Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, f'konformità mal-Punti 13 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta’ Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni EGF/2014/005 FR/GAD) minn Franza /* COM/2014/0662 final */
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA 1. Ir-regoli applikabbli
għall-kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-Fond Ewropew ta’
Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG) huma stabbiliti
fir-Regolament (UE) Nru 1309/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Fond Ewropew ta’
Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2014-2020) u li jħassar
ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006[1]
(ir-"Regolament FEG"). 2. L-awtoritajiet
Franċiżi ressqu l-applikazzjoni EGF/2014/005 FR/GAD għal kontribuzzjoni
finanzjarja mill-FEG, wara s-sensji li ngħataw minn GAD société anonyme
simplifiée (minn hawn 'il quddiem "GAD") fi Franza. 3. Wara l-valutazzjoni
tagħha ta’ din l-applikazzjoni, il-Kummissjoni kkonkludiet li,
f'konformità mad-dispożizzjonijiet kollha applikabbli tar-Regolament
tal-FEG, il-kundizzjonijiet għall-għoti ta’ kontribuzzjoni
finanzjarja mill-FEG huma sodisfati. SOMMARJU TAL-APPLIKAZZJONI Applikazzjoni tal-FEG || EGF/2014/005 FR/GAD Stat Membru || Franza Reġjun(i) inkwistjoni (Livell NUTS 2) || Bretagne (FR 52) u Pays de la Loire (FR51) Data tat-tressiq tal-applikazzjoni || 6.6.2014 Data tal-konferma tar-riċevuta tal-applikazzjoni || 13.6.2014 Data tat-talba għal informazzjoni addizzjonali || 23.6.2014 Id-data ta’ skadenza għall-għoti tal-informazzjoni addizzjonali || 4.8.2014 Data ta’ skadenza għat-tlestija tal-valutazzjoni || 24.10.2014 Kriterju ta' intervent || L-Artikolu 4(1)(a) tar-Regolament tal-FEG Intrapriża ewlenija || GAD société anonyme simplifiée Settur(i) tal-attività ekonomika (Diviżjoni ta’ NACE Rev. 2)[2] || Diviżjoni 10 ("Manifattura ta’ prodotti tal-ikel") Għadd ta’ sussidjarji, fornituri u produtturi fl-istadju aħħari tal-produzzjoni || 0 Perjodu ta’ referenza (erba’ xhur): || 29.11.2013 - 28.03.2014 Għadd ta’ sensji jew waqfiet ta’ attivitajiet matul il-perjodu ta’ referenza (a) || 744 Għadd ta’ sensji jew waqfiet ta’ attivitajiet qabel jew wara l-perjodu ta’ referenza (b) || 16 Għadd totali ta’ sensji (a + b) || 760 Għadd totali stmat ta’ benefiċjarji fil-mira || 760 Għadd ta’ żgħażagħ barra mill-edukazzjoni, impjieg jew taħriġ (NEETs) fil-mira || 0 Il-baġit għas-servizzi personalizzati (EUR) || 1 500 000 Il-baġit għall-implimentazzjoni tal-FEG[3] (EUR) || 30 000 Il-baġit totali (EUR) || 1 530 000 Kontribuzzjoni tal-FEG (60 %) (EUR) || 918 000 VALUTAZZJONI TAL-APPLIKAZZJONI Proċedura 4. Fis-6 ta’ Ġunju 2014,
l-awtoritajiet Franċiżi ressqu l-applikazzjoni EGF/2014/005 FR/GAD fi
żmien 12-il ġimgħa mid-data li fiha l-kriterji ta’ intervent
stabbiliti fl-Artikolu 4 tar-Regolament tal-FEG ġew issodisfati.
Il-Kummissjoni rrikonoxxiet il-wasla tal-applikazzjoni fi żmien
ġimagħtejn mid-data tat-tressiq tal-applikazzjoni,
fit-13 ta’ Ġunju 2014, u talbet informazzjoni addizzjonali
mingħand l-awtoritajiet Franċiżi fit-23 ta’ Ġunju 2014.
