Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jistabblixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (kodifikazzjoni) /* COM/2014/0534 final - 2014/0246 (NLE) */
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI 1. Fl-isfond ta’ Ewropa tal-poplu, il-Kummissjoni tagħti importanza kbira lis‑simplifikazzjoni
u liċ-ċarezza tal-liġi tal-Unjoni sabiex tkun iktar ċara u
iktar aċċessibbli għaċ-ċittadini biex b’hekk
toffrilhom opportunitajiet ġodda u ċ-ċans li jagħmlu
użu mid-drittijiet speċifiċi li tagħtihom. Ma jistax jintlaħaq dan il-għan sakemm
il-bosta dispożizzjonijiet li ġew emendati ħafna drabi, spiss
b’mod sostanzjali, jibqgħu mferrxin bejn l-att oriġinali u atti
sussegwenti li jemendaw l-att oriġinali. Hemm bżonn għalhekk ta’
xogħol ta’ riċerka konsiderevoli li jqabbel ħafna atti
differenti ma’ xulxin sabiex jiġu identifikati r‑regoli attwalment
fis-seħħ. Għalhekk huwa essenzjali li ssir
kodifikazzjoni ta’ regoli li ġew emendati ta’ sikwit sabiex il-liġi
tkun ċara u trasparenti. 2. Fl-1 ta’ April 1987 il-Kummissjoni
ddeċidiet[1]
li tordna lill-persunal tagħha li kull att għandu jiġi kkodifikat
wara mhux iktar minn għaxar emendi, filwaqt li enfasizzat li din
hija kundizzjoni minima u li d-dipartimenti għandhom jippruvaw
jikkodifikaw it‑testi li huma responsabbli għalihom anke
f’intervalli iqsar biex jiżguraw li d‑dispożizzjonijiet
tagħhom ikunu ċari u jinftiehmu malajr. 3. Dan ġie kkonfermat mill-Konklużjonijiet
tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew ta’ Edinburgu (Diċembru 1992)[2], filwaqt li saħqu
fuq l-importanza tal‑kodifikazzjoni għaliex tagħti
ċertezza f’dak li jirrigwarda l-liġi applikabbli għal suġġett
partikolari f’mument partikolari. Il-kodifikazzjoni għandha ssir f’konformità
sħiħa mal-proċedura normali għall‑adozzjoni ta’ atti
tal-Unjoni. Billi l-ebda bidla sostanzjali ma tista’ ssir fl-atti
li jiġu kkodifikati, il‑Parlament Ewropew, il-Kunsill u
l-Kummissjoni qablu, permezz ta’ ftehim interistituzzjonali tal-20 ta’
Diċembru 1994, li jista’ jintuża metodu ta' ħidma
aċċelerat għall-adozzjoni rapida ta’ atti ta’ kodifikazzjoni. 4. L-għan ta’ din il-proposta huwa
li ssir il-kodifikazzjoni tar‑Regolament tal-Kunsill (KE) Nru
659/1999 tat-22 ta' Marzu 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall‑applikazzjoni
tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea[3]. Ir‑Regolament il‑ġdid jissostitwixxi d-diversi atti
inkorporati fih[4]; din il‑proposta żżomm il-kontenut kollu tal-atti li
qed jiġu kkodifikati u għalhekk kulma tagħmel huwa li
tgħaqqadhom flimkien filwaqt li tagħmel biss l-emendi formali
meħtieġa mill‑eżerċizzju ta’ kodifikazzjoni nnifsu. 5. Il-proposta ta’ kodifikazzjoni
tħejjiet fuq il-bażi ta’ konsolidazzjoni preliminari, fit-22 lingwa
uffiċjali tar-Regolament (KE) Nru 659/1999 u tal-atti li jemendawh,
magħmula mill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni
Ewropea, permezz ta’ sistema ta’ pproċessar ta’ dejta. Fejn l-Artikoli
ġew innumerati mill-ġdid, il-korrelazzjoni bejn in-numri qodma u
ġodda tidher fit-tabella li tinsab fl-Anness II tar-Regolament
ikkodifikat. ê 734/2013
Art.1.1 2014/0246 (NLE) Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jistabblixxi regoli dettaljati
għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament
tal-Unjoni Ewropea (kodifikazzjoni) (Test b'relevanza għaż-ŻEE) ê 659/1999
(adattat) IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat Ö dwar il-Funzjonament
tal‑Unjoni Ewropea Õ, u b'mod partikolari
l‑Artikolu Ö 109 Õ tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni, Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament
Ewropew[5], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat
Ekonomiku u Soċjali Ewropew[6], Billi: ê (1) Ir Regolament tal-Kunsill
(KE) Nru 659/1999[7],
ġie emendat kemm-il darba[8]
b’mod sostanzjali. Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmi Regolament
għandhu jiġi kkodifikat. ê 659/1999
premessa 1 (adattat) (2) Mingħajr
preġudizzju għar-regoli speċjali tal-proċedura stabbiliti fir-Regolamenti
għal ċerti setturi, dan ir-Regolament għandu japplika għal
għajnuna fis-setturi kollha.Għall-għan li jkunu applikati
l-Artikoli Ö 93 Õ u Ö 107 Õ tat-Trattat Ö dwar il‑Funzjonament
tal-Unjoni Ewropea (TFUE) Õ, il‑Kummissjoni
għandha kompetenza speċifika skont l-Artikolu Ö 108 Õ tiegħu biex
tiddeċiedi dwar il-kompatibilità ta' għajnuna mill-Istat mas-suq Ö intern Õ meta tirrevedi
l-għajnuna eżistenti, meta tieħu jieħu
deċiżjonijiet dwar għajnuna ġdida jew għajnuna
modifikata u meta tieħu azzjoni dwar nuqqas ta' konformità
mad-deċiżjonijiet tagħha jew mal-ħtieġa li ssir in-notifika. ê 734/2013
premessa 1 (adattat) (3) Fil-kuntest ta’ Ö sistema
modernizzata Õ tar-regoli dwar
l-għajnuna mill-Istat li tikkontribwixxi kemm għall-implimentazzjoni
tal‑istrateġija Ewropa 2020 għat-tkabbir[9] kif ukoll għall-konsolidazzjoni
baġitarja, l‑Artikolu 107 tat-TFUE għandu jiġu
applikat effettivament u b’mod uniformi fl-Unjoni kollha. Ir-Regolament
tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 Ö ikkonsolida Õ u
saħħaħ il-prattika preċedenti tal-Kummissjoni biex
tiżdied iċ-ċertezza legali u jiġi appoġġat
l-iżvilupp tal‑politika dwar l-għajnuna mill-Istat f’ambjent
trasparenti. ê 659/1999
premessa 4 (adattat) (4) Sabiex ikun assigurat li jkun
hemm ċertezza legali, huwa xieraq li ċ-ċirkustanzi li fihom
l-għajnuna tkun ikkunsidrata li hija għajnuna eżistenti Ö jkunu definiti Õ. It-tlestija u
t-tkabbir tas-suq intern huwa proċess gradwali, li huwa rifless
fl-iżvilupp permanenti tal-politika tal-għajnuna mill-Istat. B'konsegwenza
ta' dawn l-iżviluppi, jista' jkun li ċerti miżuri, li meta
daħlu fis-seħħ ma kienux għajnuna mill-Istat, minn dak
iż-żmien ‘l hawn saru għajnuna. ê 659/1999
premessa 5 (adattat) (5) F'konformità mal-Artikolu Ö 108 Õ(3) Ö TFUE Õ, kull pjan li jkun
hemm sabiex tingħata għajnuna ġdida għandu jkun mgħarraf
lill‑Kummissjoni u m'għandhux jidħol fis-seħħ qabel jiġi
awtorizzat mill-Kummissjoni. ê 659/1999
premessa 6 (adattat) (6) F'konformità mal-Artikolu Ö 4(3) Õ tat-Trattat Ö dwarl-Unjoni Ewropea (TUE) Õ, l-Istati Membri għandhom
l-obbligu li jikkoperaw
mal-Kummissjoni u li jipprovduha bl-informazzjoni kollha meħtieġa
sabiex jippermettu lill‑Kummissjoni taqdi dmirijietha skont dan
ir-Regolament. ê 659/1999
premessa 7 (7) Il-perjodu li fih
il-Kummissjoni għandha tlesti l-eżami preliminari dwar għajnuna
notifikata għandu jkun ta' xahrejn minn meta tirċievi notifika kompluta
jew dikjarazzjoni motivata sew mill-Istat Membru kkonċernat fejn
jgħid li jikkunsidra li n‑notifika hija kompluta minħabba li
l-informazzjoni addizzjonali mitluba mill‑Kummissjoni ma tkunx disponibbli
jew diġà tkun ġiet provduta. Għal raġunijiet ta' ċertezza
legali, dak l-eżami għandu jintemm b'deċiżjoni. ê 659/1999
premessa 8 (adattat) (8) Fil-każijiet
kollha fejn, b'riżultat tal-eżami preliminari, il-Kummissjoni ma
tistax tikkonkludi li l-għajnuna hija kompatibbli mas-suq Ö intern Õ, il‑proċedura
ta' investigazzjoni formali għandha tinfetaħ sabiex
il-Kummissjoni tkun tista' tiġbor linformazzjoni kollha li jkollha bżonn
biex tevalwa l-kompatibilità tal‑għajnuna u
l-partijiet interessati jkollhom il-possibilità li jissottomettu l-kummenti
tagħhom. Ddrittijiet tal-partijiet interessati jistgħu jkunu
salvagwardjati bl-aħjar mod fi ħdan il-qafas tal-proċedura ta'
investigazzjoni formali stipulata fl-Artikolu Ö 108 Õ (2) tat Ö TFUE Õ; ê 734/2013
premessa 2 9) Sabiex tevalwa
l-kompatibbiltà mas-suq intern ta’ kwalunkwe għajnuna mill-Istat notifikata
jew kontra l-liġi, li fir-rigward tagħha l-Kummissjoni għandha
l-kompetenza esklussiva skont l-Artikolu 108 tat-TFUE, huwa xieraq li jiġi
żgurat li l-Kummissjoni jkollha s-setgħa, għall-finijiet
tal-infurzar tar-regoli għall-għajnuna mill-Istat, li titlob
l-informazzjoni kollha meħtieġa dwar is-suq minn kwalunkwe Stat
Membru, impriża jew assoċjazzjoni ta’ impriżi,kull meta jkollha dubji
dwar il-kompatibbiltà tal‑miżura kkonċernata mar-regoli
tal-Unjoni u għalhekk tkun bdiet il-proċedura ta’ investigazzjoni
formali. B’mod partikolari, il-Kummissjoni għandha tuża din is‑setgħa
f’każijiet fejn ikun jidher li tkun meħtieġa valutazzjoni
sostantiva kumplessa. Fid-deċiżjoni dwar jekk tużax din
is-setgħa, il-Kummissjoni għandha tqis kif xieraq it-tul
tal-investigazzjoni preliminari. ê 734/2013
premessa 3 (10) Għall-iskop tal-valutazzjoni
tal-kompatibbiltà ta’ miżura ta’ għajnuna wara li tkun inbdiet il‑proċedura
ta’ investigazzjoni formali, b’mod partikolari fir-rigward ta' każijiet
teknikament kumplessi soġġetti għal evalwazzjoni sostantiva,
il-Kummissjoni għandha tkun tista’, permezz ta’ talba sempliċi jew
ta’ deċiżjoni, teħtieġ li kwalunkwe Stat Membru,
impriża jew assoċjazzjoni ta’ impriżi jipprovdu l‑informazzjoni
kollha meħtieġa dwar is-suq biex titlesta l-valutazzjoni tagħha,
jekk l‑informazzjoni mogħtija mill-Istat Membru kkonċernat
matul l-investigazzjoni preliminari ma tkunx biżżejjed, filwaqt li tqis
b'mod xieraq il-prinċipju tal‑proporzjonalità, partikolarment
għall-intrapriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju. ê 734/2013
premessa 4 (11) Fid-dawl tar-relazzjoni
speċjali bejn il-benefiċjarji tal-għajnuna u l-Istat Membru
kkonċernat, il-Kummissjoni għandha tkun tista’ titlob informazzjoni
minn benefiċjarju tal-għajnuna bi qbil mal-Istat Membru
kkonċernat. L-għoti ta’ informazzjoni mill-benefiċjarju
tal-miżura ta’ għajnuna ikkonċernata ma tikkostittwixxix
bażi legali għal negozjati bilaterali bejn il-Kummissjoni u l‑benefiċjarju
ikkonċernat. ê 734/2013
premessa 5 (12) Il-Kummissjoni
għandha tagħżel id-destinatarji ta’ talbiet għal
informazzjoni fuq il-bażi ta’ kriterji oġġettivi adatti
għal kull każ, filwaqt li tiżgura li, meta t-talba ssir lil
kampjun ta’ impriżi jew assoċjazzjonijiet tagħhom, l- kampjun
ta’ dawk li wieġbu jkun rappreżentattiv ta' kull kategorija.
