IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 29.7.2014
COM(2014) 495 final
2014/0227(NLE)
Proposta għal
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim għal koperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gżejjer Faeroe li jassoċja lill-Gżejjer Faeroe ma' Orizzont 2020 - il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020)
MEMORANDUM TA' SPJEGAZZJONI
1.IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA
Fit-18 ta' Marzu 2014 il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex f'isem l-Unjoni Ewropea tibda negozjati mal-Gżejjer Faeroe bil-għan li tikkonkludi Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gżejjer Faeroe li jassoċja lill-Gżejjer Faeroe ma' Orizzont 2020 - il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020).
In-negozjati bejn iż-żewġ partijiet tlestew u ssarrfu fl-abbozz ta' ftehim mehmuż, li jikkonforma mad-direttivi tan-negozjati maħruġa mill-Kunsill.
Il-Kummissjoni tipproponi li l-Kunsill:
–jiddeċiedi dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll f'isem l-Unjoni Ewropea.
2.L-ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA
Il-proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill hi bbażata fuq l-Artikoli 186 u 218(5) u 218(8) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
2014/0227 (NLE)
Proposta għal
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim għal koperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gżejjer Faeroe li jassoċja lill-Gżejjer Faeroe ma' Orizzont 2020 - il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 186 flimkien mal-Artikolu 218(5) u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 218(8) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1)Orizzont 2020 – Il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020) ġie stabbilit bir-Regolament (UE) Nru 1291/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ("Orizzont 2020").
(2)Fit-18 ta' Marzu 2014 il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex f'isem l-Unjoni tibda negozjati mal-Gżejjer Faeroe bil-għan li tikkonkludi Ftehim għal koperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gżejjer Faeroe li jassoċja lill-Gżejjer Faeroe ma' Orizzont 2020.
(3)Dawn in-negozjati tlestew b'suċċess, u soġġett għall-konklużjoni tiegħu f'data aktar 'il quddiem, il-Ftehim għandu jiġi ffirmat f'isem l-Unjoni Ewropea.
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
L-iffirmar tal-Ftehim għal koperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gżejjer Faeroe li jassoċja lill-Gżejjer Faeroe ma' Orizzont 2020 - il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni huwa b'dan approvat f'isem l-Unjoni filwaqt li soġġett għall-konklużjoni ta' dak il-Ftehim.
It-test tal-Ftehim li jrid jiġi ffirmat hu mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill għandu jistabbilixxi l-istrument ta' setgħat sħaħ biex jiġi ffirmat il-Ftehim, soġġett għall-konklużjoni tiegħu, għall-persuni indikati min-negozjatur tal-Ftehim.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell,
Għall-Kunsill
Il-President
DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA
1.QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA
1.1.It-titolu tal-proposta/inizjattiva
Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim għal koperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gżejjer Faeroe li jassoċja lill-Gżejjer Faeroe ma' Orizzont 2020 - il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020).
1.2.L-oqsma tal-politika kkonċernati fl-istruttura ABM/ABB
L-Istrateġija tal-politika u l-koordinazjoni tad-Direttorati Ġenerali RTD, JRC, AGRI, EAC, CNECT, ENER, ENTR u MOVE.
1.3.In-natura tal-proposta/inizjattiva
☑ Il-proposta/inizjattiva għandha x'taqsam ma' azzjoni ġdida
◻ Il-proposta/inizjattiva għandha x'taqsam ma' azzjoni ġdida li ssegwi proġett pilota/azzjoni preparatorja
◻ Il-proposta/inizjattiva għandha x'taqsam mal-estensjoni ta' azzjoni eżistenti
◻ Il-proposta/inizjattiva għandha x'taqsam ma' azzjoni direzzjonata mill-ġdid lejn azzjoni ġdida
1.4.L-għan(ijiet)
1.4.1.L-għanijiet strateġiċi pluriennali tal-Kummissjoni mmirati bil-proposta/inizjattiva
Li tassoċja lill-Gżejjer Faeroe ma' Orizzont 2020 – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020). Il-parteċipazzjoni tal-Gżejjer Faeroe f'Orizzont 2020 bħala pajjiż assoċjat għandha titqies li qed tissokta l-parteċipazzjoni tagħhom fis-Seba' Programm Kwadru.
1.4.2.L-għanijiet speċifiċi u l-attivitajiet ABM/ABB ikkonċernati
Għan speċifiku
Attivitajiet ABM/ABB ikkonċernati
Sabiex tissaħħaħ it-tmexxija industrijali u l-kompetittività tal-UE f'kuntest globali u tkompli tiżdied l-eċċellenza tar-riċerka tal-UE.
1.4.3.Ir-riżultat(i) u l-impatt mistennija
Semmi l-effetti li l-proposta/inizjattiva għandu jkollha fuq il-benefiċjarji/gruppi fil-mira.
B'dan il-Ftehim, il-Gżejjer Faeroe u l-Unjoni jistgħu jiksbu benefiċċju reċiproku bil-parteċipazzjoni f'Orizzont 2020 - il-Programm Qafas il-ġdid tal-Unjoni għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020) u jaġġornaw u jsaħħu l-koperazzjoni tagħhom f'oqsma ta' interess xjentifiku u teknoloġiku komuni.
1.4.4
L-indikaturi u r-riżultati u l-impatt
Semmi l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.
- l-għadd ta' proposti li ressqu l-Gżejjer Faeroe meta mqabbel mal-għadd ta' proposti magħżula għall-finanzjament minn Orizzont 2020, kemm b'kollox u anki skont il-pilastri differenti ta' Orizzont 2020;
- l-għadd ta' applikanti mill-Gżejjer Faeroe fil-proposti mressqa u aċċettati għall-finanzjament;
- l-għadd ta' entitajiet mill-Gżejjer Faeroe li kisbu finanzjament u s-sehem tal-fondi miksuba fil-programm speċifiku Orizzont 2020 meta mqabbel mal-parteċipazzjoni relattiva tal-Gżejjer Faeroe f'dak il-programm.
- l-għadd ta' ftehimiet ta' għotja tal-Gżejjer Faeroe li ġew iffirmati.
1.5.Il-bażi għall-proposta/inizjattiva
1.5.1.Ir-rekwiżiti li jridu jiġiu ssodisfati fi żmien qasir jew fit-tul
B'din id-Deċiżjoni, il-Gżejjer Faeroe se jkunu jistgħu jieħdu sehem f'ħafna mis-sejħiet għall-proposti ta' Orizzont 2020 bħala pajjiż assoċjat, u l-entitajiet tar-riċerka tagħhom jistgħu jintgħażlu biex jiksbu finanzjament. Dawn jeħtiġilhom iħallsu kontribuzzjoni finanzjarja biex jiżguraw l-istatus ta' assoċjazzjoni.
1.5.2.Il-valur miżjud tal-involviment tal-UE
Il-Gżejjer Faeroe iħallsu kontribuzzjoni finanzjarja kull sena biex jieħdu sehem bħala pajjiż assoċjat, u din tiżdied mal-baġit tal-UE.
Din il-koperazzjoni, imbagħad, se tgħin għall-eċċellenza xjentifika u għall-kompetittività tal-Unjoni, peress li l-Gżejjer Faeroe huma ġar qrib ħafna tal-UE, min-naħa tat-Tramuntana tal-Ewropa.
1.5.3.It-tagħlimiet miksuba minn esperjenzi simili fil-passat
Il-Gżejjer Faeroe ġew assoċjati mas-Seba' Programm Kwadru tar-Riċerka tal-UE (l-FP7) fl-2010. Għalhekk dan midħla sew tal-koperazzjoni fir-riċerka u l-innovazzjoni mal-UE u jistgħu jibnu fuq il-proġetti u l-azzjonijiet li rnexxew u li ngħataw bl-FP7.
1.5.4.Il-kompatibbiltà u s-sinerġija possibbli ma' strumenti xierqa oħrajn
Orizzont 2020 hu kompatibbli ma' strumenti oħra ta' finanzjament tal-Unjoni.
1.6.It-tul taż-żmien u l-impatt finanzjarju
☑ Proposta/inizjattiva li għandha tul taż-żmien limitat
–☑
Il-proposta/inizjattiva tkun fis-seħħ mill-01/01/2014 sal-31/12/2020
–☑
L-impatt finanzjarju jkun mill-01/01/2014 sal-31/12/2023
◻ Proposta/inizjattiva li għandha tul taż-żmien bla limitu
–L-implimentazzjoni jkollha perjodu ta' bidu minn SSSS sa SSSS,
–u wara tħaddim fuq skala sħiħa.
1.7.Il-metodu/i ppjanati tal-immaniġġjar
Mill-baġit tal-2014
☑ Immaniġġjar dirett mill-Kummissjoni
–☑mid-dipartimenti tagħha, inkluż mill-persunal tagħha fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;
–☑
mill-aġenziji eżekuttivi;
◻ Immaniġġjar kondiviż mal-Istati Membri
☑Immaniġġjar indirett billi jiġu delegati l-kompiti tal-implimentazzjoni lil:
–◻ pajjiżi terzi jew il-korpi maħtura minnhom;
–◻ organizzazzjonijiet internazzjonali u l-aġenziji tagħhom (iridu jiġu speċifikati);
–☑ il-BEI u l-Fond Ewropew tal-Investiment;
–◻ korpi li jissemmew fl-Artikoli 208 u 209 tar-Regolament Finanzjarju;
–◻ korpi tal-liġi pubblika;
–◻ korpi rregolati mil-liġi privata b'missjoni tas-servizz pubbliku safejn dawn ikunu jipprovdu garanziji finanzjarji xierqa;
–◻ korpi rregolati mil-liġi privata ta' Stat Membru li jkunu fdati bl-implimentazzjoni ta' sħubija pubblika privata u li jkunu jipprovdu garanziji finanzjarji xierqa;
–◻ persuni fdati bl-implimentazzjoni ta' azzjonijiet speċifiċi fil-PESK skont it-Titolu V tat-Trattat UE u identifikati fl-att bażiku rilevanti.
–Jekk jiġi indikat aktar minn metodu wieħed tal-immaniġġjar, agħti aktar dettalji fit-taqsima "Kummenti".
2.IL-MIŻURI TAl-IMMANIĠĠJAR
2.1.Ir-regoli tal-monitoraġġ u tar-rappurtar
Semmi l-frekwenza u l-kundizzjonijiet.
