Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, tal-Protokoll ta' Adeżjoni għall-Ftehim Qafas ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa waħda, u r-Repubblika tal-Indoneżja min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea /* COM/2014/0481 final - 2014/0220 (NLE) */
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI Il-proposta mehmuża tikkostitwixxi
l-istrument legali għall-konklużjoni ta' Protokoll ta' Adeżjoni
għall-Ftehim Qafas ta' Sħubija u Kooperazzjoni Komprensiva bejn
il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda,
u r-Repubblika tal-Indoneżja, min-naħa l-oħra, sabiex titqies
l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (minn hawn 'il
quddiem "il-Protokoll"). Skont l-Att ta'
Adeżjoni tagħha, il-Kroazja se taderixxi mal-ftehimiet
internazzjonali ffirmati jew konklużi mill-Unjoni Ewropea u l-Istati
Membri tagħha permezz ta’ protokoll ma' dawk il-ftehimiet. Il-Ftehim Qafas ta' Sħubija u
Kooperazzjoni Komprensiva bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri
tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Indoneżja,
min-naħa l-oħra, minn hawn 'il quddiem "il-Ftehim",
ġie ffirmat f'Ġakarta fid-9 ta' Novembru 2009 u daħal
fis-seħħ fl-1 ta' Mejju 2014. B'segwitu tad-Deċiżjoni tal-Kunsill
ta' .... 2014 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri
tagħha, tal-Protokoll ta' Adeżjoni għall-Ftehim Qafas ta'
Sħubija u Kooperazzjoni Komprensiva bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati
Membri tagħha, min-naħa waħda, u r-Repubblika tal-Indoneżja
min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika
tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea, il-Protokoll kien iffirmat fi... fi..... Il-Protokoll
propost jinkorpora r-Repubblika tal-Kroazja bħala parti kontraenti
għall-Ftehim. It-testi tal-Ftehim u l-Att Finali
fil-lingwa Kroata huma annessi mal-Protokoll u ser isiru awtentiċi
taħt l-istess kundizzjonijiet tal-verżjonijiet lingwistiċi
l-oħrajn tal-Ftehim. Il-Protokoll għandu japplika
provviżorjament mid-data tal-iffirmar tiegħu. Il-Kummissjoni titlob lill-Kunsill biex
jikkonkludi, f’isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, il-Protokoll. Il-Parlament
Ewropew se jiġi msejjaħ biex jagħti l-kunsens tiegħu
għall-Protokoll. 2014/0220 (NLE) Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea u
l-Istati Membri tagħha, tal-Protokoll ta' Adeżjoni għall-Ftehim
Qafas ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati
Membri tagħha, min-naħa waħda, u r-Repubblika tal-Indoneżja
min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika
tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat dwar
il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 207 u 209,
flimkien mal-Artikolu 218 (6)(a) tiegħu, Wara li kkunsidra t-Trattat ta’ Adeżjoni
tar-Repubblika tal-Kroazja, u b’mod partikolari l-Artikolu 6(2)
tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni
Ewropea, Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament
Ewropew; Billi (1) Skont it-termini
tal-Artikolu 6(2) tal-Att tal-Adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja,
għandu jkun hemm qbil dwar l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja
mal-Ftehim Qafas ta’ Sħubija u Kooperazzjoni Komprensiva bejn il-Komunità
Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u
r-Repubblika tal-Indoneżja, min-naħa l-oħra[1] (“il-Ftehim”), permezz
ta' protokoll għal dan il-Ftehim. F'konformità mal-Artikolu 6(2)
tal-Att tal-Adeżjoni, għal tali adeżjoni għandha tapplika
proċedura ssimplifikata, li permezz tagħha jiġi konkluż
protokoll mill-Kunsill, li jaġixxi unanimament f’isem l-Istati Membri, u
mill-pajjiżi terzi kkonċernati. (2) Fl-14 ta’ Settembru 2012,
il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni tiftaħ negozjati mal-pajjiżi
terzi kkonċernati[2].
