Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, skont il-Punt 13 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja, il-kooperazzjoni fi kwistjonijiet baġitarji u l-ġestjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni EGF/2014/003 ES/Aragón ikel u xorb) /* COM/2014/0456 final */
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA 1. Ir-regoli li japplikaw
għall-kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-Fond Ewropew ta’
Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG) huma stipulati
fir-Regolament (KE) Nru 1309/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17
ta’ Diċembru 2013 dwar il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament
għall-Globalizzazzjoni (2014-2020) u li jħassar ir-Regolament (KE)
1927/2006[1]
(Ir-"Regolament FEG"). 2. L-awtoritajiet Spanjoli
ressqu l-applikazzjoni FEG/2014/003 ES/Aragón ikel
u xorb għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG, wara sensji u waqfien ta'
attivitajiet fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3 tar-Regolament FEG (minn
hawn 'il quddiem imsejħa s-"sensji") f'661 intrapriża li
joperaw fin-NACE Rev.2 Diviżjoni 56 (Attivitajiet ta' servizzi ta' ikel u
ta' xorb)[2]
fir-reġjun NUTS livell 2 ta' Aragón (ES24).
3. Wara analiżi fil-fond
ta' din l-applikazzjoni, il-Kummissjoni kkonkludiet, skont
id-dispożizzjonijiet applikabbli tar-Regolament FEG, li l-kundizzjonijiet
għall-għoti ta' kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG huma ssodisfatti. SINTEŻI TAL-APPLIKAZZJONI Applikazzjoni FEG: || EGF/2014/003 ES/Aragón ikel u xorb Stat Membru: || Spanja Reġjun/i kkonċernat/i (NUTS livell 2): || Aragón (ES24) Data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni: || 21.2.2014 Data tal-konferma tar-riċevuta tal-applikazzjoni u d-data tat-talba għal aktar informazzjoni: || 7.3.2014 Skadenza tal-għoti ta’ aktar informazzjoni: || 18.4.2014 Skadenza għat-tlestija tal-valutazzjoni: || 11.7.2014 Kriterju ta' intervent: || Artikolu 4(1)(b) tar-Regolament FEG Settur/i tal-attività ekonomika (NACE Rev. 2 diviżioni): || “Attivitajiet ta’ servizzi ta’ ikel u ta' xorb” Diviżjoni 56 Perjodu ta' referenza (disa' xhur): || 1.3.2013 – 1.12.2013 Għadd ta' sensji jew waqfien ta' attività matul il-perjodu ta' referenza: || 904 L-għadd ta' benefiċjarji eliġibbli li mistennija jipparteċipaw fil-miżuri: || 280 Baġit għas-servizzi personalizzati (EUR) || 1 575 998 || || Baġit għall-implimentazzjoni tal-FEG (EUR)[3] || 24 002 || || Baġit totali (EUR) || 1 600 000 || || Kontribuzzjoni finanzjarja mitluba mill-kontribuzzjoni tal-FEG (EUR) || 960 000 || (60% mill-baġit totali) || VALUTAZZJONI TAL-APPLIKAZZJONI Proċedura 4. Fil-21 ta’ Frar 2014,
l-awtoritajiet Spanjoli ressqu l-applikazzjoni EGF/2014/003
ES/Aragón ikel u xorb fi żmien 12-il ġimgħa mid-data li fiha
il-kriterji ta’ intervent stabbiliti fil-paragrafi 5 sa 7 hawn taħt
ġew sodisfatti. Il-Kummissjoni tikkonferma r-riċevuta
tal-applikazzjoni fi żmien ġimgħatejn mid-data tas-sottomissjoni
tal-applikazzjoni, fis-7 ta’ Marzu 2014. Fl-istess data, il-Kummissjoni talbet
informazzjoni addizzjonali mingħand l-awtoritajiet Spanjoli. Din
l-informazzjoni addizzjonali ngħatat fi żmien sitt ġimgħat
mid-data tat-talba. Iż-żmien ta' 12-il ġimgħa mill-wasla
tal-applikazzjoni kompluta li fih il-Kummissjoni għandha tiffinalizza
l-valutazzjoni tagħha tal-konformità tal-applikazzjoni mal-kundizzjonijiet
għall-għoti ta’ kontribut finanzjarju jiskadi fil-11 ta’ Lulju 2014. Eliġibbiltà tal-applikazzjoni Il-kriterji ta’ intervent 5. L-awtoritajiet Spanjoli
ressqu l-applikazzjoni skont il-kriterju ta' intervent
tal-Artikolu 4(1)(b) tar-Regolament FEG, li jeħtieġ li jkun hemm
tal-anqas 500 sensja matul perjodu ta’ referenza ta’ disa’ xhur
f’intrapriżi li joperaw fl-istess settur ekonomiku definit fil-livell
tad-diviżjoni NACE Rev. 2 u li jinsab f’reġjun wieħed jew
żewġ reġjuni kontigwi definiti fil-livell NUTS 2. 6. L-applikazzjoni
tikkonċerna 904 ħaddiem li ngħataw is-sensja[4] f'661 intrapriża[5] li joperaw fl-NACE Rev.
2 Diviżjoni 56 (Attivitajiet ta' servizzi ta' ikel u ta' xorb) fil-livell
tar-reġjun NUTS 2 ta' Aragón (ES24). 7. Il-perjodu
ta’ referenza ta’ disa’ xhur huwa mill-1 ta’ Marzu 2013 sal-1 ta’ Diċembru
2013. Il-kalkolu tas-sensji u tal-waqfien
tal-attività 8. Is-sensji kollha ġew
ikkalkulati mid-data tat-tmiem de facto tal-kuntratt tal-impjieg jew
l-iskadenza tiegħu matul il-perjodu ta' referenza Benefiċjarji eliġibbli 9. L-għadd totali ta’
benefiċjarji eliġibbli huwa 904. Ir-rabta bejn is-sensji u l-kriżi
finanzjarja u ekonomika globali indirizzata fir-Regolament (KE)
Nru 546/2009 10. Sabiex tiġi stabbilita
r-rabta bejn is-sensji u l-kriżi finanzjarja u ekonomika globali
indirizzata fir-Regolament (KE) Nru 546/2009, l-awtoritajiet Spanjoli
jsostnu li fl-2009, bħala konsegwenza tal-kriżi finanzjarja u
ekonomika globali, l-ekonomija fil-livell tal-UE-27, kif ukoll l-ekonomija
Spanjola, għaddew minn perjodu negattiv. Fl-2009, ir-rata ta’ tkabbir
tal-PDG (bidla perċentwali fuq is-sena preċedenti) kienet ta'
– 4,5% fil-livell tal-UE-27 u – 3,8% fi Spanja. Fl-2010 u l-2011,
l-ekonomija tal-UE-27 irkuprat u r-rati ta’ tkabbir tal-PDG kienu ta' 2,0% u
1,7% rispettivament, filwaqt li fl-2012 it-tkabbir tal-PDG fl-UE-27 kien
għal darb’oħra negattiv (– 0,4%). Ir-rata ta’ tkabbir tal-PDG
Spanjol kienet negattiva fl-2010 (– 0,2%) u l-2012 (– 1,6%) u kemxejn
pożittiva (0,1 %) fl-2011. Rata ta'
tkabbir tal-PDG
(bidla perċentwali fuq is-sena preċedenti)
Sors:
Il-Eurostat 11. Il-kriżi finanzjarja u
ekonomika globali affettwat b'mod gravi l-ekonomija Spanjola u wasslet lill-Gvern
Spanjol biex jieħu miżuri bħal żieda fid-dħul
mit-taxxi — b’mod partikolari l-VAT, li r-rata standard tagħha
żdiedet minn 16% għal 18% fl-2010 u ulterjorment għal 21%
fl-2012 —, organizzazzjoni tan-nefqa pubblika u tnaqqis fis-salarji
tal-impjegati pubbliċi. Kien hemm ukoll tnaqqis fid-dħul medju
fis-settur privat, f'tentattiv biex tiżdied il-kompetittività
tal-ekonomija Spanjola. It-tnaqqis fid-dħul wassal għal tnaqqis
fil-konsum b'effett immedjat. Matul il-perjodu bejn l-2009 u l-2012, il-konsum
tal-unitajiet domestiċi fi Spanja naqas fi tlieta mill-erba’ snin meta
mqabbel mal-istess perjodu tas-sena ta’ qabel rispettiva. Il-konsum
tal-unitajiet domestiċi naqas ukoll fil-livell tal-UE-27, iżda
f'livell inqas. Konsum
tal-unitajiet domestiċi
(bidla perċentwali fuq is-sena preċedenti) || 2009 || 2010 || 2011 || 2012 UE-27 || – 1,67 || 1,04 || 0,26 || – 0,74 Spanja || – 3,82 || 0,11 || – 1,16 || – 2,84 Sors: Il-Eurostat 12. It-tnaqqis fil-konsum
