52014PC0666

Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar ir-reġim tat-taxxa “octroi de mer” fir-reġjuni ultraperiferiċi Franċiżi /* COM/2014/0666 final - 2014/0308 (CNS) */


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.           KUNTEST TAL-PROPOSTA

Id-dispożizzjonijiet tat-Trattat tal-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) japplikaw għar-reġjuni l-aktar ’il bogħod (reġjuni ultraperiferiċi) tal-Unjoni. Madankollu, ir-reġjuni ultraperiferiċi Franċiżi huma esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni territorjali tad-direttivi tal-VAT u tad-dazji tas-sisa.

Id-dispożizzjonijiet tat-TFUE, b’mod partikolari l-Artikolu 110, fil-prinċipju ma jawtorizzaw l-ebda differenza fir-reġjuni ultraperiferiċi Franċiżi bejn it-tassazzjoni ta’ prodotti lokali u t-tassazzjoni ta’ prodotti minn Franza metropolitana, l-Istati Membri l-oħrajn jew il-pajjiżi terzi. Madankollu, l-Artikolu 349 TFUE (dak li qabel kien l-Artikolu 299(2) tat-Trattat KE) jipprevedi l-possibbiltà li jiġu introdotti miżuri speċifiċi favur dawk ir-reġjuni minħabba l-eżistenza ta’ żvantaġġi permanenti li għandhom effett fuq is-sitwazzjoni ekonomika u soċjali tar-reġjuni ultraperiferiċi. Miżuri bħal dawn jikkonċernaw diversi politiki, inkluża t-tassazzjoni.

It-taxxa “octroi de mer” hija taxxa indiretta li hija applikata fuq il-fornimenti u fuq l-importazzzjonijiet ta’ oġġetti fir-reġjuni ultraperiferiċi Franċiżi. Fil-prinċipju din tiġi applikata bl-istess mod fuq il-prodotti manifatturati lokalment u fuq dawk li ma humiex (prodotti ta’ Franza metropolitana, ta’ Stati Membri oħrajn jew ta’ pajjiżi terzi)

Madankollu, id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/162/KE tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2004 (kif emendata bid-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2008/439/KE tad-9 ta’ Ġunju 2008 u 448/2011/UE tad-19 ta’ Lulju 2011), adottata abbażi tal-Artikolu 299(2) tat-Trattat tal-KE, tawtorizza lil Franza biex sal-1 ta’ Lulju 2014, tapplika eżenzjonijiet jew tnaqqis tat-taxxa tal-“octroi de mer” fuq ċerti prodotti manifatturati lokalment fir-reġjuni Franċiżi ultraperiferiċi (bl-eċċezzjoni ta’ Saint Martin). L-anness tad-Deċiżjoni msemmija hawn fuq jipprovdi l-lista tal-prodotti li għalihom jistgħu japplikaw l-eżenzjonijiet jew it-tnaqqis fit-taxxa. Skont il-prodott partikolari, id-differenza bejn it-tassazzjoni ta’ prodotti manifatturati lokalment u t-tassazzjoni ta’ prodotti oħra ma tistax taqbeż il-10, il-20 jew il-30 punt perċentwali.

Il-fini ta’ dawn id-differenzi fit-tassazzjoni huwa kumpens għall-iżvantaġġi li jbatu r-reġjuni ultraperiferiċi u li jissarrfu f’żieda fil-kosti tal-poroduzzjoni, u għalhekk fil-prezz tal-prodotti manifatturati lokalment.  Fin-nuqqas ta’ tali miżuri speċifiċi, il-prodotti lokali se jkunu anqas kompetittivi meta mqabbla ma’ dawk ġejjin minn barra, filwaqt li għandhom jitqiesu wkoll l-ispejjeż tat-trasport Għalhekk dan jagħmilha aktar diffiċli biex tinżamm il-produzzjoni lokali billi l-ispejjeż tal-produzzjoni huma aktar għolja.

Minbarra dan, id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/162/UE tal-11 ta’ Marzu 2014 estendiet l-applikazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/162/KE għall-Majott b’seħħ mill-1 ta’ Jannar 2014, id-data li fiha l-Majott saret reġjun ultraperiferiku, u ddeskriviet liema prodotti jistgħu jkunu soġġettati għal tassazzjoni differenzjata tal-“octroi de mer” u fi ħdan liema limiti.

Fl-aħħar nett biex il-Kummissjoni tkun tista’ tittermina l-investigazzjoni tal-applikazzjoni Franċiża, id-Deċiżjoni tal-Kunsill 378/2014/UE tat-12 ta’ Ġunju 2014 ġiet estiża b’sitt (6) xhur mid-data tal-applikazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/162/KE, sal-31 ta’ Diċembru 2014 minflok sal-1 ta’ Lulju 2014.

Din il-proposta għandha l-għan li tipprovdi l-qafas ġuridiku applikabbli għat-taxxa “octroi de mer” mill-1 ta’ Jannar 2015 sal-31 ta’ Diċembru 2020. Il-proposta terġa testendi b’sitt xhur, id-Deċiżjoni 2004/162/KE biex Franza jkollha ż-żmien meħtieġ biex tittrasponi d-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni tal-Kunsill il-ġdida fil-liġi nazzjonali tagħha u tipprovdi qafas ġuridiku ġdid applikabbli mill-1 ta’ Lulju 2015 sal-31 ta’ Diċembru 2020

2.           IR-RIŻULTATI TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET INTERESSATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/162/KE tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2004 (kif emendata bid-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2008/439/KE tad-9 ta’ Ġunju 2008 u 448/2011/UE tad-19 ta’ Lulju 2011, 2014/162/UE tal-11 ta’ Marzu 2014 u 378/2014/UE tat-12 ta’ Ġunju 2014) tawtorizza lil Franza biex sal-31 ta’ Diċembru 2014, tapplika eżenzjonijiet jew tnaqqis tat-taxxa tal-“octroi de mer” fuq ċerti prodotti manifatturati lokalment fir-reġjuni Franċiżi ultraperiferiċi (bl-eċċezzjoni ta’ Saint Martin). L-anness tad-Deċiżjoni msemmija hawn fuq jipprovdi l-lista tal-prodotti li għalihom jistgħu japplikaw l-eżenzjonijiet jew it-tnaqqis fit-taxxa. Skont il-prodotti partikolari, id-differenza bejn it-tassazzjoni ta’ prodotti manifatturati lokalment u t-tassazzjoni ta’ prodotti oħra ma tistax taqbeż l-10, l-20 jew it-30 punt perċentwali.