Il-Kummissjoni se tevalwa b'mod regolari l-azzjonijiet kollha li jsiru skont il-Ftehim, u li jkunu soġġetti wkoll għal monitoraġġ regolari tal-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim fil-Kumitat għar-Riċerka u l-Innovazzjoni tal-UE u l-Gżejjer Faeroe, kif jistabbilixxi l-Artikolu 4 tal-Ftehim. Din l-evalwazzjoni se tkopri:
a) Indikaturi tal-prestazzjoni li għandhom x'jaqsmu mal-Programm Speċifiku Orizzont 2020:
- l-għadd ta' proposti li ressqu l-Gżejjer Faeroe meta mqabbel mal-għadd ta' proposti magħżula għall-finanzjament minn Orizzont 2020, kemm b'kollox u anki skont il-pilastri differenti ta' Orizzont 2020;
- l-għadd ta' applikanti mill-Gżejjer Faeroe fil-proposti mressqa u aċċettati għall-finanzjament;
- l-għadd ta' entitajiet mill-Gżejjer Faeroe li kisbu finanzjament u s-sehem tal-fondi miksuba fil-programm speċifiku Orizzont 2020 meta mqabbel mal-parteċipazzjoni relattiva tal-Gżejjer Faeroe f'dak il-programm.
- l-għadd ta' ftehimiet tal-għotja li jsiru ma' entitajiet mill-Gżejjer Faeroe.
b) Ġbir ta' informazzjoni:
Abbażi tad-dejta mill-programm Orizzont 2020, meta tintalab u abbażi tal-informazzjoni skambjata fil-Kumitat tal-UE u l-Gżejjer Faeroe.
c) Evalwazzjoni ġenerali:
Fid-dawl ta' kemm ittul l-assoċjazzjoni tal-Gżejjer Faeroe ma' Orizzont 2020, il-Kummissjoni se tevalwa l-parteċipazzjoni ġenerali tagħhom.
2.2.Is-sistema tal-immaniġġjar u tal-kontroll
2.2.1.Ir-riskji identifikati
Ma ġie identifikat l-ebda riskju.
2.2.2.Informazzjoni dwar l-istruttura tas-sistema tal-kontroll intern
L-Anness III tal-Ftehim jispeċifika r-regoli li jirregolaw il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Gżejjer Faeroe għal Orizzont 2020.
Il-Ftehim jaħseb għal reviżjoni (abbażi tad-dejta dwar il-parteċipazzjoni ta' entitajiet legali tal-Gżejjer Faeroe f'azzjonijiet indiretti u diretti minn Orizzont 2020 matul il-perjodu 2014-2016) tal-fattur ta' proporzjonalità li jirregola l-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Gżejjer Faeroe għall-Programm. Din ir-reviżjoni trid issir fir-raba' sena ta' applikazzjoni tal-Ftehim.
2.2.3.Stima tal-ispejjeż u l-benefiċċji tal-kontrolli u valutazzjoni tal-livell mistenni tar-riskju ta' żball
2.3.Il-miżuri għall-prevenzjoni ta' frodi u irregolaritajiet
Semmi l-miżuri ta' prevenzjoni u protezzjoni eżistenti jew previsti.
Dawn il-miżuri huma stabbiliti fl-Anness IV tal-Ftehim dwar il-kontroll finanzjarju tal-parteċipanti mill-Gżejjer Faeroe fil-Programm kopert mill-Ftehim.
Meta l-implimentazzjoni tal-Programm Qafas titlob l-użu ta’ kuntratturi esterni jew tinvolvi l-għoti ta’ kontribuzzjonijiet finanzjarji lil partijiet terzi, il-Kummissjoni se twettaq verifiki finanzjarji, fejn xieraq, b’mod partikolari jekk ikollha raġuni biex tiddubita n-natura realistika tax-xogħol imwettaq jew deskritt fir-rapporti tal-attività.
Il-verifiki finanzjarji tal-Unjoni se jagħmilhom il-persunal tagħha stess jew esperti tal-kontabbiltà approvati skont il-liġi tal-parti li tkun qed issirilha l-verifika. Lil dawn tal-aħħar, l-Unjoni se tagħżilhom mingħajr indħil, filwaqt li se tevita kull riskju ta' kunflitt ta' interess li tista' tiġbdilha l-attenzjoni dwaru l-parti soġġetta għall-verifika. Barra minn hekk, meta twettaq l-attivitajiet tar-riċerka, il-Kummissjoni se tiżgura li jitħarsu l-interessi finanzjarji tal-Unjoni b'verifiki effettivi u, meta jinstabu xi irregolaritajiet, b'miżuri u penali deterrenti u proporzjonati.
Sabiex jintlaħaq dan il-għan, f'kull kuntratt li jintuża fl-implimentazzjoni tal-Programm Qafas se jiddaħħlu regoli dwar il-verifiki, il-miżuri u l-penali, b'referenza għar-Regolamenti Nru 2988/95, Nru 2185/96 u Nru 883/2013.
B'mod partikolari, fil-kuntratti għandu jkun hemm dispożizzjonijiet dwar dawn il-punti:
- l-introduzzjoni ta' klawżoli kuntrattwali speċifiċi li jħarsu l-interessi finanzjarji tal-UE fit-twettiq ta' verifiki u kontrolli li għandhom x'jaqsmu max-xogħol imwettaq;
- it-twettiq ta' verifiki amministrattivi bħala parti minn miżuri kontra l-frodi, skont ir-Regolamenti Nru 2185/96 u Nru 883/2013;
- l-applikazzjoni ta' penali amministrattivi għal kull irregolarità fl-implimentazzjoni tal-kuntratti, kemm jekk tkun intenzjonata jew b'negliġenza, skont ir-Regolament Qafas Nru 2988/95, inkluż mekkaniżmu għar-reġistrazzjoni f'listi suwed;
- il-fatt li d-deċiżjonijiet li tieħu l-Kummissjoni fl-applikazzjoni tal-Artikolu 299 tat-TFUE biex tinforza l-irkupru tal-ammonti dovuti u mhux imħallsa mill-benefiċjarji tal-Gżejjer Faeroe għall-parteċipazzjoni tagħhom f'Orizzont 2020, se jiġu infurzati fil-Gżejjer Faeroe.
- Barra minn hekk u bħala miżura ta' rutina, il-persunal responsabbli tad-DĠ għar-Riċerka u l-Innovazzjoni se jieħu ħsieb iwettaq programm ta' kontroll fejn jidħlu l-aspetti xjentifiċi u baġitarji; l-Unità tal-Awditjar Intern tad-DĠ għar-Riċerka u l-Innovazzjoni se tieħu ħsieb tagħmel awditjar intern; u l-Qorti Ewropea tal-Awdituri se tagħmel spezzjonijiet lokali.
3.L-IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA
3.1.Intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linji baġitarji tan-nefqa affettwati
Il-linji baġitarji eżistenti
Skont l-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linji baġitarji.
|
Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
Linja baġitarja
|
Tip ta'
nefqa
|
Kontribuzzjoni
|
|
|
Numru
Intestatura
|
Diff./mhux-diff.
()
|
minn pajjiżi tal-EFTA
|
minn pajjiżi kandidati
|
minn pajjiżi terzi
|
skont it-tifsira tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju
|
|
1a
|
08.01.05
08.01.05.01
08.01.05.03
|
mhux-diff.
|
IVA
|
IVA
|
IVA
|
IVA
|
Linji baġitarji ġodda mitluba
Skont l-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linji baġitarji.
|
Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
Linja baġitarja
|
Tip ta'
nefqa
|
Kontribuzzjoni
|
|
|
Numru
[…][Intestatura………………………………………...……….]
|
Diff./mhux-diff.
|
minn pajjiżi tal-EFTA
|
minn pajjiżi kandidati
|
minn pajjiżi terzi
|
skont it-tifsira tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju
|
|
|
[…][XX.SS.SS.SS]
|
|
IVA/LE
|
IVA/LE
|
IVA/LE
|
IVA/LE
|
3.2.L-impatt stmat fuq in-nefqa
3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa
f'miljuni ta' EUR (sa tliet ċifri wara l-punt deċimali)
|
Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali:
|
1a
|
Kompetittività għat-Tkabbir u l-Impjiegi
|
|
Id-DĠ: <…….>
|
|
|
2014
|
2015
|
2016
|
2017
|
2018
|
2019
|
2020
|
TOTAL
|
|
• Approprjazzjonijiet operazzjonali
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Numru tal-linja baġitarja
|
Impenji
|
(1)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Pagamenti
|
(2)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Numru tal-linja baġitarja
|
Impenji
|
(1a)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Pagamenti
|
(2a)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Approprjazzjonijiet ta' natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta' programmi speċifiċi
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Numru tal-linja baġitarja 08 01.05
|
|
(3)
|
0.087
|
0.087
|
0.087
|
0.087
|
0.087
|
0.087
|
0.087
|
0.609
|
|
Numru tal-linja baġitarja 08.01.05.01
|
|
(4)
|
0.082
|
0.082
|
0.082
|
0.082
|
0.082
|
0.082
|
0.082
|
0.574
|
|
Numru tal-linja baġitarja 08.01.05.03
|
|
(5)
|
0.005
|
0.005
|
0.005
|
0.005
|
0.005
|
0.005
|
0.005
|
0.035
|
• TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali
|
Impenji
|
(6)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Pagamenti
|
(7)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
• TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta' natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta' programmi speċifiċi
|
(8)
|
0.087
|
0.087
|
0.087
|
0.087
|
0.087
|
0.087
|
0.087
|
0.609
|
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet
għall-INTESTATURA 1a
tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
Impenji
|
=6+8
|
0.087
|
0.087
|
0.087
|
0.087
|
0.087
|
0.087
|
0.087
|
0.609
|
|
|
Pagamenti
|
=7+8
|
0.087
|
0.087
|
0.087
|
0.087
|
0.087
|
0.087
|
0.087
|
0.609
|
Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali
|
5
|
"Nefqa amministrattiva"
|
f'miljuni ta' EUR (sa tliet ċifri wara l-punt deċimali)
|
|
|
|
Is-sena
N
|
Is-sena
N+1
|
Is-sena
N+2
|
Is-sena
N+3
|
Daħħal kemm hemm bżonn snin biex turi it-tul tal-impatt (ara l-punt 1.6)
|
TOTAL
|
|
Id-DĠ: <…….>
|
|
• Riżorsi umani
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
• Nefqiet amministrattivi oħrajn
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
TOTAL tad-DĠ <…….>
|
Approprjazzjonijiet
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet
għall-INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
(Impenji totali = Pagamenti totali)
|
0.012
|
0.012
|
0.012
|
0.012
|
0.012
|
0.012
|
0.012
|
0.084
|
f'miljuni ta' EUR (sa tliet ċifri wara l-punt deċimali)
|
|
|
|
2014
|
2015
|
2016
|
2017
|
2018
|
2019
|
2020
|
TOTAL
|
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet
għall-INTESTATURI 1 sa 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
Impenji
|
0.099
|
0.099
|
0.099
|
0.099
|
0.099
|
0.099
|
0.099
|
0.693
|
|
|
Pagamenti
|
0.099
|
0.099
|
0.099
|
0.099
|
0.099
|
0.099
|
0.099
|
0.693
|
3.2.2.Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali
–☑
Il-proposta/inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta' approprjazzjonijiet operazzjonali
–◻
Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-użu ta' approprjazzjonijiet operazzjonali, kif spjegat hawn taħt:
Approprjazzjonijiet tal-impenji f'miljuni ta' EUR (sa tliet ċifri wara l-punt deċimali)
|
Indika l-għanijiet u r-riżultati
⇩
|
|
|
Is-sena
N
|
Is-sena
N+1
|
Is-sena
N+2
|
Is-sena
N+3
|
Daħħal kemm hemm bżonn snin biex turi t-tul tal-impatt (ara l-punt 1.6)
|
TOTAL
|
|
|
RIŻULTATI
|
|
|
Tip
|
Kost medju
|
Nru
|
Kost
|
Nru
|
Kost
|
Nru
|
Kost
|
Nru
|
Kost
|
Nru
|
Kost
|
Nru
|
Kost
|
Nru
|
Kost
|
Nru totali
|
Kost totali
|
|
GĦAN SPEĊIFIKU Nru 1 ...