tal-unitajiet domestiċi fi Spanja rriżulta fi tnaqqis fid-domanda
għal servizzi tal-ikel u x-xorb minħabba r-rabta qawwija bejn
il-livell ta' nfiq tal-unitajiet domestiċi u l-konsum ta' ikel u xorb
barra mid-dar. L-awtoritajiet Spanjoli, skont dejta mill-Ministeru Spanjol
għall-Agrikolutra, l-Ikel u l-Ambjent, spjegaw li fl-2012 in-nefqa totali
tal-unitajiet domestiċi għall-ikel fi Spanja naqset b'1,3% meta
mqabbla mal-2011. Ta’ min jinnota li n-nefqa fuq l-ikel għal konsum
domestiku żdiedet b’0,2% filwaqt li n-nefqa fuq l-ikel barra mid-dar
naqset b’4,1%. In-nefqa fuq servizzi tal-ikel ilha tonqos mill-bidu
tal-kriżi finanzjarja u ekonomika; matul il-perjodu mill-2009 sal-2012
naqset bi 12,1%. Nefqa
fuq l-ikel barra mid-dar
(miljun EUR)
Sors:
Il-Ministeru Spanjol għall-Agrikoltura, l-Ikel u l-Ambjent. Avvenimenti li jwasslu għal sensji
u waqfien ta’ attività 13. Skont ir-rapport annwali
tal-Federación Española de Hostelería y Restauración (FEHR) dwar l-attivitajiet
ta’ servizz marbuta mal-akkomodazzjoni, l-ikel u x-xorb għall-2012[6], l-indiċi
settorjali ta’ attività kummerċjali naqas b’8.26% matul il-perjodu
2010-2012. Barra minn hekk, l-awtoritajiet Spanjoli jargumentaw li bħala
konsegwenza tat-tnaqqis fin-nefqa fuq l-ikel barra mid-dar, fl-2011
l-għadd ta’ negozji li joperaw fis-settur tal-attivitajiet ta’ servizz ta’
ikel u ta' xorb naqas bi 3,5% fil-livell nazzjonali, meta mqabbel mal-2009,
filwaqt li f’Aragón it-tnaqqis kien ta’ 11%. 14. It-tnaqqis fl-attività
kummerċjali fis-settur tal-attivitajiet ta’ servizz ta’ ikel u ta' xorb u
l-għeluq ta’ bosta negozji li joperaw f’dan is-settur irriżulta
f’għadd kbir ta’ sensji. L-impatt tas-sensji mistenni fir-rigward
tal-ekonomija u l-impjiegi lokali, reġjonali jew nazzjonali 15. L-impjieg f’Aragón ġie
milqut ħażin mill-kriżi. Ir-rata tal-qgħad fir-reġjun
żdiedet b’mod rapidu billi telgħat minn 4,2% f’Diċembru 2007
għal 18,4% f’Diċembru 2013. Is-sitwazzjoni tal-impjieg f’Aragón
tidher fraġli ħafna, minħabba l-impatt tal-kriżi fuq
setturi oħra wkoll, bħal dak tal-kostruzzjoni u tal-bejgħ
bl-imnut, li huma importanti ħafna għall-ekonomija tar-reġjun.
Wara s-sensji fis-settur tal-kostruzzjoni u tal-bejgħ bl-imnut f'Aragón,
f'Mejju tal-2010[7]
u f'Diċembru tal-2011[8]
l-Ispanja ressqet applikazzjoni għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG. Rata ta'
qgħad f'Aragón
Sors: EPA[9] 16. Is-settur tal-attivitajiet ta'
servizzi ta' ikel u ta' xorb tradizzjonalment kien meqjus bħala xibka ta’
sikurezza fi żminijiet ta’ skarsità ta’ impjieg hekk kif kien aktar
faċli biex wieħed isib xogħol fis-settur tal-ikel u tax-xorb,
l-aktar minħabba li dawn l-impjiegi għandhom skedi tax-xogħol
eżiġenti u diffiċli biex jirrikonċiljaw mal-ħajja
tal-familja. Minħabba li issa anke s-settur tal-attivitajiet ta' servizz
ta' ikel u ta' xorb qiegħed ibati l-konsegwenzi tal-kriżi finanzjarja
u ekonomika, bir-riżultat ta’ sensji, l-impatt negattiv fuq l-ekonomija
reġjonali huwa aktar serju milli jidher fiċ-ċifri. Il-benefiċjarji fil-mira u
l-azzjonijiet proposti Il-benefiċjarji fil-mira 17. L-għadd stmat ta’
benefiċjarji eliġibbli mistennija jipparteċipaw fil-miżuri
huwa 280. 18. It-tqassim tal-parteċipanti
mistennija skont is-sess, in-nazzjonalità u l-grupp ta’ età huwa kif ġej: Kategorija || Għadd ta' benefiċjarji fil-mira Sess: || Irġiel: || 97 || (34,64%) || Nisa: || 183 || (65,36%) Ċittadinanza: || ċittadini tal-UE: || 174 || (62,14%) || ċittadini mhux tal-UE: || 106 || (37,86%) Grupp ta’ età: || bejn 15 u 24 sena: || 26 || (9,29%) || bejn 25 u 54 sena: || 232 || (82,86%) || bejn 55 u 64 sena: || 22 || (7,85%) || iktar minn 64 sena: || 0 || (0,00%) Azzjonijiet proposti 19. Is-servizzi
personalizzati li se jiġu provduti lill-ħaddiema li ngħataw is-sensja
jikkonsistu mill-azzjonijiet li ġejjin, li flimkien jifformaw pakkett
ikkoordinat ta’ servizzi personalizzati mmirati lejn l-integrazzjoni
mill-ġdid fix-xogħol ta’ ħaddiema li ngħataw is-sensja.
Huma organizzati f'erba' oqsma: 1. Gwida, konsulenza u tfittix għal
impjieg –
Sessjoni ta' merħba, gwida dwar
ix-xogħol u ġbir ta' profili: L-ewwel
miżura pprovduta lill-parteċipanti kollha tinkludi l-ġbir ta'
profili tal-ħaddiema kif ukoll tagħrif dwar ix-xogħlijiet
disponibbli, ir-rekwiżiti ta' ħiliet u ta' taħriġ,
il-programmi ta' taħriġ disponibbli u l-inċentivi. –
Taħriġ dwar tekniki għal tfittix
għal impjieg, impjieg indipendenti u ħiliet soċjali: Il-ħaddiema se jipparteċipaw f'sessjoni ta' ħidma
ffokata fuq impjieg indipendenti u l-promozzjoni tal-intraprenditorija jew
inkella se jiġu mħarrġa f'ħiliet għal tfittix
għal impjieg. Din il-miżura għandha l-għan li ttejjeb
l-għarfien tal-parteċipanti dwarhom nfushom u li tirrinforza l-istima
personali u l-ħiliet soċjali tagħhom. 2. Taħriġ u taħriġ
mill-ġdid –
Taħriġ ġenerali u
taħriġ mill-ġdid: Din il-miżura
toffri diversi perkorsi ta’ taħriġ. Il-ħaddiema se
jingħataw l-opportunità li jsegwu wieħed jew aktar minn dawn
il-korsijiet ta' taħriġ fl-oqsma li ġejjin: (1) Taħriġ
ġenerali dwar teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni
(ICT), livelli bażiċi jew intermedji (2) Taħriġ
f'ħiliet vokazzjonali: Illum, is-settur tal-ikel u tax-xorb jirrekjedi
professjonisti li ma jkunux biss kwalifikati, iżda versatili wkoll. Biex
jinkisbu ħiliet speċifiċi meħtieġa mis-settur, se
jiġu provduti diversi korsijiet ta' taħriġ f'ħiliet
vokazzjonali, bħal pereżempju għal barmen u koktejls, servizz
ta' ikel f'restoranti, wejters f'bakett, tqandil tal-ikel, assistent kok,
tisjir b'vakwu, xiwi u tisjir ta' “platos combinados”[10], eċċ. Il-parteċipanti
se jiġu pprovduti wkoll b'taħriġ vokazzjonali għal impjiegi
f'setturi oħra li jirrekjedu liċenzjar (eż. gwardja tas-sigurtà
privata, trasport tal-passiġġieri CPC[11], eċċ.) (3) Taħriġ
b'inpenn ta' impjieg: Il-korsijiet ta' taħriġ dwar temi li jindirizzaw
il-bżonnijiet tal-intrapriżi lokali, li wara se jirreklutaw xi
uħud mill-parteċipanti. (4) Taħriġ dwar
l-iżvilupp ta' ħiliet personali: Il-parteċipanti se
jitħarrġu f'ħiliet transversali, inklużi l-proċess ta'
teħid ta' deċiżjonijiet, ir-reżoluzzjoni ta' konflitt,
l-adattament għall-bidla, il-ħiliet ta’ relazzjonijiet interpersonali
eċċ. –
Rikonoxximent ta' esperjenza preċedenti: Dan ikopri l-evalwazzjoni tat-tagħrif li l-ħaddiem kellu
minn qabel u l-esperjenza ta' kull ħaddiema b'mod individwali, u
tidentifika l-oqsma li jeħtieġu aktar taħriġ.