Id-Deċiżjoni 2004/162/KE tesponi r-raġunijiet li mmotivaw l-adozzjoni tal-miżuri speċifiċi: l-iżolament, id-dipendenza fir-rigward tal-materja prima u tal-enerġija, l-obbligu li jżiedu l-istokkijiet, id-daqs żgħir tas-suq lokali u l-livell baxx tal-attività ta’ esportazzjoni eċċ. Dawn l-iżvantaġġi kollha ġabu żieda fl-ispejjeż tal-produzzjoni u b’hekk tal-prezz ta’ kemm iqumu l-oġġetti mmanifatturati lokalment li, fin-nuqqas ta’ miżuri speċifiċi, se jkunu inqas kompetittivi minn dawk li ġejjin minn barra, anke b’kunsiderazzjoni tal-ispejjeż ta’ trasport lejn id-DOM. Dan se jagħmliha iktar diffiċli biex tinżamm il-produzzjoni lokali. Il-miżuri speċifiċi li hemm fid-Deċiżjoni 2004/162/KE ġew maħsuba bil-għan li tissaħħaħ l-industrija lokali billi tittejjeb il-kompetittività tagħha.

L-awtoritajiet Franċiżi huma tal-opinjoni li l-iżvantaġġi li jbatu r-reġjuni ultraperiferiċi Franċiżi jippersistu u bejn il-25 ta’ Jannar u s-7 ta’ Ġunju 2013 u dawn bagħtu bosta ittri indirizzati lill-Kummissjoni Ewropea fejn talbu li tinżamm sistema ta’ tassazzjoni differenzjata simili għas-sistema attwali b’seħħ mill-1 ta’ Lulju 2014 sal-31 ta’ Diċembru 2020. L-awtoritajiet Franċiżi jsostnu li l-iżvantaġġi msemmija qabel għandhom karattru permanenti, li r-reġim ta’ tassazzjoni previst bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/162/KE ppermetta biex tinżamm u f’ċerti każijiet biex tiġi żviluppata l-produzzjoni lokali u li dan ma kienx jikkostitwixxi gwadann għall-impriżi benefiċjarji safejn, kollha flimkien, l-importazzjonijiet tal-prodotti soġġettati għal tassazzjoni differenzjata ma komplewx jiżdiedu.

L-analiżi tal-listi tal-prodotti li għalihom l-awtoritajiet Franċiżi jixtiequ japplikaw tassazzjoni differenzjata hi proċess twil li teħtieġ l-awditjar, għal kull prodott, tar-raġunijiet għat-tassazzjoni differenzjata u l-proporzjonalità tat-taxxa, sabiex tiġi żgurata li t-tassazzjoni differenzjata ma tnaqqasx l-integrità u l-koerenza tal-ordni legali tal-Unjoni, inklużi s-suq intern u l-politiki komuni.

Dan ix-xogħol għadu ma tlestiex minħabba n-numru kbir ta’ prodotti involuti (bosta mijiet) u l-kwantità ta’ informazzjoni li trid tinġabar fuq l-istruttura tas-swieq tal-prodotti kkonċernati : l-eżistenza ta’ produzzjoni lokali, l-eżistenza ta’ “importazzjonijiet” sinifikattivi (inklużi dawk minn Franza metropolitana u minn Stati Membri oħrajn) jistgħu jfixklu l-kontinwazzjoni tal-produzzjoni lokali, in-nuqqas ta’ kull monopolju jew kważi monopolju fil-produzzjoni lokali, il-ġustifikazzjoni ta’ kostijiet addizzjonali tal-produzzjoni li huma ta’ xkiel għal prodotti lokali meta mqabbla ma’ prodotti “importati”, u kontrolli biex jiġi żgurat li t-tassazzjoni differenzjata ma tkunx inkompatibbli ma’ politiki oħrajn tal-Unjoni.

Għalhekk in-nuqqas ta’ produzzjoni lokali li fuqha tista’ tiġi applikata l-“octroi de mer” jagħmilha inutli l-entrata fil-lista tal-prodotti li jistgħu jkunu soġġetti għal tassazzjoni differenzjata.  F’dak li għandu x’jaqsam mad-definizzjoni tal-prodotti li jikkostitwixxu l-produzzjoni lokali, b’mod ġenerali nżammu d-deskrizzjonijiet l-aktar preċiżi possibbli tan-nomenklatura magħquda doganali. Fi kwalunkwe każ, f’ċerti każijiet, u għall-prodotti li jidhru fil-listi attwali tal-prodotti li jistgħu jkunu soġġetti għal tassazzjoni differenzjata, nżammu d-deskrizzjonijiet b’erba’ ċifri tan-nomenklatura doganali meta ma kienx hemm il-possibbiltà li jinkisbu d-deskrizzjonjiet doganali aktar preċiżi b’aktar minn erba’ ċifri. F’dan il-każ, huwa possibbli li d-deskrizzjonijiet doganali ta’ erba’ ċfri li nżammu jkopru l-marġni ta’ prodotti li għalihom ma teżistix produzzjoni lokali.

Fir-rigward tal-valutazzjoni tal-kostijiet addizzjonali tal-produzzjoni li t-tassazzjoni differenzjata għandha l-għan li tikkumpensa għalihom, għal kull prodott jew għal kull grupp ta’ prodotti meta bosta prodotti jkollhom kostijiet tal-produzzjoni simili, l-awtoritajiet Franċiżi, taw valutazzjoni tal-kostijiet żejda tal-produzzjoni mġarrba mill-impriżi lokali, skont il-każ : spejjeż tal-provvista, salarji, kostijiet ogħla tal-enerġija, kostijiet finanzjarji li jirrizultaw minn ħażniet akbar, spejjeż ogħla tal-manutenzjoni, nuqqas ta’ utilizzazzjoni tal-impjanti ta’ produzzjoni u drittijiet finanzjarji ogħla.   Ġie vverifikat li l-kostijiet addizzjonali kkalkulati mhumiex anqas mit-tassazzjoni differenzjata mitluba mill-awtoritajiet Franċiżi.

Il-proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill bħad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/162/KE tawtorizza lil Franza biex, sal-31 ta’ Diċembru 2020, tagħti eżenzjonijiet jew tnaqqis tat-taxxa “octroi de mer” fuq ċerti prodotti manifatturati fir-reġjuni ultraperiferiċi Franċiżi (għajr Saint Martin). L-anness tad-Deċiżjoni msemmija hawn fuq jipprovdi l-lista tal-prodotti li għalihom jistgħu japplikaw l-eżenzjonijiet jew it-tnaqqis fit-taxxa. Skont liema jkun il-prodott, id-differenza bejn it-tassazzjoni ta’ prodotti manifatturati lokalment u t-tassazzjoni ta’ prodotti oħra ma tistax taqbeż l-10, l-20 jew it-30 punt perċentwali. Il-parti A tal-Anness telenka l-prodotti li għalihom id-differenza fit-tassazzjoni ma tistax taqbeż l-10 punti perċentwali, il-parti B telenka dawk il-prodotti li għalihom id-differenza ma tistax taqbeż l-20 punt perċentwali, u fl-aħħar nett fil-parti C hemm dawk li għalihom id-differenza ma tistax taqbeż it-30 punt perċentwali.