L-informazzjoni mfittxija għandha tikkonsisti, b’mod partikolari, minn dejta
fattwali dwar kumpaniji u dwar is-suq u minn analiżi bbażata fuq
il-fatti ta’ kif jaħdem is-suq. ê 734/2013
premessa 6 (13) Il-Kummissjoni, bħala dik
li tkun bdiet il-proċedura, għandha tkun responsabbli għall‑verifika
kemmtal-informazzjoni mgħoddija mill-Istati Membri, mill-impriżi jew mill-assoċjazzjonijiet
tagħhom kif ukoll tal‑kunfidenzjalità allegata tal-informazzjoni li
għandha tiġi ddivulgata. ê 734/2013
premessa 7 (14) Il-Kummissjoni għandha
tkun kapaċi tinfurza l-konformità mat-talbiet għal informazzjoni li hija
tagħmel lil kwalunkwe impriża jew assoċjazzjoni ta’
impriżi, kif xieraq, permezz ta’ multi u ħlasijiet perjodiċi ta’
penali proporzjonati. Meta tiffissa l‑ammonti tal-multi u tal-ħlasijiet
perjodiċi ta’ penali, il-Kummissjoni għandha tqis debitament
il-prinċipji ta’ proporzjonalità u adegwatezza, b’mod partikolari fir‑rigward
ta’ impriżi żgħar u ta’ daqs medju. Id-drittijiet
tal-partijiet mitluba biex jipprovdu informazzjoni għandhom ikunu salvagwardjati
billi tingħatalhom l‑opportunità li jesponu l-fehmiet tagħhom
qabel tittieħed kwalunkwe deċiżjoni li timponi multi jew
ħlasijiet perjodiċi ta’ penalitajiet. Il-Qorti
tal-Ġustizzja tal‑Unjoni Ewropea għandu jkollha
ġurisdizzjoni illimitata fir- rigward ta’ dawk il-multi u l-penalitajiet
perjodiċi skont l-Artikolu 261 tat-TFUE. ê 734/2013
premessa 8 (15) Il-Kummissjoni, billi tqis il-prinċipji
ta’ proporzjonalità u adegwatezza, għandha tkun tista’ tnaqqas il-ħlasijiet
perjodiċi ta’ penali jew tneħħihom kompletament, meta
d-destinatarji tat-talbiet jagħtu l-informazzjoni mitluba, anki jekk wara d-data
ta' skadenza. ê 734/2013
premessa 9 (adattat) (16) Multi u ħlasijiet
perjodiċi ta’ penali mhumiex applikabbli għall-Istati Membri billi
huma fid-dmir li jikkooperaw b’mod leali mal-Kummissjoni skont l‑Artikolu 4(3)
tatTrattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), u li jipprovdu lill‑Kummissjoni
bl-informazzjoni kollha rikjesta sabiex jippermettulha twettaq id‑dmirijiet
tagħha skont Ö dan Õ ir-Regolament (KE)
Nru 659/1999. ê 659/1999
premessa 9 (17) Wara
li tkun ikkunsidrat il-kummenti sottomessi mill-partijiet interessati, il‑Kummissjoni
għandha tikkonkludi l-eżami tagħha permezz ta'
deċiżjoni finali malli jkunu tneħħew id-dubji.Huwa xieraq
li jekk dak l-eżami ma jkunx lest wara perjodu ta' 18-il xahar
mill-ftuħ tal-proċedura, l-Istat Membru konċernat għandu
jkollu l‑opportunità li jitlob deċiżjoni, li l-Kummissjoni
għandha tieħu fi żmien xahrejn. ê 734/2013
premessa 10 (18) Sabiex jitħarsu
d-drittijiet ta’ difiża tal-Istat Membru kkonċernat, għandu jingħata
kopji tat-talbiet għal informazzjoni li jkunu ntbagħtu lil Stati
Membri oħrajn, lil impriżi jew assoċjazzjonijiet ta’
impriżi u jkun jista’ jippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu
dwar il-kummenti li jkunu waslu. Għandu wkoll jiġi mgħarraf dwar
l-ismijiet tal-impriżi u l‑assoċjazzjonijiet ta’ impriżi li
jkunu ġew mitluba l-informazzjoni, sakemm dawk l-entitajiet ma jkunux urew
interess leġittimu fil-protezzjoni tal-identità tagħhom. ê 734/2013
premessa 11 (19) Il-Kummissjoni għandha
tqis kif xieraq l-interessi leġittimi tal-impriżi biex
jipproteġu s-sigrieti kummerċjali tagħhom. Hija ma
għandhiex tkun tista’ tuża informazzjoni kunfidenzjali fornuta minn
dawk li jkunu wieġbu, li ma tkunx tista' tiġi aggregata jew inkella
anonimizzata, f’kull deċiżjoni sakemm ma tkunx kisbet il‑kunsens
tagħhom minn qabel biex tiġi żvelata dik l-informazzjoni
lill-Istat Membru kkonċernat. ê 734/2013
premessa 12 (adattat) (20) F’każijiet fejn
informazzjoni mmarkata bħala kunfidenzjali ma jidhirx li tkun koperta
b’obbligi ta’ segretezza professjonali, huwa xieraq li Ö jkun hemm Õ mekkaniżmu li
permezz tiegħu l-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi sa liema punt
tkun tista’ tiġi żvelata dik l-informazzjoni. Kwalunkwe
deċiżjoni bħal dik li fiha tinċaħad pretensjoni li
l-informazzjoni hija kunfidenzjali għandha tindika perjodu li fit-tmiem
tiegħu
l-informazzjoni tkun żvelata, biex b’hekk il-konvenut ikun jista’
jagħmel użu minn kwalunkwe protezzjoni ġudizzjarja disponibbli
għalih, inkluż kwalunkwe miżura interim. ê 659/1999
premessa 10 (21) Sabiex ikun assigurat li r-regoli
tal-għajnuna mill-Istat jiġu applikati b'mod korrett u effettiv,
il-Kummissjoni għandha jkollha l-opportunità li tirrevoka
deċiżjoni li kienet ibbażata fuq informazzjoni ħażina. ê 659/1999
premessa 11 (adattat) (22) Sabiex
tkun assigurata l-konformità mal-Artikolu Ö 108 Õ tat- Ö (TFUE) Õ, u b'mod partikolari
mal-obbligu ta' notifika u mal-klawsola ta' sospensjoni fl-Artikolu Ö 108 Õ(3), il-Kummissjoni
għandha teżamina l-każijiet kollha ta' għajnuna kontra
l-liġi. Fl-interessi
tat-trasparenza u ċ-ċertezza legali, għadhom jiġu
stabbiliti l‑proċeduri li għandhom ikunu segwiti f'dawn
il-każijiet. Meta Stat Membru ma jkunx irrispetta l-obbligu tan-notifika
jew il-klawsola ta' sospensjoni, il-Kummissjoni m'għandhiex tkun marbuta
b'limiti taż-żmien. ê 734/2013
premessa 13 (23) Il-Kummissjoni għandha
tkun tista’, fuq inizjattiva tagħha stess, teżamina informazzjoni
dwar għajnuna kontra l-liġi, sabiex tiżgura li jkun hemm
konformità mal‑Artikolu 108 tat-TFUE, u b’mod partikolari
mal-obbligu ta’ notifika u klawżola ta’ sospensjoni stabbilita fl-Artikolu
108(3) tat-TFUE, u tivvaluta l-kompatibbiltà ta’ għajnuna mas-suq intern. ê 659/1999 premessa
12 (adattat) (24) F'każijiet ta'
għajnuna kontra l-liġi, il-Kummissjoni għandha jkollha d-dritt
li tikseb l‑informazzjoni kollha meħtieġa biex tkun tista'
tieħu deċiżjoni u terġa' tistabbilixxi minnufih, fejn
xieraq, sitwazzjoni ta' kompetizzjoni mingħajr xkiel. Għaldaqstant
huwa xieraq li l-Kummissjoni tkun tista' tadotta miżuri interim
indirizzati lill-Istati Membri kkonċernati. L-miżuri interim
jistgħu jieħdu l-forma ta' inġunzjonijiet tal‑informazzjoni,
inġunzjonijiet ta' sospensjoni u inġunzjonijiet ta' rkupru. Il‑Kummissjoni
għandha tkun tista', fl-eventwalità ta' nuqqas ta' konformità ma'
inġunzjoni tal-informazzjoni, tiddeċiedi fuq il-bażi
tal-informazzjoni disponibbli u, fl-eventwalità ta' nuqqas ta' konformità ma'
inġunzjonijiet ta' sospensjoni u rkupru, tirreferi l-kwistjoni direttament
lill-Qorti tal-Ġustizzja, skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu Ö 108 Õ (2) tat- Ö TFUE Õ. ê 659/1999
premessa 13 (adattat) (25) F'każijiet ta'
għajnuna kontra l-liġi li ma tkunx kompatibbli mas-suq Ö intern Õ, għandha
terġa tiġi stabbilita sitwazzjoni ta' kompetizzjoni effettiva. Għal
dan il-għan huwa meħtieġ li l-għajnuna, li tinkludi
l-imgħax, għandha tiġi rkuprata mingħajr dewmien. Huwa
xieraq li tiġi rkuprata f'konformità mal-proċeduri tal-liġi
nazzjonali.
