettall dwar il-pożizzjoni tal-bastiment – il-ħin tar-reġistrazzjoni tal-pożizzjoni f’UTC (SSMM) Tmiem ir-reġistrazzjoni || ER || O || Dettall dwar is-sistema li jindika tmiem ir-reġistrazzjoni It-trażmissjoni tal-informazzjoni hija strutturata
kif ġej: Il-karattri utilizzati għandhom ikunu konformi
mar-regoli tal-ISO 8859.1 linja mmejla doppja (//) u l-kodiċi “SR” jindikaw
il-bidu tal-messaġġ; kull element tad-dejta jiġi identifikat
mill-kodiċi tiegħu u jingħażel mill-elementi l-oħra
tad-dejta permezz ta’ linja mmejla doppja (//); linja mmejla waħda (/) tissepara l-kodiċi
minn mad-dejta; il-kodiċi “ER” segwit minn linja mmejla doppja
(//) jindika tmiem il-messaġġ; l-elementi tad-dejta
fakultattivi għandhom jiddaħħlu bejn il-bidu u t-tmiem
tal-messaġġ. Appendiċi 8 – Linji
gwida għall-implimentazzjoni tas-sistema elettronika ta’ rappurtar
tad-dejta dwar l-attivitajiet tas-sajd (is-sistema ERS) (1)
Dispożizzjonijiet
ġenerali (1)
Kull bastiment tas-sajd
tal-Unjoni għandu jkun mgħammar b'sistema elettronika, minn hawn 'il
quddiem imsejħa "sistema ERS", li tkun kapaċi
tirreġistra u tittrażmetti dejta relatata mal-attività tas-sajd
tal-bastiment, minn hawn 'il quddiem imsejħa "dejta ERS", waqt
li l-bastiment ikun qed jopera fiż-żona tas-sajd tal-Madagaskar. (2)
Bastiment tal-UE li ma
jkunx mgħammar b'sistema ERS, jew li s-sistema ERS tiegħu ma tkunx
qed taħdem, mhuwiex awtorizzat jidħol fiż-żona tas-sajd
tal-Madagaskar biex iwettaq attivitajiet tas-sajd fiha. (3)
Id-dejta ERS hija
trażmessa skont il-proċeduri tal-Istat tal-bandiera tal-bastiment,
jiġifieri l-ewwel tintbagħat liċ-Ċentru ta'
Monitoraġġ tas-Sajd (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ ĊMS)
tal-Istat tal-bandiera, li jiżgura li dawn ikunu awtomatikament
disponibbli għaċ-Ċentru ta' Monitoraġġ tas-Sajd
tal-Madagaskar. (4)
L-Istat tal-bandiera u
l-Madagaskar għandhom jiżguraw li ċ-ĊMS tagħhom ikunu
mgħammra bit-tagħmir tal-informatika u bis-softwer meħtieġa
biex isseħħ it-trażmissjoni awtomatika tad-dejta tal-ERS
fil-format XML, u li dawn għandhom proċedura ta’ salvagwardja li
kapaċi tirreġistra u taħżen id-dejta tal-ERS f’forma li
tista’ tinqara minn kompjuter għal perjodu ta’ mill-inqas 3 snin. (5)
It-trażmissjoni
tad-dejta tal-ERS għandha sseħħ bl-użu tal-mezzi
elettroniċi ta’ komunikazzjoni mmaniġġjati mill-Kummissjoni
Ewropea f’isem l-UE, identifikati bħala “DEH” (“Data Exchange Highway”). (6)
L-Istat tal-bandiera u
l-Madagaskar għandhom jagħżlu korrispondent tal-ERS kull
wieħed li jkun il-punt ta’ kuntatt. (1)
Il-korrispondenti ERS
għandhom jintgħażlu għal perjodu ta' mhux inqas minn sitt
xhur; (2)
Iċ-ĊMS tal-Istat
tal-bandiera u ċ-ĊMS tal-Madagaskar għandhom jibagħtu lil
xulxin id-dettalji ta’ kuntatt tal-korrispondenti tal-ERS rispettivi
tagħhom (l-ismijiet, l-indirizzi, in-numri tat-telefown, in-numri tal-feks
u l-indirizzi tal-posta elettronika tagħhom) qabel ma l-fornitur jibda
jipproduċi s-sistemi ERS; (3)
Għandha ssir notifika
minnufih dwar kull emenda fid-dettalji ta’ kuntatt tal-korrispondenti tal-ERS. (2)
Produzzjoni u