Il-parteċipanti, wara t-tmiem tal-proċedura dwar ir-rikonoxximent ta’
esperjenza preċedenti se jirċievu attestazzjoni uffiċjali
tal-ħiliet u l-għarfien maħruġa mill-Agencia de
Cualificaciones Profesionales de Aragón (L-aġenzija ta' Aragón
għall-kwalifiki vokazzjonali). 3. Integrazzjoni mill-ġdid
fix-xogħol –
Għajnuna intensiva għat-tfittix
għal impjieg: Dan se jinvolvi tfittxija intensiva
għal impjieg ġdid (inkluża riċerka attiva
tal-opportunitajiet ta’ impjieg lokali u reġjonali, esplorazzjoni ta’
opportunitajiet ta’ impjieg f’setturi li qed jiżviluppaw, eż.
l-enerġiji rinnovabbli, il-kummerċ organiku, eċċ.) u
għat-tqabbil ta' impjiegi. –
Taħriġ wara l-integrazzjoni
mill-ġdid fix-xogħol: Dan se jipprevjeni
problemi possibbli li jistgħu jinqalgħu f'impjiegi ġodda;
il-ħaddiema integrati mill-ġdid fix-xogħol se jiġu ggwidati
matul l-ewwel xhur fl-impjiegi ġodda tagħhom. 4. Inċentivi –
Konċessjoni għat-tfittix ta’ impjieg: Il-benefiċjarji li jieħdu sehem fil-miżuri u li isegwu
l-perkorsi miftiehma biex jiġu integrati mill-ġdid se jirċievu
konċessjoni ta' EUR 300, f'żewġ partijiet ta' EUR 150. –
Għajnuna għal min jieħu
ħsieb persuni dipendenti: Il-benefiċjarji li
jieħdu sehem fil-miżuri u li għandhom responsabilitajiet ta’ kura
għal persuni dipendenti (tfal, anzjani jew persuni b’diżabilità) se
jirċievu konċessjoni ta’ darba ta’ EUR 150 biex
tħeġġiġhom jipparteċipaw fil-miżuri b'kumpens
għall-ispejjeż addizzjonali għall-proviżjoni tal-kura
għal persuni dipendenti filwaqt li dawn jipparteċipaw
fil-miżuri. –
Inċentivi għall-impjieg: Benefiċjarji li jmorru lura għax-xogħol se
jirċievu sussidju tal-paga ta’ EUR 200 fix-xahar għal massimu ta’
tliet xhur biex tinkoraġġihom — b’mod partikolari l-benefiċjarji
l-aktar antiki —jirritornaw għax-xogħol, speċjalment meta
l-kundizzjonijiet offruti huma inqas attraenti minn dawk tax-xogħol
preċedenti tagħhom. –
Inċentivi għall-impieg għal
ħaddiema indipendenti: Benefiċjarji li
jaħdmu għal rashom se jirċievu konċessjoni ta’ EUR 400
fix-xahar għal massimu ta’ tliet xhur bħala appoġġ matul
il-perjodu tal-bidu tal-attività tagħhom. 20. L-azzjonijiet
proposti deskritti hawn fuq jikkostitwixxu miżuri tas-suq tax-xogħol
attiv fi ħdan l-azzjonijiet eliġibbli stabbiliti fl-Artikolu 7
tar-Regolament FEG. Dawn l-azzjonijiet ma għandhomx jissostitwixxu
miżuri passivi ta’ protezzjoni soċjali. 21. L-awtoritajiet Spanjoli
kkonfermaw li l-ebda waħda minn dawn l-azzjonijiet ma hi responsabbiltà
ta’ intrapriżi skont liġi nazzjonali jew ftehim kollettiv. Baġit stmat 22. L-ispejjeż totali stmati
huma ta' EUR 1 600 000, inkluża n-nefqa għas-servizzi
personalizzati ta’ EUR 1 575 998 u n-nefqa
għat-tħejjija, il-ġestjoni, it-tagħrif u r-reklamar,
il-kontroll u l-attivitajiet ta’ rappurtar ta’ EUR 24 002. 23. Il-kontribuzzjoni
finanzjarja totali mitluba mill-FEG hija ta’ EUR 960 000 (60%
tal-kosti totali). Azzjonijiet || Għadd stmat ta’ parteċipanti || Kost stmat għal kull parteċipant (EUR) || Spejjeż totali stmati (EUR); (% tat-total) Servizzi personalizzati (azzjonijiet taħt l-Artikolu 7(1)(a) u (c) tar-Regolament FEG): Sezzjoni ta' merħba, gwida dwar ix-xogħol u l-ġbir ta' profili (Acogida, elaboración de los itinerarios personalizados de inserción y asesoramiento laboral) || 280 || 1 077 || 301 560 Taħriġ dwar tekniki għal tfittix għal impjieg, impjieg indipendenti u ħiliet soċjali: (Formación en técnicas para la búsqueda de empleo, autoempleo y habilidades sociales ) || 280 || 400 || 112 000 Taħriġ ġenerali, taħriġ mill-ġdid u taħriġ vokazzjonali; u rikonoxximent ta' esperjenza preċedenti: (Formación para el empleo y acreditación de competencias) || 220 || 1 425 || 313 500 Għajnuna intensiva għat-tfittix għal impjieg (Asistencia a la recolocación) || 280 || 2 150 || 601 938 Taħriġ wara l-integrazzjoni mill-ġdid fix-xogħol (Seguimiento en el empleo) || 145 || 400 || 58 000 Subtotal (a): || || 1 386 998 (88,0%) Konċessjonijiet u inċentivi (Azzjonijiet taħt l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament FEG): Konċessjoni għat-tfittix għal impjieg (Incentivo para la búsqueda activa de empleo) || 280 || 300 || 84 000 Għajnuna għal min jieħu ħsieb persuni dipendenti (Medidas de acompañamiento) || 140 || 150 || 21 000 Inċentivi għall-impjieg (Incentivo para la recolocación laboral) || 100 || 600 || 60 000 Inċentivi għall-impjieg għal ħaddiema indipendenti (Incentivo para la actividad por cuenta propia) || 20 || 1 200 || 24 000 Subtotal (b): || || 189 000 (12,0%) Azzjonijiet taħt l-Artikolu 7(4) tar-Regolament FEG 1. Tħejjija || || 5 900 2. Ġestjoni || || 0 3. Tagħrif u reklamar || || 4 100 4. Kontroll u rappurtar || || 14 002 Subtotal (c): || || 24 002 (1,5%) Spejjeż totali (a + b + c): || || 1 600 000 Kontribuzzjoni tal-FEG (60% tal-ispejjeż totali) || || 960 000 24. L-ispejjeż
għall-azzjonijiet identifikati fit-tabella ta’ hawn fuq bħala
azzjonijiet taħt l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament FEG ma
għandhomx jaqbżu l-35% tal-ispejjeż totali għall-pakkett
koordinat ta’ servizzi personalizzati. L-awtoritajiet Spanjoli kkonfermaw li
dawn l-azzjonijiet huma kondizzjonali fuq il-parteċipazzjoni attiva
tal-benefiċjarji f’attivitajiet ta’ tfittix għal impjieg jew ta’
taħriġ. Perjodu ta’ eliġibbiltà tan-nefqa 25. L-awtoritajiet Spanjoli bdew
jipprovdu servizzi personalizzati għall-benefiċjarji fil-mira fil-21
ta’ Frar 2014. Għalhekk, in-nefqa fuq l-azzjonijiet imsemmija
fil-punt 19 għandha tkun eliġibbli għal kontribuzzjoni
finanzjarja mill-FEG mill-21 ta’ Frar 2014 sal-21 ta’ Frar 2016. 26. L-awtoritajiet Spanjoli bdew
iġarrbu nefqa amministrattiva għall-implimentazzjoni tal-FEG fis-7
ta’ Novembru 2013. Għalhekk, in-nefqa għat-tħejjija,
il-ġestjoni, it-tagħrif u r-reklamar, il-kontroll u l-attivitajiet
ta’ rappurtar għandha tkun eliġibbli għal kontribuzzjoni
finanzjarja mill-FEG mis-7 ta’ Novembru 2013 sal-21 ta’ Awwissu 2016. Il-komplementarjetà mal-azzjonijiet
iffinanzjati minn fondi nazzjonali jew tal-Unjoni 27. L-awtoritajiet Spanjoli