Il-prodotti li jidhru fl-Anness huma fil-biċċa l-kbira l-istess prodotti li jidhru fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/162/KE. Madankollu wara eżami sħiħ mill-ġdid tal-listi, ġew irtirati għadd ta’ prodotti li għalihom ma kienx hemm jew ma kinitx baqa’ teżisti produzzjoni lokali Min-naħa l-oħra żdiedu xi prodotti li ma jidhrux fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/162/KE iżda li għalihom inbdiet produzzjoni ġdida jew ġiet żviluppata produzzjoni, diġà żdiedu mal-lista tal-prodotti. Fl-aħħar nett, ċerti prodotti nżammu fil-listi iżda t-tassazzjoni differenzjata awtorizzata għal dawn il-prodotti żdiedet (billi pereżempju ġew ittrasferiti minn Parti A għal Parti B tal-Anness) jew tnaqqset (billi pereżempju ġew ittrasferiti minn Parti C għal Parti B) sabiex jitqiesu l-iżvilupp fil-kostijiet addizzjonali.  Skont is-sistema attwali, il-produtturi lokali b’fatturat annwali ta’ anqas minn EUR 550 000 jistgħu jkunu eżentati mill-ħlas tat-taxxa tal-“octroi de mer”. Franza esprimiet ix-xewqa li din l-eżenzjoni tonqos għal EUR 300 000.  Madankollu, biex takkumpanja dan it-tnaqqis fil-limitu tal-eżenzjoni għall-“octroi de mer”, Franza tixtieq tissimplifika l-kondizzjonijiet għall-eżenzjoni tal-intrapriżi li l-bejgħ totali annwali tagħhom hija taħt it-EUR 300 000. Skont is-sistema proposta, l-operaturi li l-bejgħ totali annwali tagħhom huwa taħt dan il-limitu ma jkunux soġġetti għat-taxxa tal-“octroi de mer”. Biex jagħmlu tajjeb għal dan, huma ma jistgħux inaqqsu l-ammont ta’ din it-taxxa mġarrba. Għalhekk din is-sistema hija simili għas-sistema tal-VAT speċjali għal intrapriżi żgħar stipulati fl-Artikoli 282 et seq. tad-Direttiva dwar il-VAT 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006. Għalhekk sistema bħal din tidher li hija aċċettabbli. F’dan il-każ partikolari, Franza jkollha tapplika l-eżenzjonijiet tat-taxxa jew it-tnaqqis imsemmija fl-Artikolu 1 tal-proposta lill-operaturi kollha li għandhom bejgħ annwali ta’ mill-anqas EUR 300 000.

Il-koerenza mar-regoli tal-politika agrikola tfisser li titwarrab l-applikazzjoni tat-taxxa differenzjata  għall-prodotti tal-ikel kollha li jibbenefikaw mill-għajnuna skont il-Kapitolu III tar-Regolament (UE) Nru 228/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Marzu 2013 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura fir-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjon, u magħha b’mod partikolari ir-reġim tal-arranġamenti speċifiċi ta’ provvista. Din il-miżura tevita l-effett li  li tintemm jew titnaqqas l-għajnuna finanzjarja għall-agrikoltura mogħtija skont l-arranġamenti speċifiċi ta’ provvista minħabba t-tassazzjoni ogħla tal-prodotti ssussidjati u soġġetti għat-taxxa tal-“octroi de mer”.  Għal dan il-fini, l-awtoritajiet Franċiżi qablu mal-irtirar tal-prodotti kollha li għalihom se jintalbu l-arranġamenti speċifiċi ta’ provvista għal-2015, mil-listi tal-prodotti  li jistgħu jkunu soġġetti għat-tassazzjoni differenzjata.

L-oġġettivi tal-appoġġ għall-iżvlupp soċjali u ekonomiku tad-Dipartimenti Franċiżi extra-Ewropej, kif previst diġà fid-Deċiżjoni 2004/162/KEE, huma kkonfermati mir-rekwiżiti dwar l-għan tat-taxxa. Huwa obbligu legali li d-dħul minn din it-taxxa jiġi inkorporat fir-riżorsi tar-reġim ekonomiku u tat-taxxa tad-Dipartimenti Franċiżi extra-Ewropej u li jiġi allokat għal strateġija tal-iżvilupp ekonomiku u soċjali li tinvolvi għajnuna għall-promozzjoni tal-attivitajiet lokali.

Il-proposta tipprevedi l-estensjoni b’sitt xhur il-perjodu tal-applikazzjoni tad-Deċiżjoni 2004/162/KE sat-30 ta’ Ġunju 2015.  Din il-miżura tagħti lil Franza ż-żmien meħtieġ biex tittrasponi d-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni tal-Kunsill il-ġdida fil-liġi nazzjonali tagħha.

Is-sistema l-ġdida tapplika għal ħames snin u sitt xhur. Madankollu se jkun meħtieġ li jiġu evalwati r-riżultati tiegħu. Għalhekk sal-31 ta’ Diċembru 2017, l-awtoritajiet Franċiżi għandhom jissottomettu rapport lill-Kummissjoni rigward l-applikazzjoni tal-arranġamenti tat-taxxa introdotti, sabiex tivvaluta l-impatt tal-miżuri meħuda u l-kontribut tagħhom għall-promozzjoni jew għaż-żamma tal-attivitajiet ekonomiċi lokali, fid-dawl tal-iżvantaġġi li jaffettwaw ir-reġuni ultraperiferiċi, kif ukoll biex tivverifika jekk il-benefiċċji tat-taxxa mogħtija lil Franza għal prodotti manifatturati lokalment għad humiex neċessarji u proporzjonati.  Fuq il-bażi ta’ dan ir-rapport, il-Kummissjoni se tissottometti rapport lill-Kunsill u, jekk ikun meħtieġ proposta għall-adattament tad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Deċiżjoni skont is-sejbiet li jkunu saru.

Sabiex jiġi evitat kull nuqqas legali, din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Lulju 2015.

Din id-Deċiżjoni hija bla preġudizzju għall-applikazzjoni possibbli tal-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE,

3.           ELEMENTI ĠURIDIĊI TAL-PROPOSTA

Sommarju tal-miżuri proposti

L-awtorizzazzjoni biex Franza tapplika eżenzjonijiet jew tnaqqis tat-taxxa tal-“octroi de mer” għal ċerti prodotti manifatturati lokalment fir-reġuni ultraperiferiċi Franċiżi tal-Gwadelup, il-Gujana Franċiża, Martinique, il-Majott u Réunion.

Bażi ġuridika

L-Artikolu 349 tat-TFUE.

Il-prinċipju tas-sussidjarjetà

Il-Kunsill biss għandu s-setgħa li jadotta, abbażi tal-Artikolu 349 TFUE, miżuri speċifiċi favur ir-reġjunijiet ultraperiferiċi għall-adattament tal-applikazzjoni tat-Trattati għal dawn ir-reġjuni, inkluża l-politika komuni, minħabba l-iżvantaġġi permanenti li jħallu impatt fuq il-kundizzjonijiet ekonomiċi u soċjali tar-reġjuni ultraperiferiċi.

Għaldaqstant, il-proposta hija konformi mal-prinċipju tas-sussidjarjetà.

Il-prinċipju tal-proporzjonalità

Il-proposta tikkonforma mal-prinċipju tal-proporzjonalità għar-raġunijiet li ġejjin.