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
- Riżultat
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
- Riżultat
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
- Riżultat
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Subtotal għall-għan speċifiku Nru 1
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
GĦAN SPEĊIFIKU NRU 2 ...
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
- Riżultat
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Subtotal għall-għan speċifiku Nru 2
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
KOST TOTALI
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
3.2.3.Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta' natura amministrattiva
3.2.3.1.Sommarju
–◻
Il-proposta/inizjattiva ma teħtieġ l-ebda użu ta' approprjazzjonijiet ta' natura amministrattiva
–☑
Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet operattivi, kif spjegat hawn taħt:
f'miljuni ta' EUR (sa tliet ċifri wara l-punt deċimali)
|
|
2014
|
2015
|
2016
|
2017
|
2018
|
2019
|
2020
|
TOTAL
|
|
INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
0.012
|
0.012
|
0.012
|
0.012
|
0.012
|
0.012
|
0.012
|
0.084
|
|
Riżorsi umani
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Nefqiet amministrattivi oħrajn
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Subtotal tal-INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
0.012
|
0.012
|
0.012
|
0.012
|
0.012
|
0.012
|
0.012
|
0.084
|
|
Barra l-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju plurienali
|
2014
|
2015
|
2016
|
2017
|
2018
|
2019
|
2020
|
|
|
Riżorsi umani
|
0.082
|
0.082
|
0.082
|
0.082
|
0.082
|
0.082
|
0.082
|
0.574
|
|
Nefqiet oħrajn
ta' natura amministrattiva
|
0.005
|
0.005
|
0.005
|
0.005
|
0.005
|
0.005
|
0.005
|
0.035
|
|
Subtotal
barra mill-INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
0.087
|
0.087
|
0.087
|
0.087
|
0.087
|
0.087
|
0.087
|
0.609
|
|
TOTAL
|
0.099
|
0.099
|
0.099
|
0.099
|
0.099
|
0.099
|
0.099
|
0.693
|
L-approprjazzjonijiet tar-riżorsi umani meħtieġa se jiġu ssodisfati mill-approprjazzjonijiet tad-DĠ li diġà huma assenjati għall-immaniġġjar tal-azzjoni u/jew reġgħu ġew allokati fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma' xi allokazzjoni addizzjonali li tista' tingħata lid-DĠ li jkun qed jimmaniġġja l-azzjoni skont il-proċedura ta' allokazzjoni annwali u fid-dawl tar-restrizzjonijiet baġitarji.
3.2.3.2. Rekwiżiti stmati ta' riżorsi umani
–◻
Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġ l-ebda użu ta' riżorsi umani.
–☑
Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-użu ta' riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:
L-istima trid titniżżel f'unitajiet ekwivalenti għal full-time
|
|
2014
|
2015
|
2016
|
2017
|
2018
|
2019
|
2020
|
|
• Il-karigi fil-pjan ta' stabbiliment (uffiċjali u aġenti temporanji)
|
|
|
|
XX 01 01 01 (Kwartieri Ġenerali u Uffiċċji tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
XX 01 01 02 (Delegazzjonijiet)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
08 01 05 01 (Riċerka indiretta)
|
0.75
|
0.75
|
0.75
|
0.75
|
0.75
|
0.75
|
0.75
|
|
10 01 05 01 (Riċerka diretta)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
• Il-persunal estern (f'unità ekwivalenti għal full-time: FTE)
|
|
XX 01 02 01 (CA, SNE, INT mill-"pakkett globali")
|
|
|
|
|
|
|
|
|
XX 01 02 02 (CA, LA, SNE, INT u JED fid-delegazzjonijiet)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
XX 01 04 ss
|
- fil-Kwartieri Ġenerali
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
- Delegazzjonijiet
|
|
|
|
|
|
|
|
|
XX 01 05 02 (CA, SNE, INT - Riċerka indiretta)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
10 01 05 02 (CA, INT, SNE - Riċerka diretta)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Linji baġitarji oħra (speċifika)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
TOTAL
|
|
|
|
|
|
|
|
XX hija l-qasam ta' politika jew titolu baġitarju kkonċernat
Ir-riżorsi umani meħtieġa se jiġu ssodisfati mill-persunal tad-DĠ li diġà hu assenjat għall-immaniġġjar tal-azzjoni u/jew li reġa' ngħata kariga band'oħra fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma' xi allokazzjoni addizzjonali li tista' tingħata lid-DĠ li jkun qed jimmaniġġja l-azzjoni skont il-proċedura ta' allokazzjoni annwali u fid-dawl tar-restrizzjonijiet baġitarji.
Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu:
|
Uffiċjali u persunal temporanju
|
Preparazzjoni tal-laqgħat tal-Kumitat Konġunt prevista fl-Artikolu 4 tal-Ftehim, u bosta missjonijiet bil-għan li jiżguraw il-funzjonament u l-implimentazzjoni korretti tal-Ftehim, kif ukoll analiżi regolari u segwitu tal-Ftehim.
|
|
Persunal estern
|
|
3.2.4.Il-kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali
–☑
Il-proposta/inizjattiva hi kompatibbli mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali.
–◻
Il-proposta/inizjattiva teħtieġ programmar mill-ġdid tal-intestatura rilevanti fil-qafas finanzjarju pluriennali.
–◻
Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-applikazzjoni tal-istrument tal-flessibilità jew reviżjoni tal-qafas finanzjarju pluriennali.
3.2.5.Il-kontribuzzjonijiet mingħand partijiet terzi
–☑
Il-proposta/inizjattiva ma tipprovdix għal kofinanzjament mingħand partijiet terzi.
–Il-proposta/inizjattiva tipprovdi għall-kofinanzjament stmat hawn taħt:
Approprjazzjonijiet f'miljuni ta' EUR (sa tliet ċifri wara l-punt deċimali)
|
|
Is-sena
N
|
Is-sena
N+1
|
Is-sena
N+2
|
Is-sena
N+3
|
Daħħal kemm hemm bżonn snin biex turi it-tul tal-impatt (ara l-punt 1.6)
|
Total
|
|
Speċifika l-korp ta' kofinanzjament
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet kofinanzjati
|
|
|
|
|
|
|
|
|
3.3.L-impatt stmat fuq id-dħul
–◻
Il-proposta/inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.
–☑
Il-proposta/inizjattiva għandha dan l-impatt finanzjarju:
–◻
fuq ir-riżorsi proprji
–☑
fuq id-dħul mixxellanju
f'miljuni ta' EUR (sa tliet ċifri wara l-punt deċimali)
|
Linja baġitarja tad-dħul:
|
Approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena finanzjarja attwali
|
L-impatt tal-proposta/inizjattiva
|
|
|
|
Is-sena
N
2014
|
Is-sena
N+1
2015
|
Is-sena
N+2
2016
|
Is-sena
N+3
2017
|
2018
|
2019
|
2020
|
|
L-Artikolu 6013
|
pm
|
1.262
|
1.335
|
1.427
|
1.521
|
1.610
|
1.719
|
1.879
|
* l-ammonti għall-2014-2020 huma f'miljuni ta' EUR u meqjusa bħala ċifri indikattivi. Il-kontribuzzjoni finalment mitluba se tqis il-korrezzjonijiet li saru tul is-sena ta' qabel.
Għad-dħul “assenjat” mixxellanju, semmi l-linji baġitarji tan-nefqa affetwati.
Semmi l-metodu li jikkalkola l-impatt fuq id-dħul.
Il-linji baġitarji: 02.045001, 05.095001, 06.035001, 08.025001, 09.045001, 10.025001, 15.035001, 32.045001 u l-approprjazzjonijiet akkumulati minn kontribuzzjonijiet finanzjarji ta' pajjiż terz (jiġifieri li mhux fiż-Żona Ekonomika Ewropea) għal Orizzont 2020.
Il-kontribuzzjoni tal-Gżejjer Faeroe għal Orizzont 2020 se tkun proporzjonata mal-PDG tagħhom kif imqabbel ma' dak tal-UE28. Dawn il-proporzjonijiet għandhom jiġu kkalkulati skont l-aktar dejta statistika riċenti tal-Eurostat, li tkun disponibbli fi żmien il-pubblikazzjoni tal-abbozz tal-baġit tal-Unjoni Ewropea għall-istess sena.