Din l-informazzjoni addizzjonali ngħatat fi żmien sitt
ġimgħat mid-data tat-talba. Iż-żmien ta' 12-il
ġimgħa mill-wasla tal-applikazzjoni kompluta li fih il-Kummissjoni
għandha tiffinalizza l-valutazzjoni tagħha tal-konformità
tal-applikazzjoni mal-kundizzjonijiet għall-għoti ta’ kontribut finanzjarju
jiskadi fl-24 ta’ Ottubru 2014. Eliġibbiltà tal-applikazzjoni L-intrapriżi u l-benefiċjarji
inkwistjoni 5. L-applikazzjoni
tikkonċerna 760 ħaddiem issensjati minn GAD. L-intrapriża
topera fis-settur ekonomiku kklassifikat taħt id-diviżjoni 10
ta’ NACE Rev. 2 ("Manifattura ta' prodotti tal-ikel"), u
speċifikament fil-qatla u l-ipproċessar tal-laħam tal-majjal.
Is-sensji mogħtija mill-intrapriża inkwistjoni jinstabu l-aktar
fir-reġjuni tal-livell NUTS[4]
2 ta' Bretagne (FR52) u Pays de la Loire (FR51). Kriterju ta' intervent 6. L-awtoritajiet
Franċiżi ressqu l-applikazzjoni skont il-kriterju ta’ intervent
tal-Artikolu 4(1)(a) tar-Regolament tal-FEG, li jeħtieġ li minn
tal-anqas 500 ħaddiem jingħataw is-sensja jew li titwaqqaf
l-attività ta’ persuni li jaħdmu għal rashom, fuq perjodu ta’
referenza ta’ erba’ xhur, f’intrapriża fi Stat Membru, inklużi
l-ħaddiema li jingħataw is-sensja mill-fornituri u l-produtturi
fl-istadju aħħari tal-produzzjoni tagħha / jew persuni li
jaħdmu għal rashom li l-attività tagħhom twaqqfet. 7. Il-perjodu
ta’ referenza ta’ erba’ xhur huwa mid-29 ta’ Novembru 2013
sat-28 ta’ Marzu 2014. 8. L-applikazzjoni
tikkonċerna 744 ħaddiema li ngħataw is-sensja[5] minn GAD matul il-perjodu ta’ referenza ta’ erba’ xhur. Il-kalkolu tas-sensji u tal-waqfien
tal-attività 9. Is-senji kollha ġew
ikkalkulati mid-data tan-notifika individwali tal-impjegatur dwar
it-tkeċċija jew it-terminazzjoni tal-kuntratt tal-impjieg
tal-ħaddiem. Benefiċjarji eliġibbli 10. Flimkien mas-744 ħaddiem
diġà msemmija, l-għadd totali ta’ benefiċjarji eliġibbli
jinkludi 16-il ħaddiem li ngħataw is-sensja wara l-aħbar
ġenerali tas-sensji pproġettati fit-28 ta’ Frar 2013 u qabel
il-perjodu ta’ referenza ta’ erba’ xhur. Peress li kemm is-sensji mogħtija
fil-perjodu ta’ referenza u dawk mogħtija qabel ġew ikkawżati
mill-istess avvenimenti (stipulati f’aktar dettall hawn taħt), tista’
tiġi stabbilita rabta kawżali ċara, kif meħtieġ
mill-Artikolu 6(1) tar-Regolament tal-FEG. Għaldaqstant, dawn
is-16-il ħaddiem huma eliġibbli għall-appoġġ mill-FEG.
