Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, tal-Protokoll għall-Ftehim Qafas ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Filippini, min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea. /* COM/2014/0482 final - 2014/0224 (NLE) */
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI Il-proposta mehmuża tikkostitwixxi
l-istrument legali għall-konklużjoni ta' Protokoll għall-Ftehim
Qafas ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri
tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Filippini,
min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika
tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ
"il-Protokoll"). Skont l-Att ta'
Adeżjoni tagħha, ir-Repubblika tal-Kroazja timpenja ruħha li
taderixxi mal-ftehimiet internazzjonali ffirmati jew konklużi mill-Unjoni
Ewropea u l-Istati Membri tagħha permezz ta’ protokoll ma' dawk
il-ftehimiet. Il-Ftehim Qafas ta' Sħubija u
Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, fuq
naħa, u r-Repubblika tal-Filippini fuq in-naħa l-oħra (minn hawn
'il quddiem imsejjaħ "il-Ftehim", ġie ffirmat fi Phnom Penh
fil-11 ta' Lulju 2012. Il-Ftehim bħalissa għaddej minn ratifika u
għadu ma daħalx fis-seħħ. Wara d-Deċiżjoni tal-Kunsill ta'
....2014 dwar l-iffirmar f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha,
tal-Protokoll għall-Ftehim Qafas ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn
l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u
r-Repubblika tal-Filippini, min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni
tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea, il-Protokoll ġie ffirmat
fi... fi...... Il-protokoll propost
jinkorpora lir-Repubblika tal-Kroazja bħala Parti Kontraenti
għall-Ftehim u jorbot lill-UE biex tipprovdi l-verżjoni awtentika
tal-Ftehim fil-lingwa Kroata. Il-Kummissjoni titlob lill-Kunsill biex
jikkonkludi, f’isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha,
il-Protokoll. Il-Parlament Ewropew se jiġi msejjaħ
biex jagħti l-kunsens tiegħu għal dan il-Protokoll. 2014/0224 (NLE) Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni
Ewropea u l-Istati Membri tagħha, tal-Protokoll għall-Ftehim Qafas
ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri
tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Filippini,
min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika
tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea. IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat dwar
il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 207 u 209,
flimkien mal-Artikolu 218(6)(a) tiegħu, Wara li kkunsidra t-Trattat ta’ Adeżjoni
tar-Repubblika tal-Kroazja, u b’mod partikolari l-Artikolu 6(2)
tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni
Ewropea, Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament
Ewropew; Billi (1) Skont it-termini
tal-Artikolu 6(2) tal-Att tal-Adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja,
għandu jkun hemm qbil dwar l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja
mal-Ftehim Qafas ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u
l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika
tal-Filippini, min-naħa l-oħra (“il-Ftehim”), permezz ta' protokoll
għal dan il-Ftehim. F'konformità mal-Artikolu 6(2) tal-Att
tal-Adeżjoni, għal tali adeżjonijiet għandha tapplika
proċedura ssimplifikata, li permezz tagħha jiġi konkluż protokoll
mill-Kunsill, li jaġixxi unanimament f’isem l-Istati Membri, u
mill-pajjiżi terzi kkonċernati. (2) Fl-14 ta’ Settembru 2012,
il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni tiftaħ negozjati mal-pajjiżi
terzi kkonċernati[1].
In-Negozjati mar-Repubblika tal-Filippini ġew konklużi
b'suċċess u l-Protokoll għall-Ftehim Qafas ta' Sħubija u
Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha,
min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Filippini, min-naħa l-oħra,
biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea,
ġie ffirmat f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha fi […]
fi […]. (3) Il-Protokoll għandu
jiġi approvat, ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 1. Il-Protokoll
għall-Ftehim Qafas ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea
u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u r-Repubblika tal-Filippini,
min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika
tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea, qiegħed b'dan jiġi approvat f'isem
l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha. 2. It-test tal-Protokoll huwa
mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni. Artikolu 2 Il-President tal-Kunsill jinnomina
lill-persuna bis-setgħa li tagħti, f’isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati
Membri tagħha, in-notifika prevista fl-Artikolu 4(1) tal-Protokoll. Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni tidħol
fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha. Magħmul fi Brussell, Għall-Kunsill Il-President [1] Id-Deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza
l-ftuħ ta' negozjati għall-adattament tal-ftehimiet iffirmati jew
konklużi bejn l-Unjoni Ewropea, jew l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri
tagħha, ma’ pajjiż terz wieħed jew aktar jew ma'
organizzazzjonijiet internazzjonali, fid-dawl tal-adeżjoni tar-Repubblika
tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (Dokument tal-Kunsill 13351/12 RISTRETT). ANNESSI għall- Proposta għal
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri
tagħha, tal-Protokoll għall-Ftehim Qafas ta' Sħubija u
Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha,
min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Filippini, min-naħa
l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja
mal-Unjoni Ewropea
PROTOKOLL
GĦALL-FTEHIM QAFAS KOMPRENSIV
DWAR SĦUBIJA U KOOPERAZZJONI
bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u r-Repubblika
tal-Filippini min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni
tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea
IR-RENJU TAL-BELĠJU, IR-REPUBBLIKA TAL-BULGARIJA, IR-REPUBBLIKA ĊEKA, IR-RENJU TAD-DANIMARKA, IR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA, IR-REPUBBLIKA TAL-ESTONJA, L-IRLANDA, IR-REPUBBLIKA ELLENIKA, IR-RENJU TA' SPANJA, IR-REPUBBLIKA FRANĊIŻA, IR-REPUBBLIKA TAL-KROAZJA, IR-REPUBBLIKA TALJANA, IR-REPUBBLIKA TA' ĊIPRU, IR-REPUBBLIKA TAL-LATVJA, IR-REPUBBLIKA TAL-LITWANJA, IL-GRAN DUKAT TAL-LUSSEMBURGU, L-UNGERIJA, MALTA, IR-RENJU TAL-PAJJIŻI L-BAXXI, IR-REPUBBLIKA TAL-AWSTRIJA, IR-REPUBBLIKA TAL-POLONJA, IR-REPUBBLIKA PORTUGIŻA, IR-RUMANIJA, IR-REPUBBLIKA TAS-SLOVENJA, IR-REPUBBLIKA SLOVAKKA, IR-REPUBBLIKA TAL-FINLANDJA, IR-RENJU TAL-ISVEZJA, IR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA
TA' FUQ Il-Partijiet Kontraenti għat-Trattat dwar
Unjoni Ewropea, it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, minn issa
’l quddiem imsejħa “l-Istati Membri”, irrappreżentati mill-Kunsill
tal-Unjoni Ewropea, u L-UNJONI EWROPEA, minn hawn 'il quddiem
imsejħa "l-Unjoni Ewropea", min-naħa l-waħda, u IR-REPUBBLIKA TAL-FILIPPINI, minn hawn’ il
quddiem imsejħa “il-Filippini” min-naħa l-oħra, minn issa 'l quddiem imsejħa
'"l-Partijiet Kontraenti" għall-għanijiet ta' dan il-Protokoll, WARA LI KKUNSIDRAW l-adeżjoni
tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea
fl-1 ta’ Lulju 2013, BILLI il-Ftehim Qafas dwar is-Sħubija u
l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, fuq
naħa, u r-Repubblika tal-Filippini fuq in-naħa l-oħra, minn hawn
'il quddiem imsejjaħ "il-Ftehim", ġie ffirmat fi Phnom Penh
fil-11 ta' Lulju 2012. BILLI t-Trattat li jikkonċerna
l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea minn hawn 'il
quddiem imsejjaħ it-“Trattat tal-Adeżjoni,” ġie ffirmat fi
Brussell fid-9 ta’ Diċembru 2011; BILLI, skont l-Artikolu 6(2) tal-Att
tal-Adeżjoni, tar-Repubblika tal-Kroazja, l-adeżjoni tagħha
mal-ftehim għandha tiġi miftiehma bil-konklużjoni ta' protokoll
mal-Ftehim; FTIEHMU KIF ĠEJ: Artikolu 1 Ir-Repubblika tal-Kroazja hawnhekk taderixxi
bħala Parti għall-Ftehim Qafas dwar Sħubija u Kooperazzjoni bejn
l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u
r-Repubblika tal-Filippini, min-naħa l-oħra, iffirmat fi Phnom Penh
fil-11 ta’ Lulju 2012 u għandha rispettivament tadotta u tieħu nota,
bl-istess mod bħall-Istati Membri l-oħra tal-Unjoni Ewropea, tat-test
tal-Ftehim. Artikolu 2 Fi żmien debitu wara l-inizjalar ta' dan
il-Protokoll, l-Unjoni Ewropea tikkomunika lill-Istati Membri tagħha u
lill-Filippini, il-verżjoni tal-Ftehim bil-lingwa Kroata.
Soġġett għad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Protokoll,
il-verżjoni tal-lingwa msemmija fl-ewwel sentenza ta’ dan l-Artikolu ssir
awtentika bl-istess kundizzjonijiet tal-verżjonijiet tal-lingwa Bulgara,
Ċeka, Daniża, Estonjana, Finlandiża, Franċiża,
Ġermaniża, Griega, Ingliża, Latvjana, Litwana, Maltija,
Olandiża, Pollakka, Portugiża, Rumena, Russa, Slovakka, Slovena,
Spanjola, Svediża, Taljana u Ungeriża tal-Ftehim. Artikolu 3 Dan il-Protokoll jifforma parti integrali
mill-Ftehim. Artikolu 4 (1)
Dan il-Protokoll għandu jkun approvat
mill-Unjoni Ewropea, mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea f'isem l-Istati Membri, u
mir-Repubblika tal-Filippini skont il-proċeduri tagħhom stess.
Il-Partijiet Kontraenti jinnotifikaw lil xulxin bit-tlestija tal-proċeduri
neċessarji għal dan l-għan. L-istrumenti ta’ approvazzjoni
jiġu depożitati mas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni
Ewropea. (2)
Dan il-Protokoll jidħol fis-seħħ
fl-ewwel jum ta’ l-ewwel xahar wara d-data tad-depożitu
tal-aħħar strument ta’ approvazzjoni, iżda mhux qabel id-data
tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim. Artikolu 5 Dan il-Ftehim għandu jiġi kkompilat
f’żewġ kopji bil-Bulgaru, bil-Kroat, biċ-Ċek,
bid-Daniż, bl-Ingliż, bl-Estonjan, bil-Finlandiż,
bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bil-Grieg, bl-Ungeriż,
bit-Taljan, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bil-Pollakk, bil-Portugiż,
bir-Rumen, bis-Slovakk, bis-Sloven, bl-Ispanjol u bl-Isvediż, u kull
wieħed minn dawn it-testi huwa awtentiku bl-istess mod. B'XHIEDA TA' DAN, il-Plenipotenzjarji ffirmati
hawn taħt, mogħtija s-setgħa għal dan l-effett, iffirmaw
dan il-Protokoll. Magħmul fi …, fi … tas-sena ... GĦALL-UNJONI EWROPEA U L-ISTATI
MEMBRI TAGĦHA GĦAR-REPUBBLIKA TAL-FILIPPINI