In-negozjati ġew konklużi b'suċċess u l-Protokoll ta'
Adeżjoni għall-Ftehim Qafas ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn
il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa waħda, u
r-Repubblika tal-Indoneżja min-naħa l-oħra, biex titqies
l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea kien iffirmat
f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha fi […] fi […]. (3) Il-Protokoll għandu
jiġi approvat, ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 Il-Protokoll ta' Adeżjoni
għall-Ftehim Qafas ta' Sħubija u Kooperazzjoni Komprensiva bejn
il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa waħda, u
r-Repubblika tal-Indoneżja min-naħa l-oħra, biex titqies
l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea kien approvat
f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha. Artikolu 2 Il-President tal-Kunsill jinnomina
lill-persuna bis-setgħa li tagħti, f’isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati
Membri tagħha, in-notifika prevista fl-Artikolu 4(1) tal-Protokoll. Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni għandha
tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha. Magħmul fi Brussell, Għall-Kunsill Il-President [1] ĠU L 125, 26.4.2014, p. 17. [2] Id-Deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza
l-ftuħ ta' negozjati għall-adattament tal-ftehimiet iffirmati jew
konklużi bejn l-Unjoni Ewropea, jew l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri
tagħha, ma’ pajjiż terz wieħed jew aktar jew ma'
organizzazzjonijiet internazzjonali, fid-dawl tal-adeżjoni tar-Repubblika
tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (Dokument tal-Kunsill 13351/12 RISTRETT). ANNESSI tal- Proposta għal
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha,
tal-Protokoll ta' Adeżjoni għall-Ftehim Qafas ta' Sħubija u
Kooperazzjoni Komprensiva bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri
tagħha, min-naħa waħda, u r-Repubblika tal-Indoneżja
min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika
tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea
PROTOKOLL TA' ADEŻJONI
MAL-FTEHIM QAFAS
DWAR SĦUBIJA U KOOPERAZZJONI KOMPRENSIVA
bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa
waħda, u r-Repubblika tal-Indoneżja min-naħa l-oħra, biex
titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea
IR-RENJU TAL-BELĠJU, IR-REPUBBLIKA TAL-BULGARIJA, IR-REPUBBLIKA ĊEKA, IR-RENJU TAD-DANIMARKA, IR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA, IR-REPUBBLIKA TAL-ESTONJA, L-IRLANDA, IR-REPUBBLIKA ELLENIKA, IR-RENJU TA' SPANJA, IR-REPUBBLIKA FRANĊIŻA, IR-REPUBBLIKA TAL-KROAZJA, IR-REPUBBLIKA TALJANA, IR-REPUBBLIKA TA’ ĊIPRU, IR-REPUBBLIKA TAL-LATVJA, IR-REPUBBLIKA TAL-LITWANJA, IL-GRAN DUKAT TAL-LUSSEMBURGU, L-UNGERIJA, IR-REPUBBLIKA TA' MALTA, IR-RENJU TAL-PAJJIŻI L-BAXXI, IR-REPUBBLIKA TAL-AWSTRIJA, IR-REPUBBLIKA TAL-POLONJA, IR-REPUBBLIKA PORTUGIŻA, IR-RUMANIJA, IR-REPUBBLIKA TAS-SLOVENJA, IR-REPUBBLIKA SLOVAKKA, IR-REPUBBLIKA TAL-FINLANDJA, IR-RENJU TAL-ISVEZJA, IR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRETTANJA U L-IRLANDA
TA' FUQ Il-Partijiet Kontraenti għat-Trattat dwar
l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, minn hawn
’il quddiem “l-Istati Membri”, irrappreżentati mill-Kunsill tal-Unjoni