Tikkonċerna biss il-prodotti li għalihom saru ġustifikazzjonijiet fir-rigward ta’ kostijiet addizzjonali li jaffettwaw il-prodotti manifatturati lokalment.

Bl-istess mod, id-differenzjal massimu propost għal kull prodott milqut minn din il-proposta huwa limitat għal dak li hu meħtieġ fid-dawl tal-kostijiet addizzjonali li jaffettwaw il-produzzjoni lokali konċernata f’kull każ. B’dan il-mod, il-piż fiskali fuq il-prodotti importati  fir-reġjuni ultraperiferiċi Franċiżi mhuwiex se jaqbeż dak li hu meħtieġ biex tiġi kkumpensata l-kompetittività tal-prodotti manifatturati lokalment vis-à-vis dawn il-prodotti.

Għażla tal-istrument

Strument propost: Deċiżjoni tal-Kunsill.

Mezzi oħra ma jkunux tajbin minħabba r-raġuni li ġejja:

Id-derogi mogħtija skont l-Artikolu 349 tat-TFUE jinsabu fid-Deċiżjonijiet tal-Kunsill.

4.           IMPLIKAZZJONI BAĠITARJA

Il-proposta ma għandha l-ebda impatt fuq il-baġit tal-Unjoni Ewropea.

2014/0308 (CNS)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar ir-reġim tat-taxxa “octroi de mer” fir-reġjuni ultraperiferiċi Franċiżi

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Europea, u b’mod partikolari l-Artikolu 349 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew[1],

Waqt li jaġixxi skont proċedura leġiżlattiva speċjali,

Billi:

(1)       Id-dispożizzjonijiet tat-Trattat, li japplikaw għar-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni, li minnhom jagħmlu parti d-Dipartimenti Franċiżi extra-Ewropej (DOM), fil-prinċipju ma jawtorizzaw l-ebda tassazzjoni differenzjata bejn il-prodotti lokali u dawk li joriġinaw minn Franza metropolitana jew minn Stati Membri oħrajn. L-Artikolu 349 TFUE jipprevedi madankollu l-possibbiltà li jiġu introdotti miżuri speċifiċi favur dawk ir-reġjuni minħabba l-eżistenza ta’ żvantaġġi permanenti li għandhom effett fuq is-sitwazzjoni ekonomika u soċjali tar-reġjuni l-aktar ’il bogħod (ir-reġjuni ultraperiferiċi).

(2)       Għalhekk għandhom jiġu adottati miżuri speċifiċi li jistabbilixxu, b’mod partikolari  l-kondizzjonijiet għall-applikazzjoni tat-Trattat għal dawn ir-reġjuni. Dawn il-miżuri għandhom iqisu l-karatteristiċi speċjali u r-restrizzjonijiet ta’ dawn ir-reġjuni, mingħajr ma jnaqqsu l-integrità u l-koerenza tal-ordni legali tal-Unjoni, inklużi s-suq intern u l-politiki komuni. L-iżvantaġġi li jbatu minnhom ir-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni huma msemmija fl-Artikolu 349 tat-Trattat : l-iżolament, id-dipendenza fir-rigward tal-materja prima u tal-enerġija, l-obbligu li jkollhom istokkijiet kbar, id-daqs żgħir tas-suq lokali flimkien mal-livell baxx tal-attività ta’ esportazzjoni eċċ. Dawn l-iżvantaġġi kollha jikkostitwixxu żieda fil-kostijiet tal-produzzjoni u b’hekk tal-prezz ta’ kemm iqumu l-oġġetti mmanifatturati lokalment li, fin-nuqqas ta’ miżuri speċifiċi, se jkunu inqas kompetittivi minn dawk li ġejjin minn barra, anke b’kunsiderazzjoni tal-ispejjeż tat-trasport lejn id-DOM. Dan se jagħmliha iktar diffiċli biex tinżamm il-produzzjoni lokali. Huwa għalhekk neċessarju li jittieħdu miżuri speċifiċi li jtejbu l-kompetittività bil-għan li tissaħħaħ l-industrija lokali. Bil-għan li tkun restawrata l-kompetittività tal-prodotti manifatturati lokalment, sal-31 ta’ Diċembru 2014, id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/162/KE tawtorizza lil Franza biex tapplika eżenzjonijiet jew tnaqqis tat-taxxa tal-“octroi de mer” għal ċerti prodotti manifatturati fir-reġjuni ultraperiferiċi tal-Gwadelup, tal-Gujana Franċiża, ta’ Martinique, ta’ Réunion u, b’seħħ mill-1 ta’ Jannar 2014, tal-Majott. L-anness tad-Deċiżjoni msemmija hawn fuq jipprovdi l-lista tal-prodotti li għalihom jistgħu japplikaw l-eżenzjonijiet jew it-tnaqqis tat-taxxa. Skont liema jkun il-prodott, id-differenza fit-tassazzjoni ta’ prodotti manifatturati lokalment u t-tassazzjoni ta’ prodotti oħra ma tistax taqbeż l-10, l-20 jew it-30 punt perċentwali.

(3)       Franza talbet biex mill-1 ta’ Jannar 2015 tinżamm sistema simili għal dik tad-Deċiżjoni 2004/162/KE. L-awtoritajiet Franċiżi jsostnu li l-iżvantaġġi msemmija qabel għandhom karattru permanenti, li r-reġim ta’ tassazzjoni previst bid-Deċiżjonit al-Kunsill 2004/162/KE ippermetta biex tinżamm u f’ċerti każijiet biex tiġi żviluppata l-produzzjoni lokali u li dan ma kienx jikkostitwixxi gwadann għall-impriżi benefiċjarji għaliex, kumplessivament, l-importazzjonijiet tal-prodotti soġġettati għal tassazzjoni differenzjata komplew jiżdiedu.

(4)       B’rabta ma’ dan, għal kull reġjun ultraperiferiku konċernat (il-Gwadelup, il-Gujana Franċiża, Martinique, il-Majott u Réunion), Franza bagħtet ħames listi ta’ prodott lill-Kummissjoni li għalihom qed tipproponu l-aplikazzjoni tat-tassazzjoni differenzjata tal-10, l-20 jew it-30 punt perċentwali, skont jekk il-prodotti humiex manifatturati lokalment jew le.  Ir-reġjun ultraperiferiku Franċiż ta’ Saint Martin mhuwiex affettwat.