11. L-għadd totali ta’
benefiċjarji eliġibbli huwa ta' 760. Ir-rabta bejn is-sensji u l-kriżi
finanzjarja u ekonomika globali indirizzata fir-Regolament (KE)
Nru 546/2009 12. Sabiex tiġi stabbilita
r-rabta bejn l-għoti tas-sensji u l-kriżi finanzjarja u ekonomika
globali indirizzata fir-Regolament (KE) Nru 546/2009, Franza targumenta li
l-kriżi finanzjarja u ekonomika globali wasslet għal tnaqqis
fil-konsum tal-laħam tal-majjal fl-Ewropa, li wassal għal tnaqqis fil-produzzjoni
tal-laħam tal-majjal u l-ammont ta’ materjal ipproċessat minn
biċċeriji bħal GAD. Filwaqt li l-konsum tal-laħam
tal-majjal fl-2007 kien għadu 43 kg ir-ras fis-sena, dan kien
niżel għal 39 kg fis-sena fl-2013. Dan it-tnaqqis fil-konsum,
ikkawżat mill-kriżi finanzjarja u ekonomika globali, affettwa wkoll
tipi oħra ta’ laħam, iżda laqat partikolarment b'mod
ħażin il-majjal, peress li l-prezz tiegħu kien qed jiżdiedu
b’rata aktar mgħaġġla minn dik ta’ laħmijiet oħra,
partikolarment taċ-ċanga. 13. Il-ġwież
tal-ħnieżer jikkonsisti prinċipalment f’taħlita ta’
qmuħ varji - il-qamħirrum, il-qamħ, ix-xgħir u s-sojja
b’mod partikolari. Ħafna minn dan huwa impurtat minn pajjiżi barra
l-UE, bħalma huma l-Istati Uniti, l-Awstralja u l-Amerika t’Isfel. Dawn
ir-reġjuni ġew milquta min-nixfa f’dawn l-aħħar snin, u dan
wassal għal żidiet konsiderevoli fil-prezz tal-ġwież
tal-ħnieżer. Bejn l-2006 u l-2011, il-prezz ta’ tunnellata
ġwież tal-ħnieżer żdied minn EUR 150 għal EUR
250, u laħaq l-EUR 300 fit-tieni nofs tal-2012 u baqa' f’medja ta’ EUR 287
fi Franza tul l-2013. L-ispiża għandha tiġi rkuprata fil-prezz
tal-bejgħ tal-ħnieżer lesti, u li fl-aħħar nett
tiġi mgħoddija lill-konsumatur. Fi żmien meta l-UE kienet
għadha qed issofri mill-effetti tal-kriżi, il-konsumaturi ma ridux
jew ma setgħux jixtru l-istess ammonti ta’ laħam tal-majjal li kienu
mixtrija qabel. GAD, bħala biċċerija u intrapriża
tal-ipproċessar tal-laħam, inqabdet bejn żewġ settijiet ta’
pressjonijiet tal-prezz - dik tar-raħħala li bdew jitħabtu biex
ilaħħqu maż-żieda fil-prezz tal-għalf, u dik
tal-konsumaturi li bdew jitħabtu biex ilaħħqu ma’ dħul
imnaqqas. Peress li din il-pressjoni damet sejra għal ħames snin u
aktar, l-impriża spiċċat f’diffikultajiet finanzjarji serji. 14. Il-marġini gross ta' GAD
naqas minn EUR 123 miljun fl-2010 għal EUR 107 miljun fl-2012/13. Filwaqt
li l-intrapriża għamlet qligħ ta’ EUR 16 miljun fl-2008, din
bdiet tagħmel it-telf fl-2009, u spiċċat biex fl-2012 u l-2013
għamlet telf ta' EUR 20 miljun. Id-dħul gross kien waqa’ minn EUR
495,1 miljun fl-2008 għal EUR 445,8 miljun fl-2009 u qatt ma rkupra minn
dan it-tnaqqis. Fis-27 ta’ Frar 2013, il-kumpanija tpoġġiet fi
proċedura ta’ riċevitura, wara li għamlet telf ta’ EUR 65 miljun
tul il-perjodu mill-2010 sa Ġunju tal-2013. 15. Sal-lum, is-settur tal-"Manifattura
ta' prodotti tal-ikel" kien is-suġġett ta’ tliet
applikazzjonijiet tal-FEG[6],
li kienu bbażati wkoll fuq il-kriżi finanzjarja u ekonomika globali. Avvenimenti li wasslu għas-sensji u
l-waqfien tal-attività 16. Fit-22 ta’ Frar 2013, GAD ma
baqgħetx f'pożizzjoni tħallas id-djun tagħha;
għaldaqstant tqegħdet taħt riċevitura mill-Qorti fis-27 ta’
Frar 2013. 17. L-avvenimenti li wasslu
għas-sensji minn GAD huma l-għeluq ta’ tliet siti ta’ produzzjoni,
f’Lampaul u Saint-Martin (it-tnejn li huma fi Bretagne) u Saint-Nazaire
(f'Loire-Atlantique). Żewġ siti oħra għadhom
miftuħin, wieħed f’Lampaul u ieħor f'Josselin (it-tnejn fi