Ewropea, u L-UNJONI EWROPEA, minn hawn 'il quddiem
imsejħa "l-Unjoni Ewropea", fuq naħa waħda, u IR-REPUBBLIKA TAl-INDONEŻJA, minn hawn
‘il quddiem imsejħa "l-Indoneżja", fuq in-naħa l-oħra, minn hawn 'il quddiem imsejħa 'il-Partijiet'
għall-għanijiet ta' dan il-Protokoll, WARA LI KKUNSIDRAW l-adeżjoni
tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea fl-1 ta’ Lulju 2013 u
t-Trattat dwar l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea,
minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “it-Trattat ta’ Adeżjoni”, iffirmat fi
Brussell fid-9 ta’ Diċembru 2011 u daħal fis-seħħ fl-1
ta’ Lulju 2013; BILLI l-Ftehim Qafas ta' Sħubija u
Kooperazzjoni Komprensiva bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri
tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Indoneżja,
min-naħa l-oħra, minn hawn 'il quddiem "il-Ftehim",
ġie ffirmat f'Ġakarta fid-9 ta' Novembru 2009. BILLI r-Repubblika tal-Kroazja għandha
taċċedi għall-ftehimiet konklużi jew iffirmati mill-Unjoni
Ewropea u l-Istati Membri tagħha ma’ pajjiż terz wieħed jew
aktar jew ma’ organizzazzjoni internazzjonali kif meħtieġ
mill-Artikolu 6(2) tal-Att dwar il-kondizzjoni tal-adeżjoni
tar-Repubblika tal-Kroazja u l-aġġustament għat-Trattat dwar
l-Unjoni Ewropea, it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u
t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika; FTIEHMU KIF ĠEJ: Artikolu 1 Ir-Repubblika tal-Kroazja b'dan taderixxi
bħala Parti għall-Ftehim Qafas ta' Sħubija u Kooperazzjoni
Komprensiva bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha,
min-naħa waħda, u r-Repubblika tal-Indoneżja, min-naħa l-oħra,
iffirmat fid-9 ta' Novembru 2009. Artikolu 2 It-testi tal-Ftehim u l-Att Finali fil-lingwa
Kroata annessa ma’ dan il-Protokoll għandhom isiru awtentiċi
taħt l-istess kondizzjonijiet bħall-verżjonijiet tal-Ftehim
bil-lingwa Bulgara, Ċeka, Daniża, Olandiża, Ingliża,
Estonjana, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega,
Ungeriża, Taljana, Latvjana, Litwana, Maltija, Pollakka, Portugiża,
Rumena, Slovena, Spanjola, Żvediża, Slovakka u Indoneżjana. Artikolu 3 Dan il-Protokoll għandu jifforma parti
integrali mill-Ftehim. Artikolu 4 (1)
Dan il-Protokoll għandu jkun approvat
mill-Unjoni Ewropea, mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea f’isem l-Istati Membri, u
mill-Indoneżja skont il-proċeduri tagħhom. Il-Partijiet
għandhom jinnotifikaw lil xulxin bit-tlestija tal-proċeduri neċessarji
għal dak il-għan. (2)
Dan il-Protokoll jidħol fis-seħħ
fl-ewwel jum tal-ewwel xahar wara d-data tal-aħħar notifika
tal-istrument ta' approvazzjoni. (3)
Sa meta jidħol fis-seħħ, dan
il-Protokoll għandu jiġi applikat fuq bażi provviżorja
mid-data tal-iffirmar. Artikolu 5 Dan il-Protokoll huwa abbozzat
f'żewġ kopji fil-lingwi Bulgara, Kroata, Ċeka, Daniża,
Olandiża, Ingliża, Estonjana, Finlandiża, Franċiża,
Ġermaniża, Griega, Ungeriża, Taljana, Latvjana, Litwana,
Maltija, Pollakka, Portugiża, Rumena, Slovakka, Slovena, Spanjola,
Żvediża u Ukraina, b'kull wieħed minn dawn it-testi ugwalment
awtentiku. B'XHIEDA TA' DAN, il-Plenipotenzjarji ffirmati
hawn taħt, mogħtija s-setgħa għal dan l-effett, iffirmaw
dan il-Protokoll. Magħmul fi …, fi … tas-sena ... GĦALL-UNJONI EWROPEA U L-ISTATI
MEMBRI TAGĦHA GĦAR-REPUBBLIKA
TAL-INDONEŻJA.