L-applikazzjoni ta' dawk il-proċeduri m'għandhiex, billi tipprevjeni
l-esekuzzjoni immedjata u effettiva tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni,
timpedixxi li terġa' tiġi stabbilita sitwazzjoni ta' kompetizzjoni
effettiva. Biex jinkiseb dan ir-riżultat, l-Istati Membri għandhom
jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jassiguraw li d-deċiżjoni
tal-Kummissjoni tkun effettiva. ê 659/1999
premessa 14 (adattat) (26) Għal raġunijiet ta'
ċertezza legali huwa xieraq li Ö ssir
dispożizzjoni Õ biex ikun hemm perjodu
ta' preskrizzjoni ta' għaxar snin fir-rigward tal-għajnuna kontra
l-liġi, li wara li jiskadi ma jista' jkun ordnat l-ebda rkupru. ê 734/2013
premessa 16 (adattat) (27) Għal raġunijiet ta’
ċertezza legali, huwa xieraq li Ö ssir
dispożizzjoni Õ biex ikun hemm perjodi
ta’ preskrizzjoni għall-impożizzjoni u l-infurzar ta’ multi u
ħlasijiet perjodiċi ta’ penali. ê 659/1999
premessa 15 (28) L-użu ħażin
tal-għajnuna jista' jkollu effetti fuq il-funzjonament tas-suq intern li
huma simili għal dawk ta' għajnuna kontra l-liġi u b'hekk
għandhom ikunu trattati skond proċeduri simili. B'differenza mill-għajnuna
kontra l-liġi, l-għajnuna li possibilment tkun intużat
ħażin, hi għajuna li preċdentement tkun ġiet approvata
mill-Kummissjoni. Għaldaqstant, il-Kummissjoni m'għandhiex
titħalla tuża inġunzjoni ta' rkupru fir-rigward ta' użu
ħażin tal-għajnuna. ê 659/1999
premessa 17 (adattat) (29) F'konformità mal-Artikolu Ö 108 Õ (1) tat- Ö TFUE Õ, il-Kummissjoni għandha
l-obbligu, f'koperazzjoni mal-Istati Membri, li twettaq reviżjoni kostanti
tas-sistemi kollha tal-għajnuna eżistenti. Fl-interessi
tat-trasparenza u ċ-ċertezza legali, huwa xieraq li jkun
speċifikat l-iskop ta' koperazzjoni f'dak l-Artikolu. ê 659/1999
premessa 18 (adattat) (30) Sabiex tkun assigurata
l-kompatibilità tal-iskemi tal-għajnuna eżistenti mas‑suq Ö intern Õ u f'konformità
mal-Artikolu Ö 108 Õ (1) tat‑ Ö TFUE Õ, il-Kummissjoni
għandha tipproponi miżuri xierqa fejn skema eżistenti
tal-għajnuna m'hijiex, jew m'għadhiex, kompatibbli mas-suq Ö intern Õ u għandha tibda
l-proċedura msemmija fl-Artikolu Ö 108 Õ (2) tat- Ö TFUE Õ jekk l-Istat Membru
kkonċernat ma jkunx irid jimplimenta l-miżuri proposti. ê 659/1999
premessa 16 (adattat) (31) Huwa xieraq li jkunu Ö stabbiliti Õ l-possibilitajiet
kollha li fihom il‑partijiet t-terzi jeħtieġ li jiddefendu
l-interessi tagħhom fil-proċeduri tal-għajnuna tal-Istat. ê 734/2013
premessa 14 (adattat) (32) Ö L-ilmenti huma
sors essenzjali ta’ informazzjoni biex jinkixef ksur tar-regoli tal-Unjoni dwar
l‑għajnuna mill-Istat. Õ Biex Ö jiġu
assigurati Õ l-kwalità
tal-ilmenti ppreżentati lill-Kummissjoni u fl-istess ħin it-trasparenza
u ċ- ċertezza legali, huwa xieraq li jiġu Ö stabbiliti Õ l-kundizzjonijiet li
ilment għandu jissodisfa biex il-Kummissjoni tkun fil-pussess ta’
informazzjoni rigward għajnuna allegatament kontra l-liġi u tniedi
l-eżami preliminari. Ilmenti ippreżentati, li ma jissodisfawx dawk
il-kundizzjonijiet għandhom jiġu ttrattati bħala informazzjoni
ġenerali dwar is-suq, u m’għandhomx bilfors iwasslu għal
investigazzjonijiet ex officio. ê 734/2013
premessa 15 (adattat) (33) Dawk li jkollhom ilment
għandhom ikunu meħtieġa li juru li huma partijiet interessati
fis-sens tal-Artikolu 108(2) TFUE u tal-Artikolu 1(h) ta' Ö dan Õ ir-Regolament Għandhom
ikunu wkoll meħtieġa li jipprovdu ammont ta’ informazzjoni fil-forma li
l-Kummissjoni jkollha s-setgħa li Ö tistabbilixxi Õ f’dispożizzjoni
ta' implimentazzjoni. Sabiex kulmin possibblimentikollu lment ma jiġix
skoraġġat, dik id-dispożizzjoni ta’ implimentazzjoni
għandha tqis li r-rekwiżiti fuq il-partijiet interessati biex
jagħmlu ilment m’għandhomx ikunu ta’ piż kbir. ê 734/2013
premessa 17 (adattat) (34) Sabiex jiġi żgurat
li l-Kummissjoni tindirizza kwistjonijiet simili b’mod konsistenti fis-suq
intern kollu, huwa xieraq li Ö ssir
dispożizzjoni Õ biex ikun hemm bażi
legali speċifika għat-tnedija ta' investigazzjonijiet f’setturi
tal-ekonomija jew f’ċerti strumenti ta’ għajnuna f’diversi Stati
Membri. Għal raġunijiet ta’ proporzjonalità u fid-dawl tal-piż
amministrattiv kbir li jitolbu investigazzjonijiet bħal dawn, inkjesti
dwar is-settur għandhom isiru biss meta l-informazzjoni disponibbli tqajjem
suspett raġonevoli li miżuri ta’ għajnuna mill-Istat f’settur
partikolari jistgħu jirrestrinġu jew ixekklu b’mod materjali
l-kompetizzjoni fis-suq intern f’diversi Stati Membri, jew li miżuri ta’
għajnuna mill-Istat f’settur partikolari f’diversi Stati Membri mhumiex,
jew m’għadhomx, kumpatibbli mas-suq intern. Inkjesti bħal dawn
jippermettu lill‑Kummissjoni tittratta b’mod effiċjenti u
trasparenti l-kwistjonijiet ta’ għajnuna mill‑Istat orizzontali u
tikseb ħarsa ġenerali ex ante tas-settur ikkonċernat. ê 659/1999
premessa 19 (adattat) (35) Sabiex il-Kummissjoni tkun
tista' tissorvelja b'mod effettiv il-konformità mad‑deċiżjonijiet
tal-Kummissjoni u sabiex tiffaċilita l-koperazzjoni bejn il-Kummissjoni u
Stati Membri għall-għan tar-reviżjoni kontinwa ta'l-iskemi kollha
ta' għajnuna eżistenti fl-Istati Membri f'konformità mal-Artikolu Ö 108 Õ (1) tat-Ö TFUE Õ, huwa meħtieġ
li jkun Ö stabbilit Õ obbligu
ġenerali —ta' rappurtar dwar l‑iskemi eżistenti kollha ta'
għajnuna. ê 659/1999
premessa 20 (36) Fejn il-Kummissjoni jkollha dubji
serji dwar jekk id-deċiżjonijiet tagħha humiex qegħdin
jitħarsu, għandha jkollha għad-disposizzjoni tagħha
strumenti addizzjonali li jippermettulha li tikseb l-informazzjoni
meħtieġa biex tivverifika li d-deċiżjonijiet qegħdin
ikunu mħarsa effettivament.Għal dan il-għan, żjajjar ta' sorveljanza
fuq il-post huma strument xieraq u bżonnjuż, b'mod partikolari
għal każijiet fejn għajnuna setgħet intużat
ħażin. Għaldaqstant, il-Kummissjoni għandha jkollha s‑setgħa
li twettaq żjajjar ta' sorveljanza fuq il-post u għandha tikseb il‑koperazzjoni
tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri fejn intrapriża topponi għal
din iż-żjara. ê 734/2013
premessa 18 (adattat) (37) Il-konsistenza
fl-applikazzjoni Ö tar-regoli dwar
l-għajnuna mill-Istat Õ tirrikjedi li
jiġu stabbiliti arranġamenti għall-koperazzjoni bejn il-qrati
tal-Istati Membri u l‑Kummissjoni. Koperazzjoni bħal din hija
rilevanti għall- qrati kollha tal-Istati Membri li japplikaw
l-Artikolu 107(1) u l-Artikolu 108 tat-TFUE. B’mod partikolari, il-qrati
nazzjonali għandhom ikunu jistgħu jistaqsu lill‑Kummissjoni biex
ittihom informazzjoni jew l-opinjoni tagħha dwar il-punti li
jikkonċernaw l-applikazzjoni tar‑regoli tal-għajnuna
mill-Istat. Il-Kummissjoni għandha wkoll tkun tista’ tissottometti
osservazzjonijiet bil-miktub jew b'mod orali lill-qrati li huma msejħa
biex japplikaw l-Artikolu 107(1) jew l-Artikolu 108 tat-TFUE. Meta tassisti
lill-qrati nazzjonali f’dan ir-rigward, il-Kummissjoni għandha taġixxi
skont id-dmir tagħha li tiddefendi l‑interess pubbliku. ê 734/2013
premessa 19 (38) Dawk l–osservazzjonijiet u
opinjonijiet tal-Kummissjoni għandhom ikunu mingħajr preġudizzju
għall-Artikolu 267 tat-TFUE u ma għandhomx jorbtu b’mod legali
lill‑qrati nazzjonali. Dawn għandhom jiġu ppreżentati fi
ħdan struttura ta’ regoli u prattiki ta’ proċedura nazzjonali
inkluż dawk li jissalvagwardjaw id-drittijiet tal‑partijiet,
b’rispett sħiħ tal-indipendenza tal-qrati nazzjonali.
Osservazzjonijiet magħmula mill-Kummissjoni fuq l-inizjattiva tagħha
stess għandhom jiġu limitati għal każijiet li huma
importanti biex l-Artikolu 107(1) jew l‑Artikolu 108 tat- TFUE jiġu
applikati b'mod koerenti, b’mod partikolari għal każijiet li huma
sinifikanti għall‑infurzar jew għall-iżvilupp ulterjuri
tal-każistika tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill‑Istat. ê 659/1999
premessa 21 (adattat) (39) Fl-interessi tat-trasparenza u
ċertezza legali, huwa xieraq li tingħata informazzjoni pubblika dwar
id-deċiżjonijiet tal- Ö Kummissjoni Õ filwaqt li, fl-istess
ħin, jissostna l-prinċipju li deċiżjonijiet f'każijiet
ta' għajnuna mill-Istat huma indirizzati lill‑Istat Membru kkonċernat.
Għaldastant, huwa xieraq li jkunu ppublikati d-deċiżjonijiet
kollha li jistgħu jaffettwaw l-interessi tal-partijiet interessati, jew kompletament
jew f'forma qasira jew li jkun hemm disponibbli għall-partijiet
interessati kopji ta' dawk id‑deċiżjonijiet, fejn ma jkunux
ġew ippublikati jew ma jkunux ġew ippublikati bis-sħiħ. ê 734/2013
premessa 20 (adattat) (40) Meta tippubblika
d-deċiżjonijiet tagħha, il-Kummissjoni għandha tirrispetta
r-regoli tas-sigriet professjonali, inkluż il-protezzjoni
tal-informazzjoni kunfidenzjali u tad-dejta personali kollha, f’konformità
mal-Artikolu 339 tat-TFUE. ê 734/2013
premessa 21 (adattat) (41) Il-Kummissjoni, f’relazzjoni
mill-qrib mal-Kumitat Konsultattiv dwar Għajnuna mill-Istat, għandha
tkun tista’ tadotta dispożizzjonijiet implimentattivi li jistabbilixxu
regoli dettaljati li jirrigwardaw Ö il-proċeduri
skont dan Õ ir-Regolament, ê 659/1999
(adattat) ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: KAPITOLU I ĠENERALI Artikolu 1 Definizzjonijiet Għall-għanijiet ta' dan
ir-Regolament, Ö japplikaw id-definizzjonijiet
li ġejjin Õ: (a) “għajnuna” tfisser kull
miżura li tissodisfa l-kriterja kollha mqiegħda fl‑Artikolu Ö 107 Õ (1) tat- Ö TFUE Õ; (b) “għajnuna eżistenti”
tfisser: ê 517/2013 Art. 1(d)
u Anness .4 (adattat) (i) mingħajr
preġudizzju għall-Artikoli 144 u 172 tal-Att tal-Adeżjoni
tal-Awstrija, tal‑Finlandja u tal-Isvezja, għall-punt 3 u
l-Appendiċi tal-Anness Ö IV Õ tal-Att