indikaw li l-kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG ma tissostitwixxix
l-azzjonijiet li huma mandatorji għall-intrapriżi kkonċernati
skont liġi nazzjonali jew ftehimiet kollettivi. 28. L-awtoritajiet Spanjoli
indikaw li l-miżuri msemmija hawn fuq li jirċievu kontribuzzjoni
finanzjarja mill-FEG mhumiex se jirċievu wkoll għajnuna minn
strumenti finanzjarji oħra tal-Unjoni. 29. It-tliet programmi operattivi
tal-FSE (2007-13) dwar attivitajiet ta' kofinanzjament f'Aragón huma: Programm
Operattiv Plurireġjonali tal-FSE dwar Adattabilità u Impjiegi, Programm
Operattiv tal-FSE Kontra d-Diskriminazzjoni u Programm Operattiv tal-FSE
għal Aragón. Għalkemm xi wħud mill-miżuri tal-FEG
jistgħu jkunu simili għall-miżuri tal-FSE hemm differenza:
Il-miżuri tal-FEG għandhom ċerta individwalità u karattru
speċjali (huma jindirizzaw settur u popolazzjoni partikolari) u huma
magħmula apposta u għandhom format intensiv. Sabiex tiġi evitata
duplikazzjoni tal-miżuri tal-FSE u dawk tal-FEG għandu jkun hemm
prosegwiment kontinwu tal-azzjonijiet tal-FSE u tal-FEG li għandhom
l-istess għanijiet, u tal-ħaddiema kkonċernati. 30. Is-sorsi ta’ prefinanzjament
nazzjonali jew kofinanzjament huma impenjati kull sena fl-Att dwar
il-Baġit tal-Gobierno de Aragón. Il-proċeduri għal
konsultazzjoni tal-benefiċjarji fil-mira jew ir-rappreżentanti
tagħhom jew is-sħab soċjali kif ukoll l-awtoritajiet lokali u
reġjonali 31. L-awtoritajiet Spanjoli
indikaw li l-pakkett ikkoordinat ta’ servizzi personalizzati ġie stabbilit
b’konsultazzjoni mal-għaqdiet tal-ħaddiema Confederación Sindical de
Comisiones Obreras-CC.OO Aragón u Unión General de Trabajadores-UGT Aragón; u
l-organizzazzjonijiet tal-impjegaturi Confederación de Empresarios de
Aragón-CREA u Confederación de la Pequeña y Mediana Empresa Aragonesa-CEPYME
Aragón. L-imsieħba soċjali ġew ikkonsultati darbtejn: fl-20 ta’
Ġunju 2013 u fis-16 ta’ Ottubru 2013. Fl-ewwel laqgħa,
l-imsieħba soċjali qablu fuq is-sottomissjoni ta’ applikazzjoni
tal-FEG għas-settur tal-attivitajiet ta’ servizz ta’ ikel u ta' xorb.
Fit-tieni laqgħa, ġie diskuss u miftiehem l-abbozz tal-applikazzjoni,
u b’mod partikolari l-kontenut u l-iskeda tal-azzjonijiet. Ġestjoni u sistemi ta’ kontroll 32. L-applikazzjoni fiha
deskrizzjoni dettaljata tas-sistema ta’ ġestjoni u kontroll li
tispeċifika r-responsabbiltajiet tal-korpi involuti. Spanja nnotifikat
lill-Kummissjoni li l-kontribut finanzjarju se jkun immaniġġjat u
kkontrollat mill-istess entitajiet li jimmaniġġjaw u jikkontrollaw
l-FSE. L-Instituto Aragonés de Empleo (INAEM) se jkun l-entità intermedjarja
għall-awtorità ta' ġestjoni. L-impenji provduti mill-Istat Membru
kkonċernat 33. L-awtoritajiet Spanjoli
pprovdew l-assigurazzjonijiet kollha meħtieġa rigward dan li
ġej: –
il-prinċipji tat-trattament ugwali u
tan-nondiskriminazzjoni se jiġu rispettati fl-aċċess
għall-azzjonijiet proposti u fl-implimentazzjoni tagħhom; –
ir-rekwiżiti stipulati
fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE dwar is-sensji kollettivi
ġew sodisfatti; –
l-azzjonijiet proposti jipprovdu appoġġ
għal ħaddiema individwali u ma għandhomx jintużaw għal
kumpaniji jew setturi li qegħdin jiġu ristrutturati; –
l-azzjonijiet proposti mhux se jirċievu
għinuna finanzjarja minn fondi jew strumenti finanzjarji oħra tal-Unjoni
u mhux se jitħalla jsir ebda ffinanzjar doppju; –
l-azzjonijiet proposti jkunu komplementari ma’
azzjonijiet iffinanzjati mill-Fondi Strutturali; –
il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG se tkun
konformi mar-regoli proċedurali u materjali tal-Unjoni dwar
l-għajnuna mill-Istat. IMPLIKAZZJONI BAĠITARJA Il-proposta baġitarja 34. Il-FEG ma għandux
jaqbeż l-ammont massimu annwali ta' EUR 150 miljun (prezzijiet
tal-2011), kif stipulat fl-Artikolu 12 tar-Regolament tal-Kunsill (UE,
Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi
l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020[12]. 35. Wara li ġiet
eżaminata l-applikazzjoni fir-rigward tal-kundizzjonijiet stabbiliti
fl-Artikolu 13(1) tar-Regolament FEG, u wara li tqiesu l-għadd ta’
benefiċjarji fil-mira, l-azzjonijiet proposti u l-ispejjeż
ikkalkulati, il-Kummissjoni tipproponi li timmobilizza l-FEG għall-ammont
ta’ EUR 960 000, li jirrappreżenta 60% tal-ispejjeż totali
għall-azzjonijiet proposti, sabiex tipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja
bħala rispons għall-applikazzjoni. 36. Id-deċiżjoni
proposta biex jiġi mmobilizzat il-FEG se tittieħed b'mod konġunt
mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill, kif stipulat fil-punt 13 tal-Ftehim
Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament
Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja dwar
il-kooperazzjoni fi kwistjonijiet baġitarji u ġestjoni finanzjarja
tajba[13]. Atti relatati 37. Fl-istess żmien li se
tkun qed tippreżenta din il-proposta għal deċiżjoni biex
jiġi mobilizzat il-FEG, il-Kummissjoni se tippreżenta proposta
lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex jiġu trasferiti EUR 960
000 fil-linja baġitarja rilevanti. 38. Fl-istess żmien li
tadotta l-proposta għal deċiżjoni biex jiġi mobilizzat
il-FEG, il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni dwar
kontribuzzjoni finanzjarja, permezz ta' att ta' implimentazzjoni, li
għandu jidħol fis-seħħ fid-data li fiha l-Parlament Ewropew
u l-Kunsill jadottaw id-deċiżjoni biex biex jiġi mobilizzat il-FEG. Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
U TAL-KUNSILL dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta'
Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, skont il-Punt 13
tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn
il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina
baġitarja, il-kooperazzjoni fi kwistjonijiet baġitarji u
l-ġestjoni finanzjarja tajba
(applikazzjoni EGF/2014/003 ES/Aragón ikel u xorb) IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL
TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar
il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, Wara li kkunsidraw ir-Regolament (KE)
Nru 1309/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-Fond Ewropew ta’
Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2014-2020) u li jħassar
ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006[14],
u b'mod partikolari l-Artikolu 15(4) tiegħu, Wara li kkunsidraw il-proposta
mill-Kummissjoni Ewropea, Filwaqt li jaġixxu skont
il-proċedura stabbilita fil-punt 13 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2
ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni
dwar id-dixxiplina baġitarja, il-kooperazzjoni fi kwistjonijiet
baġitarji u ġestjoni finanzjarja tajba[15], Billi: (1) Il-Fond Ewropew ta’
Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG) kien stabbilit biex
isostni lill-ħaddiema li jkunu ngħataw is-sensja u lil ħaddiema
indipendenti li jkunu waqqfu l-attività tagħhom b'riżultat ta’
bidliet strutturali kbar fix-xejriet tal-kummerċ dinji minħabba
l-globalizzazzjoni, b'riżultat ta’ kontinwazzjoni tal-kriżi
finanzjarja u ekonomika globali indirizzata fir-Regolament (KE)
Nru 546/2009[16],
jew b'riżultat ta’ kriżi ekonomika u finanzjarja globali ġdida,
u sabiex jgħinhom fl-integrazzjoni mill-ġdid tagħhom fis-suq
tax-xogħol. (2) Il-FEG ma għandux
jaqbeż l-ammont massimu annwali ta' EUR 150 miljun (prezzijiet
tal-2011), kif stipulat fl-Artikolu 12 tar-Regolament tal-Kunsill (UE,
Euratom) Nru 1311/2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali
għas-snin 2014-2020[17]. (3) Spanja ressqet applikazzjoni
biex timmobilizza l-FEG, fir-rigward tas-sensji[18] fi
661 intrapriża li joperaw fit-Taqsima 56 tan-NACE Rev. 2
(Attivitajiet ta' servizzi ta' ikel u ta' xorb)[19] fir-reġjun
NUTS livell 2 ta’ Aragón (ES24), fil-21 ta' Frar 2014 u
ssupplimentatha b'tagħrif addizzjonali kif stipulat bl-Artikolu 8.3
tar-Regolament (UE) Nru 1309/2013. Din l-applikazzjoni tikkonforma
mar-rekwiżiti għad-determinazzjoni tal-kontributi finanzjarji
mill-FEG kif stipulat fl-Artikolu 13 tar-Regolament (KE)
Nru 1309/2013. (4) Il-FEG għandu
għalhekk jiġi mobilizzat sabiex jipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja
ta' EUR 960 000 għall-applikazzjoni mressqa minn Spanja, ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni
Ewropea għas-sena finanzjarja 2014, il-FEG għandu jiġi
mmobilizzat biex jipprovdi s-somma ta' EUR 960 000
f'approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' ħlas. Artikolu 2 Din
id-Deċiżjoni se tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal
Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Magħmul fi Brussell, Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill Il-President Il-President [1] ĠU L 347, 20.12.2013, p. 855. [2] Ir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament
Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 li
jistabbilixxi l-klassifikazzjoni tal-istatistika ta' attivitajiet
ekonomiċi tan-NACE Reviżjoni 2 u li jemenda r-Regolament
tal-Kunsill (KEE) Nru 3037/90 kif ukoll ċerti Regolamenti tal-KE dwar
setturi speċifiċi tal-istatistika (ĠU L 393, 30.12.2006,
p. 1). [3] Skont ir-raba' paragrafu tal-Artikolu 7 tar-Regolament
(UE) Nru 1309/2013. [4] Skont it-tifsira tal-Artikolu (3)(a) tar-Regolament
FEG. [5] Għal-lista ta’ intrapriżi kkonċernati u
l-għadd ta’ ħaddiema li ngħataw is-sensja f’kull intrapriża
ara l-Anness. [6] Sors: www.fehr.es [7] EGF/2010/016 ES Aragón Retail. COM(2010) 615 [8] EGF/2011/017 ES Aragón kostruizzjoni ta' bini.
COM(2012) 290 [9] http://www.datosmacro.com/paro-epa/espana-comunidades-autonomas/aragon?sector=EPA&sc=T&anio=2013 [10] “Plato combinado” hija ikla bi prezz baxx li
tikkonsisti f'ikla prinċipali bil-kontorn fl-istess platt. [11] Iċ-Ċertifikat ta’ Kompetenza Professjonali (CPC)
huwa ċ-ċertifikat li juri li ċerti sewwieqa professjonali
għaddew mill-korsijiet u t-testijiet meħtieġa mid-Direttiva
2003/59/KE. [12] ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884. [13] ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1. [14] ĠU L 347, 20.12.2013, p. 855. [15] ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1. [16] ĠU L 167, 29.6.2009, p.26. [17] ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884. [18] Skont it-tifsira tal-Artikolu 3(a) tar-Regolament
FEG. [19] Ir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament
Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 li
jistabbilixxi l-klassifikazzjoni tal-istatistika ta' attivitajiet
ekonomiċi tan-NACE Reviżjoni 2 u li jemenda r-Regolament
tal-Kunsill (KEE) Nru 3037/90 kif ukoll ċerti Regolamenti tal-KE dwar
setturi speċifiċi tal-istatistika (ĠU L 393, 30.12.2006,
p. 1). ANNESS Intrapriżi u għadd ta' sensji A., C.J., J.C. Peralta Panazano, I. y C,M, Peralta || 1 || Jornada de Pozas Monforte Miguel || 1 Abril Yago Juan J. || 1 || Juan 13, S.I. || 1 Acha Salazar Raul || 1 || Julia Piquero Moreno y otros || 1 Actividades Solber, S.L. || 3 || Julian Villarroya Luis || 1 Agudo Agudo Antoni || 1 || Juna 2012 S.L || 1 Aguilar García Laura || 1 || Jurado Casaos Elías || 1 Ajaj Artal Karen || 2 || Kililay S.L. || 1 Akymova Tetyan || 2 || Komolamueves, S.L. || 1 Alba Ruz José || 1 || Kovancilar S.L. || 1 Albareda y Esteban S.L. || 1 || L´Isola dei Sapore S.I. || 1 Alcaine Camón Cesar || 1 || La Bocca Grupo Hotelero S.L. || 2 Alcañiz Cafés y Bares, S.L. || 1 || La Candelaria, S.L. || 3 Aldaga S.I. || 1 || La Charrada S.I. || 1 Alfari2012, S.L. || 1 || La Cocina de José Fernández S.L. || 1 Alfonso 1-13 S.L. || 1 || La Colmenilla Tarongi S.L. || 1 Alleanze L.M. 2011 S.L || 2 || La Comida del Pascualillo S.L. || 1 Allue Muro Antonio || 2 || La Espuma S.I. || 1 Allueva Gimeno Pedro || 1 || La Giara, S.L. || 1 Almusarratisa S.L. || 1 || La Hoja de Eva, S.L. || 3 Alonso Aberasturi José V || 1 || La Hora Tapas S.L. || 1 Alonso Busnadiego José P. || 1 || La Lobera de Martin S.L. || 7 Alpetrique, S.L. || 1 || La Magia del Buen Comer S.L. || 