Il-fattur ta' proporzjonalità li nkiseb għall-2014 hu 0.014%.
Għall-2014, il-kontribuzzjoni stmata għall-Programm Qafas Orizzont 2020, ibbażata fuq il-PDG tal-2012 (sors: il-Eurostat) bil-prezzijiet tas-suq hi EUR 1.263 miljun.
|
Il-PDG tal-UE28
|
12,967,102.60
|
|
Il-PDG tal-Gżejjer Faeroe,
|
1,810.30
|
|
Proporzjon
|
0.014%
|
Kontribuzzjoni Stmata (f'miljuni ta' EUR)
|
Is-sena
|
Baġit
|
Total tal-kontribuzzjoni stmata
|
|
2014
|
9,043.6
|
1.263
|
|
2015
|
9,560.0
|
1.335
|
|
2016
|
10,223.7
|
1.427
|
|
2017
|
10,893.8
|
1.521
|
|
2018
|
11,532.0
|
1.610
|
|
2019
|
12,317.5
|
1.719
|
|
2020
|
13,462.6
|
1.879
|
|
Total
|
77,033.2
|
10.754
|
IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 29.7.2014
COM(2014) 495 final
ANNESS
tal-
Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill
dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim għal koperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gżejjer Faeroe li jassoċja lill-Gżejjer Faeroe ma' Orizzont 2020 - il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020)
ANNESS
FTEHIM DWAR IL-KOPERAZZJONI XJENTIFIKA U TEKNOLOĠIKA
BEJN
L-UNJONI EWROPEA U L-GŻEJJER FAEROE
LI JASSOĊJA LILL-GŻEJJER FAEROE MA' ORIZZONT 2020 – IL-PROGRAMM QAFAS GĦAR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI (2014-2020)
L-UNJONI EWROPEA
minn hawn 'il quddiem imsejħa "Unjoni",
minn naħa,
u
IL-GVERN TAL-GŻEJJER FAEROE
minn hawn 'il quddiem imsejjaħ "il-Gżejjer Faeroe",
min-naħa l-oħra,
minn hawn 'il quddiem imsejħa b'mod konġunt "il-Partijiet",
BILLI l-programm tal-Unjoni għar-Riċerka u l-Innovazzjoni "Orizzont 2020 — il-Programm Qafas (2014-2020)" (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ "Orizzont 2020") ġie stabbilit bir-Regolament (UE) Nru 1291/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Il-Programm Speċifiku li jimplimenta Orizzont 2020 ġie adottat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/743/UE.
BILLI l-Artikolu 7 ta' Orizzont 2020 jistipula li termini u kundizzjonijiet speċifiċi dwar il-parteċipazzjoni tal-pajjiżi assoċjati f'Orizzont 2020, inkluż il-kontribuzzjoni finanzjarja, abbażi tal-prodott domestiku gross tal-pajjiż assoċjat, għandhom jiġu determinati bi ftehim internazzjonali bejn l-Unjoni u l-pajjiż assoċjat.
FILWAQT LI JQISU l-parteċipazzjoni b'suċċess tar-riċerkaturi tal-Gżejjer Faeroe fil-proġetti ffinanzjati mill-Unjoni u l-importanza tal-koperazzjoni xjentifika u teknoloġika attwali bejn il-Gżejjer Faeroe u l-Unjoni u l-interess reċiproku tagħhom li jsaħħu r-Riċerka u l-Innovazzjoni fil-kuntest tal-istabbiliment taż-Żona Ewropea tar-Riċerka.
FILWAQT LI JQISU l-interess taż-żewġ Partijiet li jħeġġu l-aċċess reċiproku għall-entitajiet tar-riċerka tagħhom biex minn naħa jsiru attivitajiet tar-riċerka u l-iżvilupp fil-Gżejjer Faeroe, u min-naħa l-oħra jinħolqu programmi qafas tal-Unjoni għar-riċerka u l-iżvilupp teknoloġiku.
FILWAQT LI JAGĦRFU l-qagħda partikolari tal-Gżejjer Faeroe minħabba d-daqs territorjali u l-popolazzjoni żgħar tagħhom u l-qrubija tagħhom mal-UE bħala ġar tal-Ewropa tat-Tramuntana.
BILLI l-Gvern tal-Gżejjer Faeroe jikkonkludi dan il-Ftehim f'isem ir-Renju tad-Danimarka skont l-Att dwar il-Konklużjoni ta' Ftehimiet skont il-Liġi Internazzjonali mill-Gvern tal-Gżejjer Faeroe.
BILLI mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet rilevanti tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (minn hawn 'il quddiem jissejjaħ "TFUE"), dan il-Ftehim u kull attività konkluża skontu, bl-ebda mod ma jaffettwaw is-setgħat mogħtija lill-Istati Membri biex jidħlu għal attivitajiet bilaterali mal-Gżejjer Faeroe fl-oqsma tax-xjenza, tat-teknoloġija, tar-riċerka u tal-iżvilupp, u biex meta xieraq jikkonkludu ftehimiet għal dak il-għan,
FTIEHMU KIF ĠEJ:
ARTIKOLU 1
Il-kamp ta’ applikazzjoni
1.Bħalma jistabbilixxu r-Regolament (UE) Nru 1291/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi Orizzont 2020 – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020), u r-Regolament (UE) Nru 1290/2013 li jistabbilixxi r-regoli għal parteċipazzjoni u disseminazzjoni f'Orizzont 2020, u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/743/UE, li tistabbilixxi l-Programm Speċifiku li jimplimenta Orizzont 2020, il-Gżejjer Faeroe għandhom jieħdu sehem f'Orizzont 2020 bħala pajjiż assoċjat, skont it-termini u l-kundizzjonijiet stabbiliti u msemmija f'dan il-Ftehim u l-Annessi tiegħu.
1 bis.Ir-Regolament (KE) Nru 294/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill kif emendat bir-Regolament (UE) Nru 1292/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għandu japplika għall-parteċipazzjoni tal-entitajiet legali tal-Gżejjer Faeroe fil-Komunitajiet ta' Konoxxenza u Innovazzjoni.
2.Kull att li joħroġ mill-atti msemmija fil-paragrafu 1, fosthom l-atti li jistabbilixxu l-istrutturi meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' Orizzont 2020 permezz ta' attivitajiet tar-riċerka skont l-Artikoli 185 u 187 tat-TFUE, għandu jkun japplika għall-Gżejjer Faeroe.
3.Minbarra l-assoċjazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, il-koperazzjoni tista' tinkludi:
(a)diskussjonijiet regolari dwar l-orjentazzjonijiet u l-prijoritajiet għall-politiki u l-ippjanar tar-riċerka fil-Gżejjer Faeroe u fl-Unjoni,
(b)diskussjonijiet dwar prospetti ta' koperazzjoni u żvilupp,
(c)l-għoti f'waqtu ta' informazzjoni dwar l-implimentazzjoni ta' programmi u proġetti tar-riċerka tal-Gżejjer Faeroe u tal-Unjoni, u dwar ir-riżultati tax-xogħol li jkun sar fil-qafas ta' dan il-Ftehim,
(d)laqgħat konġunti,
(e)żjarat u skambji ta' ħaddiema, inġiniera u tekniċi,
(f)kuntatti regolari u sostnuti bejn il-maniġers tal-programmi jew il-maniġers tal-proġetti tal-Gżejjer Faeroe u tal-Unjoni,
(g)parteċipazzjoni ta' esperti f'seminars, simpożji u sessjonijiet ta' ħidma.
ARTIKOLU 2
It-termini u l-kundizzjonijiet għall-assoċjazzjoni tal-Gżejjer Faeroe
ma' Orizzont 2020;
1.L-entitajiet legali tal-Gżejjer Faeroe jistgħu jieħdu sehem f'azzjonijiet indiretti u f'attivitajiet taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka tal-Kummissjoni Ewropea bl-istess kundizzjonijiet bħal dawk applikabbli għall-entitajiet legali tal-Istati Membri tal-Unjoni, soġġetti għat-termini u l-kundizzjonijiet stabbiliti jew imsemmija fl-Annessi I u II. Filwaqt li jitqiesu l-interessi reċiproċi tal-Unjoni u tal-Gżejjer Faeroe, fejn jidħlu l-entitajiet tar-riċerka tal-Gżejjer Faeroe, it-termini u l-kundizzjonijiet li japplikaw għas-sottomissjoni u għall-evalwazzjoni tal-proposti u t-termini u l-kundizzjonijiet li japplikaw għall-għotjiet u l-konklużjoni ta' ftehimiet tal-għotjiet u/jew kuntratti fi programmi tal-Unjoni, għandhom ikunu bħal dawk applikabbli għall-ftehimiet tal-għotjiet u/jew kuntratti konklużi fl-istess programmi ma' entitajiet tar-riċerka fl-Unjoni.
L-entitajiet legali stabbiliti fl-Unjoni u ċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka tal-Kummissjoni Ewropea jistgħu jieħdu sehem fil-programmi u l-proġetti tar-riċerka tal-Gżejjer Faeroe li t-tema tagħhom tkun taqbel mat-temi ta' Orizzont 2020, u bl-istess kundizzjonijiet applikabbli għall-entitajiet legali tal-Gżejjer Faeroe, filwaqt li jkunu soġġetti għat-termini u l-kundizzjonijiet stabbiliti u msemmija fl-Annessi I u II. Entità legali stabbilita f'pajjiż ieħor assoċjat ma' Orizzont 2020 għandu jkollha l-istess drittijiet u obbligi f'dan il-Ftehim bħall-entitajiet legali stabbiliti fi Stat Membru, diment li dan il-pajjiż assoċjat mnejn tkun stabbilita l-entità legali jkun ftiehem li jagħti l-istess drittijiet u obbligi lill-entitajiet legali tal-Gżejjer Faeroe.
2.Minn meta japplika dan il-Ftehim, il-Gżejjer Faeroe għandhom iħallsu kontribuzzjoni finanzjarja għall-baġit annwali tal-Unjoni għal kull sena li jtul Orizzont 2020. Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Gżejjer Faeroe għandha tiżdied mal-ammont assenjat kull sena fil-baġit annwali tal-Unjoni għal approprjazzjonijiet tal-impenji biex jintlaħqu l-obbligi finanzjarji li jinħolqu mill-għamliet differenti ta' miżuri meħtieġa għall-eżekuzzjoni, l-immaniġġjar u l-operazzjoni ta' Orizzont 2020. Ir-regoli li jirregolaw il-kalkolu u l-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Gżejjer Faeroe jinsabu fl-Anness III.