tal-Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, tal-Estonja, ta’ Ċipru,
tal-Latvja, tal-Litwanja, tal-Ungerija, ta’ Malta, tal-Polonja, tas-Slovenja u
tas-Slovakkja, għallpunti 2 u 3(b) u l-Appendiċi tal-Anness V tal-Att
tal-Adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija, kif ukoll għall-punti 2 u
3(b) u l-Appendiċi tal-Anness IV tal-Att tal-Adeżjoni
tal-Kroazja, l-għajnuna kollha li kienet teżisti qabel id-dħul
fis-seħħ tat- Ö TFUE Õ fl-Istati Membri
rispettivi, jiġifieri, skemi ta’ għajnuna u għajnuna individwali
li daħlu fis-seħħ qabel, u għadhom jgħoddu wara,
id-dħul fis-seħħ tat- Ö TFUE fl-Istat
Membri rispettiv Õ; ê 659/1999 (ii) għajnuna awtorizzata, li tfisser,
skemi ta' għajnuna u għajnuna individwali li kienu awtorizzati
mill-Kummissjoni jew mill-Kunsill; ê 659/1999
(adattata) (iii) għajnuna meqjusa awtorizzata skond Ö l-Artikolu 4(6)
tar-Regolament (KE) Nru 659/1999 jew l-Artikolu 4(6) ta' dan Õ ir‑Regolament,
jew awtorizzata qabel ir-Regolament Ö (KE) Nru
659/1999 Õ iżda
f'konformità ma' din il‑proċedura; (iv) għajnuna meqjusa għajnuna
eżistenti skond l-Artikolu 17 Ö ta' dan
ir-Regolament Õ; (v) għajnuna meqjusa għajnuna
eżisteni minħabba li jista' jiġi stabbilit li meta daħlet
fis-seħħ ma kienitx għajnuna, u sussegwentement saret
għajnuna minħabba l-evoluzzjoni tas-suq Ö intern Õ u mingħajr ma
l-Istat Membru jkun għamel tibdil fiha. Fejn ċerti miżuri jsiru
għajnuna wara l‑liberalizzazzjoni ta' attività mill-liġi tal- Ö Unjoni Õ, dawk il‑miżuri
m'għandhomx jitqiesu li jkunu għajnuna eżistenti wara d-data stabbilita
għall-liberalizzazzjoni; (c) “għajnuna ġdida” tfisser
kull għajnuna, jiġifieri, skemi ta' għajnuna u għajnuna
individwali, li ma jkunux għajnuna eżistenti, inkluż tibdil lf'għajnuna
eżistenti; (d) “skema ta' għajnuna” tfisser
kull att li fuq il-bażi tiegħu, mingħajr ma jkunu
meħtieġa miżuri implimentattivi oħra, jistgħu jingħataw
għajnuniet individwali lill-impriżi li jkunu definiti fl-att b'mod ġenerali
u astratt u kull att li fuq il-bażi tiegħu għajnuna li ma tkunx
konnessa ma' proġett speċifiku tista' tingħata lil waħda
jew ħafna impriżi għal perjodu ta' żmien indefinit u/jew
għal ammont indefinit; (e) “għajnuna individwali” tfisser
għajnuna li ma tingħatax fuq il-bażi ta' skema ta' għajnuna
u għoti ta' għajnuna notifikabbli fuq il-bażi ta' skema ta'
għajnuna; (f) “għajnuna kontra l-liġi” tfisser
għajnuna ġdida li tiddaħħal fis-seħħ
f'kontravenzjoni tal-Artikolu Ö 108 Õ (3) tat- Ö TFUE Õ; (g) “użu ħażin ta'
għajnuna” tfisser għajnuna wżata mill-benefiċjarju
f'kontravenzjoni ta' deċiżjoni meħudha skond Ö l-Artikolu 4(3)
jew l-Artikolu 7(3) jew (4) tar-Regolament (KE) Nru 659/1999
jew Õ Artikolu 4(3) jew
Artikolu 9(3) jew (4) ta' dan ir-Regolament; (h) “parti interessata” tfisser kull
Stat Membru u kull persuna, impriża jew assoċjazzjoni ta' impriżi
li l-interessi tagħhom jistgħu jkunu affettwati bl-għoti ta'
għajnuna, b'mod partikolari l-benefiċjarju tal-għajnuna,
impriżi li jikkompetu bejniethom u assoċjazzjonijiet
tal-kummerċ. KAPITOLU II PROĊEDURA DWAR L-GĦAJNUNA
NOTIFIKATA Artikolu 2 Notifika ta' għajnuna ġdida 1. Ħlief fejn imsemmi mod ieħor
fir-regolamenti magħmula skont
l-Artikolu Ö 109 Õ
tat- Ö TFUE Õ jew skont kull disposizzjoni oħra rilevanti
tagħhom, kull pjan għall-għoti ta' għajnuna ġdida
għandu jkun mgħarraf lill-Kummissjoni f'biżżejjed
żmien mill-Istat Membru konċernat. Il-Kummisjoni għandha
tgħarraf lill-Istati Membri mingħajr dewmien meta tirċievi in-notifika. 2. F'notifika, l-Istat Membru kkonċernat
għandu jipprovdi l-informazzjoni kollha meħtieġa sabiex il-Kummissjoni
tkun tista' tieħu deċiżjoni skond l-Artikoli 4 u 9 (minn hawn ‘l
quddiem imsejħa “notifika kompluta”). Artikolu 3 Klawsola ta' sospensjoni Għajnuna notifikabbli skond l-Artikolu
2(1) m'għandhiex tidħol fis-seħħ qabel mal‑Kummissjoni
tkun ħadet, jew jitqies li tkun ħadet, deċiżjoni li
tawtorizza dik l‑għajnuna. Artikolu 4 Ö Eżami Õ preliminari
tan-notifika u deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 1. Il-Kummissjoni għandha teżamina
n-notifika hekk kif tirċevieha. Mingħajr preġudizzju għal
l-Artikolu 10, il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni skond
il-paragrafi 2, 3 jew 4 Ö ta' dan
l-Artikolu Õ. ê 659/1999 2. Fejn il-Kummissjoni, wara eżami
preliminari, issib li l-miżura notifikata ma tikkostitwixix għajnuna,
għandha tirreġistra dik is-sejba permezz ta' deċiżjoni. ê 659/1999
(adattat) 3. Fejn il-Kummissjoni, wara eżami
preliminari, issib li miżura notifikata ma tqajjem l-ebda dubju dwar il-kompatibilità
mas-suq Ö intern Õ, safejn tidħol
fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu Ö 107 Õ(1) tat- Ö TFUE Õ, hija tiddeċiedi
li l-miżura hija kompatibbli mas-suq Ö intern Õ (minn hawn ‘l
quddiem imsejħa “deċiżjoni li ma jitqajmux
oġġezzjonijiet”). Id-deċiżjoni għandha
tispeċifika liema eċċezzjoni skont it- Ö TFUE Õ tkun ġiet applikata. 4. Fejn il-Kummissjoni, wara eżami
preliminari, issib li miżura notifikata tqajjem dubji dwar
il-kompatibilità mas-suq Ö intern Õ, hija tiddeċiedi
li għandhom jinbdew proċeduri skond l-Artikolu Ö 108 Õ (2) tat- Ö TFUE Õ (minn hawn ‘l quddiem
imsejħa “deċiżjoni li tinbeda l-proċedura formali ta' investigazzjoni”). ê 659/1999 5. Id-deċiżjonijiet li imsemmija
fil-paragrafi 2, 3 u 4 għandhom jittieħdu fi żmien xahrejn. Dak
il-perjodu għandu jibda l-għada tal-wasla ta' notifika kompluta. In‑notifika
titqies kompluta jekk, fi żmien xahrejn minn meta tasal, jew meta tasal
kull informazzjoni oħra meħtieġa, il-Kummissjoni ma titlob l-ebda
informazzjoni oħra. Dak il-perjodu jista' jiġi estiż bil-kunsens
kemm tal-Kummissjoni kif ukoll tal-Istati Membri kkonċernati. Fejn xieraq,
il-Kummissjoni tista' tiffissa skadenzi iqsar. 6. Fejn il-Kummissjoni ma tkunx ħadet
deċiżjoni skont il-paragrafi 2, 3 jew 4 fil-perjodu stabbilit fil-paragrafu
5, għandhu jitqies li l-għajnuna kienet ġiet awtorizzata
mill-Kummissjoni. Għaldaqstant, l-Istat Membru kkonċernat jista'
jimplimenta l-miżuri kkonċernati wara jinnotifika lill-Kummissjoni
minn qabel, ħlief jekk il-Kummissjoni tieħu deċiżjoni skond
dan l-Artikolu fi żmien 15-il jum tax-xogħol wara li tirċievi n-notifika Artikolu 5 ê 734/2013 Art.
1.2 Talba
għal informazzjoni magħmula lill-Istat Membru li jinnotifika ê 659/1999
(adattat) 1. Fejn
il-Kummissjoni tqis li l-informazzjoni provvduta mill-Istat Membru
kkonċernat fir-rigward ta' miżura notifikata skond l-Artikolu 2 ma
tkunx kompluta, għandha titlob
l-informazzjoni addizzjonali kollha meħtieġa. Fejn Stat Membru
jirrispondi għal din it-talba, il-Kummissjoni għandha tinforma
lill-Istat Membru dwar il-wasla tar-risposta. 2. Fejn l-Istat Membru kkonċernat ma
jipprovdix l-informazzjoni mitluba fil-perjodu stipulat mill-Kummissjoni jew jipprovdi
informazzjoni li ma tkunx kompluta, il‑Kummissjoni għandha
tibgħat tfakkar, filwaqt li tiddetermina perjodu addizzjonali xieraq li
fih għandha tkun provduta l-informazzjoni. 3. In-notifika titqies li tkun ġiet irtirata
jekk l-informazzjoni mitluba ma tiġix provduta fil-perjodu stipulat,
kemm-il darba qabel ma jiskadi dak il-perjodu, l-istess perjodu jiġi
estiż bil-kunsens tal-Kummissjoni kif ukoll tal-Istat Membru
kkonċernat, jew l-Istat Membru kkonċernat, fi stqarrija motivata sew,
jinforma lill-Kummissjoni li jqis li n‑notifika hija kompluta
minħabba li l-informazzjoni mitluba ma tkunx disponibbli jew tkun diġà
ġiet ipprovduta. F'dak il-każ, il-perjodu msemmi fl-Artikolu 4(5)
għandu jibda l-għada tal-wasla tal-istqarrija. Jekk in-notifika titqies
irtirata, il‑Kummissjoni għandha tgħarraf
lill-Istat Membru. Artikolu 6 Proċedura ta' investigazzjoni
formali 1. Id-deċiżjoni li tinbeda
l-proċedura ta' investigazzjoni formali għandha tiġbor fil-qosor
il‑kwistjonijiet rilevanti tal-fatti u tal-liġi, għandha
tinkludi valutazzjoni preliminari tal-Kummissjoni dwar il-karatteristiċi Ö tal-għajnuna Õ tal-miżura
proposta u għandha tispjega d-dubji dwar il-kompatibilità tagħha
mas-suq Ö intern Õ.
Id-deċiżjoni għandha tistieden lill-Istat Membru kkonċernat
u lil partijiet interessati oħra biex jissottomettu l-kummenti tagħhom
f'perjodu stabbilit li normalment m'għandux ikun aktar minn xahar.
F'każijiet ġustifikati, il-Kummissjoni Ö tista' Õ testendi l-perjodu stabbilit. 2. Il-kummenti li jsiru għandhom ikunu jingħaddu
lill-Istat Membru kkonċernat. Fuq talba ta' parti interessata, u għal
raġunijiet ta' ħsara potenzali, l-identità tagħha għandha
tinżamm mistura mill-Istat Membru kkonċernat. L-Istat Membru
kkonċernat jista' jirrispondi għall-kummenti sottomessi f'perjodu stabbilit
li normalment m'għandux ikun aktar minn xahar. F'każijiet
ġustifikati, il-Kummissjoni tista' testendi l-perjodu stabbilit. ê 734/2013 Art.
1.3 (adattat) Artikolu °7 Talba għal informazzjoni li ssir
lil għejun oħra 1. Wara l-bidu tal-proċedura ta’ investigazzjoni
formali stabbilita fl-Artikolu 6, b’mod partikolari fir-rigward ta’
każijiet teknikament kumplessi soġġetti għal valutazzjoni
sostantiva, il-Kummissjoni tista’, jekk l-informazzjoni mogħtija minn Stat
Membru kkonċernat matul investigazzjoni preliminari ma tkunx
suffiċjenti, titlob lil kwalunkwe Stat Membru ieħor, lil impriża
jew assoċjazzjoni ta’ impriżi oħra jipprovdu l-informazzjoni
kollha neċessarja dwar is-suq biex il-Kummissjoni tkun tista’ tlesti
l-valutazzjoni tagħha dwar il‑miżura kkonċernata, billi
tqis kif xieraq il-prinċipju ta’ proporzjonalità, b’mod partikolari
għal intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju. 2. Il-Kummissjoni tista’ titlob informazzjoni Ö biss Õ: (a) jekk tkun limitata għal