(5)       Din id-Deċiżjoni timplimenta d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 349 tat-Trattat u tawtorizza lill-awtoritajiet Franċiżi biex japplikaw sistema ta’ tassazzjoni differenzjata għall-prodotti li għalihom hija ġġustifikata l-ewwel nett, minħabba l-eżistenza ta’ produzzjoni lokali, it-tieni nett minħabba l-eżistenza ta’ dħul sinifikanti ta’ oġġetti (inkluż ta’ oriġini minn Franza metropolitana u Stati Membri oħra) li jistgħu jikkompromettu ż-żamma tal-produzzjoni lokali u fl-aħħar nett l-eżistenza ta’ kostijiet addizzjonali li jgħollu l-prezz ta’ renditu tal-produzzjoni lokali meta mqabbel mal-prodotti li joriġinaw minn barra u li jikkompromettu l-kompetittività tal-prodotti manifatturati lokalment. It-tassazzjoni differenzjata awtorizzata ma għandhiex tissupera l-kostijiet addizzjonali ġustifikati. L-applikazzjoni ta’ dawn il-prinċipji għandha tippermetti l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 349 tat-Trattat mingħajr ma tmur lil hinn dak li hu meħtieġ u mingħajr ma jinħoloq vantaġġ mhux ġustifikat għall-produzzjoni lokali, sabiex b’hekk ma jitnaqqsux l-integrità u l-koerenza tal-ordni legali tal-Unjoni, u dan jinkludi s-salvagwardja tal-kompetizzjoni mhux imfixkla fis-suq intern u tal-politiki dwar l-għajnuna Statali.

(6)       Sabiex jiġu ssimplifikati l-obbligi tal-intrapriżi żgħar, l-eżenzjonijiet tat-taxxa jew it-tnaqqis se jaffettwaw l-operaturi kollha li għandhom bejgħ totali annwali ta’  mill-anqas EUR 300 000.  L-operaturi li għandhom bejgħ totali annwali taħt dak il-limitu mhumiex soġġetti għat-taxxa tal-“octroi de mer”; madankollu biex jagħmlu tajjeb għal dan, ma jistgħux inaqqsu l-ammont ta’ din it-taxxa mġarrba “upstream”.

(7)       B’mod simili, il-koerenza mal-liġi Komunitarja tfisser li titwarrab l-applikazzjoni ta’ taxxa differenzjata fuq il-prodotti tal-ikel li jibbenefikaw minn għajnuna skont il-Kapitolu III tar-Regolament (UE) Nru 228/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.[2] Din il-miżura tevita l-effett li tintemm jew titnaqqas l-għajnuna finanzjarja għall-agrikoltura mogħtija skont l-arranġamenti speċifiċi ta’ provvista, minħabba t-tassazzjoni ogħla tal-prodotti ssussidjati u soġġetti għat-taxxa tal-“octroi de mer”.

(8)       L-oġġettivi tal-appoġġ għall-iżvlupp soċjoekonomiku tad-Dipartimenti Franċiżi extra-Ewropej, kif previst diġà fid-Deċiżjoni 2004/162/KEE, huma kkonfermati mir-rekwiżiti dwar l-għan tat-taxxa. Huwa obbligu legali li d-dħul minn din it-taxxa jiġi inkorporat fir-riżorsi tar-reġim ekonomiku u tat-taxxa tad-Dipartimenti Franċiżi extra-Ewropej u li jiġi allokat għal strateġija tal-iżvilupp ekonomiku u soċjali li tinvolvi għajnuna għall-promozzjoni tal-attivitajiet lokali.

(9)       Il-proposta tinvolvi l-estensjoni b’sitt (6) xhur tal-perjodu tal-applikazzjoni tad-Deċiżjoni 2004/162/KE sat-30 ta’ Ġunju 2015. Dan il-perjodu se jippermetti lil Franza tittrasponi din id-Deċiżjoni fil-liġi nazzjonali tagħha.

(10)     L-arranġamenti għandhom japplikaw għal ħames snin u sitt xhur, sal-31 ta’ Diċembru 2020, meta l-linji gwida attwali dwar l-għajnuna Statali fil-livell reġjonali ma jibqgħux japplikaw. Madankollu, ir-riżultati tal-applikazzjoni ta’ dan ir-reġim ta’ arranġamenti se jkollhom jiġu vvalutati. Għalhekk, sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2017, l-awtoritajiet Franċiżi għandhom jissottomettu lill-Kummissjoni rapport dwar l-applikazzjoni tar-reġim ta’ tassazzjoni, billi jindikaw l-impatt tal-miżuri meħuda u l-kontribuzzjoni tagħhom għall-promozzjoni jew għaż-żamma tal-attivitajiet ekonomiċi lokali, filwaqt li jiġu kkunsidrati l-iżvantaġġi li jaffettwaw ir-reġjuni ultraperiferiċi. Ir-rapport se jivverifika jekk il-benefiċċji fiskali mogħtija lil Franza għal prodotti manifatturati lokalment ma jmorrux lil hinn dak li hu strettament meħtieġ u li dawn il-benefiċċji huma dejjem neċessarji u proporzjonati. Ir-rapport għandu jkun fih ukoll analiżi tal-impatt tar-reġim introdott għall-prezzijiet fir-reġjuni ultraperiferiċi Franċiżi. Fuq il-bażi ta’ dan ir-rapport, il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport u, skont il-każ, proposta lill-Kunsill għall-fini tal-adattament tad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Deċiżjoni skont is-sejbiet li jkunu saru.

(11)     Sabiex tiġi evitata kull lakuna legali, jeħtieġ li din id-Deċiżjoni tapplika b’seħħ mill-1 ta’ Lulju 2015

(12)     Din id-Deċiżjoni hija bla preġudizzju għall-applikazzjoni futura tal-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.           B’deroga mill-Artikoli 28, 30 u 110 tat-Trattat, Franza hija awtorizzata biex, sal-31 ta’ Diċembru 2020, tapplika eżenzjonijiet jew tnaqqis tat-taxxa tal-“octroi de mer” fuq il-prodotti elenkati fl-Anness li huma manifatturati lokalment fil-Gwadelup, fil-Gujana Franċiża, f’Martinique, fil-Majott u f’Réunion, bħal reġjuni ultraperiferiċi skont it-tifsira tal-Artikolu 349 tat-Trattat.

Dawn l-eżenzjonijiet jew tnaqqis għandhom ikunu parallel mal-istrateġija tal-iżvilupp soċjali u ekonomiku tar-reġjuni ultraperiferiċi konċernati, billi jqisu l-qafas Komunitarja tagħha, u għandhom jikkontribwixxu għall-promozzjoni tal-attivitajiet lokali filwaqt li ma jkunux tali li jaffettwaw b’mod negattiv il-kundizzjonijiet kummerċjali b’mod li jmorru kontra l-interess komuni.

2.           Fir-rigward tar-rata tat-tassazzjoni applikata għal prodotti simili li ma joriġinawx fir-reġjuni ultraperiferiċi konċernati, l-applikazzjoni tal-eżenzjonijiet totali jew tat-tnaqqis imsemmija fil-paragrafu 1 ma tistax tirriżulta f’differenzi ta’ aktar minn:

a) l-għaxar punti perċentwali għall-prodotti indikati fil-Parti A tal-Anness;

b) l-għoxrin punt perċentwali għall-prodotti indikati fil-Parti B tal-Anness;

c) it-tletin punt perċentwali għall-prodotti indikati fil-Parti C tal-Anness.

Franza għandha timpenja ruħha li  l-eżenzjonijiet jew it-tnaqqis applikati fuq il-prodotti msemmija fl-Anness ma jaqbżux il-perċentwali strettament meħtieġ għaż-żamma, għall-promozzjoni jew għall-iżvilupp tal-attivitajiet lokali.