3.Ir-rappreżentanti tal-Gżejjer Faeroe għandhom ikunu osservaturi fil-kumitati stabbiliti f'Orizzont 2020. Waqt il-votazzjoni, dawn il-kumitati għandhom jiltaqgħu mingħajr il-preżenza tar-rappreżentanti tal-Gżejjer Faeroe. Il-Gżejjer Faeroe għandhom jiġu mgħarrfa bir-riżultat. Il-parteċipazzjoni msemmija f'dan il-paragrafu għandha tkun bħal dik li tapplika għar-rappreżentanti mill-Istati Membri, anki fejn jidħlu l-proċeduri għat-twassil tal-informazzjoni u d-dokumentazzjoni.
4.Ir-rappreżentanti tal-Gżejjer Faeroe għandhom jieħdu sehem fil-Bord tal-Gvernaturi taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka skont ir-regoli ta' proċedura tal-Bord tal-Gvernaturi taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka.
5.L-ispejjeż tal-ivvjaġġar u ta' sussistenza li jġarrbu r-rappreżentanti tal-Gżejjer Faeroe li jieħdu sehem fil-laqgħat tal-kumitati u tal-korpi msemmija f'dan l-Artikolu, jew fil-laqgħat relatati mal-implimentazzjoni ta' Orizzont 2020 li torganizza l-Unjoni, għandhom jinraddu lura mill-Unjoni skont l-istess bażi u proċeduri li hemm fis-seħħ bħalissa għar-rappreżentanti tal-Istati Membri.
ARTIKOLU 3
Insaħħu l-koperazzjoni
1.Il-Partijiet għandhom jagħmlu kull sforz, fi ħdan il-qafas tal-leġiżlazzjoni applikabbli tagħhom, sabiex jeħfiefu l-moviment liberu u r-residenza tal-ħaddiema riċerkaturi li jieħdu sehem fl-attivitajiet koperti b'dan il-Ftehim u sabiex jeħfief il-moviment transfruntier għal merkanzija maħsuba biex jintużaw f'dawn l-attivitajiet.
2.Il-Partijiet għandhom jiżguraw li ma tintalab l-ebda taxxa jew imposta għat-trasferiment tal-fondi bejn l-Unjoni u l-Gżejjer Faeroe, meta dawn il-fondi jkunu meħtieġa għall-operazzjoni tal-attivitajiet koperti b'dan il-Ftehim.
ARTIKOLU 4
Il-Kumitat tal-UE u l-Gżejjer Faeroe dwar ir-Riċerka u l-Innovazzjoni
1.Għandu jitwaqqaf kumitat konġunt imsejjaħ il-"Il-Kumitat tal-UE u l-Gżejjer Faeroe dwar ir-Riċerka u l-Innovazzjoni", bir-rwol li:
(a)jiżgura, jevalwa u jirrevedi l-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim,
(b)jeżamina kull miżura ta' natura li ttejjeb u tiżviluppa l-koperazzjoni,
(c)jiddiskuti regolarment l-orjentazzjonijiet futuri u l-prijoritajiet tal-politiki tar-riċerka u l-ippjanar tar-riċerka fil-Gżejjer Faeroe u l-Unjoni, u l-prospetti ta' koperazzjoni futura,
(d)jemenda teknikament dan il-Ftehim skont il-bżonn u soġġett għall-proċeduri interni ta' approvazzjoni min-naħa ta' kull Parti.
2.Il-Kumitat tal-UE u l-Gżejjer Faeroe dwar ir-Riċerka u l-Innovazzjoni għandu jkun fih rappreżentanti tal-Kummissjoni u tal-Gżejjer Faeroe u għandu jadotta r-Regoli ta' Proċedura tiegħu.
3.Il-Kumitat tal-UE u l-Gżejjer Faeroe dwar ir-Riċerka u l-Innovazzjoni għandu jiltaqa' meta titlob xi waħda mill-Partijiet. Il-Kumitat għandu jaħdem b'mod kontinwu bi skambju ta' dokumenti, b'emails u b'mezzi oħra tal-komunikazzjoni.
ARTIKOLU 5
Id-dispożizzjonijiet finali
1.L-Annessi I, II, III u IV għandhom isawru parti integrali ta' dan il-Ftehim.
2.Dan il-Ftehim huwa konkluż għal kemm itul Orizzont 2020. Dan għandu jidħol fis-seħħ dakinhar li ż-żewġ Partijiet jinnotifikaw lil xulxin bit-tlestija tal-proċeduri tagħhom għal dak il-għan. Dan għandu japplika b'mod proviżorju mill-1 ta' Jannar 2014.
Dan il-Ftehim jista' jiġi emendat biss bil-miktub u bil-kunsens komuni tal-Partijiet. Id-dħul fis-seħħ tal-emendi għandu jsir bl-istess proċedura bħal dak applikabbli għall-Ftehim innifsu, permezz ta' mezzi diplomatiċi. Kull waħda mill-Partijiet tista' ttemm dan il-Ftehim f'kull waqt, wara sitt xhur li tkun avżat bil-miktub permezz ta' mezzi diplomatiċi. Il-proġetti u l-attivitajiet li jkunu qed isiru meta jintemm u/jew jiskadi dan il-Ftehim għandhom jissoktaw sakemm jitlestew skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan il-Ftehim. Il-Partijiet għandhom isolvu b'kunsens komuni kull konsegwenza oħra li ġġib magħha t-terminazzjoni.
3.Jekk Parti tinnotifika lill-oħra li mhix se tikkonkludi dan il-Ftehim, b'dan qed jinqabel b'mod reċiproku li:
–
l-Unjoni għandha trodd lura lill-Gżejjer Faeroe il-kontribuzzjoni tagħhom għall-baġit annwali tal-Unjoni Ewropea msemmija fl-Artikolu 2(2),
–madankollu, mir-rimborż l-Unjoni għandha tnaqqas il-fondi impenjati mill-Unjoni b'rabta mal-parteċipazzjoni tal-entitajiet legali tal-Gżejjer Faeroe f'azzjonijiet indiretti, inklużi r-rimborżi msemmija fl-Artikolu 2(5),
–il-proġetti u l-attivitajiet li jinbdew b'din l-applikazzjoni proviżorja u li jkunu għaddejjin meta ssir in-notifika msemmija fil-paragrafu 2, għandhom jissoktaw sakemm jitlestew skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan il-Ftehim.
4.Jekk l-Unjoni tiddeċiedi li tirrevedi l-programm Orizzont 2020, din għandha tgħarraf lill-Gżejjer Faeroe bil-kontenut preċiż ta' dawk ir-reviżjonijiet fi żmien ġimgħa minn meta l-Unjoni tadottahom. Jekk issir din ir-reviżjoni jew l-estensjoni tal-programmi tar-riċerka, il-Gżejjer Faeroe jistgħu jtemmu dan il-Ftehim b'avviż ta' sitt xhur żmien. Il-Partijiet għandhom jagħtu avviż bl-intenzjoni li jtemmu jew jestendu dan il-Ftehim fi żmien tliet xhur mill-adozzjoni tad-deċiżjoni tal-Unjoni.
5.Meta Unjoni tadotta programm qafas pluriennali ġdid għal attivitajiet tar-riċerka, tal-iżvilupp teknoloġiku u tat-turija, jista' jerġa' jiġi negozjat Ftehim ġdid jew jiġġedded skont kundizzjonijiet maqbula b'mod reċiproku, meta titlob dan xi waħda mill-Partijiet.
6.Minn naħa, dan il-Ftehim għandu japplika għat-territorji fejn japplika t-TFUE u skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f'dak it-Trattat, u min-naħa l-oħra għandu japplika għat-territorju tal-Gżejjer Faeroe.
7.Dan il-Ftehim għandu jitfassal f'żewġ kopji bil-lingwa Bulgara, Ċeka, Daniża, Estonjana, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ingliża, Kroata, Latvjana, Litwana, Maltija, Olandiża, Pollakka, Portugiża, Rumena, Slovakka, Slovena, Spanjola, Svediża, Taljana, Ungeriża u tal-Gżejjer Faeroe, b'kull test ikun awtentiku indaqs.
ANNESS I
IT-TERMINI U L-KUNDIZZJONIJIET GĦALL-PARTEĊIPAZZJONI TA' ENTITAJIET LEGALI TAL-ISTATI MEMBRI TAL-UNJONI U TAL-GŻEJJER FAEROE
Għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, "entità legali" tfisser kull persuna fiżika, jew kull persuna ġuridika maħluqa u rikonuxxuta bħala tali bil-liġi nazzjonali, bil-liġi tal-Unjoni jew bil-liġi internazzjonali, li għandha personalità ġuridika u li meta taġixxi f'isimha stess tista' teżerċita drittijiet u tkun soġġetta għal obbligi;
I.
It-termini u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni ta' entitajiet legali tal-Gżejjer Faeroe f'azzjonijiet indiretti ta' Orizzont 2020
1.Il-parteċipazzjoni u l-finanzjament ta' entitajiet legali stabbiliti fil-Gżejjer Faeroe f'azzjonijiet indiretti ta' Orizzont 2020 għandhom isiru skont il-kundizzjonijiet stabbiliti għall-pajjiżi assoċjati fir-Regolament (UE) Nru 1290/2013 li jistabbilixxi r-regoli għal parteċipazzjoni u disseminazzjoni f'Orizzont 2020, u skont it-termini u l-kundizzjonijiet stabbiliti u msemmija f'dan il-Ftehim u fl-Annessi tiegħu.
Jekk l-Unjoni tistipula dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tal-Artikoli 185 u 187 tat-TFUE, il-Gżejjer Faeroe għandhom jitħallew jieħdu sehem fl-istrutturi legali li joħolqu dawk id-dispożizzjonijiet, f'konformità mad-deċiżjonijiet u mar-regolamenti adottati jew li jiġu adottati għall-istabbiliment ta' dawk l-istrutturi legali.
L-entitajiet legali stabbiliti fil-Gżejjer Faeroe għandhom ikunu eliġibbli għall-istrumenti finanzjarji stabbiliti b'Orizzont 2020, bl-istess kundizzjonijiet tal-entitajiet legali stabbiliti fl-Istati Membri.
