52014PC0378

Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 43/2014 fir-rigward ta’ ċerti limiti ta’ qbid /* COM/2014/0378 final - 2014/0193 (NLE) */


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.           KUNTEST TAL-PROPOSTA

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 43/2014[1] jiffissa għall-2014 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u gruppi ta' stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tal-Unjoni, f'ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni. Normalment l-opportunitajiet tas-sajd jiġu emendati diversi drabi matul il-perjodu li fih ikunu fis-seħħ.

2.           RIŻULTATI TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET INTERESSATI U L-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

Mhux applikabbli.

3.           ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA

L-emendi proposti għandhom l-għan li jimmodifikaw ir-Regolament imsemmi hawn fuq, kif spjegat hawn taħt.

Abbażi tal-allokazzjoni stabbilita mill-Groenlandja, u skont il-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd (FPA) bejn il-Komunità Ewropea min-naħa waħda, u l-Gvern tad-Danimarka u l-Gvern Awtonomu tal-Groenlandja min-naħa l-oħra, u l-Protokoll tiegħu, l-Unjoni għandha tirċievi 7.7 % tat-TAC għall-kapelin fl-ilmijiet tal-Groenlandja tas-subżoni ICES V u XIV. Sa kemm wasal iż-żmien li l-proposta ta' hawn taħt tintbagħat għall-adozzjoni, kienu għadhom ma humiex disponibbli la l-offerta tal-Groenlandja u lanqas l-opinjoni tal-Istati Membri. Għalhekk, din it-TAC tidher bħala "pm" (pro memoria) f'din il-proposta, u trid titlesta wara l-adozzjoni tagħha.

Fir-rigward tar-redfish fl-ilmijiet internazzjonali ta' I u II, ir-Regolament (UE) Nru 43/2014 kien jinkludi ċifra skoretta (19,300 tunnellati) li ma tirriflettix il-livell tat-TAC stabbilit mill-Kummissjoni tas-Sajd tal-Atlantiku tal-Grigal (NEAFC): 19,500 tunnellata. Din it-TAC ma għandhiex tiġi mistada qabel l-1 ta' Lulju 2014, kif dikjarat fin-nota tal-qiegħ il-paġna mhemuża mal-kwota tal-Unjoni, li mhix qed tiġi modifikata. Ġie identifikat żball ieħor fit-TAC għall-ħalibatt tal-Groenlandja fl-ilmijiet tal-Groenlandja ta' V u XIV: il-kwota tal-Unjoni distribwita bejn in-Norveġja, il-Gżejjer Faeroe u xi Stati Membri kienet 200 tunnellata iktar mill-offerta attwali magħmula mill-Groenlandja: 4,665 tunnellata minflok 4,465 tunnellata. Finalment, ċerti żbalji ġew korretti fit-TAC għall-kavalli f'IIIa u IV; l-ilmijiet tal-Unjoni ta' IIa, IIIb, IIIc u s-Subdiviżjonijiet 22-32: l-ewwel nett, il-kwota tal-Unjoni tista' tiġi mistada fl-ilmijiet tal-Gżejjer Faeroe; it-tieni nett, il-Gżejjer Faeroe għandhom ikunu jistgħu jistadu għal parti mill-kwota tagħhom tal-kavalli (46,850 tunnellata) f'ċerti partijiet tal-UE u dan għandu jkun rifless fit-tabella rilevanti; f'rabta ma' dan, id-deskrizzjoni tal-parti tal-ilmijiet tal-Unjoni fejn il-bastimenti tal-Gżejjer Faeroe jistgħu jiġu awtorizzati biex jistadu għall-kavalli jridu jiġu kkoreġuti wkoll (l-Anness VIII tar-Regolament (UE) Nru 43/2014).