3.           Franza għandha tapplika l-eżenzjonijiet jew it-tnaqqis tat-taxxa msemmija fiż-żewġ paragrafi preċedenti għall-operaturi li l-bejgħ totali annwali tagħhom jammonta għal jew jaqbeż it-EUR 300 000. L-operaturi kollha li l-bejgħ totali annwali tagħhom huwa taħt dan il-limitu mhumiex soġġetti għat-taxxa tal-“octroi de mer”.

Artikolu 2

Għall-prodotti li jibbenefikaw mir-reġim tal-arranġamenti speċifiċi ta’ provvista previst fil-Kapitolu III tar-Regolament (UE) Nru 228/2013, l-awtoritajiet Franċiżi għandhom japplikaw l-istess reġim ta’ tassazzjoni li tapplika għall-prodotti manifatturati lokalment.

Artikolu 3

Immedjatament Franza għandha tinnotifika lill-Kummissjoni bir-reġimi ta’ tassazzjoni msemmija fl-Artikolu 1.

Sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2017, l-awtoritajiet Franċiżi għandhom jissottomettu lill-Kummissjoni rapport dwar l-applikazzjoni tar-reġim ta’ tassazzjoni msemmi fl-Artikolu 1, billi jindikaw l-impatt tal-miżuri meħuda u l-kontribuzzjoni tagħhom għall-promozzjoni jew għaż-żamma tal-attivitajiet ekonomiċi lokali, filwaqt li jiġu kkunsidrati l-iżvantaġġi li jaffettwaw ir-reġjuni ultraperiferiċi.

Fuq il-bażi ta’ dan ir-rapport, il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport u, skont il-każ, proposta lill-Kunsill.

Artikolu 4

L-Artikolu 1(1) tad-Deċiżjoni 2004/162/KE, kif emendata bid-Deċiżjoni Nru 378/2014/UE tat-12 ta’ Ġunju 2014, id-data tal-“31 décembre 2014” tinbidel bid-data tat-“30 ta’ Ġunju 2015”.

Artikolu 5

L-Artikoli 1 sa 3 jibdew japplikaw mill-1 ta’ Lulju 2015.

L-Artikolu 4 jibda japplika mill-1 ta’ Jannar 2015.

Artikolu 6

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Franċiża.

Magħmul fi Brussell,

                                                                       Għall-Kunsill

                                                                       Il-President

[1]               ĠU C,  , p. .

[2]               Ir-Regolament (UE) Nru 228/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Marzu 2013 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura fir-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 247/2006 (ĠU L 78, 20.3.2013, p. 23).

ANNESS

A. Lista ta’ prodotti li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 1(2)(a) skont il-klassifikazzjoni tan-Nomenklatura tat-Tariffa Doganali Komuni[1]

1. Ir-reġjun ultraperiferiku tal-Gwadelup

0105 11, 0201, 0203, 0207, 0208, 0305 49 80, 0702, 0705 19, 0706 10 00 10, 0707 00 05, 0709 60 10, 0709 60 99, 1106, 2103 30 90, 2103 90 30, 2209 00 91, 2505, 2712 10 90, 2804, 2806, 2811, 2814, 2853 00 10, 3808, 4407 10, 4407 21 à 4407 29, 4407 99, 7003 12 99, 7003 19 90, 7003 20, 8419 19.

2. Ir-reġjun ultraperiferiku tal-Gujana

0105 11, 0702, 0709 60, 0805, 0807, 1006 20, 1006 30, 2505 10, 2517 10, 3824 50, 3919, 3920 43, 3920 51, 6810 11, 7215, 7606 ħlief 7606 91, 9405 60.

3. Ir-reġjun ultraperiferiku ta’ Martinique

0105 11, 0105 12, 0105 15, 0201, 0203, 0207, 0208 10, 0209, 0305, 0403 ħlief 0403 10, 0405, 0706, 0707, 0709 60, 0709 99, 0710 ħlief 0710 90, 0711, 0801 11 à 0801 19, 0802 90, 0803, 0804 30, 0804 50, 0805, 0809 10, 0809 40, 0810 30, 0810 90, 0812, 0813, 0910 91, 1102, 1106 20, 1904 10, 1904 20, 2001, 2005 ħlief 2005 99, 2103 30, 2103 90, 2104 10, 2505, 2710, 2711, 2712, 2804, 2806, 2811 ħlief 2811 21, 2814, 2836, 2853 00 10, 2907, 3204, 3205, 3206, 3207, 3401, 3808, 3820, 4012 11, 4012 12, 4012 19, 4401, 4407 21 à 4407 29, 4408, 4409, 4415 20, 4421 90, 4811, 4820, 6306 12, 6306 19, 6306 30, 6902, 6904 10, 7006, 7003 12, 7003 19, 7113 à 7117, 7225, 7309, 7310 ħlief 7310 21, 7616 91, 7616 99, 8402 90, 8419 19, 8902, 8903 99, 9406.

4. Ir-reġjun ultraperiferiku tal-Majott

0407, 0702, 0704 90 90, 0705 19, 0709 99 10, 0707 00 05, 0708 90, 0709 30, 0709 60, 0709 93 10, 0709 99 60, 0714, 0801 11, 0801 12, 0801 19, 0803, 0804 30, 0805 10, 0904 11, 0904 12, 0905, 1806, 2309 90 ħlief 2309 90 96, 3925 10 00, 3925 90 80, 3926 90 90, 3926 90 97, 6901, 6902, 9021 21 90.

5. Ir-reġjun ultraperiferiku ta’ Réunion

0105 11, 0105 12, 0105 13, 0105 15, 0207, 0208 10, 0208 90 30, 0208 90 98, 0209, 0301, 0302, 0303, 0304, 0305, 0403, 0405 ħlief 0405 10, 0406 10, 0406 90, 0407, 0408, 0601, 0602, 0710, 0711 90 10, 0801, 0803, 0804, 0805, 0806, 0807, 0808, 0809, 0810, 0811, 0812, 0813, 0904, 0909 31, 0910 99 99, 1101 00 15, 1106 20, 1108 14, 1604 14, 1604 19, 1604 20, 1701, 1702, 1903, 1904, 2001, 2002 10, 2004 10 10, 2004 10 91, 2004 90 50, 2004 90 98, 2005 10, 2005 20, 2005 40, 2006, 2007 ħlief 2007 99 97 10, 2103 20, 2103 90, 2104, 2201, 2309 90 ħlief 2309 90 35 et 2309 90 96 90, , 2710 19 81 à 2710 19 99, 3211, 3214, 3402, 3403 99, 3505 20, 3506 10, 3808 92, 3808 99, 3809, 3811 90, 3814, 3820, 3824, 3921 11, 3921 13, 3921 90 90, 3925 10, 3926 90, 4009, 4010, 4016, 4407 10, 4409 10, 4409 21, 4409 29, 4415 20, 4421, 4811, 4820, 6306, 6801, 6811 89, 7007 29, 7009 ħlief 7009 10, 7312 90, 7314 ħlief 7314 20, 7314 39, 7314 41, 7314 49 et 7314 50, 7606, 8310, 8418 50, 8418 69, 8418 91, 8418 99, 8421 21 à 8421 29, 8471 30, 8471 41, 8471 49, 8537, 8706, 8707, 8708, 8902, 8903 99, 9001, 9021 21 90, 9021 29, 9405, 9406, 9506 21, 9506 29, 9619.