trażmissjoni tad-dejta tal-ERS (1)
Il-bastimenti tas-sajd
tal-Unjoni għandhom: (1)
jikkomunikaw id-dejta ERS
kuljum għal kull ġurnata li jqatta' fiż-żona tas-sajd
tal-Madagaskar; (2)
jirreġistraw,
għal kull operazzjoni tas-sajd, il-kwantitajiet ta’ kull speċi
maqbuda u miżmuma abbord bħala speċi fil-mira jew bħala
qabda inċidentali, u dawk mormija lura l-baħar; (3)
jiddikjaraw ukoll,
għal kull speċi identifikata fl-awtorizzazzjoni tas-sajd
maħruġa mill-Madagaskar, meta ma jinqabad xejn minn dik
l-ispeċi; (4)
jidentifikaw kull
speċi bil-Kodiċi Alfa-3 tal-FAO tagħha; (5)
jagħtu l-kwantitajiet
f’kilogrammi ta’ piż ħaj, jew jekk ikun meħtieġ,
fl-għadd ta’ ħut individwali; (6)
jirreġistraw
fid-dejta tal-ERS, għal kull speċi, il-kwantitajiet li ġew
ittrażbordati u/jew żbarkati; (7)
jirreġistraw
fid-dejta ERS, waqt kull dħul (messaġġ COE) u ħruġ
(messaġġ COX) miż-żona tas-sajd tal-Madagaskar,
messaġġ speċifiku li jkun fih, għal kull speċi
identifikata fl-awtorizzazjoni tas-sajd maħruġa mill-Madagaskar,
il-kwantitajiet li jkunu qed jinżammu abbord fil-mument ta' kull
dħul/ħruġ; (8)
jittrażmettu kuljum
id-dejta ERS liċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera, skont il-format previst
fil-paragrafu 2 hawn fuq, mhux aktar tard minn 23:59 UTC. (2)
Il-kaptan huwa
responsabbli għall-preċiżjoni tad-dejta tal-ERS irreġistrata
u mibgħuta. (3)
Iċ-ĊMS tal-Istat
tal-bandiera għandu jibgħat b’mod awtomatiku u mingħajr dewmien
id-dejta tal-ERS liċ-ĊMS tal-Madagaskar. (4)
Iċ-ĊMS
tal-Madagaskar għandu jikkonferma li tkun waslitlu d-dejta tal-ERS permezz
ta’ messaġġ ta’ ritorn u għandu jittratta d-dejta kollha tal-ERS
b’mod kunfidenzjali. (3)
Nuqqas fis-sistema
ERS abbord il-bastiment u/jew fit-trażmissjoni tad-dejta tal-ERS bejn
il-bastiment u ċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera (1)
L-Istat tal-bandiera
għandu jgħarraf mingħajr dewmien lill-kaptan u/jew lil sid
il-bastiment li jtajjar il-bandiera tiegħu, jew lir-rappreżentant
tiegħu, b’kull nuqqas tekniku fis-sistema ERS installata abbord
il-bastiment u b’kull nuqqas fil-funzjonament tat-trażmissjoni tad-dejta
tal-ERS bejn il-bastiment u ċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera. (2)
L-Istat tal-bandiera
għandu jgħarraf lill-Madagaskar bin-nuqqas innutat u bil-miżuri
korrettivi li jkunu ttieħdu. (3)
F'każ ta' ħsara
tas-sistema ERS abbord il-bastiment, il-kaptan u/jew is-sid għandhom
jiżguraw li l-ħsara titranġa jew li s-sistema ERS tinbidel
f'mhux aktar tard minn 10 ijiem wara. Jekk il-bastiment jagħmel waqfa
f'port fi ħdan dawk l-10 ijiem, jista' jkompli biss bl-attivitajiet
tas-sajd tiegħu fiż-żona tas-sajd tal-Madagaskar ladarba s-sistema
ERS tiegħu tkun fi stat perfett ta' funzjonament, sakemm il-Madagaskar ma
jawtorizzahx mod ieħor. (1)
Bastiment tas-sajd ma
jistax jitlaq minn port wara li jkollu nuqqas tekniku fis-sistema ERS
tiegħu qabel ma s-sistema ERS tiegħu tkun qed taħdem
mill-ġdid, b’mod li jissodisfa lill-Istat tal-bandiera tiegħu u
tal-Madagaskar, jew (2)
sakemm ma jirċevix
awtorizzazzjoni biex jagħmel dan mill-Istat tal-bandiera tiegħu.