Bretagne). L-impatt mistenni tas-sensji fir-rigward
tal-ekonomija lokali, reġjonali jew nazzjonali u l-impjiegi 18. Is-sensji għandhom impatt
negattiv sinifikanti fuq l-ekonomija reġjonali fi Bretagne, partikolarment
billi s-settur tal-agrokummerċ kien meqjus bħala relattivament sikur
fis-snin ta’ wara l-kriżi finanzjarja u ekonomika globali. Fi Bretagne
l-impjiegi huma aktar dipendenti fuq is-settur agro-agrikolu milli hu,
bħala medja, fil-kumplament ta' Franza (11% fi Bretagne meta mqabbel ma'
5% bħala medja fi Franza). 19. Il-ħaddiema diġà qed
jiġu appoġġati bil-miżuri varji li qed jgħinuhom isibu
impjiegi ġodda, u sal-20 ta’ Mejju 2014, 108 minnhom kienu diġà sabu
kuntratti ta’ aktar minn sitt xhur u 66 oħra ta' anqas minn sitt xhur,
filwaqt li tlieta bdew in-negozju tagħhom stess. Kważi kollha kemm
huma kienu għażlu li jibqgħu fir-reġjun. Benefiċjarji fil-mira u azzjonijiet proposti Benefiċjarji fil-mira 20. L-għadd stmat ta’
ħaddiema fil-mira li mistennija jipparteċipaw fil-miżuri huwa
ta' 760. It-tqassim tal-ħaddiema fil-mira skont is-sess,
iċ-ċittadinanza u l-grupp ta’ età huwa kif ġej: Kategorija || Għadd ta' benefiċjarji fil-mira Sess: || Irġiel: || 487 || (64,08 %) || Nisa: || 273 || (35,92 %) Ċittadinanza: || Ċittadini tal-UE: || 760 || (100,00 %) || Mhux ċittadini tal-UE: || 0 || (0,00 %) Grupp ta’ età: || 15-24 sena: || 6 || (0,79 %) || 25-54 sena: || 620 || (81,58 %) || 55-64 sena: || 133 || (17,50 %) || 'il fuq minn 64 sena: || 1 || (0,13 %) Eliġibbiltà tal-azzjonijiet
proposti 21. Is-servizzi
personalizzati li jridu jiġu pprovduti lill-ħaddiema li ngħataw
is-sensja jikkonsistu f'azzjoni waħda biss: Pariri u gwida lill-ħaddiema ssensjati
mogħtija minn tim ta’ konsulenti esperti (Cellule de reclassement): Peress
li l-Istat Franċiż u l-kumpanija li tat is-sensji qed jiffinanzjaw
flimkien firxa ta' miżuri attivi biex jgħinu lill-ħaddiema
jerġgħu jidħlu fis-suq tax-xogħol, Franza qed titlob
mill-FEG il-finanzjament biss tal-punt ta' kuntatt waħdieni (cellule de
reclassement) li jagħti pariri u gwida lill-ħaddiema ssensjati. Is-Cellule de reclassement huwa mmexxi minn
żewġ aġenziji kuntrattwali, ALTEDIA u ADVANCIA, li l-kompitu
tagħhom huwa li jassistu u jigwidaw lill-ħaddiema mogħtija
s-sensja u jgħinuhom isibu soluzzjonijiet li jagħtuhom
il-kapaċità li jibqgħu fis-suq tax-xogħol u jidħlu
f'impjiegi oħra. L-aġenziji huma kkuntrattati biex jagħtu
lil kull parteċipant (a) passaġġ tal-karriera personalizzat u
(b) biżżejjed offerti ta' impjieg, huma għandhom (c)
jagħtuhom il-kapaċità li jikkonsultaw esperti ġenerali u/jew
esperti speċjalizzati fil-ħoqlien tal-intrapriżi, li
għandhom għarfien eċċellenti tas-suq tal-impjiegi fir-reġjun
u huma disponibbli u reattivi. ALTEDIA impenjat ruħha li ssib soluzzjoni
personalizzata għal 80 % tal-parteċipanti fi żmien 15-il
xahar. Din is-soluzzjoni tista’ tkun xogħol ġdid għal perijodu
ta’ mhux anqas minn 6 xhur, il-ħolqien jew it-twellija ta' negozju,
programm ta' taħriġ fuq terminu twil li jinkludi minn tal-anqas 300
siegħa, jew f'każi eċċezzjonali it-tluq mill-programm
tal-aġenzija għal raġunijiet personali. Is-soluzzjoni
aċċettabbli minima tkun it-tressiq ta' żewġ offerti xierqa
ta' impjieg (li jaqblu mal-ħiliet rilevanti, ma jkunux anqas minn 85% tas-salarju
preċedenti, mhux aktar minn 40 km jew siegħa (1) ta' vjaġġ
lura mid-dar). L-awtoritajiet ser jipprovdu sessjonijiet ta'
ħidma ta’ taħriġ għall-kompetenzi ġenerali (peż.