Finalment, din il-proposta fiha emendi marbuta mal-implimentazzjoni ta' miżuri marbuta mal-Organizzazzjonijiet Reġjonali tal-Ġestjoni tas-Sajd (RFMOs). Il-Kummissjoni għas-Sajd fil-Punent tal-Paċifiku u l-Paċifiku Ċentrali (WCPFC), waqt it-8 Sessjoni Regolari tagħha fl-2012, adottat miżura ta' konservazzjoni u ġestjoni li tipprojbixxi ċerti attivitajiet tas-sajd fir-rigward tal-kelb il-baħar tal-qarnuna bajda oċeaniku (Carcharhinus longimanus). Waqt id-9 Sessjoni Regolari tagħha, id-WCPFC adottat projbizzjoni simili għat-tawru seta (Carcharhinus falciformis). Iż-żewġ projbizzjonijiet għandhom jiġu implimentati fil-liġi tal-Unjoni.

2014/0193 (NLE)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 43/2014 fir-rigward ta’ ċerti limiti ta’ qbid

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)       Il-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea min-naħa waħda, u l-Gvern tad-Danimarka u l-Gvern Awtonomu tal-Groenlandja min-naħa l-oħra[2], u l-Protokoll tiegħu[3], jipprovdi li l-Unjoni għandha tirċievi 7.7 % tat-total tal-qabdiet disponibbli (TAC) għall-kapelin fl-ilmijiet tal-Groenlandja taż-żoni ICES V u XIV.

(2)       Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 43/2014[4] jiffissa kwota tal-Unjoni ta' 0 tunnellati għall-2014 għall-istokk tal-kapelin f'dawk l-ilmijiet tal-Groenlandja, li għandha tiġi applikata sat-30 ta' April 2014.

(3)       Fil-[data trid tiġi miżjuda] l-Unjoni rċeviet informazzjoni mill-awtoritajiet tal-Groenlandja li t-TAC għall-kapelin fl-ilmijiet ta’ Groenlandja fis-subżoni ICES V u XIV ġiet stabbilita għal [pm] tunnellati għall-perjodu mill-[data trid tiġi miżjuda] sa [data trid tiġi miżjuda]. Il-kwota rilevanti tal-Unjoni għal dak il-perjodu għandha għalhekk tiġi ffissata għal [pm] tunnellati.

(4)       Hemm bżonn li tiġi kkorreġuta t-TAC stabbilita għall-istokk tar-redfish fl-ilmijiet internazzjonali ta' I u II u t-TAC stabbilita għall-ħalibatt ta' Groenlandja fl-ilmijiet tal-Groenlandja ta' V u XIV. Hemm bżonn ukoll li tiġi kkorreġuta t-TAC għall-kavalli fil-Baħar tat-Tramuntana u l-ilmijiet maġenbu, sabiex jiġu inklużi l-arranġamenti ta' aċċess reċiproku bejn l-Unjoni u l-Gżejjer Faeroe; barra minn hekk, iż-żona fejn il-bastimenti tal-Gżejjer Faeroe jistgħu jiksbu awtorizzazzjonijiet għas-sajd għall-kavalli għandha tiġi modifikata skont dan.

(5)       Il-Kummissjoni għas-Sajd fil-Punent tal-Paċifiku u l-Paċifiku Ċentrali (WCPFC), waqt it-8 Sessjoni Regolari tagħha, adottat projbizzjoni għaż-żamma abbord, it-trasbord, il-ħażna jew il-ħatt l-art tal-kelb il-baħar tal-qarnuna bajda oċeaniku (Carcharhinus longimanus). Waqt id-9 Sessjoni Regolari tagħha, id-WCPFC adottat projbizzjoni simili għat-tawru seta (Carcharhinus falciformis). Iż-żewġ dispożizzjonijiet għandhom jiġu implimentati fil-liġi tal-Unjoni. Skont l-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 847/96[5], huwa meħtieġ li jiġu identifikati l-istokkijiet li huma suġġetti għall-miżuri varji msemmija fih.