proċeduri ta’ investigazzjoni formali li l-Kummissjoni tkun identifikat li
s'issa kienu ineffettivi; u (b) sa fejn ikunu kkonċernati
l-benefiċjarji tal-għajnuna, jekk l-Istat Membru kkonċernat
jaqbel mat-talba. 3. L-impriżi jew assoċjazzjonijiet
ta’ impriżi li jagħtu informazzjoni wara talba tal‑Kummissjoni
għal informazzjoni dwar is-suq skont il-paragrafi 6 u 7 għandhom
jagħtu t‑tweġiba tagħhom simultanjament lill-Kummissjoni u
lill-Istat Membru kkonċernat, sakemm id-dokumenti mogħtija ma
jinkludux informazzjoni li tkun kunfidenzjali rigward ta' dak l-Istat Membru. Il-Kummissjoni għandha tmexxi u
tissorvelja l-għoti ta’ informazzjoni bejn l-Istati Membri, l-impriżi
jew l-assoċjazzjonijiet ta’ impriżi kkonċernati, u tivverifika l‑kunfidenzjalità
allegata tal-informazzjoni mogħtija. 4. Il-Kummissjoni għandha titlob Ö biss Õ informazzjoni li tkun
disponibbli għall-Istat Membru, l-impriża jew l-assoċjazzjoni
ta’ impriżi kkonċernati mit-talba. 5. L-Istati Membri għandhom jipprovdu
informazzjoni fuq il-bażi ta’ talba sempliċi u f’limitu ta’
żmien stabbilit mill-Kummissjoni li normalment ma għandux ikun iktar
minn xahar. Meta Stat Membru ma jagħtix l-informazzjoni mitluba f’dak
il-perjodu jew jagħti informazzjoni mhux sħiħa, il-Kummissjoni
għandha tibgħat tfakkira. 6. Il-Kummissjoni tista’, b’talba
sempliċi, tobbliga impriża jew assoċjazzjoni ta’ impriżi
biex jipprovdu informazzjoni. Meta l-Kummissjoni tibgħat talba
sempliċi għal informazzjoni lil impriża jew assoċjazzjoni
ta’ impriżi, għandha tindika l-bażi legali u l‑għan tat-talba,
tispeċifika liema informazzjoni hija rikjesta u tistabbilixxi skadenza
proporzjonata li fiha
l-informazzjoni għandha tiġi pprovduta. Hija għandha tirreferi
wkoll għall-multi stipulati fl-Artikolu 8(1) dwar l-għoti ta’ informazzjoni inkorretta jew qarrieqa. 7. Il-Kummissjoni tista’,
b’deċiżjoni, tobbliga impriża jew assoċjazzjoni ta’
impriżi biex jipprovdu informazzjoni. Meta l-Kummissjoni,
b’deċiżjoni titlob li impriża jew assoċjazzjoni ta’
impriżi jagħtu informazzjoni, hija għandha tindika l-bażi
legali, ir‑raġuni tat-talba, tispeċifika liema informazzjoni
hija meħtieġa u tistabbilixxi perjodu ta’ żmien proporzjonat li
fih għandha tingħata l-informazzjoni. Hi għandha tindika wkoll
il-multi stipulati fl-Artikolu 8(1) u tindika jew timponi l-ħlasijiet
perjodiċi ta' penali stipulati fl-Artikolu 8(2), Ö skont kif ikun
xieraq Õ. Barra minn hekk,
għandha tindika d-dritt ta’ impriża jew assoċjazzjoni ta’
impriżi li titlob li d-deċiżjoni tiġi riveduta mill-Qorti tal-Ġustizzja
tal-Unjoni Ewropea. 8. Meta toħroġ talba taħt
il-paragrafu 1 jew 6, jew meta tadotta deċiżjoni taħt
il-paragrafu 7, il-Kummissjoni għandha simultanjament tipprovdi kopja
tagħha lill-Istat Membru kkonċernat. Il-Kummissjoni għandha
tindika l-kriterji li permezz tagħhom tkun għażlet id-destinatarji
tat-talba jew deċiżjoni. 9. Il-proprjetarji tal-impriżi jew
ir-rappreżentanti tagħhom, jew fil-każ ta’ persuni ġuridiċi,
kumpaniji, ditti, jew assoċjazzjonijiet li ma għandhom personalità
ġuridika, il-persuni awtorizzati mil-liġi jew mill-kostituzzjoni
tagħhom biex jirrappreżentawhom, għandhom jagħtu
l-informazzjoni mitluba jew meħtieġa. Persuni li huma debitament
awtorizzati, jistgħu jagħtu din l-informazzjoni f’isem il-klijenti
tagħhom. Dawn tal-aħħar, madankollu, għandhom jibqgħu
kompletament responsabbli jekk l-informazzjoni mogħtija ma tkunx korretta,
ma tkunx kompleta, jew tkun qarrieqa. Artikolu 8 Multi u ħlasijiet perjodiċi
ta’ penali 1. Il-Kummissjoni tista’, jekk ikun neċessarju
u proporzjonat, timponi fuq l-impriżi jew fuq assoċjazzjonijiet
tal-impriżi Ö , permezz ta'
deċiżjoni, Õ multi li ma jkunux iktar
minn 1 % tal-valur totali tal- Ö fatturat
tagħhom Õ fis-sena
kummerċjali preċedenti fejn huma, intenzjonalment jew minħabba
negliġenza kbira: (a) jipprovdu informazzjoni
żbaljata jew qarrieqa fit-tweġiba għal talba magħmula skont
l-Artikolu 7(6); (b) jipprovdu informazzjoni
żbaljata, mhux sħiħa jew qarrieqa fittweġiba għal
deċiżjoni adottata skont l-Artikolu 7(7), jew ma jipprovdux
l-informazzjoni fil‑limitu ta’
żmien stabbilit. 2. Il-Kummissjoni tista’,
b’deċiżjoni, timponi fuq impriżi jew assoċjazzjonijiet ta’
impriżi ħlasijiet perjodiċi ta’ penali fejn impriża jew
assoċjazzjoni ta’ impriżi jonqsu milli jagħtu informazzjoni
sħiħa jew korretta kif mitlub mill-Kummissjoni b’deċiżjoni
adottata skont l-Artikolu 7(7). Il-ħlasijiet perjodiċi ta’ penali
m’għandhomx ikunu iktar minn 5 % tal-fatturat medju ta’ kuljum tal-impriża jew
assoċjazzjoni kkonċernta, fis-sena ta’ negozju preċedenti
għal kull jum ta’ dewmien, ikkalkulati mid-data stabbilita
fid-deċiżjoni, sakemm tingħata l-informazzjoni sħiħa u
korretta kif mitlub jew meħtieġ mill-Kummissjoni. 3. Meta jkun qiegħed jiġi ffissat
l-ammont tal-multa jew tal-ħlas perjodiku ta’ penali, għandhom
ikunu kkunsidrati n-natura, l-gravità u t-tul tal-ksur, billi jitqiesu l-prinċipji
tal-proporzjonalità u l-adegwatezza, b’mod partikolari fir-rigward ta' intrapriżi
żgħar u ta’ daqs medju. 4. Fejn l-impriżi jew
l-assoċjazzjonijiet tal-impriżi jkunu ssodisfaw l-obbligu li l-ħlas
perjodiku ta' penali kien maħsub li jinforza, il-Kummissjoni tista’
tnaqqas l-ammont definittiv tal-ħlas perjodiku ta' penali meta mqabbel ma’
dak skont id-deċiżjoni oriġinali li tkun imponiet il-ħlasijiet
perjodiċi ta' penali. Il-Kummissjoni tista’ wkoll tirrinunzja
għall-kwalunkwe ħlas perjodiku ta' penali. 5. Qabel ma tadotta kwalunkwe
deċiżjoni skont il-paragrafi 1 jew 2, il-Kummissjoni għandha
tistabbilixxi skadenza finali ta’ ġimagħtejn biex tirċievi
l-informazzjoni nieqsa dwar is-suq mill-impriżi jew mill-assoċjazzjonijiet
ta’ impriżi kkonċernati u wkoll tagħtihom l‑opportunità li
jesponu l-fehmiet tagħhom. 6. Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni
Ewropea għandu jkollha ġurisdizzjoni illimitata fis-sens tal-Artikolu
261 tat-TFUE biex tirrevedi multi jew ħlasijiet perjodiċi ta’ penali
imposti mill-Kummissjoni. Hi tista’ tikkanċella, tnaqqas jew
iżżid il-multa jew il-ħlas perjodiku ta’ penali imposti. ê 659/1999
(adattat) Artikolu 9 Deċiżjonijiet
tal-Kummissjoni biex tingħalaq il-proċedura ta' investigazzjoni
formali 1. Mingħajr preġudizzju għal
l-Artikolu 10, il-proċedura ta' investigazzjoni formali għandha
tingħalaq permezz ta' deċiżjoni kif stipulat fil-paragrafi 2 sa
5 ta' dan l-Artikolu. 2. Fejn il-Kummissjoni ssib li, fejn xieraq
wara modifika mill-Istat Membru kkonċernat, il‑miżura
notifikata ma tikkostitwix għajnuna, għandha tirreġistra dik
is-sejba permezz ta' deċiżjoni. 3. Fejn il-Kummissjoni issib li, fejn xieraq wara
modifika mill-Istat Membru konċernat, id‑dubji dwar il-kompatibilità
tal-miżura notifikata mas-suq Ö intern Õ jkunu
tneħħew, għandha tiddeċiedi li l-għajnuna hija
kompatibbli mas-suq Ö intern Õ (minn hawn ‘l quddiem
imsejħa “deċiżjoni pożittiva”). Dik id-deċiżjoni
għandha tispeċifika liema eċċezzjoni fit- Ö TFUE Õ tkun ġiet applikata. 4. Ma' deċiżjoni pożittiva, il-Kummissjoni
tista' tehmeż kondizzjonijiet li permezz tagħhom l‑għajnuna
tista' titqies li hija kompatibbli mas-suq Ö intern Õ u tista' tistipula obbligi
sabiex tkun tista' tiġi sorveljata l-konformità mad-deċiżjoni
(minn hawn ‘l quddiem imsejħa “deċiżjoni kondizzjonali”). 5. Fejn il-Kummissjoni ssib li l-għajnuna
notifikata m'hijiex kompatibbli mas-suq Ö intern Õ, għandha
tiddeċiedi li dik l-għajnuna m'għandhiex tiddaħħal
fis-seħħ (minn hawn ‘l quddiem imsejħa “deċiżjoni
negattiva”). 6. Deċiżjonijiet meħuda skond
il-paragrafi 2, Ö sa Õ 5 għandhom
jittieħdu malli jkunu tneħħew id-dubji msemmija fl-Artikolu
4(4). Il-Kummissjoni għandha tipprova kemm jista' jkun tadotta
deċiżjoni f'perjodu ta' 18-il xahar mill-ftuħ
tal-proċedura. Din l-iskadenza tista' tkun estiż bi ftehim komuni
bejn il-Kummissjoni u l-Istat Membru kkonċernat. ê 659/1999 7. La darba jkun skada ż-żmien imsemmi
fil-paragrafu 6, u jekk l-Istat Membru kkonċernat hekk jitlob,
il-Kummissjoni għandha, fi żmien xahrejn, tieħu
deċiżjoni fuq il-bażi tal‑informazzjoni li jkollha disponibbli.
Jekk xieraq, fejn l-informazzjoni provvduta ma tkunx biżżejjed biex jiġi
assigurat li hemm kompatibilità, il-Kummissjoni għandha tieħu
deċiżjoni negattiva. ê 734/2013 Art
1.4 (adattat) 8. Qabel ma tiġi adottata kwalunkwe
deċiżjoni skont il-paragrafi 2 sa 5, il-Kummissjoni għandha
tagħti lill-Istat Membru kkonċernat l-opportunità li jesponi l-fehmiet
tiegħu, fi skadenza li normalment m’għandhiex tkun iktar minn xahar,
dwar l-informazzjoni li tkun irċeviet il‑Kummissjoni u li tkun
għaddiet lill-Istat Membru skont l-Artikolu 7(3). 9. Il-Kummissjoni ma għandhiex tuża
informazzjoni kunfidenzjali mogħtija minn dawk li wieġbu, li ma
tistax tiġi aggregata jew b’mod ieħor tiġi anonimizzata, fi
kwalunkwe deċiżjoni meħuda skont il-paragrafi 2 sa 5, sakemm ma
tkunx kisbet il-kunsens tagħhom li tiżvela dik l-informazzjoni
lill-Istat Membru kkonċernat. Il-Kummissjoni tista’ tieħu
deċiżjoni motivata, li għandha tiġi notifikata lill-impriża
jew lill-assoċjazzjoni ta’ impriżi kkonċernati, fejn tiddeċiedi
li l-informazzjoni pprovduta minn fost dawk li wieġbu u mmarkata
bħala kunfidenzjali mhijiex protetta u tkun tista' tiżvela din
l-informazzjoni wara data li tistabbilixxi hi stess. Dak il-perjodu ma
għandux ikun ta’ anqas minn xahar. 10. Il-Kummissjoni għandha tqis kif
xieraq l-interessi leġittimi tal-impriżi fir-rigward tal‑protezzjoni
tas-sigrieti kummerċjali tagħhom u l-informazzjoni kunfidenzjali.