B. Lista ta’ prodotti li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 1(2)(b) skont il-klassifikazzjoni tan-Nomenklatura tat-Tariffa Doganali Komuni

1. Ir-reġjun ultraperiferiku tal-Gwadelup

0302, 0306 15, 0306 16, 0306 19, 0307 91, 0307 99, 0403, 0407, 0409, 0807 11, 0807 19 90, 1601, 1602 41 10, 1604 20 10, 1806 31, 1806 32 10, 1806 32 90, 1806 90 31, 1806 90 60, 1901 20, 1902 11, 1902 19, 1905, 2105, 2106, 2201 90, 2202 10, 2202 90, 2207 10, 2208 40, 2309 90 ħlief 2309 90 31 30, 2309 90 51 et 2309 90 96 90, 2523 29, 2828, 3101, 3102 90, 3103 90, 3104 20, 3105 20, 3208, 3209, 3305 10, 3401, 3402, 3406, 3917 ħlief 3917 10 10, 3919, 3920, 3923, 3924 10, 3925 10, 3925 30, 3925 90, 3926 90, 4418 10, 4418 20, 4418 90, 4818 10, 4818 20, 4818 30, 4818 90, 4821 10, 4821 90, 4823 40, 4823 61, 4823 69, 4823 70 10, 4910, 4911 10, 6303 12, 6303 91, 6303 92 90, 6303 99 90, 6306 12, 6306 19, 6306 30, 6810 ħlief 6810 11 10, 7213 10, 7213 91 10, 7214 20, 7214 99 10, 7308 30, 7308 40, 7308 90 59, 7308 90 98, 7309 00 10, 7310 10, 7310 21 11, 7310 21 19, 7310 29, 7314 ħlief 7314 12, 7610 10, 7610 90 90, 7616 99 90, 9001 40, 9404 10, 9404 21, 9406 00 20.

2. Ir-reġjun ultraperiferiku tal-Gujana

0201, 0203, 0204, 0206 10 95, 0206 10 98, 0206 30, 0206 80 99, 0207 11, 0207 13, 0207 41, 0207 43, 0208 10, 0208 90 10, 0208 90 30, 0209 10 90, 0209 90, 0210 11, 0210 12, 0210 19, 0210 99, 0302, 0303 89, 0304, 0305 39 90, 0305 49 80, 0305 59 80, 0305 69 80, 0306 17, 0403 10, 0406 10, 0406 40, 0406 90, 0901 ħlief 0901 90, 1601, 1602, 1604 11 à 1604 20, 1605 10 à 1605 29, 1605 52 à 1605 54, 1905, 2001 90 10, 2001 90 20, 2001 90 40, 2001 90 70, 2001 90 92, 2001 90 97, 2006 00 10, 2006 00 31, 2006 00 35, 2006 00 38 81, 2006 00 38 89, 2006 00 91, 2006 00 99 99, 2008 11, 2008 99 ħlief 2008 99 48 19, 2008 99 48 99, 2008 99 49 80, 2103, 2105, 2106 90 98, 2201 , 2202, 2208 40, 2309 90 ħlief 2309 90 96 90, 2309 90 96 30, 2309 90 31 30, 2309 90 35, 2309 90 43, 2309 90 41 20, 2309 90 41 80 et 2309 90 51, 2828 90, 3208 90, 3209 10, 3402, 3809 91, 3923 ħlief 3923 10, 3923 40 et 3923 90, 3925, 3926 90, 4201, 4817, 4818, 4819 40, 4819 50, 4819 60, 4820 10, 4821 10, 4823 69, 4823 90 85, 4905 91, 4905 99, 4909, 4910, 4911, 5907, 6109, 6205, 6206, 6306 12, 6306 19, 6307 90 98, 6802 23, 6802 29, 6802 93, 6802 99, 6810 19, 6815, 7006 00 90, 7009, 7210, 7214 20, 7214 99, 7216, 7301, 7306, 7308 10, 7308 30, 7308 90, 7309, 7310 ħlief 7310 21 11 et 7310 21 19, 7314, 7326 90 98, 7411, 7412, 7604, 7607, 7610 10, 7610 90, 7612 10, 7612 90 30, 7612 90 80, 7616 91, 7616 99, 7907, 8211, 8421 21 00 90, 8537 10, 9404 21, 9405 20, 9405 40.

3. Ir-reġjun ultraperiferiku ta’ Martinique

0210 11, 0210 12, 0210 19, 0210 20, 0210 99 41, 0210 99 49, 0210 99 51, 0210 99 59, 0302, 0303, 0304, 0306, 0307, 0403 10, 0406 10, 0406 90 50, 0407, 0408 99, 0409, 0601, 0602, 0603, 0604, 0702, 0704 90, 0705, 0710 90, 0807, 0811, 1601, 1602, 1604 20, 1605 10, 1605 21, 1605 62, 1702, 1704 90 61, 1704 90 65, 1704 90 71, 1806, 1902, 2005 99, 2105, 2106, 2201, 2202 10, 2202 90, 2208 40, 2309 ħlief 2309 90 96 30, 2517 10, 2523 21, 2523 29, 2811 21, 2828 10, 2828 90, 3101, 3102, 3103, 3104, 3105, , 3208, 3209, 3210, 3211, 3212, 3213, 3214, 3215, 3303, 3304, 3305, 3402, 3406, 3917,3919, 3920, 3921 11, 3921 19, 3923 21, 3923 29, 3923 30, 3924, 3925, 3926 10, 3926 30, 3926 90 92, 4418 10, 4418 20, 4418 90, 4818 10, 4818 20, 4818 30, 4818 40, 4818 90, 4819, 4821, 4823, 4902, 4907 00 90, 4909, 4910, 4911 10, 6103, 6104, 6105, 6107, 6109 10, 6109 90 20, 6109 90 90, 6203, 6204, 6205, 6207, 6208, 6805, 6810 11, 6810 19, 6810 91, 6811 81, 6811 82, , 7015 10, 7213, 7214, 7217, 7308, 7314, 7610, 8421 21, 8708 21 90, 8708 99 97, 8716 40, 8901 90 10, 9021 21, 9021 29, 9401 30, 9401 51, 9401 59, 9401 69, 9401 71, 9401 79, 9401 90, 9403, 9404 10, 9404 21, 9405 60.

4. Ir-reġjun ultraperiferiku tal-Majott

0301, 0302, 0303, 0304, 0305, 4407, 4409, 4414, 4418, 4419, 4420, 4421, 4819, 4821, 4902, 4909, 4910, 4911, 7003, 7005, 7210, 7212 30, 7216 61 90, 7216 91 10, 7301, 7308 30 7312, 7314, 7326 90 98, 7606, 7610 10, 8310, 9401 69, 9401 90 30, 9403 20 80, 9403 40, 9406 00 31, 9406 00 38.