it-tħejjija tas-CV, it-ħejjija għall-intervista, il-ħiliet
tat-tiftix għax-xogħol u l-ħolqien ta’ negozju),
taħriġ fl-użu tal-internet, fieri tal-impjiegi u laqgħat
ma' impjegaturi jew rappreżentanti tas-settur, u laqgħat ma’
istituzzjonijiet tat-taħriġ. L-attivitajiet tal-aġenziji se jkunu
sorveljati minn kumitat u permezz ta’ rapporti regolari bil-miktub. L-aġenziji se jitħallsu għal kull
ħaddiem parteċipanti (u abbażi tal-prova meħtieġa)
skont l-iskala ta' hawn taħt, filwaqt li l-miżuri attwali nfushom (peż.
il-korsijiet ta’ taħriġ itwal) mhumiex inklużi fil-baġit
preżentat għall-FEG. Il-ħlas se jsir bin-nifs u abbażi
tar-riżultati miksuba. EUR 1 600 għall-gwida
personalizzata (mentoring) u l-appoġġ, fejn ma kienx possibbli
li tinstab soluzzjoni għall-ħaddiem issensjat, EUR 1 800 meta ħaddiem issensjat
ikun sab xogħol għal perjodu sa sitt xhur jew beda jwaqqaf negozju
ġdid jew ħa kors tat-taħriġ rikonoxxut għal minn
tal-anqas tliet xhur jew kiseb għarfien ta' esperjenza miksuba qabel, EUR 1 900 meta ħaddiem issensjat
ikun sab xogħol b’kuntratt ta’ sitt xhur jew aktar, EUR 2 000 meta ħaddiem issensjat
ikun sab impjieg permanenti jew beda negozju ġdid. 22. L-azzjoni
proposta, deskritta hawnhekk, tikkostitwixxi miżura attiva fis-suq
tax-xogħol fi ħdan l-azzjonijiet eliġibbli stabbiliti
fl-Artikolu 7 tar-Regolament tal-FEG. Din l-azzjoni ma tiħux post
miżuri passivi ta’ ħarsien soċjali. 23. L-awtoritajiet
Franċiżi taw l-informazzjoni meħtieġa dwar azzjonijiet li
huma obbligatorji għall-intrapriża kkonċernata permezz
tal-liġi nazzjonali jew skont l-arranġamenti kollettivi. Huma
kkonfermaw li l-kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG mhux se tieħu post
azzjonijiet bħal dawn. Baġit stmat 24. L-ispejjeż totali stmati
huma ta’ EUR 1 530 000, li jinkludu nefqa għal servizzi
personalizzati ta’ EUR 1 500 000 u nefqa għal attivitajiet
preparatorji, ta’ ġestjoni, informazzjoni u pubbliċità, kontroll u
rapportar ta’ EUR 30 000. 25. Il-kontribuzzjoni
finanzjarja totali mitluba mill-FEG hija ta’ EUR 918 000 (60%
tal-ispejjeż totali). Azzjonijiet || Numru stmat ta’ parteċipanti || Spiża stmata għal kull parteċipant (f’EUR) || Spejjeż totali stmati (f’EUR) Servizzi personalizzati (Azzjonijiet skont l-Artikolu 7(1)(a) u (c) tar-Regolament tal-FEG) Il-korp intermedju li jagħti pariri u gwida għall-ħaddiema ssensajti (Cellule de reclassement) || 760 || 1 974 || 1 500 000 Subtotal (a): || – || 1 500 000 (100 %) Benefiċċji u inċentivi (Azzjonijiet skont l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament tal-FEG) Allokazzjonijiet u inċentivi || 0 || 0 || 0 Subtotal (b): || – || 0 (0 %) L-Artikolu 7(4)(a) tar-Regolament tal-FEG 1. Attivitajiet preparatorji || – || 0 2. Ġestjoni || – || 0 3. Informazzjoni u pubbliċità || – || 0 4. Kontroll u rapportar || – || 30 000 Subtotal (c): || – || 30 000 (1,96 %) Spejjeż totali (a + b + c): || – || 1 530 000 Kontribuzzjoni tal-FEG (60 % tal-ispejjeż totali) || – || 918 000 Perjodu ta’ eliġibbiltà tan-nefqa 26. L-awtoritajiet