(6)       Il-limiti tal-qbid stipulati fir-Regolament (UE) Nru 43/2014 japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2014. Id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament dwar il-limiti tal-qbid għandhom għalhekk fil-prinċipju japplikaw ukoll minn dik id-data. Tali applikazzjoni retroattiva hija mingħajr preġudizzju għall-prinċipji taċ-ċertezza legali u l-protezzjoni ta’ aspettattivi leġittimi billi l-opportunitajiet tas-sajd ikkonċernati għadhom ma ġewx eżawriti. Madankollu, il-projbizzjoni tas-sajd għat-tawru seta fiż-Żona tal-Konvenżjoni ta' WCPFC issir effettiva fl-1 ta' Lulju 2014 u għandha tapplika minn dik id-data. B'mod simili, it-TAC ikkorreġuta għall-ħalibatt tal-Groenlandja fl-ilmijiet tal-Groenlandja ta' V u XIV għandha tapplika mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, għaliex fiha tnaqqis tal-opportunitajiet tas-sajd għall-bastimenti tal-Unjoni. Barra minn hekk, b'kunsiderazzjoni tal-istaġun tas-sajd għall-kapelin, il-limiti tal-qbid għall-istokk inkwestjoni previst f'dan ir-Regolament għandhom japplikaw minn [data trid tiġi miżjuda].

(7)       Billi l-modifika ta’ ċerti limiti ta’ qbid taffettwa l-attivitajiet ekonomiċi u l-ippjanar tal-istaġun tas-sajd tal-bastimenti tal-Unjoni, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ immedjatament wara l-pubblikazzjoni tiegħu.

(8)       Ir-Regolament (UE) Nru 43/2014 għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1 Emendi tar-Regolament (UE) Nru 43/2014

(1) Fir-Regolament (UE) Nru 43/2014, jiżdied l-Artikolu 37a li ġej:

"Artikolu 37a Klieb il-baħar tal-qarnuna bajda oċeaniċi

1.       Għandhom ikunu pprojbiti ż-żamma abbord, it-trasbord, il-ħażna jew ħatt l-art ta’ kwalunkwe parti jew karkassa sħiħa ta’ klieb il-baħar tal-qarnuna bajda oċeaniċi (Carcharhinus longimanus).

3.       Meta l-ispeċijiet imsemmija fil-paragrafu 1 jinqabdu b’mod aċċidentali, ma għandhiex issirilhom ħsara. L-eżemplari għandhom jiġu rrilaxxati minnufih."

(2) għandu jiddaħħal l-Artikolu 37b li ġej:

“Artikolu 37b Tawri seta

1.       Għandhom ikunu pprojbiti ż-żamma abbord, it-trasbord, il-ħażna jew ħatt l-art ta’ kwalunkwe parti jew karkassa sħiħa ta’ tawri seta (Carcharhinus falciformis).

2.       Meta l-ispeċijiet imsemmija fil-paragrafu 1 jinqabdu b’mod aċċidentali, ma għandhiex issirilhom ħsara. L-eżemplari għandhom jiġu rrilaxxati minnufih."

(3) L-Anness IA tar-Regolament (UE) Nru 43/2014 huwa emendat skont it-test stipulat fl-Anness I ta' dan ir-Regolament.

(4) L-Anness IB tar-Regolament (UE) Nru 43/2014 huwa emendat f’konformità mat-test li jinsab fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

(5) L-Anness VIII tar-Regolament (UE) Nru 43/2014 huwa emendat f’konformità mat-test li jinsab fl-Anness III ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2 Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Il-punt (2) tal-Artikolu 1 għandu jgħodd mill-1 ta' Lulju 2014.

Il-punti (3) u (5) tal-Artikolu 1, u l-punt (c) tal-Annex II għandhom japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2014.

Il-punt (a) tal-Anness II għandu japplika minn [data trid tiġi miżjuda].