5. Ir-reġjun ultraperiferiku ta’ Réunion

0306 11, 0306 16, 0306 17, 0306 21, 0306 26, 0306 27, 0307 11, 0307 19, 0307 59, 0409, 0603, 0604 20 40, 0604 90 91, 0604 90 99, 0709 60, 0901 21, 0901 22, 0910 11, 0910 12, 0910 30, 0910 91 10, 0910 91 90, 1516 20, 1601, 1602, 1605,1704, 1806, 1901, 1902, 1905, 2005 51, 2005 59, 2005 99 10, 2005 99 30, 2005 99 50, 2005 99 80, 2008 ħlief 2008 19 19 80, 2008 30 55 90, 2008 40 51 90, 2008 40 59 90, 2008 50 61 90, 2008 60 50 90, 2008 70 61 90, 2008 80 50 90, 2008 97 59 90 et 2008 99 49 80, 2105, 2106 90, 2208 40, 2309 10, 3208, 3209, 3210, 3212, 3301 12, 3301 13, 3301 24, 3301 29, 3301 30, 3401 11, 3917, 3920, 3921 90 60, 3923, 3925 20, 3925 30, 4012, 4418, 4818 10, 4819 10, 4819 20, 4821, 4823 70, 4823 90, 4909, 4910, 4911 10, 4911 91, 7216 61 10, 7308 ħlief 7308 90, 7309, 7310, 7314 20, 7314 39, 7314 41, 7314 49, 7314 50, 7326, 7608, 7610, 7616 91, 7616 99 90, 8419 19, 8528 51, 8528 71, 8528 72, 8528 73, 9401 ħlief 9401 10 et 9401 20, 9403, 9404 10, 9506 99 90.

C. Lista ta’ prodotti li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 1(2)(c) skont il-klassifikazzjoni tan-Nomenklatura tat-Tariffa Doganali Komuni

1. Ir-reġjun ultraperiferiku tal-Gwadelup

0901 21, 0901 22, 1006 30, 1006 40, 1101, 1701, 2007, 2009 ħlief 2009 11 99 98, 2009 49 99 90, 2009 79 19 90, 2009 89 69 90, 2009 89 73 90, 2009 89 97 99, 2009 90 59 39 et 2009 90 59 90, 2208 70[2], 2208 90[3], 7009 91, 7009 92.

2. Ir-reġjun ultraperiferiku tal-Gujana

1702, 2007, 2009 ħlief 2009 11 99 98, 2009 31 19 99, 2009 49 99 90, 2009 89 36 90, 2009 81 99 90 et 2009 90 98 80, 2203, 2208 70[4], 2208 90[5], 4403 49, 4403 99 95, 4407 22, 4407 29, 4407 99 96, 4409 29 91, 4409 29 99, 4418 10 10, 4418 10 90, 4418 20 10, 4418 20 80, 4418 40, 4418 50, 4418 60, 4418 90, 4420 10, 9403 40 10, 9406 00 11, 9406 00 20, 9406 00 38.

3. Ir-reġjun ultraperiferiku ta’ Martinique

0901 21, 0901 22, 1006 30, 1006 40, 1101 00 11, 1101 00 15, 1701, 1901, 1905, 2006 00 10, 2006 00 35, 2006 00 91, 2007 ħlief 2007 10 99 15, 2007 99 33 15, et 2007 99 39 29, 2008 ħlief 2008 20 51, 2008 50 61 90, 2008 60 50 10, 2008 80 50 90, 2008 93 93 90, 2008 97 51 90, 2008 97 59 90, 2008 99 48 94, 2008 99 48 99, 2008 99 49 80 et 2008 99 99 90, 2009 ħlief 2009 11 99 96, 2009 11 99 98, 2009 19 98 99, 2009 29 99 90, 2009 39 39 19, 2009 39 39 99, 2009 49 30 91, 2009 49 30 99, 2009 49 91 90, 2009 69 51 10, 2009 79 11 91, 2009 79 11 99, 2009 89 97 99[6], 2009 89 99 99[7] et 2009 90 59 90[8], 2203, 2204 29, 2205, 2208 70[9], 2208 90[10], 7009 91, 7009 92, 7212 30, 9001 40.

4. Ir-reġjun ultraperiferiku tal-Majott

0401, 0403, 0406, 1601, 1602, 1901, 1905, 2105, 2201, 2202, 2203, 3301 29 11, 3301 29 31, 3401, 3402, 9404 29 90.

5. Ir-reġjun ultraperiferiku ta’ Réunion

0905 10, 1512 19, 1514 19 90, 1515 29, 2009 ħlief 2009 11 99 96, 2009 19 98 99, 2009 29 99 90, 2009 39 31 19, 2009 69 19 10, 2009 69 51 10, 2009 79 19 90, 2009 79 98 20, 2009 89 69 90[11], 2009 89 73 90, 2009 89 97 99[12], 2009 89 99 99[13], 2009 90 51 80 et 2009 90 59[14], 2202 10, 2202 90, 2203, 2204 21 79, 2204 21 80, 2204 21 83, 2204 21 84, 2204 29 83, 2204 29 84, 2206 00 59, 2206 00 89, 2208 70[15], 2208 90[16], 2402 20, 7113, 7114, 7115, 7117, 7308 90, 9404 21 10, 9404 21 90, 9404 29 10, 9404 29 90.

[1]               L-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju, 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana  (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1), kif emendat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1001/2013 tal- 4 ta’ Ottubru 2013 (ĠU L 290, 31.10.2013).

[2]               Biss għall-prodotti li fihom ir-rum tal-kodiċi 2208 40.

[3]               Biss għall-prodotti li fihom ir-rum tal-kodiċi 2208 40.

[4]               Biss għall-prodotti li fihom ir-rum tal-kodiċi 2208 40.

[5]               Biss għall-prodotti li fihom ir-rum tal-kodiċi 2208 40.

[6]               Meta l-livell Brix tal-prodott huwa akbar minn 20.

[7]               Meta l-livell Brix tal-prodott huwa akbar minn 20.

[8]               Meta l-livell Brix tal-prodott huwa akbar minn 20.

[9]               Biss għall-prodotti li fihom ir-rum tal-kodiċi 2208 40.

[10]             Biss għall-prodotti li fihom ir-rum tal-kodiċi 2208 40.

[11]             Meta l-livell Brix tal-prodott huwa akbar minn 20.

[12]             Meta l-livell Brix tal-prodott huwa akbar minn 20.

[13]             Meta l-livell Brix tal-prodott huwa akbar minn 20.

[14]             Meta l-livell Brix tal-prodott huwa akbar minn 20.

[15]             Biss għall-prodotti li fihom ir-rum tal-kodiċi 2208 40.

[16]             Biss għall-prodotti li fihom ir-rum tal-kodiċi 2208 40.