Franċiżi bdew jagħtu s-servizz tas-Cellule de reclassementlill-benefiċjarji
fil-mira fit-3 ta’ Jannar 2014. Għaldaqstant, in-nefqa fuq
l-azzjonijiet imsemmija fil-punt 20 għandha tkun eliġibbli
għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG
mit-3 ta’ Jannar 2014 sas-6 ta’ Ġunju 2016. 27. L-awtoritajiet
Franċiżi bdew iġarrbu n-nefqa amministrattiva biex jimplimentaw
il-FEG fit-3 ta’ Jannar 2014. Għaldaqstant, in-nefqa
għal attivitajiet preparatorji, ta’ ġestjoni, informazzjoni u
pubbliċità, kontroll u rapportar għandha tkun eliġibbli
għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG
mit-3 ta’ Jannar 2014 sas-6 ta’ Ġunju 2016. Komplimentarjetà ma’ azzjonijiet iffinanzjati
minn fondi nazzjonali jew tal-Unjoni 28. Is-sors tal-prefinanzjament
jew ta’ kofinanzjament nazzjonali huwa l-Istat Franċiż, li se jkun
qed jiffinanzja wkoll għadd ta' miżuri kumplimentari li mhumiex
inklużi fl-applikazzjoni tal-FEG. 29. L-awtoritajiet
Franċiżi indikaw li l-miżuri msemmija hawn fuq li jirċievu
kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG mhumiex se jirċievu wkoll
għajnuna minn strumenti finanzjarji oħra tal-Unjoni. Proċeduri għall-konsultazzjoni
tal-benefiċjarji fil-mira jew ir-rappreżentanti tagħhom jew
l-imsieħba soċjali kif ukoll l-awtoritajiet lokali u reġjonali 30. L-awtoritajiet
Franċiżi indikaw li l-pakkett ikkoordinat ta’ servizzi personalizzati
tfassal wara li l-Kumitat Ċentrali tal-Intrapriżi tal-GAD kien
infurmat fit-28 ta’ Ġunju 2013 li kien ippjanat li jitnaqqsu 889 impjieg
fl-intrapriża. 31. Barra minn hekk, infurmaw
lill-Kummissjoni li l-ħaddiema ssensjati ma ġewx infurmati dwar
l-applikazzjoni tal-FEG. Dan se jsir biss wara li l-Kummissjoni tkun ressqet
formalment din il-proposta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Sistemi ta’ ġestjoni u kontroll 32. L-applikazzjoni tinkludi
deskrizzjoni tas-sistema ta’ ġestjoni u kontroll li tispeċifika
r-responsabbiltajiet tal-korpi involuti. Franza nnotifikat lill-Kummissjoni li
l-kontribuzzjoni finanzjarja se tkun ġestita mill-Ministeru tal-Ekonomija,
l-Industrija u l-Impjiegi, fejn se jkunu involuti għadd ta' unitajiet fi
ħdan id-Délégation générale à l’emploi et à la formation professionnelle
(DGEFP). Il-pagamenti se jsiru mid-Département financement, dialogue et
contrôle de gestion tad-DGEFP. Iċ-ċertifikazzjoni se titwettaq
mid-Direttorat Ġenerali tal-Finanzi Pubbliċi li jinsabu f’Nantes.
