52014PC0645

Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji li għandhom jitħallsu minn Stati Membri għall-finanzjament tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp, inkluż il-limitu għall-2016, l-ammont għall-2015 u l-ewwel rata ta' pagament għall-2015. /* COM/2014/0645 final - 2014/0298 (NLE) */


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

Il-Ftehim Intern u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 215/2008 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-10 Fond Ewropew għall-Iżvilupp (minn hawn’ il quddiem imsejjaħ “ir-Regolament Finanzjarju tal-10 FEŻ”) jipprevedu proċedura ta’ sejħiet għal kontribuzzjonijiet li għandhom jitħallsu mill-Istati Membri għall-finanzjament tal-FEŻ. Skont l-Artikolu 57(3) tar-Regolament Finanzjarju tal-10 FEŻ, din il-proposta tkopri:

– Il-limitu massimu tal-kontribuzzjonijiet mill-Istati Membri għall-2016;

– L-ammont annwali tal-kontribuzzjonijiet għall-2015;

– L-ammont tal-ewwel pagament tal-kontribuzzjonijiet għall-2015.

Skont l-Artikolu 57(7) tar-Regolament Finanzjarju tal-10 FEŻ, l-ammont ġestit mill-Kummissjoni u l-ammont ġestit mill-BEI huma speċifikati separatament.

Skont l-Artikolu 145 tar-Regolament Finanzjarju tal-10 FEŻ, il-BEI bagħat lill-Kummissjoni l-estimi aġġornati tiegħu ta' impenji u ħlasijiet skont l-istrumenti li jimmaniġġa.

Skont l-Artikolu 58(2) tar-Regolament Finanzjarju, is-sejħiet għall-kontribuzzjonijiet l-ewwel għandhom jużaw l-ammonti disponibbli minn FEŻ preċedenti, wieħed wara l-ieħor. Għalhekk, is-sejħiet għal kontribuzzjonijiet f'din il-proposta jikkonċernaw ammonti skont l-10 FEŻ kemm għall-BEI (l-ewwel sejħa skont l-10 FEŻ) u l-Kummissjoni.

Skont l-Artikolu 57(3) tar-Regolament Finanzjarju tal-10 FEŻ, il-Kunsill irid jiddeċiedi dwar din il-proposta mhux aktar tard mill-15 ta' Novembru 2014 u l-Istati Membri jridu jħallsu l-ewwel pagament mhux aktar tard mill-21 ta' Jannar 2015.

L-Artikolu 60(1) tar-Regolament Finanzjarju tal-10 FEŻ jistipula li Stat Membru li jonqos milli jħallas il-ħlas parzjali tal-kontribuzzjoni dovuta sal-iskadenza jkun mitlub iħallas l-imgħax fuq l-ammont mhux imħallas; l-arranġamenti għall-ħlas tal-imgħax huma speċifikati fl-istess Artikolu.

2014/0298 (NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji li għandhom jitħallsu minn Stati Membri għall-finanzjament tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp, inkluż il-limitu għall-2016, l-ammont għall-2015 u l-ewwel rata ta' pagament għall-2015.

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-Ftehim Intern bejn ir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, li ltaqgħu fi ħdan il-Kunsill, dwar il-finanzjament tal-għajnuna Komunitarja skont il-qafas finanzjarju pluriennali għall-perjodu bejn l-2008 u l-2013 skont il-Ftehim ta' Sħubija AKP-KE u dwar l-allokazzjoni tal-għajnuna finanzjarja għall-Pajjiżi u għat-Territorji extra-Ewropej li għalihom tapplika r-Raba’ Parti tat-Trattat tal-KE[1], (“il-Ftehim Intern”) u b’mod partikolari l-Artikolu 7 tagħha,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 215/2008 tat-18 ta’ Frar 2008 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-10 Fond Ewropew għall-Iżvilupp (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ "ir-Regolament Finanzjarju tal-10 FEŻ")[2] kif emendat l-aħħar fil-11 ta’ April 2011[3], u b’mod partikolari l-Artikolu 57(5) tiegħu,

Wara li kkunsidra il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)       Skont il-proċedura stipulata fl-Artikoli 57 sa 61 tar-Regolament Finanzjarju tal-10 FEŻ, il-Kummissjoni qed tippreżenta proposta sal-15 ta' Ottubru fejn tispeċifika (a) l-limiti tal-ammont annwali tal-kontribuzzjoni tal-Istati Membri għall-2016, (b) l-ammont tal-kontribuzzjoni għall-2015, u (c) l-ammont tal-ewwel rata ta' pagament tal-kontribuzzjoni għall-2015.

(2)       Skont l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 145 tar-Regolament Finanzjarju tal-10 FEŻ, il-Bank Ewropew tal-Investiment bagħat lill-Kummissjoni l-estimi aġġornati tiegħu tal-impenji u tal-pagamenti taħt l-istrumenti li jimmaniġġa.

(3)       L-Artikolu 58(2) tar-Regolament Finanzjarju tal-10 Fond Ewropew għall-Iżvilupp (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ "il-FEŻ") jistipula li s-sejħiet għal kontribuzzjonijiet l-ewwel jużaw l-ammonti pprovduti għall-FEŻ ta' qabel. Għaldaqstant, għandha ssir sejħa għall-fondi taħt l-10 FEŻ.