2.Fl-għażla tal-esperti indipendenti għall-kompiti għandhom jitqiesu l-entitajiet legali tal-Gżejjer Faeroe, flimkien ma' dawk tal-Unjoni Ewropea, u skont il-kundizzjonijiet previsti fir-Regolament (UE) Nru 1290/2013 li jistabbilixxi r-regoli għal parteċipazzjoni f'Orizzont 2020.
3.F'konformità mar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ "Regolament Finanzjarju"), u r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 tad-29 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli tal-applikazzjoni tar-Regolament Finanzjarju, ftehim tal-għotja u/jew kuntratt li għamlet l-Unjoni ma' entità legali tal-Gżejjer Faeroe biex twettaq azzjoni indiretta, għandu jipprovdi għall-kontrolli u l-verifiki li tagħmel il-Kummissjoni jew il-Qorti tal-Awdituri tal-Unjoni Ewropea, jew li jridu jsiru bl-awtorità tagħhom. Fi spirtu ta' koperazzjoni u interess reċiproku, l-awtoritajiet rilevanti tal-Gżejjer Faeroe għandhom jipprovdu assistenza raġonevoli u fattibbli li tkun meħtieġa jew li tgħin fiċ-ċirkostanzi biex jitwettqu dawn il-kontrolli u l-verifiki.
II.
It-termini u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni ta' entitajiet legali tal-Istati Membri fil-programmi u l-proġetti tar-riċerka tal-Gżejjer Faeroe
1.Il-parteċipazzjoni tal-entitajiet legali stabbiliti fl-Unjoni, maħluqa bil-liġi nazzjonali ta' wieħed mill-Istati Membri tal-Unjoni jew bil-liġi tal-Unjoni, fi proġetti tal-programmi tar-riċerka u l-iżvilupp tal-Gżejjer Faeroe, jaf tkun teħtieġ il-parteċipazzjoni konġunta ta' mill-inqas waħda mill-entitajiet legali tal-Gżejjer Faeroe. Meta meħtieġ, il-proposti għal parteċipazzjoni bħal din għandhom jitressqu b'mod konġunt mal-entità jew l-entitajiet legali tal-Gżejjer Faeroe.
2.Soġġetti għall-paragrafu 1 u għall-Anness II, id-drittijiet u l-obbligi tal-entitajiet legali stabbiliti fl-Unjoni li jkunu qed jieħdu sehem fi proġetti tar-riċerka tal-Gżejjer Faeroe fi ħdan il-programmi tar-riċerka u l-iżvilupp, it-termini u l-kundizzjonijiet applikabbli għas-sottomissjoni u l-evalwazzjoni tal-proposti u għall-għoti u l-konklużjoni ta' ftehimiet għall-għoti u/jew kuntratti fi proġetti ta' dan it-tip għandhom ikunu soġġetti għal-liġijiet, ir-regolamenti u d-direttivi tal-gvern tal-Gżejjer Faeroe li jirregolaw l-operazzjoni ta' programmi tar-riċerka u l-iżvilupp, kif ukoll għal-limiti imposti mis-sigurtà nazzjonali meta applikabbli, kif applikabbli għall-entitajiet legali tal-Gżejjer Faeroe u li jiżguraw trattament ekwu, b'kunsiderazzjoni tan-natura tal-koperazzjoni f'dan il-qasam bejn il-Gżejjer Faeroe u l-Unjoni.
Il-finanzjament ta' entitajiet legali stabbiliti fl-Unjoni li jieħdu sehem fi proġetti tar-riċerka tal-Gżejjer Faeroe fi ħdan programmi tar-riċerka u l-iżvilupp għandu jkun soġġett għal-liġijiet, ir-regolamenti u d-direttivi tal-gvern tal-Gżejjer Faeroe li jirregolaw l-operazzjoni ta' programmi tar-riċerka u l-iżvilupp, kif ukoll għal-limiti imposti mis-sigurtà nazzjonali meta applikabbli, kif applikabbli għall-entitajiet legali li mhumiex mill-Gżejjer Faeroe li jieħdu sehem fi proġetti tar-riċerka fi ħdan programmi tar-riċerka u l-iżvilupp tal-Gżejjer Faeroe. Meta ma jingħatax finanzjament lill-entitajiet legali li mhumiex mill-Gżejjer Faeroe, l-entitajiet legali tal-Unjoni għandhom ikopru l-ispejjeż proprji tagħhom, inkluż is-sehem relattiv tagħhom fl-ispejjeż ġenerali tal-immaniġġjar u l-amministrazzjoni tal-proġett.
3.F'kull qasam, il-proposti għar-riċerka għandhom jitressqu lill-Kunsill tar-Riċerka tal-Gżejjer Faeroe (Granskingarráðið).
4.Il-Gżejjer Faeroe għandhom jgħarrfu regolarment lill-Unjoni bil-programmi attwali tal-Gżejjer Faeroe u bl-opportunitajiet ta' parteċipazzjoni għall-entitajiet legali stabbiliti fl-Unjoni.
ANNESS II
IL-PRINĊIPJI DWAR L-ALLOKAZZJONI TA' DRITTIJIET TAL-PROPRJETÀ INTELLETTWALI
I.
Applikazzjoni
Għall-finijiet ta' dan il-Ftehim:
1."proprjetà intellettwali" għandu jkollha t-tifsira mogħtija fl-Artikolu 2 tal-Konvenzjoni li tistabbilixxi l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Proprjetà Intellettwali, iffirmata fi Stokkolma fl-14 ta' Lulju 1967,
2."għarfien" għandha tfisser ir-riżultati, inkluża l-informazzjoni, kemm jekk jistgħu jkunu protetti jew le, kif ukoll id-drittijiet tal-awtur jew id-drittijiet rilevanti għal din l-informazzjoni wara applikazzjonijiet għal privattivi, disinji, varjetajiet ta' pjanti, ċertifikati ta' protezzjoni supplimentari jew forom simili ta' protezzjoni, jew il-ħruġ tagħhom.
II.
Id-drittijiet tal-proprjeta intellettwali ta' entitajiet legali tal-Partijiet
1.Kull Parti għandha tiżgura li d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali ta' entitajiet legali tal-Parti l-oħra li tieħu sehem f'attivitajiet imwettqa skont dan il-Ftehim, u d-drittijiet u l-obbligi relatati li ġġib din il-parteċipazzjoni, għandhom ikunu konsistenti mal-konvenzjonijiet internazzjonali rilevanti li japplikaw għall-Partijiet, inkluż il-Ftehim TRIPS (il-Ftehim dwar l-aspetti tad-drittijiet tal-proprjeta intellettwali relatati mal-kummerċ amministrati mill-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ) kif ukoll il-Konvenzjoni ta' Berna (l-Att ta' Pariġi 1971) u l-Konvenzjoni ta' Pariġi (l-Att ta' Stokkolma 1967).
2.L-entitajiet legali stabbiliti fil-Gżejjer Faeroe li jieħdu sehem f'azzjonijiet indiretti ta' Orizzont 2020 għandu jkollhom id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u l-obbligi skont ir-Regolament (UE) Nru 1290/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi r-regoli għal parteċipazzjoni u disseminazzjoni f'Orizzont 2020 u fil-ftehimiet tal-għotja u/jew kuntratti konklużi mal-Unjoni skont il-każ, u għandhom jikkonformaw mal-paragrafu 1.
3.Meta l-entitajiet legali tal-Gżejjer Faeroe jieħdu sehem f'azzjoni indiretta ta' Orizzont 2020, implimentata skont l-Artikoli 185 u 187 tat-TFUE, l-entitajiet legali stabbiliti fil-Gżejjer Faeroe għandhom jkollhom id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u l-obbligi skont ir-Regolament (UE) Nru 1290/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi r-regoli għal parteċipazzjoni u disseminazzjoni f'Orizzont 2020 u d-dispożizzjonijiet tal-ftehimiet tal-għotja rilevanti.
4.L-entitajiet legali stabbiliti fl-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea li jieħdu sehem fi programmi u/jew proġetti tar-riċerka tal-Gżejjer Faeroe għandu jkollhom l-istess drittijiet tal-proprjetà intellettwali u obbligi bħall-entitajiet legali stabbiliti fil-Gżejjer Faeroe li jieħdu sehem f'dawn il-programmi jew il-proġetti tar-riċerka, f'konformità mal-paragrafu 1.
III.
Id-drittijiet tal-proprjeta intellettwali tal-Partijiet
1.Ħlief jekk il-Partijiet jiftiehmu speċifikament mod ieħor, dawn ir-regoli li ġejjin għandhom japplikaw għad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali li jiġġeneraw il-Partijiet matul l-attivitajiet imwettqa skont l-Artikolu 1(3) ta' dan il-Ftehim:
(a)il-Parti li tiġġenera d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali għandu jkollha s-sjieda tagħhom. Meta ma jkunx jista' jitkejjel is-sehem rispettiv tagħhom fil-ħidma, il-Partijiet kollha jkollhom is-sjieda tal-proprjetà intellettwali;
(b)il-Parti li jkollha s-sjieda għandha tagħti d-drittijiet lill-Parti l-oħra biex taċċessa u tuża l-proprjetà intellettwali fejn jidħlu l-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 1(3) ta' dan il-Ftehim. Dawn id-drittijiet għall-aċċess għandhom jingħataw mingħajr ħlas tad-drittijiet.
2.Ħlief jekk il-Partijiet jiftiehmu speċifikament mod ieħor, dawn ir-regoli li ġejjin għandhom japplikaw għall-pubblikazzjoni xjentifika tal-Partijiet:
(a)meta Parti tippubblika dejta xjentifika u teknika, informazzjoni u riżultati, ġurnali tekniċi, artikli, rapporti, kotba, inklużi awdjoviżivi, xogħol u softwer, li joħorġu u li jkunu relatati mal-attivitajiet imwettqa skont dan il-Ftehim, għandha tinħareġ liċenzja dinjija, mhux esklussiva, irrevokabbli, u mingħajr ħlas tad-drittijiet għall-Parti l-oħra biex din tittraduċi, tirriproduċi, tadatta, tittrażmetti u tqassam pubblikament dawn ix-xogħlijiet, sakemm dan ma jkunux jipprekluduh id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali attwali tal-partijiet terzi;
(b)kull kopja tad-dejta u l-informazzjoni, protetta bid-drittijiet tal-awtur, li trid titqassam pubblikament u li titħejja skont din it-Taqsima, għandu jkollha l-ismijiet tal-awturi tax-xogħol, ħlief meta l-awtur jirrifjuta b'mod espliċitu li jissemma. Dawn għandu jkollhom ukoll rikonoxximent ċar u viżibbli tas-sostenn koperattiv tal-Partijiet.