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

                                                                       Għall-Kunsill

                                                                       Il-President

[1]               Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 43/2014 tal-20 ta’ Jannar 2014 li jiffissa għall-2014 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tal-Unjoni, f’ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni (ĠU L 24, 28.01.2014, p. 1–145).

[2]               ĠU L 172, 30.6.2007, p. 4.

[3]               ĠU L 293, 23.10.2012, p. 5.

[4]               ĠU L 24, 28/01/2014, p. 1–145.

[5]               Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 847/96 tas-6 ta’ Mejju 1996 li jintroduċi kundizzjonijiet addizzjonali għall-amministrazzjoni minn sena għal sena tat-TAC u l-kwoti (ĠU L 115, 9.5.1996, p. 3).

ANNESSI

tal-

Proposta għal Regolament tal-Kunsill

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 43/2014 fir-rigward ta’ ċerti limiti ta’ qbid

ANNESS I

Fl-Anness IA, l-entrata għall-kavalli fiż-żoni IIIa u IV; l-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni IIa, IIIb, IIIc, u s-Subdiviżjonijiet 22-32 tinbidel b’dan li ġej:

Speċi: || Kavalli || || || Żona: || IIIa u IV; l-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni IIa, IIIb, IIIc u s-Subdiviżjonijiet 22-32

|| Scomber scombrus || || || (MAC/2A34.) ||

Il-Belġju || ||  768 || (2) (5) || TAC analitika || ||

Id-Danimarka || || 26 530 || (2) (5) || || || ||

Il-Ġermanja || ||  800 || (2) (5) || || || ||

Franza || || 2 417 || (2) (5) || || || ||

Il-Pajjiżi l-Baxxi || 2 434 || (2) (5) || || || ||

L-Isvezja || || 7 101 || (1) (2) (5) || || || ||

Ir-Renju Unit || 2 254 || (2) (5) || || || ||

L-Unjoni || || 42 304 || (1) (2) (5) || || || ||

In-Norveġja || || 256 936 || (3) || || || ||

Il-Gżejjer Faeroe || 46 850 || (4) || || || ||

|| || || || || || ||

TAC || || Mhux rilevanti || || || || ||

(1) Kundizzjoni speċjali: inkluż it-tunnellaġġ li ġej li għandu jinqabad fl-ilmijiet Norveġiżi fin-Nofsinhar ta' 62° N (MAC/*04N-). ||

|| ||  247 || || || || ||

|| Waqt is-sajd taħt din il-kundizzjoni speċjali, il-qabdiet inċidentali tal-bakkaljaw, merluzz tal-linja sewda, pollakkju u merlangu u pollakju iswed għandhom jingħaddu mal-kwoti għal dawn l-ispeċijiet.

(2) Jistgħu jinqabdu wkoll fl-ilmijiet Norveġiżi taż-żona IVa (MAC/*4AN.). || || ||

(3) Għandhom jitnaqqsu mis-sehem tat-TAC tan-Norveġja (kwota ta' aċċess). Dan l-ammont jinkludi s-sehem Norveġiż li ġej fit-TAC tal-Baħar tat-Tramuntana:

|| || 74 500 || || || || ||

|| Din il-kwota tista’ tinqabad fiż-żona IVa biss (MAC/*04A.), minbarra l-ammont li ġej, f'tunnellati, li jista' jinqabad fiż-żona IIIa (MAC/*03A.).

|| || 3 000 || || || || ||

(4) Għandhom jitnaqqsu mis-sehem tat-TAC tal-Gżejjer Faeroe (kwota ta' aċċess). Din il-kwota tista’ tinqabad fiż-żona IVa fit-Tramuntana ta' 56º 30' N (MAC/*6AN56). Tista' tinqabad ukoll f'IIa, IVa fit-Tramuntana ta' 59º N (żona tal-UE) mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru (MAC/*24N59).