2 Alsoca, S.L. || 1 || La Marmita de Guara || 1 Alt Berlin Norte, S. L. || 2 || La Menta y las Violetas S.L. || 1 Alvarez Moret José L || 1 || La Mirada de Viernes, S.L. || 4 Am, S.I. || 1 || La Parada 2000 S.L || 2 Amadeo, S.L. || 1 || La Pascuala S.I. || 1 American Farmer Hosteleros, S.L. || 2 || La Picadita S.I. || 2 Amicis y Rodriguez, S.L. || 1 || La Preciosa Café, S.L. || 1 Aneluda, S.L. || 1 || La Racio de Tres, S.L. || 1 Angeles Reinoso Moreno y Jose Salinas Cebollada || 1 || La Rinconada de Lorenzo, S.L. || 1 Anicca-08 S.L. || 1 || La Trobada de Berdún Soc. Coop. De Trabajo Asoc. || 1 Ansirest S.L. || 1 || La Variada S.I || 2 Antigua Venta La Romera S.L. || 1 || La Venta del Madrazo S.L. || 1 Antiguo La Jota S.L. || 1 || Laalsi Zaragoza S.L. || 1 Antonio Valiente Llorens y Aranzazu Sainz Mont || 1 || Lacatus Marian || 1 APA Colegio Público San Braulio || 2 || Lacoma Blasco, S.I. || 1 Apovisa, S.L. || 1 || Ladesgra, S.L. || 1 Aragonia Hostelería 2013 S.L. || 2 || Lahoz Ortiz Elguea Alfred || 1 Aramark Servicios de Catering, S.L. || 3 || Laiglesia Pérez José L. || 1 Arc Pizaa y Restauración SLU || 1 || Laneros, S.L. (S.L.U.) || 2 Área de Servicio 202, S.L. || 1 || Laorden Soto Jesús || 1 Areas S.A || 2 || Las Delicias del Buen Yantar. S.L. || 1 Areco Servicios Integrales S.L. || 1 || Las Misiones de Marc, S.L.U. || 1 Arigar Yemar S.L. || 1 || Las Naves Hostelería y Restauración, S.L. || 1 Armabu Hostelera, S.L. || 2 || Lasheras Carbonell Franci || 1 Arrecife Restauración, S.L.L. || 1 || Laysan, S.I. || 2 Arrondo Blas Ignaci || 2 || Lázaro Burriel Antonio || 3 Asador Las Espuelas, S.I. || 1 || Lázaro Paños Daniel || 1 Aslam Mohamm || 1 || Leny Romero Mendez y Julián Ortas Laliena, S.I. || 1 Asociados y Cooperativistas Bolea Latorre, S.L. || 1 || Leticia Carretero Mendo y Alvaro García Gonza || 1 Aspen Brasserie, S.L. || 1 || Levitec Restauración S.L. || 1 Assislu2012 S.L. Unipersonal || 1 || Li Xiaoji || 1 Auria González S.I. || 1 || Liebana del Molino Antonio || 1 Ayora Mir S.I. || 2 || Lisbona Artal Oscar || 1 Ayora Ponz Juan F. || 1 || Little Mombo, S.I. || 1 Azagra Rasal Antoni || 1 || Liu Da, S.I. || 1 Azaila 2011, S.L. || 1 || Lleida Di Marco S.L. || 2 Azonez Hermanos S.L. || 1 || Llorente Yagüe Jesús || 1 Azoque Eventos, S.L. || 2 || López Cuervo Carolina || 1 Babel Café S.L. || 1 || López Moreno Juan C. || 1 Baccela Mihai || 2 || Lorente Moreno Beatriz || 3 Bailo Lahoz María || 1 || Los Aljibes S.I. || 1 Ballesteros Navarro María || 1 || Los Urales 2012 S.L. || 1 Ballestín Ballestín Gregor || 1 || Lou Belenguer Daniel || 1 Banhof Berlín, S.L. || 1 || Lu Feng || 1 Bar Candanchú S.L. || 1 || Lucía Martín José || 1 Bar Restaurante el Mesoncico S.L. || 1 || Luis Francisco y Regina Pac Puyuelo, S.I. || 1 Baraka Plaza, S.L. || 2 || Luis Mas Salillas y Esperanza Pérez Ancho S.I. || 1 Barco Iglesias María || 1 || Luis Satur, S.I. || 1 Bárdenas Hostelería, S.L. || 4 || M.L. Ramírez Martínez, J. Lorente Barnola y otra || 1 Barrabes Naval Jesús || 1 || Mac Mora S.L. || 2 Bat 40 S.L. || 2 || Macai Barbu Dina || 1 Baumonrul S.L. || 1 || Madrid 283, S.I. || 2 Belgis, S.L. || 1 || Magic Osca S.L. || 1 Belio Arruebo Celest || 1 || Maicas Argente Ascensión || 1 Bellavista 235 S.L. || 2 || Makugo Hostelera , S.L. || 2 Beltrán Altabas M Pilar || 1 || Makugo Hostelera Montecito, U.T.E. LEY 18/1982 || 1 Beltrán Pérez Ángel || 1 || Maldonado González Sebastian || 1 Benjumea Torres María || 1 || Malreventon, S.L. || 2 Benkhouya Yousse || 1 || Manla S.I. || 1 Bergua Díaz Carlos || 1 || Mañanet Del Valle María || 1 Berne Paesa Enrique || 1 || Mañas Sánchez Vicent || 1 Berned Gracia, S.L. || 1 || Mao Jingji || 1 Bertolin Fuertes Felicidad || 1 || Mar Alcañiz S.L. || 1 Beto y Mapi, S.I. || 1 || Marchis Niste María || 1 Biesa Fraguet Jesus || 1 || Marcos Santiago Egurén || 1 Bijubar, S.L. || 2 || Marinov Anguelov Ilian || 2 Blandón Cardona Elizab || 1 || Marquuina Ríos María || 1 Blandon Cifuentes Guiver || 1 || Martín García María || 1 Blau Class Transport S.L.U. || 3 || Martín Paniagua José M || 1 Bocatería 21, S.C. || 1 || Martín Viola S.L. || 1 Bocateria La Cantinela S.L.U. || 1 || Martínez Vila María || 1 Bonet Calvo Sara || 1 || Martínez y Niang S.L. || 5 Bossan Hispania S.L. || 2 || Marulanda Jojoa Carina || 1 Brenda Hostelería, S.L. || 2 || Mayayo Bueno Francisco || 1 C. Galvez Gracia; M. Najar Subias y M Dolores Per || 1 || Mediterránea de Catering, S.L. || 2 Cabello Solanas María || 1 || Méndez Perdigones Javier || 2 Café Bar Chambolier S.I. || 1 || Mengibar Pulido María || 1 Café Bar Copas Tomás S.L. || 1 || Mercabar S.L. || 2 Café Copa y Cuchara, S.L. || 1 || Mesón de la Ribera S.A. || 1 Cafetería Cervecería Tandem, S.L. || 2 || Mesón Vigil Cabañero, S.L. || 1 Cafeteria Correos S.L. || 1 || Miao SC || 1 Cafetería Espiga, S.L. || 2 || Mihai Iulian || 2 Cafetería Fleming S.C.V. || 1 || Mihai Paula || 1 Calonge y Blasco, S.I. || 1 || Mihi García María || 1 Camday 2009, S.L. || 1 || Milenium S.I. || 1 Campo Cosculluela Enrique || 2 || Millan Buiza S.L. || 1 Candelaria 2012 S.L. || 1 || Millan Laguardia María || 1 Candolias S.I. || 3 || Milusheva || 1 Cantín Abanto Manuel || 1 || Miranda Artigs Rosa I. || 1 Canuhe, S.L. || 1 || Mitre Valeri || 1 Carmen Jarías Latorre y Carmen Latorre Salas || 1 || Momentos 2012 S.L. || 3 Carnoa, S.L. || 3 || Momical Hostelera, S.L. || 2 Carpobrotus, S.L. || 3 || Montaditos Hosteleros, S.L. || 1 Carpucar S.L. || 1 || Montero Villarroya Daniel || 1 Carreras López José J || 1 || Moraz Puertas José A || 1 Casa Jiménez 1999, S.L. || 1 || Moreno Martínez Saturn || 1 Casa Mariano Calvo, S.L. || 1 || Múdejar Hostelera, S.L. || 2 Casao Díez María || 4 || Munir Kanji Lina || 1 Casco Antiguo Zaragoza, S.L. || 1 || Muñoz Muñoz Juan C || 2 Casilla de Cogullada S.L. || 1 || Musover Hostelería, S.L. || 1 Castillo Gómez Jesús || 1 || Nalda Mejino Jose J. || 1 Castillon Castillon Francisco || 1 || Naturardid, S.L. || 2 Catalán Cebollada