Impriża jew assoċjazzjoni ta’ impriżi li tipprovdi informazzjoni
skont l-Artikolu 7, u li ma tkunx benifiċjarja tal-miżura ta’
għajnuna mill-Istat ikkonċernata, tista’ titlob, għal
raġunijiet ta’ li jista' jkun hemm ħsara potenzjali, li l-identità
tagħha tinżamm mistura mill-Istat Membru kkonċernat. ê 659/1999
(adattat) Artikolu 10 Irtirar ta' notifika 1. L-Istat Membru kkonċernat jista'
jirtira n-notifika fit-tifsira tal-Artikolu 2 fi żmien xieraq qabel ma
l-Kummisjsoni tkun ħadet deċiżjoni skond l-Artikolu 4 jew 9. 2. F'każijiet fejn il-Kummissjoni Ö tkun bdiet Õ il-proċedura
ta' investigazzjoni formali, il‑Kummissjoni għandha tagħlaq dik
il-proċedura. Artikolu 11 Revoka ta' deċiżjoni Il-Kummissjoni tista' tirrevoka deċiżjoni
meħuda skond l-Artikolu 4(2) jew (3), jew l-Artikolu 9(2), (3) Ö jew Õ (4), wara li tkun
tat lill-Istat Membru kkonċernat l-opportunità li jissottometti l‑kummenti
tiegħu, fejn id-deċiżjoni kienet ibbażata fuq informazzjoni
skorretta provduta waqt il-proċedura li kienet fattur determinanti
għad-deċiżjoni. Qabel ma tirrevoka deċiżjoni u
tieħu deċiżjoni ġdida, il-Kummisjoni għandha
tiftaħ il-proċedura ta' investigazzjoni formali skond l-Artikolu
4(4). L-Artikoli 6, 9 u 12, l-Artikolu 13(1), u l-Artikoli 15, 16 u 17 għandhom
japplikaw mutatis mutandis. KAPITOLU III PROĊEDURA LI TIRRIGWARDA L-GĦAJNUNA
KONTRA L-LIĠI Artikolu 12 Eżami, talba
għall-informazzjoni u inġunzjoni għall-għoti
ta' informazzjoni ê 734/2013 Art.1.5
(adattat) 1. Mingħajr preġudizzju
għall-Artikolu 24, il-Kummissjoni tista’ fuq l-inizjattiva tagħha
stess teżamina informazzjoni li tirrigwarda għajnuna allegatament
kontra l-liġi minn kwalunkwe sors. Il-Kummissjoni għandha teżamina
mingħajr dewmien mhux ġustifikat kwalunkwe ilment imressaq minn
kwalunkwe parti interessata skont l-Artikolu 24(2) u tiżgura li l-Istat
Membru kkonċernat jinżamm infurmat regolarment u bis-sħiħ
bil-progress u l-eżitu tal-eżami. 2. Jekk ikun neċessarju,
il-Kummissjoni għandha titlob informazzjoni mill-Istat Membru
kkonċernat. L-Artikolu 2(2) u l-Artikolu 5(1) u (2) għandhom
japplikaw mutatis mutandis. Wara li tinbeda
l-proċedura ta’ investigazzjoni formali, il-Kummissjoni tista’ titlob
ukoll informazzjoni mingħand Stat Membru ieħor, impriża, jew assoċjazzjoni
ta’ impriżi skont l‑Artikoli 7 u 8, li għandhom japplikaw mutatis
mutandis. ê 659/1999 3. Fejn, minkejja li tintbagħat tfakkira
skond l-Artikolu 5(2), l-Istat Membru kkonċernat ma jipprovdix
l-informazzjoni meħtieġa fil-perjodu stabbilit mill-Kummissjoni, jew
fejn jipprovdi informazzjoni mhux kompluta, il-Kummissjoni għandha
teħtieġ, permezz ta' deċiżjoni, lil‑informazzjoni
tkun provduta (minn hawn ‘l quddiem imsejjħa “inġunzjoni għall-għoti
ta' informazzjoni”). Id-deċiżjoni għandha tispeċifika liema
informazzjoni hi meħtieġa u tistabbilixxi perjodu xieraq li fih
għandha tingħata. Artikolu 13 Inġunzjoni għas-sospenjoni
jew rkupru provviżorju ta' għajnuna ê 659/1999
(adattat) 1. Il-Kummissjoni tista', wara li tagħti lill-Istat
Membru kkonċernat l-opportunità li jagħmel il-kummenti tiegħu,
tadotta deċiżjoni li teħtieġ lill-Istat Membru li
jissospendi kull għajnuna kontra l-liġi sakemm il-Kummissjoni
tieħu deċiżjoni dwar il-kompatibilità tal‑għajnuna
mas-suq Ö intern Õ (minn hawn ‘l
quddiem imsejħa “inġunzjoni għas-sospensjoni”). 2. Il-Kummissjoni tista' wara li tagħti
lill-Istat Membru kkonċernat l-opportunità li jippreżenta l‑kummenti
tiegħu, tadotta deċiżjoni li teħtieġ lill-Istat Membru
li jirkupra proviżjonalment kull għajnuna kontra l-liġi sakemm
il-Kummissjoni tieħu deċiżjoni dwar il-kompatibilità
tal-għajnuna mas-suq Ö intern Õ (minn hawn ‘l quddiem
imsejħa “inġunzjoni ta' rkupru”), jekk ikunu sodisfatti l-kriterji li
ġejjin:(a) skond prattika stabbilita ma jkun hemm l-ebda dubji dwar
il-karattru tal-għajnuna tal‑miżura kkonċernata; (b) ikun hemm urġenza biex
tittieħed azzjoni; (c) ikun hemm riskju serju li ssir ħsara
sustanzjali u rreparrabbli lil xi kompetitur. L-irkupru għandu jsir f'konformità
mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 16(2) u (3). Wara li l‑għajnuna
tkun irkuprata effettivament, il-Kummissjoni għanda tieħu
deċiżjoni fil-limiti ta' żmien applikabbli
għall-għajnuna notifikata. Il-Kummissjoni tista' tawtorizza lill-Istat
Membru biex jgħaqqad ir-rifużjoni tal-għajnuna mal‑ħlas
ta' għajnuna għas-salvataġġ tal-impriża
kkonċernata. Id-disposizzjonijiet ta' dan il-paragrafu għandhom
japplikaw biss għal għajnuna kontra l-liġi li tkun ġiet implimentata
wara d-dħul fis-seħħ ta r-Regolament Ö (KE) Nru
659/1999 Õ. Artikolu 14 Nuqqas
ta' konformità ma' deċiżjoni ta' inġunzjoni Jekk l-Istat
Membru jonqos milli jikkonforma ma' inġunzjoni sospensjoni jew
inġunzjoni rkupru, il-Kummissjoni għandha tkun intitolata, filwaqt li
tkun qed twettaq l-eżami dwar is‑sustanza tal-argument fuq
il-bażi tal-informazzjoni disponibbli, tirreferi l-kwistjoni direttament lill-Qorti
tal-Ġustizzja tal- Ö Unjoni Õ Ewropea u tapplika
għal dikjarazzjoni li n-nuqqas ta' konformità tikkostitwixxi ksur tat- Ö TFUE Õ. ê 659/1999 Artikolu 15 Deċiżjonijiet
tal-Kummissjoni 1. L-eżami ta' għajnuna li
possibilment tkun kontra l-liġi għandu jirriżulta f'deċiżjoni
skond l-Artikolu 4(2), (3) jew (4). Fil-każ ta'
deċiżjonijiet sabiex tinbeda l-proċedura ta' investigazzjoni
formali, il‑proċeduri għandhom jingħalqu permezz ta'
deċiżjoni skond l-Artikolu 9. Jekk Stat Membru jonqos milli
jikkonforma ma' inġunzjoni għall-għoti ta' informazzjoni, dik
id-deċiżjoni għandha tittieħed fuq i-bażi tal-informazzjoni
disponibbli. 2. F'każijiet ta' għajnuna li possibilment
tkun kontra l-liġi u mingħajr preġudizzju għal l-Artikolu 13(2),
il‑Kummisjoni m'għandhiex tkun marbuta bl-iskadenza stipulata
f'l-Artikoli 4(5), 9(6) u 9(7). 3. L-Artikolu 11 għandu japplika mutatis mutandis. Artikolu 16 Rkupru ta' għajnuna ê 659/1999
(adattat) 1. Fejn jittieħdu deċiżjonijiet
negattivi f'każijiet ta' għajnuna kontra l-liġi, il-Kummissjoni
għandha tiddeċiedi li l-Istat Membru kkonċernat għandu
jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex jirkupra l‑għajnuna
mill-benefiċjarju (minn hawn ‘l quddiem imsejħa “deċiżjoni għall-rkupru”).
Il‑Kummissjoni m'għandhiex teħtieġ li jsir irkupru tal-għajnuna
jekk dan imur kontra xi prinċipju ġenerali tal-liġi tal- Ö Unjoni Õ. ê 659/1999 2. L-għajnuna li tkun rkuprataskond
deċiżjoni għall-irkupru għandha tinkludi l-imgħax b'rata
xierqa ffissata mill-Kummissjoni. L-imgħax huwa pagabbli mid-data li fiha
l-għajnuna kontra l-liġi kienet disponibbli għall-benefiċjarju
sad-data li fiha tiġi rkuprata. ê 659/1999
(adattat) 3. Mingħajr preġudizzju
għall-ebda ordni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal- Ö Unjoni Õ skond l-Artikolu Ö 278 Õ tat- Ö TFUE Õ, irkupru għandu
jsir mingħajr dewmien u f'konformità mal-proċeduri tal-liġi
nazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat, sakemm jippermettu li
l-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tal‑Kummissjoni ssir b'mod mmedjat
u effettiv. Għal dan il-għan u fl-eventwalità ta' proċedura
quddiem il-qrati nazzjonali, l-Istati Membri kkonċernati għandhom
jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa li huma disponibbli fis-sistemi
legali rispettivi tagħhom, li jinkludu miżuri provviżorji,
mingħajr preġudizzju għall-liġi tal‑ Ö Unjoni Õ. ê 734/2013 Art.
1.6 (adattat) KAPITOLU PERIJODI TA’ PRESKRIZZJONI ê 659/1999 Artikolu 17 ê 734/2013
Art.1.7 Perjodu ta’ preskrizzjoni
għall-irkupru tal-għajnuna ê 659/1999
(adattat) 1. Il-setgħat tal-Kummissjoni biex
tirkupra l-għajnuna għandhom ikunu suġġett għal
perjodu ta' Ö preskrizzjoni Õ ta' għaxar
snin. 2. Il-perjodu ta' Ö preskrizzjoni Õ għandu jibda
dakinhar li fih l-għajnuna kontra l-liġi tingħata
lill-benefiċarju bħala għajnuna individwali jew bħala
għajnuna taħt skema ta' għajnuna. Kull azzjoni meħudha
mill-Kummissjoni jew minn Stat Membru, li jaġixxi fuq talba
tal-Kummissjoni, fir-rigward tal-għajnuna kontra l-liġi għandha tinterrompi
l-perjodu ta' Ö preskrizzjoni Õ. Ma kull
interuzzjoni l-perjodu ta' preskrizzjoni jerġa' jibda jiddekorri mill-bidu.
Il-perjodu ta' Ö preskrizzjoni Õ għandu jkun
sospiż sakemm id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tkun
is-suġġett ta' proċeduri pendenti quddiem il-Qorti
tal-Ġustizzja
tal Ö Unjoni Õ Ewropea. 3. Kull għajnuna li fir-rigward
tagħha jkun skada l-perjodu ta' Ö preskrizzjoni Õ, għandha titqies
li hi għajnuna eżistenti. ê 734/2013 Art.