(5) Tista' tinqabad ukoll fl-ilmijiet ta' Faeroe, fi ħdan il-limiti tal-kwota ta' kull Stat Membru, u sal-ammont totali li ġej għall-Unjoni (MAC/*FRO):

|| || 46 850 || || || || ||

|| || || || || || ||

Kundizzjoni speċjali: fi ħdan il-limiti tal-kwoti msemmija hawn fuq, ma jistgħux jinqabdu aktar mill-kwantitajiet imniżżla hawn taħt:

fiż-żoni li ġejjin: || || || || || ||

|| IIIa || IIIa u IVbc || IVb || IVc || VI, l-ilmijiet internazzjonali taż-żona IIa, mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Marzu 2014 u f'Diċembru 2014 || ||

|| (MAC/*03A.) || (MAC/*3A4BC) || (MAC/*04 B.) || (MAC/*04C.) || (MAC/*2A6.) || ||

Id-Danimarka || 0 || 4 130 || 0 || 0 || 14389 || ||

Franza || 0 ||  490 || 0 || 0 || 0 || ||

Il-Pajjiżi l-Baxxi || 0 ||  490 || 0 || 0 || 0 || ||

L-Isvezja || 0 ||  0 || 390 || 10 || 2742 || ||

Ir-Renju Unit || 0 ||  490 || 0 || 0 || 0 || ||

In-Norveġja || 3000 ||  0 || 0 || 0 || 0 || ||

|| || || || || || ||

|| || || || || || ||

ANNESS II

L-Anness IB tar-Regolament (UE) Nru 43/2014 huwa emendat kif ġej:

(a) l-entrata għall-kapelin fl-ilmijiet tal-Groenlandja taż-żoni V u XIV tinbidel b’dan li ġej:

“Speċi: || Kapelin || || Żona: || L-ilmijiet tal-Groenlandja ta’ V u XIV

|| Mallotus villosus || || (CAP/514GRN)

Id-Danimarka || pm || || TAC analitika

Il-Ġermanja || pm || || L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.

L-Isvezja || pm || || L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.

Ir-Renju Unit || pm || || ||

L-Istati Membri kollha || pm || (1) || ||

L-Unjoni || pm || (2) || ||

|| || || ||

TAC || Mhux rilevanti || || ||

(1) Id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Isvezja u r-Renju Unit jistgħu jaċċessaw il-kwota tal-"Istati Membri Kollha" biss meta jkunu eżawrew il-kwota tagħhom stess. Madankollu, Stati Membri b’iktar minn 10% tal-kwota tal-Unjoni m’għandhom bl-ebda mod jaċċessaw il-kwota tal-“Istati Membri kollha”.

|| ||

(b) l-entrata għall-ħalibatt tal-Groenlandja fl-ilmijiet tal-Groenlandja taż-żoni V u XIV tinbidel b’dan li ġej:

|| || || ||

Speċi: || Ħalibatt tal-Groenlandja || Żona: || L-ilmijiet tal-Groenlandja ta' V u XIV

|| Reinhardtius hippoglossoides || || (GHL/514GRN)

Il-Ġermanja ||  3 591 || || TAC analitika

Ir-Renju Unit ||   189 || || L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.

L-Unjoni ||  3 780 || (1) || L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.

In-Norveġja ||   575 || || ||

Il-Gżejjer Faeroe ||   110 || || ||

|| || || ||

TAC || Mhux rilevanti || || ||

(1) Is-sajd għandu jsir minn mhux iktar minn 6 bastimenti jistadu fl-istess ħin. ||

|| || || ||

(c) l-entrata għal Redfish fl-ilmijiet internazzjonali ta' I u II tinbidel b’dan li ġej:

|| || || ||

“Speċi: || Redfish || || Żona: || L-ilmijiet internazzjonali ta' I u II

|| Sebastes spp. || || (RED/1/2INT)

L-Unjoni || Mhux rilevanti || (1) (2) || TAC analitika

|| || || L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.