(4)       Fis-7 ta’ Novembru 2013, wara proposta magħmula mill-Kummissjoni, il-Kunsill adotta deċiżjoni li tiffissa EUR 3 300 000 000 bħala sehem il-Kummissjoni u EUR 300 000 000 bħala sehem il-BEI mill-ammont annwali tal-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri għall-FEŻ għall-2015[4].

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-limitu massimu tal-ammont annwali tal-kontribuzzjonijiet tal-FEŻ tal-Istati Membri għal-2016 qed jiġi stabbilit fl-ammont ta' EUR 3 350 000 000 fir-rigward tal-Kummissjoni, u ta’ EUR 250 000 000 fir-rigward tal Bank Ewropew tal-Investiment.

Artikolu 2

L-ammont annwali tal-kontribuzzjonijiet tal-FEŻ tal-Istati Membri għas-sena 2015 għandu jibqa' l-istess u jammonta għal EUR 3° 600° 000° 000. Għandu jinqasam f’EUR 3 400 000 000 għall-Kummissjoni, u EUR 200 000 000 għall-Bank Ewropew tal-Investiment.

Artikolu 3

Il-kontribuzzjonijiet individwali għall-FEŻ li jridu jitħallsu mill-Istati Membri lill-Kummissjoni u lill-BEI bħala l-ewwel pagament għall-2015 huma stabbiliti fit-tabella fl-Anness.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell,

                                                                       Għall-Kunsill

                                                                       Il-President

[1]               ĠU L 247, 9.9.2006, p. 32.

[2]               ĠU L 78, 19.3.2008, p. 1.

[3]               ĠU L 102, 16/04/2011, p. 1.

[4]               Dok. 15699/13

ANNESSI

għall-

Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji li għandhom jitħallsu mill-Istati Membri għall-finanzjament tal- Fond Ewropew għall-Iżvilupp, inkluż il-limitu massimu għall-2016, l-ammont għall-2015 u l-ewwel rata ta' pagament għall-2015

L-ewwel ħlas parzjali tal-Kontribuzzjonijiet tal-FEŻ għall-2015 (EUR)

|| || || ||

STATI MEMBRI || Sehem l-10 FEŻ % || l-ewwel rata ta' pagament

mħallas lill- || mħallas lill- || Totali

Il-BEI || Il-Kummissjoni

L-10 FEŻ || L-10 FEŻ

L-AWSTRIJA || 2,41 || 1.205.000,00 || 36.150.000,00 || 37.355.000,00

IL-BELĠJU || 3,53 || 1.765.000,00 || 52.950.000,00 || 54.715.000,00

IL-BULGARIJA || 0,14 || 70.000,00 || 2.100.000,00 || 2.170.000,00

ĊIPRU || 0,09 || 45.000,00 || 1.350.000,00 || 1.395.000,00

IR-REPUBBLIKA ĊEKA || 0,51 || 255.000,00 || 7.650.000,00 || 7.905.000,00

ID-DANIMARKA || 2,00 || 1.000.000,00 || 30.000.000,00 || 31.000.000,00

L-ESTONJA || 0,05 || 25.000,00 || 750.000,00 || 775.000,00

IL-FINLANDJA || 1,47 || 735.000,00 || 22.050.000,00 || 22.785.000,00

FRANZA || 19,55 || 9.775.000,00 || 293.250.000,00 || 303.025.000,00

IL-ĠERMANJA || 20,50 || 10.250.000,00 || 307.500.000,00 || 317.750.000,00

IL-GREĊJA || 1,47 || 735.000,00 || 22.050.000,00 || 22.785.000,00

L-UNGERIJA || 0,55 || 275.000,00 || 8.250.000,00 || 8.525.000,00

L-IRLANDA || 0,91 || 455.000,00 || 13.650.000,00 || 14.105.000,00

L-ITALJA || 12,86 || 6.430.000,00 || 192.900.000,00 || 199.330.000,00

IL-LATVJA || 0,07 || 35.000,00 || 1.050.000,00 || 1.085.000,00

IL-LITWANJA || 0,12 || 60.000,00 || 1.800.000,00 || 1.860.000,00

IL-LUSSEMBURGU || 0,27 || 135.000,00 || 4.050.000,00 || 4.185.000,00

MALTA || 0,03 || 15.000,00 || 450.000,00 || 465.000,00

IL-PAJJIŻI L-BAXXI || 4,85 || 2.425.000,00 || 72.750.000,00 || 75.175.000,00

IL-POLONJA || 1,30 || 650.000,00 || 19.500.000,00 || 20.150.000,00

IL-PORTUGALL || 1,15 || 575.000,00 || 17.250.000,00 || 17.825.000,00

IR-RUMANIJA || 0,37 || 185.000,00 || 5.550.000,00 || 5.735.000,00

IS-SLOVAKKJA || 0,21 || 105.000,00 || 3.150.000,00 || 3.255.000,00

IS-SLOVENJA || 0,18 || 90.000,00 || 2.700.000,00 || 2.790.000,00

SPANJA || 7,85 || 3.925.000,00 || 117.750.000,00 || 121.675.000,00

L-ISVEZJA || 2,74 || 1.370.000,00 || 41.100.000,00 || 42.470.000,00

IR-RENJU UNIT || 14,82 || 7.410.000,00 || 222.300.000,00 || 229.710.000,00

Total UE-27 || 100,00 || 50.000.000,00 || 1.500.000.000,00 || 1.550.000.000,00