1.8 (adattat) Artikolu 18 Perjodu ta’ preskrizzjoni biex
jiġu imposti multi u pagamenti perjodiċi ta’ penali 1. Is-setgħat mogħtija
lill-Kummissjoni fl-Artikolu Ö 8 Õ għandhom ikunu
soġġetti għal perjodu ta’ preskrizzjoni ta’ tliet snin. 2. Il-perjodu ta’ preskrizzjoni stipulat fil-paragrafu
1 jibda jiddekorri mill-ġurnata li fiha jkun sar il‑ksur imsemmi
fl-Artikolu 8. Madankollu, fil-każ ta’ ksur kontinwu u ripetut, il-perijodu
ta' preskrizzjoni għandu jibda jiddekorri mill-ġurnata li fiha
jintemm il-ksur. 3. Kull azzjoni meħuda mill-Kummissjoni
għall-iskop tal-investigazzjoni jew tal-proċedimenti fir‑rigward
ta’ ksur imsemmi fl-Artikolu Ö 8 Õ għandha
tinterrompi l-perjodu ta preskrizzjoni għall-impożizzjoni ta’ multi
jew pagamenti perjodiċi ta’ penali, b’effett mid‑data li fiha l-azzjoni
tkun ġiet notifikata lill-impriża jew lill-assoċjazzjoni ta’
impriżi kkonċernata. 4. Wara kull interruzzjoni, il-perijodu
tal-preskrizzjoni jerġa’ jibda jiddekorri mill-bidu. Madankollu, ilperjodu
tal-preskrizzjoni jiskadi sa mhux aktar tard mill-ġurnata li fiha jkun
għadda perijodu ta’ sitt snin mingħajr ma l-Kummissjoni tkun
imponiet xi multa jew pagament perjodiku ta’ penali. Dak il-perjodu għandu
jiġi estiż biż-żmien li matulu l-perjodu tal-preskrizzjoni
jkun sospiż skont il-paragrafu 5. 5. Il-perijodu ta' preskrizzjoni applikabbli
għall-impożizzjoni ta’ multi jew pagamenti perjodiċi ta’ penali
għandu jiġi sospiż sakemm id-deċiżjoni tal-Kummissjoni
tkun is-suġġett ta’ proċeduri pendenti quddiem il-Qorti
tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea. Artikolu 19 Perjodi ta’ preskrizzjoni
għall-infurzar ta’ multi u ta’ pagamenti perjodiċi ta’ penali 1. Is-setgħat tal-Kummissjoni biex tinforza
deċiżjonijiet adottati skont l-Artikolu 8 għandhom ikunu
soġġetti għal perjodu ta’ preskrizzjoni ta’ ħames snin. 2. Il-perjodu stipulat fil-paragrafu 1
għandu jibda jiddekorri mill-ġurnata li fiha d-deċiżjoni
meħuda skont l-Artikolu 8 issir finali. 3. Il-perjodu ta’ preskrizzjoni stipulat
fil-paragrafu 1 għandu jiġi interrott: (a) b’notifika ta’ deċiżjoni
li timmodifika l-ammont oriġinali tal-multa jew tal-pagament perjodiku ta’
penali jew tirrifjuta applikazzjoni għall-modifika; (b) bi kwalunkwe azzjoni ta’ Stat Membru
li jaġixxi fuq talba tal-Kummissjoni, jew tal-Kummissjoni li jkollha
l-għan li tinforza pagament tal-multa jew pagament perjodiku ta’ penali. 4. Wara kull interruzzjoni, il-perjodu ta’
preskrizzjoni jerġa’ jibda jiddekorri mill-bidu. 5. Il-perjodu ta’ preskrizzjoni msemmi
fil-paragrau 1 għandu jiġi sospiż sakemm: (a) il-konvenut jingħata żmien
għall-ħlas; (b) l-infurzar tal-ħlas ikun
sospiż bis-saħħa ta’ deċiżjoni tal-Qorti
tal-Ġustizzja tal‑Unjoni Ewropea. ê 659/1999 KAPITOLU V PROĊEDURA LI TIRRIGWARDA L-UŻU
ĦAŻIN TA' GĦAJNUNA ê 734/2013 Art.1.9 Artikolu 20 Użu
ħażin ta’ għajnuna Bla ħsara
għall-Artikolu 28, il-Kummissjoni tista, f’każijiet ta’ użu
ħażin ta’ għajnuna, tibda l-proċedura ta’ investigazzjoni
formali skont l-Artikolu 4(4). L-Artikoli 6 sa 11 u 12, l-Artikolu 13(1) u
l-Artikoli 14 sa 17 għandhom japplikaw mutatis mutandis. ê 659/1999
(adattat) KAPITOLU VI PROĊEDURA LI TIRRIGWARDA SKEMI TA'
GĦAJNUNA EŻISTENTI Artikolu 21 Koperazzjoni skond l-Artikolu Ö 108 Õ (1) tat- Ö TFUE Õ 1. Il-Kummissjoni għandha tikseb
mill-Istati Membri kkonċernati l-informazzjoni kollha meħtieġa għar-reviżjoni,
f'koperazzjoni mal-Istat Membru, ta' skemi ta' għajnuna eżistenti
skond l-Artikolu Ö 108 Õ (1) tat- Ö TFUE Õ. 2. Fejn il-Kummissjoni tikkunsidra li skema
ta' għajuna eżistenti m'hijiex, jew m'għadhiex, kompatibbli
mas-suq Ö intern Õ, għandha
tinforma lill-Istat Membru kkonċernat dwar l-opinjoni preliminari
tagħha u tagħti lill-Istat Memrbu kkonċernat l-opportunità li jippreżenta
l-kummenti tiegħu fi żmien xahar. F'każijiet ġustifikati,
il-Kummissjoni tista testendi dan il-perjodu. Artikolu 22 Proposta għal miżuri xierqa Fejn il-Kummissjoni, fid-dawl tal-informazzjoni
ppreżentata mill-Istat Membru skond l-Artikolu 21, tikkonkludi li l-iskema
ta' għajnuna eżistenti m'hijiex, jew m'għadhiex, kompatibbli
mas-suq Ö intern Õ, għandha
toħroġ rakommandazzjoni fejn tipproponi miżuri xierqa lill-Istat
Membru kkonċernat. Ir-rakommandazzjoni tista' tipproponi, b'mod
partikolari: (a) li ssir emenda sustantiva tal-iskema
ta' għajnuna Ö jew Õ (b) li jiġu introdotti ħtiġijiet
proċedurali Ö jew Õ jew (c) li tiġi abolita l-iskema ta' għajnuna. ê 659/1999 Artikolu 23 Konsegwenzi legali ta' proposta
għal miżuri xierqa 1. Fejn l-Istat Membru kkonċernat
jaċċetta l-miżuri proposti u jinforma lill-Kummisjsoni dwarhom,
il-Kummissjoni għandha tirreġistra dik is-sejba u tinforma lill-Istat
Membru dwarha. Meta jaċċetta l-miżuri
proposti l-Istat Membru jkun marbut li jimplimenta l-miżuri xierqa. 2. Fejn l-Istat Membru kkonċernat ma
jaċċettax il-miżuri proposti u l-Kummissjoni, wara li tkun
ikkunsidrat l-argumenti tal-Istat Membru kkonċernat, tibqa' tqis li dawk
il-miżuri huma meħtieġa, għandha tibda l-proċeduri
skond l-Artikolu 4(4). L-Artikoli 6, 9 u 11 għandhom japplikaw mutatis
mutandis. KAPITOLU VII PARTIJIET INTERESSATI Artikolu 24 Drittijiet tal-partijiet interessati 1. Kull parti interessata tista' tissottometti
kummenti skond l-Artikolu 6 wara li l-Kummissjoni tieħu deċiżjoni
li tinbeda l-proċedura ta' investigazzjoni formali. Skond l-Artikolu 9 kull
parti interessata li tkun issottomettiet dawn il-kummenti u kull
benefiċjarju ta' għajnuna individwali għandha
tintbgħatilhom kopja tad-deċiżjoni meħudha
mill-Kummissjoni. ê 734/2013 Art.1.10
(adattat) 2. Kull parti interessata tista’
tippreżenta ilment biex tinforma lill-Kummissjoni dwar xi għajnuna allegatament
kontra l-liġi jew allegat użu ħażin ta’ għajnuna.
Għal dak il-għan, il-parti interessata għandha timla formola li tkun
ġiet Ö stabbilita Õ f’dispożizzjoni
implimentattiva msemmija fl-Artikolu 33 u għandha tipprovdi kull
informazzjoni obbligatorja mitluba fiha. ê 734/2013 Art.
1.10 Fejn il-Kummissjoni tikkunsidra li l-parti
interessata ma tikkonformax mal-formola obbligatorja tal-ilmenti jew li l-fatti
u l-punti tal-liġi mressqa mill-parti interessata ma jipprovdux
biżżejjed raġunijiet biex juru, fuq il-bażi ta’ eżami prima
facie, li hemm għajnuna kontra l-liġi jew użu
ħażin ta’ għajnuna, għandha tinforma lill-parti interessata
u tistedinha tagħmel il-kummenti tagħha f’perjodu stabbilit li
normalment m’għandux ikun aktar minn xahar. Jekk il‑parti
interessata tonqos milli tesponi l-fehmiet tiegħu fil-perjodu stabbilit,
l-ilment jitiqies li jkun ġie irtirat. Il-Kummissjoni għandha
tgħarraf lill-Istat Membru kkonċernat meta lment jitqies li jkun ġie
rtirat. Il-Kummissjoni għandha tibgħat kopja
tad-deċiżjoni dwar każ li jikkonċerna s-suġġett
tal-ilment lil min ikun ilmenta. ê 659/1999 3. Fuq talba tagħha, kull parti
interessata għandha tikseb kopja ta' kull deċiżjoni skond
l-Artikoli 4 u 9, l-Artikolu 12(3) u l-Artikolu 13. ê 734/2013 Art.
1.11 (adattat) KAPITOLU VIII INVESTIGAZZJONIJIET F’SETTURI TAL-EKONOMIJA
U FI STRUMENTI TA’ GĦAJNUNA Artikolu 25 Investigazzjonijiet f’setturi
tal-ekonomija u fi strumenti ta’ għajnuna 1. Fejn l-informazzjoni disponibbli tqajjem suspett
raġonevoli li l-miżuri ta’ għajnuna mill-Istat f’settur
partikolari jew ibbażati fuq strument ta’ għajnuna partikolari
jistgħu jirrestrinġu materjalment jew ixekklu l-kompetizzjoni fis-suq
intern f'diversi Stati Membri, jew li miżuri ta’ għajnuna
eżistenti f’settur partikolari f’diversi Stati Membri ma jkunux, jew ma
għadhomx, kompatibbli mas-suq intern, il-Kummissjoni tista’ tmexxi
inkjesta fi Stati Membri diversi fis-settur tal-ekonomija jew dwar l-użu
tal-istrument ta’ għajnuna kkonċernat. Matul dik linkjesta,
il-Kummissjoni tista’ titlob l-Istati Membri, u/jew l-impriżi jew
l-assoċjazzjonijiet tal-impriżi kkonċernati biex jipprovdu
l-informazzjoni neċessarja għall-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108
tat-TFUE, filwaqt li jitqies il-prinċipju ta’ proporzjonalità. Il-Kummissjoni għandha tiddikjara
r-raġunijiet għall-inkjesta u tal-għażla tad-destinatarji
fit-talbiet kollha għal informazzjoni mibgħuta skont dan l-Artikolu. Il-Kummissjoni għandha tippubblika
rapport dwar ir-riżultati tal-inkjesta mwettqa minnha f’setturi
partikolari tal‑ekonomija jew dwar strumenti ta’ għajnuna
partikolari f’diversi Stati Membri u għandha tistieden lill‑Istati
Membri u lil kull impriża jew assoċjazzjoni ta’ impriżi
kkonċernati biex jissottomettu il-kummenti tagħhom. 2. Informazzjoni miksuba minn inkjesti f'settur
tista’ tintuża fil-qafas ta’ proċeduri skont dan ir-Regolament. 3. L-Artikoli 5, 7 u 8 għandhom japplikaw
mutatis mutandis. ê 659/1999 (adattat) KAPITOLU IX SORVELJANZA Artikolu 26 Rapporti
annwali 1. L-Istati Membri
għandhom jissottomettu lill-Kummissjoni rapporti annwali dwar l-iskemi ta'
għajnuna eżistenti kollha li għalihom ma kienu imposti l-ebda
obbligi ta' rappurtar f'deċiżjoni kondizzjonali skond l-Artikolu 9(4). 2. Fejn, minkejja li jiġi mfakkar,
l-Istat Membru kkonċernat jonqos milli jissottometti rapport annwali,
il-Kummissjoni tista' tipproċedi skont l-Artikolu 22 fir-rigwardl-iskema
ta' għajnuna kkonċernata. Artikolu 27 Sorveljanza fuq il-post 1. Fejn il-Kummissjoni jkollha dubji serji
dwar jekk deċiżjonijiet biex ma jitqajjmux oġġezzjonijiet,
deċiżjonijiet posittivi jew deċiżjonijiet kondizzjonali
dwar l-għajnuna individwali ikunx qegħdin jitħarsu, l-Istat
Membru kkonċernat, wara li jkun ingħata l-opportunità li
jissottometti l-kummenti tiegħu, għandu jippermetti lill-Kummissjoni
twettaq żjajjar ta' sorveljanza fuq il-post. 2. L-uffiċjali awtorizzati
mill-Kummissjoni għandhom jingħataw il-poter, sabiex jivverikaw
il-konformità mad-deċiżjoni konċernata: (a) sabiex jidħlu f'kull bini u art
tal-impriża kkonċernata; (b) jitolbu spjegazzjonijiet bil-fomm
fuq il-post; (ċ) jeżaminaw kotba u reġistri
oħra tal-kummerċ u jieħdu, jew jitolbu, kopji. Il-Kummissjoni tista' tkun assistita, jekk meħtieġ,
minn esperti indipendenti. 3. Il-Kummissjoni għandha tinforma
lill-Istat Membru kkonċernat, biżżejjed żmien minn qabel u
bil-miktub, dwar iż-żjara ta' sorveljanza fuq il-post u dwar
l-identitajiet tal-uffiċjali u esperti awtorizzati. Jekk l-Istat Membru
jkollu oġġezzjonijiet iġġustifikati fir-rigward tal-esperti
magħżula mill‑Ö Kummissjoni Õ, l-esperti
għandhom jinħatru bi ftehim komuni mal-Istat Membru. L‑uffiċċjali
tal-Kummissjoni u l-esperti awtorizzati li jwettqu s-sorveljanza fuq il-post
għandhom jipproduċu awtorizzazzjoni bil-miktub li tispeċifika
s-suġġett u l‑għan taż-żjara. 4. L-uffiċjali awtorizzati mill-Istat
Membru li fit‑territorju tiegħu tkun ser issir iż-żjara
ta' sorveljanza jistgħu jkunu preżenti waqt iż-żjara ta' sorveljanza. 5. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi
lill-Istat Membru b'kopja ta' kull rapport prodott bħala riżultat
taż-żjara ta' sorveljanza. 6. Fejn impriża topponi żjara ta' sorveljanza
ordnata minn deċiżjoni tal-Kummissjoni skond dan l-Artikolu, l-Istat
Membru kkonċernat għandu joffri l-assistenza meħtieġa lill‑uffiċjali
u lill-esperti awtorizzati mill-Kummissjoni sabiex ikun jistgħu jwettqu ż‑żjara
ta' sorveljanza. Artikolu 28 Nuqqas ta' konformità ma'
deċiżjonijiet u sentenzi 1. Fejn l-Istat Membru kkonċernat ma
jikkonformax mad-deċiżjonijiet kondizzjonali jew negattivi, b'mod
partikolari fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 16, il-Kummissjoni tista'
tirreferi l-argument lill-Qorti tal-Ġustizzja tal- Ö Unjoni Õ Ewropea direttament skont
l-Artikolu Ö 108 Õ (2) tat- Ö TFUE Õ. 2. Jekk il-Kummissjoni tikkonsidra li l-Istat
Membru kkonċernat ma ħarisx sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja
tal- Ö Unjoni Ewropea Õ, il-Kummissjoni
tista' tieħu passi ulterjuri f'konformità mal-Artikolu Ö 260 Õ tat- Ö TFUE Õ. ê 734/2013 Art.