F’dan il-każ, l-Istat tal-bandiera għandu jgħarraf
lill-Madagaskar bid-deċiżjoni tiegħu qabel ma l-bastiment jitlaq
mill-port. (4)
Kull bastiment tal-UE li
jopera fiż-żona tas-sajd tal-Madagaskar b’sistema ERS difettuża
għandu jibgħat kuljum u sa mhux aktar tard minn 23:59 UTC, id-dejta
kollha tal-ERS liċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera bi kwalunkwe mezz ieħor
ta’ komunikazzjoni elettronika disponibbli li jkun aċċessibbli
għaċ-ĊMS tal-Madagaskar. (5)
Id-dejta tal-ERS li ma
tkunx setgħet titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Madagaskar
permezz tas-sistema ERS minħabba nuqqas fis-sistema għandha
tintbagħat liċ-ĊMS tal-Madagaskar miċ-ĊMS tal-Istat
tal-bandiera b'mezz ieħor elettroniku maqbul b’mod reċiproku. Din
it-trażmissjoni alternattiva għandha titqies prijoritarja, filwaqt li
jiġi mifhum lil-iskadenzi li s-soltu japplikaw għat-trażmissjoni
aktarx ma jkunux jistgħu jitħarsu. (6)
Jekk iċ-ĊMS
tal-Madagaskar ma jirċevix id-dejta tal-ERS mingħand bastiment
għal 3 ijiem konsekuttivi, il-Madagaskar jista’ joħroġ
struzzjonijiet lill-bastiment biex imur immedjatament f’port magħżul
mill-Madagaskar għall-investigazzjoni. (4)
Nuqqas
min-naħa taċ-ĊMS - Iċ-ĊMS tal-Madagaskar ma jkunx qed
jirċievi d-dejta tal-ERS (1)
Meta ĊMS ma jkunx qed
jirċievi d-dejta tal-ERS, il-korrispondent tal-ERS tiegħu għandu
jgħarraf minnufih lill-korrispondent tal-ERS taċ-ĊMS
l-ieħor u, jekk ikun meħtieġ, għandu jikkollabora miegħu
sabiex tiġi solvuta l-problema. (2)
Iċ-ĊMS tal-Istat
tal-bandiera u ċ-ĊMS tal-Madagaskar għandhom jaqblu b’mod
reċiproku qabel it-tnedija operattiva tal-ERS dwar il-mezzi ta’
komunikazzjoni elettroniċi alternattivi li għandhom jintużaw
għat-trażmissjoni tad-dejta tal-ERS f’każ li jkun hemm nuqqas
min-naħa taċ-ĊMS, u għandhom jgħarrfu lil xulxin
minnufih b’kull emenda fihom. (3)
Meta ċ-ĊMS
tal-Madagaskar javża li ma jkunx irċieva d-dejta tal-ERS,
iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera għandu jidentifika l-kawżi
tal-problema u għandu jieħu l-miżuri x-xierqa biex isolvi
l-problema. Iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera għandu jgħarraf
liċ-ĊMS tal-Madagaskar u lill-UE bir-riżultati u bil-miżuri
li jkunu ttieħdu fi żmien 24 siegħa minn meta jkun ġie
identifikat in-nuqqas. (4)
Jekk ikun hemm bżonn
ta' iktar minn 24 siegħa biex tissolva l-problema, iċ-ĊMS
tal-Istat tal-bandiera għandu jibgħat minnufih id-dejta tal-ERS li
tkun nieqsa liċ-ĊMS tal-Madagaskar billi juża wieħed
mill-mezzi elettroniċi alternattivi msemmija fil-punt (v)
tal-paragrafu 3. (5)
Il-Madagaskar għandu
javża lis-servizzi ta’ kontroll kompetenti (SKK) tiegħu sabiex
il-bastimenti tal-UE ma jitqisux miċ-ĊMS tal-Madagaskar bħala
bastimenti li qed iwettqu ksur minħabba n-nuqqas ta’ trażmissjoni
tad-dejta tal-ERS minħabba nuqqas min-naħa ta’ wieħed miċ-ĊMS. (5)
Manutenzjoni ta’
ĊMS (1)