Doming || 1 || Navalpotro Riosalido Jesús || 1 Cazorla Pérez José M || 1 || Navarro Cascán Samuel || 1 C-Dos Quesos, S.L. || 2 || Navarro y Bernad, S.I. || 1 Ceamanos Tomey María || 1 || Navas Flores Franci || 1 Cebollada Vinay Rosa M || 1 || New Moss 2011 S.L. || 3 Cebrian Seis S.L. || 1 || Nicolau Girón Emilio || 2 Cecijo Rest, S.L. || 1 || Nogueras Palacio Miguel || 1 Cedipsa, CIA. Española Distribuidora de Petróleos, S.A. || 3 || Novodabo S.L. || 1 Cervecería Argensola S.L. || 1 || Nstase Larisa || 1 Cervecería Sevillalena, S.L. || 1 || Nueva Cafetería Goya S.L. || 1 Cervero Mateo Eusebio || 1 || Nueva Restauración S.C. || 1 Cesarin Riccar || 2 || Nuevas Tecnologias de Catering S.L. || 2 Chabir Ali || 1 || Nuevo Tozal, S.L. || 1 Chamim Hind || 1 || Nuri S.I. || 1 Chef Francisco´s || 1 || Obón Martín María || 1 Chen Lu S.I. || 1 || Ocaña Roldán Fernan || 1 Cheng Xiaoch || 1 || Ocio Ranillas, S.L. || 1 Chepijim, S.L. || 1 || Ocio Simpar, S.L. || 1 Chimenea 5, SC || 1 || Octavus Hostelería, S.L. || 1 Chirila Bibian || 1 || Oktoberfest Puerto Venecia S.L. || 1 Choudhary Aneel || 1 || Oliva Fernández Jesús || 1 Chueca Hermanos S.C. || 1 || Ordesa Fustería, S.L. || 1 Cinegio 3 2008 S.L. || 2 || Orozco Romero Aracel || 1 Cinema Food S.L. || 8 || Orrego Rivera Felipe || 1 Cintapa, S.L. || 1 || Ortega Ortega Sara || 1 Cobealbe, S.I. || 1 || Ortiz Simon Margarita || 1 Colectividades y Restaurantes Aragón y Rioja || 1 || Oscar Viñuales Liso y Beatriz Allue Bage, S.I. || 1 Comer Bien S.L. || 2 || Ostrogivios S.L. || 1 Comercial Hostelera Tanis, S.L. || 2 || Ozono 2005, S.I. || 2 Como Restauración S.L. || 1 || Pacutio S.L. || 1 Coraza y Vela S.L. || 1 || Palacín Alagón Manuel || 1 Corinago Hostelería, S.C. || 1 || Palacio Medina Edwin || 1 Cornucopia S.L. || 1 || Palaguerri Sánchez Enriqu || 1 Coronas 10 || 2 || Palomar Macian Javier || 1 Cortes de Aragón 6, S.L. || 1 || Pan y Prensa a Diario, S.L. || 1 Cortes Rojas Manuel || 1 || Pan Yongya || 2 Cosmo Ángela Da Silva Rejane || 1 || Panaurun, S.L. || 1 Cotaina Sierra Miguel || 1 || Pardo Gil Carlos || 2 Creación Cocina Wok S.L. || 3 || Parrilla Monegros II, S.L. || 1 Cremagel, S.L. || 1 || Pascual y Juan Lario Valero, S.I. || 1 Crespo Jaime Luis A. || 1 || Pasta Venecia, S.L. || 1 Criser S.I. || 1 || Pastificio Service S.L. || 2 Cumplido Arco Manuel || 1 || Paz Guillón María || 1 Cyberum 2000, S.L. || 2 || Pazza Novogroup, S.L. || 1 Dabastos Mut Isabel || 1 || Pedro Luis Bergua Oto y Mª Teresa Sarroca Gar || 1 Dalbea Nicola || 1 || Pelelo Hostel, S.L. || 1 Dalu Plaza Restauración S.L. || 2 || Pérez Bueno Enrique || 1 Dama Grancasa S.L. || 1 || Pérez Escolano Ángel || 2 Desimax Junco, S.L. || 1 || Pérez Laborda Juan J. || 2 Diagonal Zaragoza S.L. || 2 || Piccolino 2009 S.L. || 1 Dialex Ghost Club, S.L. || 1 || Pilar 14-16, S.L. || 1 Diest Esteban Marcos || 1 || Pina Artal Pascua || 1 Dieste Pérez Javier || 1 || Piñel Juste Ivan J || 1 Dionis García Oscar || 2 || Piñol Masip Antoni || 1 Dioper 2000, S.L. || 4 || Piperita, S.I. || 1 Divino Amore S.L. || 1 || Piscolabis, S.I. || 1 Dobemar S.L. || 1 || Pisuela Hostelería, S.L. || 1 Dohotar Cristi || 1 || Pizzak Teruel, S.L. || 1 Dos Elementos, S.I. || 2 || Place 10, S.L. || 1 Ducados Esport, S.L. || 1 || Plaza Mudejar S.L. || 1 Duffy Pub, S.L. || 1 || Polo Valentín Carlos || 1 Dumitru Andrei || 1 || Ponzano 10 Tabernas S.L. || 1 Durca Mihael || 1 || Port Venecia Espresso, S.L. || 2 Dycary Hosteleros S.L. || 1 || Porta Gran José M || 1 Ebro Restauraciones, S.L. || 1 || Postas de la Joyosa S.L. || 1 El Apeadero de la Cartuja, S.L. || 1 || Proyectos y Desarrollo B.C.N., S.L. || 1 El Avellanador del Tubo, S.L. || 2 || Puma de Hostelería, S.L. || 1 El Cantón Suizo, S.L. || 1 || Purea Fernan || 2 El Cocinero Arrepentido S.L.L. || 1 || Purice Nadia || 1 El Fogón S.I. || 1 || Quintero Pérez Luz Es || 1 El Huerto Servicios Hosteleros, S.L. || 1 || Radu Andree || 1 El Ibero Productos Artesanos S.L. || 1 || Ralacrial S.L. || 1 El Palacio de Aranda S.L. || 5 || Ralla López Juan J. || 1 El Paso de Santa Fe S.L. || 1 || Raus Marioa || 1 Eloe Porue, S.L. || 1 || Recio Arenaz Javier || 1 Elseque Hostelería y Restauración, S.L. || 1 || Restarante Chane, S.L. || 1 Enlaces Restauración, S.L. || 1 || Restauante Gabas S.L. || 2 Enru S.I. || 1 || Restauración Cesaraugusta S.L. || 4 Enséñame La Pasta, S.L. || 1 || Restauración Fermar S.L. || 1 Especialidades Tradicionales S.L. || 1 || Restauración Martín Fabro S.L. || 1 Estación de Servicios Miravegas, S.A. || 1 || Restauración Timor, S.L. || 1 Esteban Pérez Alfons || 1 || Restauración y Marketing 2008, S.L. || 1 Estela Navarro Alexan || 1 || Restaurante Cafetería Saseta S.A. || 1 Estopa Restauradores Hosteleros S.L. || 1 || Restaurante Caramus S.L. || 2 Evajimpas S.A. || 1 || Restaurante Casa Emilio, S.L. || 1 Experiencias Gastrónomicas S.L.U. || 1 || Restaurante el Sauce S.L. || 1 Explotación Hotelera Delicias S.L. || 1 || Restaurante Flor, S.A. || 1 Explotaciones Sora.Sc || 1 || Restaurante Gabas, S.L. || 1 Explotaciones y Negocios de Hostelería Tevi S.L. || 2 || Restaurante La Garlopa, S.L. || 1 Expoiberia E-commerce 2004, S.L. || 1 || Restaurante Los Joteros, S.I. || 1 Familia Palcosher S.L. || 1 || Restaurante Martín Viejo S.L. || 1 Famoru S.R.L. || 1 || Restaurante Sella S.L. || 5 Fau Oros José L || 2 || Restaurantes Rápidos de Zaragoza S.L. || 1 Fayyaz Ahmed || 1 || Revuelto Aragón Cesar || 2 Feher Anuta || 1 || Riba Bueno José L || 1 Felipe Diez Alejan || 1 || Rincón de Aragón S.I. || 4 Ferendi Party S.L. || 1 || River Eventos S.L. || 2 Ferjose S.C.V. || 1 || Riverfront Trading, S.L. || 1 Fernández Cobo Víctor || 1 || Roda Hostelera SC || 1 Fernández Martín Juan J || 1 || Roll & Food, S.L. || 2 Fernando García y Otros S.I. || 1 || Romero Marco Pilar || 1 Ferrer Chic Joaquin || 2 || Ronquillo Ortega Concepción || 1 Fidentino Vega Rios y Antonia Barrchina Rios || 1 || Rosviple S.L. || 2 Fierro Verdugo Victor || 1 || Rovi 