3.Ħlief jekk il-Partijiet jiftiehmu speċifikament mod ieħor, dawn ir-regoli li ġejjin għandhom japplikaw għall-informazzjoni mhux żvelata tal-Partijiet:
(a)meta lill-Parti l-oħra tgħaddilha informazzjoni relatata ma' attivitajiet imwettqa skont dan il-Ftehim, kull Parti għandha tidentifika liema informazzjoni tixtieq li tibqa' mhux żvelata;
(b)għall-finijiet speċifiċi ta' implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim, il-Parti riċevitur fir-responsabbiltà tagħha tista' tgħaddi din l-informazzjoni mhux żvelata bħala informazzjoni klassifikata lil korpi jew persuni fl-awtorità tagħha u bl-obbligu li din l-informazzjoni tibqa' kunfidenzjali;
(c)bil-kunsens bil-miktub bil-quddiem tal-Parti li tipprovdi l-informazzjoni mhux żvelata, il-Parti riċevitur tista' xxerred din l-informazzjoni mhux żvelata aktar fil-beraħ milli jippermetti mod ieħor is-subparagrafu (b). Il-Partijiet għandhom jaħdmu id f'id ħalli jistabbilixxu proċeduri biex issir it-talba u l-kisba ta' approvazzjoni bil-miktub bil-quddiem għal disseminazzjoni usa', u kull Parti għandha tipprovdi din l-approvazzjoni sakemm jippermettu l-politiki, ir-regolamenti u l-liġijiet domestiċi tagħha;
(d)l-informazzjoni mhux żvelata mhux dokumentarja jew informazzjoni kunfidenzjali jew privileġġjata oħra li tingħata waqt seminars jew laqgħat oħrajn tar-rappreżentanti tal-Partijiet li jiġu organizzati skont dan il-Ftehim, jew l-informazzjoni li tirriżulta mis-sekondar tal-persunal, l-użu ta' faċilitajiet jew ta' azzjonijiet indiretti trid tibqa' kunfidenzjali meta r-riċevitur ta' din l-informazzjoni mhux żvelata jew informazzjoni kunfidenzjali jew privileġġjata oħra jkun sar konxju min-natura kunfidenzjali tal-informazzjoni qabel ma tkun saret, f'konformità mas-subparagrafu (a);
(e)kull Parti għandha tagħmel sforz biex tiżgura li l-informazzjoni mhux żvelata li taslilha skont is-subparagrafi (a) u (c) tiġi kontrollata kif jipprovdi dan il-Ftehim. Jekk waħda mill-Partijiet issir konxja li mhix se tkun tista' tissodisfa d-dispożizzjonijiet għan-nuqqas ta' disseminazzjoni stabbiliti fil-paragrafi (a) u (c), jew li raġonevolment mhix mistennija ssir f'qagħda li tissodisfahom, din għandha tgħarraf minnufih b'dan lill-Parti l-oħra. Il-Partijiet għandhom jikkonsultaw lil xulxin biex jiddeterminaw kif għandhom jipproċedu.
ANNESS III
REGOLI LI JIRREGOLAW IL-KONTRIBUZZJONI FINANZJARJA TAL-GŻEJJER FAEROE GĦAL ORIZZONT 2020
I.
Il-kalkolu tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Gżejjer Faeroe
1.Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Gżejjer Faeroe għal Orizzont 2020 għandha tiġi stabbilita kull sena fi proporzjon u b'żieda mal-ammont disponibbli kull sena fil-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għall-approprjazzjonijiet tal-impenji meħtieġa għall-implimentazzjoni, l-immaniġġar u l-operazzjoni tal-programm Orizzont 2020.
2.Il-fattur ta' proporzjonalità li jirregola l-kontribuzzjoni tal-Gżejjer Faeroe għandu jinkiseb billi jinstab proporzjon bejn il-prodott domestiku gross tal-Gżejjer Faeroe bi prezzijiet tas-suq u l-għadd totali tal-prodotti domestiċi gross bi prezzijiet tas-suq tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea. Għall-Istati Membri dawn il-proporzjonijiet għandhom jiġu kkalkulati skont l-aħħar dejta statistika tal-Kummissjoni (il-Eurostat) li tkun disponibbli meta jiġi ppubblikat l-abbozz tal-baġit tal-Unjoni għall-istess sena, filwaqt li għall-Gżejjer Faeroe dawn għandhom jiġu kkalkulati skont l-aħħar dejta statistika tal-istess sena tal-Awtorità Nazzjonali tal-Istatistika tal-Gżejjer Faeroe (Hagstova Føroya) li tkun disponibbli meta jiġi ppubblikat l-abbozz tal-baġit tal-Unjoni.
3.Kemm jista' jkun malajr u sa mhux aktar tard mill-1 ta' Settembru ta' sena qabel kull sena finanzjarja, il-Kummissjoni għandha tgħaddi lill-Gżejjer Faeroe din l-informazzjoni li ġejja flimkien mal-materjal rilevanti dwar il-kuntest:
–l-ammonti fl-approprjazzjonijiet tal-impenji fid-dikjarazzjoni tan-nefqa tal-abbozz tal-baġit tal-Unjoni Ewropea li jikkorrispondu għal Orizzont 2020.
–l-ammont stmat tal-kontribuzzjonijiet derivati mill-abbozz tal-baġit tal-Unjoni, li jikkorrispondi għall-parteċipazzjoni tal-Gżejjer Faeroe f'Orizzont 2020 skont il-paragrafi 1, 2 u 3.
Meta finalment il-baġit ġenerali tal-Unjoni jkun ġie adottat, il-Kummissjoni għandha tgħaddi lill-Gżejjer Faeroe, fid-dikjarazzjoni tan-nefqa li tikkorrispondi għall-parteċipazzjoni tal-Gżejjer Faeroe, l-ammonti finali msemmija fil-paragrafu 1.
Fir-raba' sena wara li dan il-Ftehim isir applikabbli, il-Partijiet għandhom jirrevedu l-fattur ta' proporzjonalità li jirregola l-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Gżejjer Faeroe, skont id-dejta dwar il-parteċipazzjoni tal-entitajiet legali tal-Gżejjer Faeroe f'azzjonijiet indiretti u diretti ta' Orizzont 2020 fis-snin 2014-2016.
II.
Il-pagament tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Gżejjer Faeroe
1.L-aktar tard f'Jannar u f'Ġunju ta' kull sena finanzjarja, il-Kummissjoni għandha toħroġ sejħa għal fondi lill-Gżejjer Faeroe li jikkorrispondu għall-kontribuzzjoni tagħhom skont dan il-Ftehim.
Rispettivament, dawn is-sejħiet għal fondi għandhom jipprovdu għall-pagament:
ta' sitta minn kull tnax tal-kontribuzzjoni tal-Gżejjer Faeroe, 30 jum wara li jkunu waslu s-sejħiet għall-fondi. Madankollu, is-sitta minn kull tnax li jridu jitħallsu sa mhux iktar tard minn 30 jum minn meta tasal is-sejħa maħruġa f'Jannar għandhom jiġu kkalkulati skont l-ammont imniżżel fid-dikjarazzjoni tad-dħul tal-abbozz tal-baġit: ir-regolarizzazzjoni tal-ammont b'hekk imħallas għandha ssir mal-pagament tas-sitta minn kull tnax sa mhux aktar tard minn 30 jum minn meta tasal is-sejħa għal fondi maħruġa l-iktar tard f'Ġunju.
Għall-ewwel sena ta' implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim, il-Kummissjoni għandha toħroġ l-ewwel sejħa għal fondi fi żmien 30 jum mill-applikazzjoni provviżjorja tagħha. Jekk din is-sejħa toħroġ wara l-15 ta' Ġunju, din għandha tipprovdi għall-pagament ta' tnax minn kull tnax tal-kontribuzzjoni tal-Gżejjer Faeroe fi żmien 30 jum, ikkalkulati skont l-ammont imniżżel fid-dikjarazzjoni tad-dħul tal-baġit.
2.Il-kontribuzzjoni tal-Gżejjer Faeroe għandha titniżżel u titħallas f'euro. Il-pagament tal-Gżejjer Faeroe għandu jiġi kreditat lill-programmi tal-Unjoni bħala dħul baġitarju allokat għall-intestatura xierqa tal-baġit fid-dikjarazzjoni tad-dħul tal-baġit annwali tal-Unjoni. Ir-Regolament Finanzjarju għandu japplika għall-immaniġġjar tal-approprjazzjonijiet.
3.Il-Gżejjer Faeroe għandhom iħallsu l-kontribuzzjoni tagħhom skont dan il-Ftehim u skont l-iskeda fil-paragrafu 1. Jekk il-pagament tal-kontribuzzjoni jdum ma jsir, il-Gżejjer Faeroe ikollhom iħallsu l-imgħax b'kontumaċja fuq l-ammont mhux imħallas mid-data dovuta. Ir-rata tal-imgħax fuq l-ammonti riċevibbli mhux imħallsa fid-data dovuta għandha tkun ir-rata li japplika l-Bank Ċentrali Ewropew fl-operazzjonijiet ewlenin ta' rifinanzjament tiegħu, kif ippubblikata fis-serje Ċ ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, li tkun fis-seħħ fl-ewwel jum kalendarju tax-xahar meta kellu jsir il-pagament, u miżjuda b'punt u nofs perċentwali.
Jekk il-pagament tal-kontribuzzjoni jdum ma jitħallas tant li jaf ikun qed jipperikola sew l-implimentazzjoni u l-immaniġġjar tal-programm, il-Kummissjoni tipposponi l-parteċipazzjoni tal-Gżejjer Faeroe fil-programm għas-sena finanzjarja kkonċernata meta l-pagament jibqa' ma jsirx sa 20 jum tax-xogħol wara li tkun intbagħtet tfakkira formali lill-Gżejjer Faeroe, mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Unjoni skont il-ftehimiet tal-għotja u/jew kuntratti diġà konklużi li huma rilevanti għall-implimentazzjoni tal-azzjonijiet indiretti magħżula.