L-operazzjonijiet ta'
manutenzjoni ppjanifikati ta' ĊMS (programmi ta' manutenzjoni) u li
probabbli jaffettwaw l-iskambju tad-dejta ERS għandhom jiġu
nnotifikati liċ-ĊMS l-ieħor mhux inqas minn 72 siegħa
qabel, b'indikazzjoni, jekk dan ikun possibbli, tad-data u t-tul ta' żmien
tal-manutenzjoni. Għall-operazzjonijiet ta’ manutenzjoni li ma jkunux
ippjanati, din l-informazzjoni għandha tintbagħat liċ-ĊMS
l-ieħor mill-aktar fis possibbli. (2)
Matul l-operazzjoni ta’
manutenzjoni, id-disponibbiltà tad-dejta tal-ERS tista’ titpoġġa fi
stat ta’ stennija sakemm is-sistema terġa’ ssir operattiva. Imbagħad,
id-dejta tal-ERS ikkonċernata terġa’ titpoġġa
għad-dispożizzjoni immedjatament wara li tintemm l-operazzjoni ta’
manutenzjoni. (3)
Jekk l-operazzjoni ta’
manutenzjoni ddum iktar minn 24 siegħa, id-dejta tal-ERS għandha
tintbagħat liċ-ĊMS l-ieħor b’wieħed mill-mezzi
elettroniċi alternattivi msemmija fil-punt (v) tal-paragrafu 3. (4)
Il-Madagaskar għandu
javża lis-servizzi ta’ kontroll kompetenti (SKK) tiegħu sabiex
il-bastimenti tal-UE ma jitqisux li qed iwettqu ksur minħabba n-nuqqas ta’
trażmissjoni tad-dejta tal-ERS minħabba operazzjoni ta’ manutenzjoni
ta’ ĊMS. (6)
Għażla
tar-rotot tad-dejta ERS fil-Madagaskar (1)
Biex tiġi
trażmessa d-dejta tal-ERS mill-Istat tal-Bandiera lill-Madagaskar,
għandhom jintużaw mezzi ta' komunikazzjoni elettroniċi, li
għandhom jiġu amministrati mill-Kummissjoni Ewropea f'isem l-UE. Dawn
huma identifikati bħala DEH ("Data Exchange Highway" -
Awtostrada tal-Iskambju tad-Dejta) hekk kif imsemmi fil-punt 1 ta' dan
l-Appendiċi. (2)
Għall-finijiet
tal-amministrazzjoni tal-attivitajiet tas-sajd mill-flotta tal-UE, din id-dejta
għandha tiġi maħżuna u tkun disponibbli
għall-konsultazzjoni mill-persunal awtorizzat tal-Kummissjoni Ewropea, f'isem
l-Unjoni Ewropea. Appendiċi 9 – Dettalji ta' kuntatt
fil-Madagaskar NB: Il-Madagaskar se jikkomunika l-informazzjoni
kollha stabbilita hawn taħt mhux aktar tard mid-data tad-dħul
fis-seħħ ta' dan il-Protokol 1. Ministeru
tal-Ispeċijiet tal-Ħut u tas-Sajd Indirizz postali, indirizz tal-e-mail, numri tat-telefown u tal-feks. 2. Għat-talbiet
għal awtorizzazzjoni tas-sajd Indirizz postali, indirizz tal-e-mail, numri tat-telefown u tal-feks. 3. Direction de
la Statistique et de la Programmation (DSP) (Direttorat dwar l-Istatistika u
l-Ipprogrammar) Indirizz postali, indirizz tal-e-mail, numri tat-telefown u tal-feks. 4. Ċentru
tal-Monitoraġġ tas-Sajd (ĊMS) u notifika tad-dħul u
tal-ħruġ Isem iċ-ĊMS (il-kodiċi tas-sejħa): Dettalji tar-radju: VHF: F1 kanal 16; F2 kanal 71 HF: F1 5.283 MHZ; F2 7.3495 MHZ Indirizz postali, indirizz tal-e-mail prinċipali, indirizz
tal-e-mail alternattiv, numri tat-telefown u tal-feks. 5. Unité de
Statistique Thonière d'Antsiranana (Unità dwar l-Istatistika tat-Tuna f'Antsiranana) Indirizz postali, indirizz tal-e-mail, numri tat-telefown u tal-feks.