1.12 (adattat) KAPITOLU X KOPERAZZJONI MAL-QRATI NAZZJONALI Artikolu 29 Koperazzjoni mal-qrati nazzjonali 1. Għall-applikazzjoni tal-Artikolu
107(1) u l-Artikolu 108 tat-TFUE, il-qrati tal-Istati Membri jistgħu
jistaqsu lill-Kummissjoni biex tittrasmettilhom l-informazzjoni fil-pussess
tagħha jew l-opinjoni tagħha dwar il-kwistjonijiet li
jikkonċernaw l-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat. 2. Fejn ikun meħtieġ minħabba
l-applikazzjoni koerenti tal-Artikolu 107(1) jew l-Artikolu 108 tat-TFUE,
il-Kummissjoni, waqt li taġixxi fuq l-iniżjattiva tagħha stess,
tista’ tippreżenta osservazzjonijiet bil-miktub lil qrati tal-Istati
Membri li huma responsabbli mill-applikazzjoni tar-regoli tal-għajnuna
mill-Istat. Hija tista’, bil-permess tal-qorti kkonċernata, tagħmel
ukoll osservazzjonijiet verbali. Il-Kummissjoni għandha tgħarraf
lill-Istat Membru kkonċernat minn qabel bl-intenzjoni tagħha li
tippreżenta osservazzjonijiet. Esklużivament biex tħejji l-osservazzjonijiet
tagħha, il-Kummissjoni tista’ titlob lill-qorti rilevanti tal-Istat Membru
biex tittrażmetti dokumenti li dik il-qorti jkollha disponibbli,
neċessarji għall-valutazzjoni Ö tal-Kummissjoni Õ dwar il-kwistjoni. ê 659/1999 KAPITOLU XI DISPOSIZZJONIJIET KOMUNI Artikolu 30 Is-sigriet professjonali Il-Kummissjoni u l-Istati Membri,
l-uffiċjali u impjegati oħra tagħhom, li jinkludu esperti
indipendenti maħtura mill-Kummissjoni, m'għanhomx jiżvelaw
informazzjoni li jkunu kisbu waqt l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u li tkun
koperta mill-obbligu
tas-sigriet professjonali. ê 734/2013
Art. 1.13 (adattat) Artikolu 31 Id-destinatarju
tad-deċiżjonijiet 1. Id-deċiżjonijiet meħuda
skont l-Artikolu 7(7), l-Artikolu
8(1) u (2) u l-Artikolu 9(9)
għandhom ikunu indirizzati lill-impriża jew lill-assoċjazzjoni
ta’ impriżi kkonċernata. Il‑Kummissjoni għandha
tinnotifika d-deċiżjoni lid-destinatarju mingħajr dewmien u
għandha tagħti lid-destinatarju l-opportunità li jindika
lill-Kummissjoni liema informazzjoni jqis li għandha
tkun koperta mill-obbligu tas-sigriet professjonali. 2. Id-deċiżjonijiet
l-oħra kollha meħuda skont il-Kapitoli II,
III, V, VI u IX għandhom ikunu indirizzati lill-Istat Membru
kkonċernat. Il-Kummissjoni għandha tinnotifikahom lill‑Istat
Membru kkonċernat mingħajr dewmien u għandha tagħti lil dak
l-Istat Membru l‑opportunità li jindika lill-Kummissjoni liema informazzjoni iqis li għandha tkun
koperta mill-obbligu tas-sigriet professjonali. ê 659/1999
(adattat) Artikolu 32 Pubblikazzjoni
tad-deċiżjonijiet 1. Il-Kummissjoni għandha tippubblika
fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Ö Unjoni Õ Ewropea avviż b' sommarju tad-deċiżjonijiet li
tieħu skond l-Artikolu 4(2) u (3) u l‑Artikolu 22 f'konformità
mal-Artikolu 23(1). Fl-avviż bis-sommarju għandu jiġi ddikjarat li
tista' tinkiseb kopja tad-deċiżjoni fil-verżjoni jew
verżjonijiet tal-lingwistiċi awtentiċi. 2. Il-Kummissjoni għandha tippubblika
fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Ö Unjoni Õ Ewropea id-deċiżjonijiet li tieħu skond l-Artikolu 4(4) fil-verżjoni
tal-lingwa awtentika tagħhom.
Fil-Ġurnal Uffiċċjali ppubblikat bil-lingwi kollha ħliefbil-verżjoni
awtentika tal-lingwa, il-verżjoni lingwistika awtentika għandha tkun tinkludi
sommarju sinfikattivfil-lingwa ta' dak il-Ġurnal Uffiċjali. ê 659/1999
u 734/2013 Art.1.14 (adattat) 3. Il-Kummissjoni għandha tippublika
fil-Ġurnal Uffiċjali tal- Ö Unjoni Õ Ewropea
d-deċiżjonijiet li tieħu skond Ö l-Artikolu 8(1)) u (2) u Õ l-Artikolu 9. 4. F'każi fejn japplika l-Artikolu
4(6) jew l-Artikolu 10(2), għandu jkun pubblikat avviż qasir fil-Ġurnal
Uffiċċjali tal- Ö Unjoni Ewropea Õ. 5. Il-Kunsill, filwaqt li jaġixxi
b'mod unanimu, jista' jiddeċiedi li jippubblika d‑deċiżjonijiet
skond it-tielet subparagrafu tal-Artikolu Ö 108 Õ (2) tat- Ö TFUE Õ
fil‑Ġurnal Uffiċċjali tal- Ö Unjoni Õ Ewropea. ê 734/2013
Art. 1.15 (adattat) Artikolu 33 Dispożizzjonijiet ta’
implimentazzjoni Il-Kummissjoni, waqt li taġixxi skont
il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 35, għandha s-setgħa li
tadotta dispożizzjonijiet ta’ implimentazzjoni li jirrigwardaw: (a) il-forma, il-kontenut u dettalji
oħra tan-notifiki; (b) il-forma, il-kontenut u dettalji
oħra tar-rapporti annwali; (c) il-forma, il-kontenut u dettalji
oħra tal-ilmenti magħmula skont l-Artikolu 12(1) u
l-Artikolu 24(2); (d) dettalji tal-iskadenzi u l-kalkolu tal-limiti ta’ żmien; u (e) ir-rata tal-imgħax
msemmija fl-Artikolu 16(2). ê 659/1999
(adattat) Artikolu 34 Konsultazzjoni tal-Kumitat Ö Konsultattiv dwar l-Għajnuna mill-Istat Õ 1. Qabel tadotta kwalunkwe dispożizzjoni
ta' implimentazzjoni skond l-Artikolu 33, Ö il-Kummissjoni
għandha tikkonsulta l-Kumitat Konsultattiv dwar l-għajnuna mill-Istat
imwaqqaf mir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru […/…][10] (minn issa 'l quddiem
imsejjaħ 'il-Kumitat') Õ. 2. Il-Konsultazzjoni tal-Kumitat għandha
ssir f'laqgħa organizzata mill-Kummissjoni. L-abbozzi u dokumenti li
għandhom ikunu eżaminati jiġu annessi man-notifika.
Il-laqgħa għandha ssir mhux aktar kmieni minn xahrejn wara li tkun
intbagħtet in-notifika. Dan il-perjodu jista' jitnaqqas f'każ ta'
urġenza. 3. Ir-rappreżentant tal-Kummissjoni
għandu jippreżenta lill-Kumitat abbozz tal-miżuri li
għandhom jittieħdu. Il-Kumitat għandu jagħti opinjoni dwar
l-abbozz, f'perjodu ta' żmien li jista' jiġi stabbilit
mill-president, skond l-urġenza tal-kwistjoni, u jekk ikun meħtieġ
permezz ta' votazzjoni. 4. L-opinjoni għandha titniżżel fil-minuti. Barra minn hekk, kull Stat Membru
għandu d-dritt li jitlob li l-pożizzjoni tiegħu titniżżel
fil-minuti. Il-Kumitat jista' jirrakkomanda li l-opinjoni tiġi ppubblikata
fil-Ġurnal Uffiċjali tal- Ö Unjoni
Ewropea Õ. ê 659/1999 5. Il-Kummissjoni għandha tqis b'importanza
kbira l-opinjoni mogħtija mill-Kumitat. Għandha tinforma lill-Kumitat
dwar il-mod kif l-opinjoni tieħgu tkun ġiet meqjusa. ê Artikolu 35 Revoka Ir-Regolament (KE) Nru Ö 659/1999 Õ huwa revokat. Ir-referenzi għar-Regolament li ġie
revokat għandhom jitqiesu bħala referenzi għal dan ir‑Regolament
u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni mogħtija
fl-Anness II. ê 659/1999 Artikolu 36 Dħul
fis-seħħ ê 659/1999
(adattat) Dan
ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum
wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal- Ö Unjoni Õ Ewropea. ê 659/1999 Magħmul fi Brussell, Għall-Kunsill Il-President [1] COM(87) 868 PV. [2] Ara l-Anness 3 tal-Parti A tal-Konklużjonijiet. [3] Imdaħħla fil-programm leġiżlattiv
għall-2014. [4] Ara l-Anness I ta' din il-proposta. [5] ĠU C […], […], p. […]. [6] ĠU C […], […], p. […]. [7] Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 tat-22 ta’
Marzu 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni
tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 83, 27.3.1999,
p. 1). [8] Ara l-Anness I. [9] Komunikazzjoni mill-Kummissjoni, 'Ewropa 2020:
Strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u
inklużiv', tat-3 ta' Marzu 2010 (COM(2010) 2020 final). [10] Regolament tal-Kunsill (UE) Nru […/…] ta' […] dwar
l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament
tal-Unjoni Ewropea għal ċertu kategoriji ta’ għajnuna mill-Istat
orizzontali (ĠU L […],[…], p. […]). é ANNESS I Regolament revokat flimkien mal-lista
tal-emendi suċċessivi tiegħu Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 || (ĠU L 83, 27.3.1999, p. 1) || || Punt 5(6) tal-Anness II tal-Att tal-Adeżjoni tal-2003 || || Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1791/2006 || (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1) || Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 517/2013 || (ĠU L 158, 10.6.2013, p. 1) || Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 734/2013 || (ĠU L 204, 31.7.2013, p. 15) _____________ ANNESS
II Tabella
Ta’ Korrelazzjoni Regolament (KE) Nru 659/1999 || Dan ir-Regolament Artikoli 1 sa 6 || Artikoli 1 sa 6 Artikolu 6a || Artikolu 7 Artikolu 6b || Artikolu 8 Artikolu 7 || Artikolu 9 Artikolu 8 || Artikolu 10 Artikolu 9 || Artikolu 11 Artikolu 10 || Artikolu 12 Artikolu 11(1) || Artikolu 13(1) Artikolu 11(2), l-ewwel subparagrafu, kliem introduttorju || Artikolu 13(2), l-ewwel subparagrafu, kliem introduttorju Artikolu 11(2), l-ewwel subparagrafu, l‑ewwel inċiż || Artikolu 13(2), l-ewwel subparagrafu, punt (a) Artikolu 11(2), l-ewwel subparagrafu, it‑tieni inċiż || Artikolu 13(2), l-ewwel subparagrafu, punt (b) Artikolu 11(2), l-ewwel subparagrafu, it-tielet inċiż || Artikolu 13(2), l-ewwel subparagrafu, punt (c) Artikolu 11(2), it-tieni, it-tielet u r-raba' subparagrafi || Artikolu 13(2), it-tieni, it-tielet u r-raba' subparagrafi Artikolu 12 || Artikolu 14 Artikolu 13 || Artikolu 15 Artikolu 14 || Artikolu 16 Artikolu 15 || Artikolu 17 Artikolu 15a || Artikolu 18 Artikolu 15b || Artikolu 19 Artikolu 16 || Artikolu 20 Artikolu 17 || Artikolu 21 Artikolu 18 || Artikolu 22 Artikolu 19 || Artikolu 23 Artikolu 20 || Artikolu 24 Artikolu 20a || Artikolu 25 Artikolu 21 || Artikolu 26 Artikolu 22 || Artikolu 27 Artikolu 23 || Artikolu 28 Artikolu 23a || Artikolu 29 Artikolu 24 || Artikolu 30 Artikolu 25 || Artikolu 31 Artikolu 26(1) and (2) || Artikolu 32(1) u (2) Artikolu 26(2)a || Artikolu 32(3) Artikolu 26(3) || Artikolu 32(3) Artikolu 26(4) || Artikolu 32(4) Artikolu 26(5) || Artikolu 32(5) Artikolu 27 || Artikolu 33 Artikolu 28 || - Artikolu 29 || Artikolu 34 - || Artikolu 35 Artikolu 30 || Artikolu 36 - || Anness I - || Anness II _____________