Il-fergħat reġjonali tad-Direttorat Ġenerali
tal-Intrapriżi, il-Kompetizzjoni, il-Konsum, ix-Xogħol u l-Impjiegi
fir-reġjuni inkwistjoni (Bretagne u Pays de la Loire) ġew
mogħtija s-setgħa li jwettqu awditi. Impenji mogħtija mill-Istat Membru
inwistjoni 33. L-awtoritajiet
Franċiżi taw il-garanziji kollha meħtieġa rigward dawn li
ġejjin: –
il-prinċipji tal-ugwaljanza tat-trattament u
nondiskriminazzjoni se jiġu rrispettati fl-aċċess
għall-azzjonijiet proposti u l-implimentazzjoni tagħhom; –
inżammet konformità mar-rekwiżiti
stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE dwar is-sensji
kollettivi; –
GAD, peress li kompliet għaddejja
bl-attivitajiet tagħha wara l-għoti tas-sensji, ikkonformat
mal-obbligi legali tagħha li jirregolaw l-issensjar u pprovdiet
għall-ħaddiema tagħha skont dawn l-obbligi; –
l-azzjonijiet proposti mhux se jirċievu
għajnuna finanzjarja minn fondi jew strumenti finanzjarji oħra
tal-Unjoni u mhux se jitħalla jsir ebda ffinanzjar doppju; –
l-azzjonijiet proposti se jkunu kumplimentari ma’
azzjonijiet iffinanzjati mill-Fondi Strutturali; –
il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG se
tikkonforma mar-regoli proċedurali u materjali tal-Unjoni dwar
l-għajnuna mill-Istat. IMPLIKAZZJONI BAĠITARJA Proposta baġitarja 34. Il-FEG ma għandux
jaqbeż ammont annwali massimu ta’ EUR 150 miljun (prezzijiet
tal-2011), kif stabbilit fl-Artikolu 12 tar-Regolament tal-Kunsill (UE,
Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta’ Diċembru 2013 li
jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020[7]. 35. Wara li eżaminat
l-applikazzjoni fir-rigward tal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 13(1)
tar-Regolament tal-FEG, u wara li qieset l-għadd ta’ benefiċjarji
fil-mira, l-azzjonijiet proposti u l-ispejjeż stmati, il-Kummissjoni
tipproponi li jiġi mobilizzat il-FEG għall-ammont ta’ EUR 918 000, li
jirrappreżenta 60 % tal-ispejjeż totali tal-azzjonijiet
proposti, biex tiġi pprovduta kontribuzzjoni finanzjarja
għall-applikazzjoni. 36. Id-deċiżjoni
proposta, li jiġi mobilizzat il-FEG, se tittieħed b’mod konġunt
mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill, kif stipulat fil-punt 13 tal-Ftehim
Interistituzzjonali tat-2 ta’ Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew,
il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni
f’materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba [8]. Atti relatati 37. Filwaqt li tippreżenta
din il-proposta għal deċiżjoni biex timmobilizza l-FEG, il-Kummissjoni
se tippreżenta proposta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għal
trasferiment tal-ammont ta’ EUR 918 000 fl-intestatura baġitarja
rilevanti. 38. Fl-istess waqt li tadotta
l-proposta għal deċiżjoni biex timmobilizza l-FEG,
il-Kummissjoni se tadotta deċiżjoni dwar kontribuzzjoni finanzjarja,
permezz ta' att ta' implimentazzjoni, li għandu jidħol
fis-seħħ fid-data li fiha l-Parlament Ewropew u l-Kunsill jadottaw
id-deċiżjoni biex jiġi mobilizzat il-FEG. Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
U TAL-KUNSILL dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta'
Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, f'konformità mal-Punti 13
tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta’ Diċembru 2013 bejn il-Parlament
Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar
kooperazzjoni f’materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba
(applikazzjoni EGF/2014/005 FR/GAD) minn Franza IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL
TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar
il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, Wara li kkunsidraw ir-Regolament (UE)
Nru 1309/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Fond Ewropew ta’
Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2014-2020) u li jħassar
ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006[9],
u b’mod partikolari l-Artikolu 15(4) tiegħu, Wara li kkunsidraw l-Ftehim
Interistituzzjonali tat-2 ta’ Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew,
il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni
f’materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba [10] Wara li kkunsidraw il-proposta
mill-Kummissjoni Ewropea, Billi: (1) Il-Fond Ewropew ta’
Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG) twaqqaf biex
jappoġġa lill-ħaddiema li jkunu ngħataw is-sensja u lil
persuni li jaħdmu għal rashom li jkunu waqqfu l-attività tagħhom
b'riżultat ta’ bidliet strutturali kbar fix-xejriet tal-kummerċ dinji
minħabba l-globalizzazzjoni, b'riżultat ta’ kontinwazzjoni
tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali indirizzata fir-Regolament (KE)
Nru 546/2009[11],
jew b'riżultat ta’ kriżi ekonomika u finanzjarja globali ġdida,
u sabiex jgħinhom fl-integrazzjoni mill-ġdid tagħhom fis-suq
tax-xogħol. (2) Il-FEG ma għandux
jaqbeż ammont annwali massimu ta’ EUR 150 miljun (prezzijiet
tal-2011), kif stabbilit fl-Artikolu 12 tar-Regolament tal-Kunsill (UE,
Euratom) Nru 1311/2013[12] (3) Franza ressqet applikazzjoni
għall-mobilizzazzjoni tal-FEG, fir-rigward tas-sensji[13] f'GAD société anonyme
simplifiée fi Franza, fis-6 ta’ Ġunju 2014 u
ssupplimentatha b’informazzjoni addizzjonali kif stipulat fl-Artikolu 8(3)
tar-Regolament (UE) Nru 1309/2013. Din l-applikazzjoni tikkonforma
mar-rekwiżiti għad-determinazzjoni ta’ kontribuzzjoni finanzjarja
mill-FEG kif stabbilit fl-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) Nru 1309/2013. (4) Għaldaqstant, il-FEG
għandu jiġi mobilizzat sabiex jipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja
ta' EUR 918 000 għall-applikazzjoni mressqa minn Franza, ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni
Ewropea għas-sena finanzjarja 2014, il-Fond Ewropew ta'
Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għandu jiġi
mobilizzat biex jipprovdi s-somma ta' EUR 918 000
f'approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament. Artikolu 2 Din
id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal
Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Magħmul fi Brussell, Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill Il-President Il-President [1] ĠU L 347, 20.12.2013, p. 855. [2] Ir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament
Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi
l-klassifikazzjoni tal-istatistika ta’ attivitajiet ekonomiċi tan-NACE
Reviżjoni 2 u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3037/90 kif
ukoll ċerti Regolamenti tal-KE dwar setturi speċifiċi
tal-istatistika (ĠU L 393, 30.12.2006, p. 1). [3] Skont ir-raba' paragrafu tal-Artikolu 7 tar-Regolament
(UE) Nru 1309/2013. [4] Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1046/2012
tat-8 ta’ Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE)
Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta’
klassifikazzjoni komuni ta’ unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS),
fejn tidħol it-trażmissjoni tas-serje kronoloġiċi
għat-tqassim reġjonali l-ġdid (ĠU L 310, 9.11.2012,
p. 34). [5] Skont it-tifsira tal-Artikolu 3(a) tar-Regolament
FEG. [6] EGF/2014/001 EL/Nutriart, li tikkonċerna prodotti
moħmijin [7] ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884. [8] ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1. [9] ĠU L 347, 20.12.2013, p. 855. [10] ĠU C 373, 20.12.2013, p.1. [11] ĠU L 167, 29.6.2009, p.26. [12] Regolament (UE, Euratom) Nru 1311/2013 li jistabbilixxi
l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (ĠU L 347,
20.12.2013, p. 884) [13] Skont it-tifsira tal-Artikolu 3(a) tar-Regolament
FEG.