TAC ||  19 500 || || L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.

(1) Is-sajd jista’ jsir biss fil-perjodu mill-1 ta’ Lulju sal-31 ta’ Diċembru 2014. Is-sajd se jingħalaq meta t-TAC tkun ġiet kompletament eżawrita mill-Partijiet Kontraenti tan-NEAFC. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri dwar id-data li fiha s-Segretarjat tan-NEAFC ikun innotifika lill-Partijiet Kontraenti tan-NEAFC li t-TAC tkun ġiet eżawrita. Minn dik id-data l-Istati Membri għandhom jipprojbixxu s-sajd dirett għar-redfish minn bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom.

(2) Il-bastimenti għandhom jillimitaw il-qabdiet inċidentali tagħhom tar-redfish f'sajdiet oħrajn għal massimu ta' 1 % tal-qabda totali miżmuma abbord."

|| || || ||

ANNESS III

"ANNESS VIII

LIMITI KWANTITATTIVI TAL-AWTORIZZAZZJONIJIET TAS-SAJD GĦAL BASTIMENTI TA' PAJJIŻI‑TERZI LI JISTADU FL-ILMIJIET TAL-UNJONI

Stat tal-Bandiera || Sajd || Għadd ta' awtorizzazzjonijiet tas-sajd || Għadd massimu ta' bastimenti preżenti fi kwalunkwe mument

In-Norveġja || Aringa, fit-Tramuntana ta' 62° 00′N || 20 || 20

Il-Gżejjer Faeroe || Kavalli, VIa (fit-Tramuntana ta' 56° 30' N), IIa, IVa (fit-Tramuntana ta' 59º N) Sawrell, IV, VIa (fit-Tramuntana ta' 56° 30′ N), VIIe, VIIf, VIIh || 14 || 14

Aringa fit-Tramuntana ta’ 62° 00' N || 21 || 21

Aringa, IIIa || 4 || 4

Sajd industrijali għall-merluzz tan-Norveġja, IV, VIa (fit-Tramuntana ta' 56° 30′ N) (inkluż qabdiet inċidentali li ma jistgħux jiġu evitati ta' stokkafixx) || 15 || 15

Lipp u tusk || 20 || 10

Stokkafixx, II, VIa (fit-Tramuntana ta' 56° 30′ N), VIb, VII (fil-Punent ta' 12° 00′ W) || 20 || 20

Linarda || 16 || 16

Il-Venezwela[1] || Snappers (l-ilmijiet tal-Gujana Franċiża) || 45 || 45"

[1]               Biex jinħarġu dawk l-awtorizzazzjonijiet tas-sajd, għandha tiġi ppreżentata prova li jeżisti kuntratt validu bejn sid il-bastiment li qed japplika għall-awtorizzazzjoni tas-sajd u impriża tal-ipproċessar li tinsab fid-Dipartiment tal-Gujana Franċiża, u li dan jinkludi obbligu tal-iżbark ta’ mill-inqas 75 % tal-qabdiet kollha tas-snapper mill-bastiment ikkonċernat f'dak id-dipartiment sabiex dawn ikunu jistgħu jiġu pproċessati fl-impjant ta’ dik l-impriża. Tali kuntratt għandu jiġi approvat mill-awtoritajiet Franċiżi, li għandhom jiżguraw li hu konsistenti kemm mal-kapaċità proprja tal-impriża tal-ipproċessar kontraenti kif ukoll mal-għanijiet għall-iżvilupp tal-ekonomija tal-Gujana. Kopja tal-kuntratt debitament approvat għandha tiġi annessa mal-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tas-sajd. F'każ li tali approvazzjoni tiġi miċħuda, l-awtoritajiet Franċiżi għandhom jinnotifikaw lill-parti kkonċernata u lill-Kummissjoni dwar din iċ-ċaħda u jiddikjaraw ir-raġunijiet tagħhom għal dan.”