4.Mhux aktar tard mill-31 ta' Mejju ta' sena wara s-sena finanzjarja, id-dikjarazzjoni tal-approprjazzjonijiet għal Orizzont 2020 għal dik is-sena finanzjarja għandha titħejja u tintbagħat lill-Gżejjer Faeroe għall-informazzjoni, skont il-format tal-kont tad-dħul u n-nefqa tal-Kummissjoni.
5.Fil-qafas tal-istabbiliment tal-kont tad-dħul u n-nefqa, malli jagħlqu l-kontijiet relatati ma' kull sena finanzjarja, il-Kummissjoni għandha tipproċedi għar-regolarizzazzjoni tal-kontijiet rigward il-parteċipazzjoni tal-Gżejjer Faeroe. Din ir-regolarizzazzjoni għandha tqis il-bidliet li jkunu saru bi trasferiment, bi tħassir, bi trasferimenti 'l quddiem, b'diżimpenji jew b'baġits supplimentari u li jemendaw matul is-sena finanzjarja. Din ir-regolarizzazzjoni għandha ssir meta jitħallas it-tieni pagament tas-sena finanzjarja li jkun imiss, u għall-aħħar sena finanzjarja f'Lulju 2021. Aktar regolarizzazzjoni għandha ssir kull sena sa Lulju 2023.
ANNESS IV
KONTROLL FINANZJARJU TAL-PARTEĊIPANTI MILL-GŻEJJER FAEROE FIL-PROGRAMMI LI JKOPRI DAN IL-FTEHIM
I.
Komunikazzjoni diretta
Il-Kummissjoni għandha tikkomunika direttament mal-parteċipanti tal-Programm stabbiliti fil-Gżejjer Faeroe u mas-sottokuntratturi tagħhom. Dawn jistgħu jressqu direattament kull informazzjoni u dokumentazzjoni rilevanti lill-Kummissjoni, li jeħtiġilhom iressqu abbażi tal-istrumenti li jissemmew f'dan il-Ftehim u tal-arranġamenti għall-għoti u/jew kuntratti konklużi sabiex jimplimentawhom.
II.
Il-verifiki
1.F'konformità mar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u mar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 (minn hawn 'l quddiem imsejjaħ "ir-Regoli ta' Applikazzjoni"), kif ukoll mar-regoli l-oħra msemmija f'dan il-Ftehim, il-ftehimiet tal-għotja u/jew il-kuntratti konklużi ma' parteċipanti fil-Programm stabbilit fil-Gżejjer Faeroe jistgħu jipprovdu għal verifika xjentifika, finanzjarja, teknoloġika jew ta' natura oħra, li tista' ssir f'kull waqt fil-binja tal-parteċipanti u tas-subkuntratturi tagħhom, minn aġenti tal-Kummissjoni jew minn persuni oħra b'mandat tal-Kummissjoni.
2.L-aġenti tal-Kummissjoni, il-Qorti Ewropea tal-Awdituri u persuni oħra b'mandat tal-Kummissjoni għandu jkollhom aċċess xieraq għall-binja, il-ħidmiet u d-dokumenti (elettroniċi u stampati), kif ukoll għal kull informazzjoni meħtieġa biex ikunu jistgħu jagħmlu din il-verifika fuq il-post, soġġett għall-inklużjoni ta' dan id-dritt għall-aċċess li għandu jiġi ddikjarat b'mod espliċitu fil-ftehimiet tal-għotja u/jew fil-kuntratti konklużi għall-implimentazzjoni tal-istrumenti msemmija f'dan il-Ftehim ma' parteċipanti mill-Gżejjer Faeroe. Jekk dawn id-drittijiet għall-aċċess ma jingħatawx, jitqies li l-kostijiet mhumiex sostanzjati, u għaldaqstant jitqies li jkunu potenzjalment inkisru l-ftehimiet tal-għotja.
3.Il-verifika tista' ssir wara li jiskadi l-Programm jew dan il-Ftehim, bit-termini stabbiliti fil-ftehimiet tal-għotja u/jew fil-kuntratti kkonċernati.
III.
Il-kontrolli fuq il-post
1.Fil-qafas ta' dan il-Ftehim, il-Kummissjoni (l-OLAF) għandha tkun awtorizzata biex tagħmel kontrolli fuq il-post u spezzjonijiet fil-binja tal-parteċipanti u tas-subkuntratturi tagħhom mill-Gżejjer Faeroe, skont it-termini u l-kundizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96.
2.Il-kontrolli u l-ispezzjonijiet fuq il-post għandha tħejjihom u tagħmilhom il-Kummissjoni id f'id mill-qrib mal-Uffiċju Nazzjonali tal-Verifika (Landsgrannskoðanin). Dan tal-aħħar għandu jiġi mgħarraf b'dan fi żmien raġonevoli minn qabel dwar l-oġġett, l-għan u l-bażi legali tal-kontrolli u l-ispezzjonijiet, biex dan ikun jista' jipprovdi assistenza. Għal dan il-għan, l-uffiċjali tal-awtoritajiet kompetenti tal-Gżejjer Faeroe jistgħu jieħdu sehem fil-kontrolli u l-ispezzjonijiet fuq il-post.
3.Jekk l-awtoritajiet tal-Gżejjer Faeroe kkonċernati ikunu jixtiequ hekk, il-kontrolli u l-ispezzjonijiet fuq il-post jistgħu jsiru b'mod konġunt minnhom u mill-Kummissjoni.
4.Meta l-parteċipanti fil-Programm jopponu kontroll jew spezzjoni fuq il-post, l-awtoritajiet tal-Gżejjer Faeroe, filwaqt li jaġixxu skont ir-regoli u r-regolamenti nazzjonali, għandhom jassistu lill-ispetturi tal-Kummissjoni, sakemm ikun xieraq u meħtieġ biex dawn ikunu jistgħu jaqdu dmirijiethom fil-kontroll jew fl-ispezzjoni fuq il-post.
5.Il-Kummissjoni għandha tirrapporta malajr kemm jista' jkun lill-awtorità kompetenti tal-Gżejjer Faeroe b'kull fatt jew suspett relatat ma' irregolarità li tkun intebħet bih waqt il-kontroll jew l-ispezzjoni fuq il-post. F'kull każ, il-Kummissjoni jeħtiġilha tgħarraf lill-awtorità msemmija hawn fuq bir-riżultati ta' dawn il-kontrolli u l-ispezzjonijiet.
IV.
Informazzjoni u Konsultazzjoni
1.Għall-finijiet tal-implimentazzjoni xierqa ta' dan l-Anness, l-awtoritajiet kompetenti tal-Gżejjer Faeroe u tal-Unjoni għandhom jaqsmu bejniethom l-informazzjoni regolarment, sakemm dan ma jkunx projbit jew illeċitu bir-regoli u r-regolamenti nazzjonali u, meta titlob xi waħda mill-Partijiet għandhom isiru konsultazzjonijiet.
2.L-awtoritajiet kompetenti tal-Gżejjer Faeroe għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni fi żmien xieraq b'kull fatt jew suspett li jkunu ntebħu bih u li jkun relatat ma' irregolarità dwar il-konklużjoni u l-implimentazzjoni tal-ftehimiet tal-għotja u/jew kuntratti konklużi fl-applikazzjoni tal-istrumenti imsemmija f'dan il-Ftehim.
V.
Il-kunfidenzjalità
L-informazzjoni li tasal jew tinkiseb f'xi għamla skont dan l-Anness għandha tkun koperta bis-segretezza professjonali u protetta bl-istess mod bħalma informazzjoni simili hi protetta bil-liġi tal-Gżejjer Faeroe jew bid-dispożizzjonijiet korrispondenti applikabbli għall-istituzzjonijiet tal-Unjoni. Din l-informazzjoni ma tistax tiġi komunikata ħlief lil persuni fl-istituzzjonijiet tal-Unjoni jew fl-Istati Membri jew fil-Gżejjer Faeroe li l-funzjonijiet tagħhom jeħtieġu bil-liġi li jkunu jafuha, u lanqas ma tista' tintuża għal finijiet oħra ħlief biex tkun żgurata l-protezzjoni effettiva tal-interessi finanzjarji tal-Partijiet.
VI.
Miżuri u penali amministrattivi
Mingħajr ħsara għall-applikazzjoni tal-liġi kriminali tal-Gżejjer Faeroe, il-Kummissjoni tista' timponi miżuri u penali amministrattivi skont ir-Regolamenti (UE, Euratom) Nru 966/2012, (UE) Nru 1268/2012 u (KE, Euratom) Nru 2988/95.
VII.
Irkupru u Infurzar
Id-deċiżjonijiet li tieħu l-Kummissjoni fil-qafas ta' Orizzont 2020 koperti b'dan il-Ftehim li jkunu jimponu obbligu finanzjarju fuq persuni li mhumiex Stati, għandhom ikunu infurzati fil-Gżejjer Faeroe. Meta titlob il-Kummissjoni, l-awtorità li jaħtar il-gvern tal-Gżejjer Faeroe għandha tibda proċeduri biex tinforza d-deċiżjoni f'isem il-Kummissjoni. F'dan il-każ, id-deċiżjoni tal-Kummissjoni għandha titressaq quddiem il-Qorti tal-Gżejjer Faeroe, mingħajr formalitajiet oħra ħlief il-verifika tal-awtentiċità tad-deċiżjoni, mill-awtorità maħtura għal dan il-għan mill-gvern tal-Gżejjer Faeroe, li għandha tgħarraf lill-Kummissjoni b'dan. L-infurzar għandu jsir skont il-liġi u r-regoli ta' proċedura tal-Gżejjer Faeroe. Id-dispożizzjonijiet rilevanti ta' infurzar għandhom jiddaħħlu fil-ftehimiet tal-għotja u/jew kuntratti mal-parteċipanti mill-Gżejjer Faeroe. Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandu jkollha l-ġurisdizzjoni li tirrevedi l-legalità tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, u li tissospendi l-infurzar ta' din id-deċiżjoni. Barra minn hekk, il-Qorti tal-Gżejjer Faeroe għandu jkollha l-ġurisdizzjoni fejn jidħlu l-ilmenti li l-infurzar ikun qed isir b'mod irregolari.