2020, S.I. || 1 Figueras Sánchez María || 1 || Royal Imperio, S.L. || 1 Fipeme S.A || 1 || Ruber Gastronómicas S.I. || 1 Fogata Gourmet La 57, S.L. || 6 || Rubio Agustín María || 1 Fomento Hotelero Aragonés, S.A. || 1 || Rubio Moreno Jose A || 2 Fortea Tena S.I. || 1 || Rufas Minguillón Jose L. || 1 Fracisca Isabel Santisteban López e Hijo S.I. || 1 || Saboya XXI, S.L. || 1 Fran 38, S.L. || 1 || Salinas Rodrig || 1 Franso Innovaciones S.L. || 3 || Salvador Puyol Vicent || 1 Frco. Javier Ponce Gimenez; Ana Isabel Betran G || 1 || San Marco, S.I. || 1 Frias Castro Pablo || 1 || Sanagustín López Ángel || 1 Frutos Navio Jesús || 1 || Sánchez Asensio Hosteleros S.L. || 1 Fútbol es Nuestra Vida S.L. || 1 || Sánchez Montero Carlos || 1 Galán Lobera María || 1 || Sánchez Moyano Jose M. || 1 Gallego Sanz Cristina || 1 || Sánchez Villalba Sonia || 1 Gao Sheng Tou Zi Yu Le S.L. || 1 || Sánchez Zamorano Ángel || 1 García Del Rio Luis M || 1 || Santos Gonzalez Veli || 1 García Díaz María || 1 || Sanz Domingo Cristi || 1 García Fernández Josefa || 1 || Sarmiento 2012, S.L. || 2 García Gracia Robert || 1 || Saz Berne María || 1 García Montañés Miguel || 2 || Semoguz, S.L. || 1 García Triviño María || 2 || Serunión S.A. || 2 Garza Andrés María || 1 || Servicios Generales Cobe S.L. || 1 Gasca Sampietro Daniel || 1 || Servicios Renovados de Alimentación S.A. || 3 Gascón Ayora Sandra || 1 || Seryhost S.I. || 1 Gastrológica, S.L. || 2 || Sigla Ibérica S.A. || 1 Gastronomía Baska, S.A. || 1 || Silva Casas Antoni || 2 Gedetur Consulting, S.L. || 1 || Silva Comeras Eduard || 1 Gelapi S.L. || 1 || Sogas Cotano Dolores || 1 Géminis, S.C. || 1 || Solis Morera Carlos || 1 GER Desarrollo Hostelería S.L. || 2 || Soluciones de Catering S.L. || 1 Gesostel 98, S.L. || 1 || Somelier, S.I. || 1 Gestión y Explotación Aragonesa S.L. || 1 || Sopinta, S.L. || 1 Giraldo Valencia Obed A. || 1 || Soria Soria Jose L || 2 Golden Club S.A. || 1 || Sousa Araujo Jose || 1 Gomedi 2012 S.L. || 5 || State of Play, S.L. || 1 Good Cinema S.L. || 4 || Studios Financieros Twain S.L. || 2 Gopemar Hostelera S.L. || 1 || Sunrise Investment S.L. || 2 Gracia Cano Natalia || 1 || Taberna Doña Casta, S.L. || 1 Gracia Carilla Alvaro || 1 || Taberna El Tubo SC || 1 Gracia Luño Antonio || 1 || Taberna La Mazmorra S.I. || 1 Grados S.L. || 1 || Takaoui Sara || 1 Gran Escala 1900, S.L. || 1 || Talaban Floren || 1 Gran Taberna Ole, S.L. || 1 || Talamantes Hostelera Zaragoza S.L. || 1 Grasa Blanzaco Arturo || 1 || Tapas el Abuelo Pancho S.L. || 2 Grasopa S.L. || 1 || Tapaugusta, S.L. || 3 Grupo Hotelero Cemar S.L. || 1 || Tarrabar Hostelería, S.L. || 1 Grupo Wensiye S.L. || 1 || Taverna del Mercado Valdespartera S.L. || 1 Grupo Zena Pizza, S. Com por Acciones || 2 || Taverna Portuguesa, S.L. || 1 Guillen Lázaro Eutiquio || 1 || Tejedor Sanz Andrés || 1 Guillermo y Jesús, S.I. || 1 || Telepizza, S.A. || 2 Hangar 7 Store Café S.L. || 8 || Temce 2008 S.L. || 2 Herlicinca S.L. || 1 || Temprano Mateos Luis J || 1 Hermanas Barcelona Andrés, S.C. || 1 || Tena Fortea Daniel || 2 Hermanos Fernández Rivera S.I. || 1 || Tercerol S.L || 1 Hermanos García Esteban, S.I. || 1 || Tierra Augusta, S.L. || 2 Hermanos Lamban Pérez, S.I. || 1 || Tokio Zaragoza S.L. || 1 Hermanos Mur S.L. || 1 || Topingon, S.L.U. || 2 Hermanos Ruiz Martínez S.C. || 1 || Torreluna Hostelera S.L. || 2 Hermanos Yela Pérez S.L. || 2 || Torres Díaz Grisel || 3 Hernández Beltrán José M || 1 || Tortajada Aguilar Roberto || 1 Hernández Mosteo José M. || 1 || Tramontana Restauración, S.L. || 1 Hervas Segura Aranza || 1 || Tresga, S.L. || 1 Hnos. Pescador, S.I. || 1 || Trusca Amalia || 1 Hostal Portal del Pirineo, S.L. || 1 || Turco Market 2008, S.L. || 1 Hostefamil SC || 1 || Urban Food Project S.L. || 2 Hostel Caza S.L. || 1 || Urzay Liso, S.I. || 2 Hostelería Acme, S.L. || 3 || Vadiello Hostelería, S.L. || 1 Hostelería Andrea S.I. || 1 || Vainilla y Chocolate, S.I. || 1 Hostelería Cardiel, S.L. || 1 || Valdez Alcequiez Ramona || 1 Hostelería Cartigny S.L. || 1 || Valle Estación 2005, S.L. || 1 Hosteleria Colás S.L. || 1 || Valles Lacambra Jose M. || 1 Hostelería Navoa S.L. || 1 || Valles Lizana Jesús || 1 Hostelería Royo´s, S.L. || 1 || Valpugar, S.A. || 1 Hostelería Sobrarbe S.L. || 2 || Valverde Molina Marcia || 1 Hosteleria Valdefierro S.I. || 1 || Vasile Georgi || 1 Hosteleria y Bienestar S.L. || 1 || Vera Vázquez Oscar || 1 Hostelería y Diversión S.L. || 1 || Vicente Ferrer Emilia || 3 Hostelería y Restauración Lin Qiu S.L. || 1 || Vicmay S.L. || 1 Hostelería Zaragoza 2010, S.L. || 4 || Victor Sanz Pelet || 1 Hosteleria Zaragozana S.L. || 2 || Viejo Millán Lorena || 1 Hostelerías Sánchez Acebo, S.L. || 4 || Villa-Goma Hosteleria S.L. || 6 Huertos Borraz, S.L. || 1 || Vilosam, S.I. || 1 Ignjoasevi, S.L. || 1 || Vinaras Torres Carlos || 1 Ijjai Restauradores S.I. || 1 || Viña Universal S.L. || 7 Imperial Hostelera 2007, S.L. || 1 || Viva 100% S.I. || 1 Irish Night S.I. || 1 || Whiski & Soda, S.L. || 1 Isabal 96, S.L. || 1 || Wimpi Spring S.L. || 2 Isidoro Ainoza Foncillas; Carlos J. García Juan || 2 || Xiang Ruixin || 1 ISS Soluciones de Catering S.L. || 6 || Xu S.C. || 1 Itanagar Restauración S.L. || 4 || Yamkoksung Yuwand || 1 Ivisan Pizza || 1 || Yan Haiton || 1 J. Monge y R. Buerba, S. Civil || 1 || Yang Chen Ronghe || 1 Jaen Ester Juan M. || 1 || Yao Aifen || 2 Jairo y Tomás S.I. || 1 || Ye Ye Guillén S.L. || 2 Jam, S.I. || 1 || Yébenes Hinijosa Juan A || 1 Jaser 2009 S.I. || 1 || Zanoe II S.L. || 1 Javier Dieste Pérez; Antonio Andres del Pozo Fu || 3 || Zaragoza Hang S.L. || 2 Javier Monge Miranda e Irene bravo Oñoro || 1 || Zaragoza la Vieja S.I. || 1 Jesús Julián Clemente, S.I. || 1 || Zaratapas, S.L.U. || 1 Jiménez García Carlos || 1 || Zarpar-98, S.L. || 1 Jiménez Jiménez Juan M || 1 || Zhang Xiaohu || 1 Jiménez Munana Burgos María || 1 || Zheng Meiyin || 1 Jomerrex S.L. || 11 || || Għadd totali ta' intrapriżi: 661 || Għadd totali ta' sensji: || 904