52014PC0374

Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar ċerti proċeduri għall-applikazzjoni tal-Ftehim ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Montenegro, min-naħa l-oħra (Kodifikazzjoni) /* COM/2014/0374 final - 2014/0190 (COD) */


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.           Fl-isfond ta’ Ewropa tal-poplu, il-Kummissjoni tagħti importanza kbira lis‑simplifikazzjoni u liċ-ċarezza tal-liġi tal-Unjoni sabiex tkun iktar ċara u iktar aċċessibbli għaċ-ċittadini u b’hekk toffrilhom opportunitajiet ġodda u ċ-ċans li jagħmlu użu mid-drittijiet speċifiċi li tagħtihom.

Ma jistax jintlaħaq dan il-għan sakemm il-bosta dispożizzjonijiet li ġew emendati ħafna drabi, spiss b’mod sostanzjali, jibqgħu mferrxin bejn l-att oriġinali u atti sussegwenti li jemendaw l-att oriġinali. Hemm bżonn għalhekk ta’ xogħol ta’ riċerka konsiderevoli li jqabbel ħafna atti differenti ma’ xulxin sabiex jiġu identifikati r‑regoli attwalment fis-seħħ.

Għalhekk huwa essenzjali li ssir kodifikazzjoni ta’ regoli li ġew emendati ta’ sikwit sabiex il-liġi tkun ċara u trasparenti.

2.           Fl-1 ta’ April 1987 il-Kummissjoni ddeċidiet[1] li tordna lill-persunal tagħha li kull att għandu jiġi kkodifikat wara mhux iktar minn għaxar emendi, filwaqt li enfasizzat li din hija kundizzjoni minima u li d-dipartimenti għandhom jippruvaw jikkodifikaw it‑testi li huma responsabbli għalihom anke f’intervalli iqsar biex jiżguraw li d‑dispożizzjonijiet tagħhom ikunu ċari u jinftiehmu malajr.

3.           Il-Konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew ta’ Edinburgu (Diċembru 1992) ikkonfermaw dan[2], filwaqt li saħqu fuq l-importanza tal‑kodifikazzjoni għaliex tagħti ċertezza f’dak li jirrigwarda l-liġi applikabbli għal materja partikolari f’mument partikolari.

Il-kodifikazzjoni għandha ssir f’konformità sħiħa mal-proċedura normali għall‑adozzjoni ta’ atti tal-Unjoni.

Billi l-ebda bidla sostanzjali ma tista’ ssir lill-atti li jiġu kkodifikati, il‑Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni qablu, permezz ta’ ftehim interistituzzjonali tal-20 ta’ Diċembru 1994, li tista’ tintuża proċedura mgħaġġla għall-adozzjoni rapida ta’ atti ta’ kodifikazzjoni.

4.           L-għan ta’ din il-proposta huwa li ssir il-kodifikazzjoni tar‑Regolament tal‑Kunsill (KE) Nru 140/2008 tad-19 ta’ Novembru 2007 dwar ċerti proċeduri għall‑applikazzjoni tal-Ftehim ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il‑Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r‑Repubblika tal-Montenegro, min-naħa l-oħra, u għall-applikazzjoni tal-Ftehim Temporanju bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal‑Montenegro, min-naħa l-oħra[3]. Ir‑Regolament il‑ġdid jissostitwixxi d-diversi atti inkorporati fih[4]; din il-proposta żżomm il-kontenut kollu tal-atti li qed jiġu kkodifikati u għalhekk kulma tagħmel huwa li tgħaqqadhom filwaqt li tagħmel biss l‑emendi formali meħtieġa mill‑eżerċizzju ta’ kodifikazzjoni nnifsu.

5.           Il-proposta ta’ kodifikazzjoni tħejjiet abbażi ta’ konsolidazzjoni preliminari, fi‑22 lingwa uffiċjali tar-Regolament (KE) Nru 140/2008 u tal-atti li jemendawh, magħmula mill-Uffiċċju tal-pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, permezz ta’ sistema ta’ pproċessar ta’ dejta. Fejn l-artikoli ngħataw numri ġodda, il-korrelazzjoni bejn in-numri qodma u ġodda tidher fit-tabella li tinsab fl-Anness II tar-Regolament ikkodifikat.

ê 140/2008 (adattat)

2014/0190 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar ċerti proċeduri għall-applikazzjoni tal-Ftehim ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r‑Repubblika tal-Montenegro, min-naħa l-oħra (Kodifikazzjoni)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li Ö kkunsidraw Õ it-TrattatÖ dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea Õ , u b'mod partikolari l-Artikolu Ö 207(2) Õ tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-Parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[5],

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

ê

(1)       Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 140/2008[6] ġie emendat[7] b’mod sostanzjali. Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmi Regolament għandu jiġi kkodifikat.

ê 140/2008 premessa 1 (adattat)

(2)       Ftehim ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Montenegro, min-naħa l-oħra, (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “ Ö FSA Õ ”) ġie ffirmat fil-15 ta’ Ottubru 2007 Ö u daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Mejju 2010 Õ .

ê 140/2008 (adattat)

(3)       Hu meħtieġ li jiġu stabbiliti l-proċeduri għall-applikazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet ta’ l- Ö FSA Õ.

(4)       L- Ö FSA Õ Ö jistipula Õ li prodotti tas-sajd li joriġinaw mill-Montenegro jistgħu jiġu importati Ö fl- Õ Ö Unjoni Õ b'dazju doganali mnaqqas, sal-limiti tal-kwoti tariffarji. Għalhekk hu meħtieġ li jiġu stipulati dispożizzjonijiet li jirregolaw il-ġestjoni ta’ dawn il-kwoti tariffarji.

(5)       Fejn miżuri ta’ ħarsien tan-negozju jsiru meħtieġa, għandhom jiġu adottati skont id‑dispożizzjonijiet ġenerali stipulati fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 260/2009[8], ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1061/2009[9], ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009[10] jew, skont il-każ, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009[11].

(6)       Fejn Stat Membri jipprovdi informazzjoni lill-Kummissjoni dwar xi possibbiltà ta’ frodi jew nuqqas milli tiġi pprovduta koperazzjoni amministrattiva, għandha tapplika l-leġiżlazzjoni Ö tal-Unjoni Õ rilevanti, partikolarment ir-Regolament tal‑Kunsill (KE) Nru 515/97[12].

(7)       Għall-għanijiet ta’ l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet relevanti ta’ dan ir‑Regolament il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna mill-Kumitat tal-Kodiċi Doganali stabbilit mill-Artikolu 285 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[13].

ê 37/2014 Art. 1 u l-Anness, 15 (adattat)

(8)       L-implimentazzjoni tal-klawsoli bilaterali ta' salvagwardja tal- Ö FSA Õ titlob kundizzjonijiet uniformi għall-adozzjoni ta' miżuri ta' salvagwardja u miżuri oħrajn. Dawk il-miżuri għandhom jiġu adottati f'konformità mar‑Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[14].

(9)       Il-Kummissjoni għandha tadotta atti implimentattivi li japplikaw immedjatament meta, f'każijiet debitament ġustifikati relatati ma' ċirkostanzi eċċezzjonali u kritiċi li joriġinaw fit-tifsira tal-Artikolu 41(5)(b) u l-Artikolu 42(4) ta’ l- Ö FSA Õ, jekk dan ikun meħtieġ għal raġunijiet imperattivi urġenti,

ê 140/2008 (adattat)

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabilixxi ċerti proċeduri għall-adozzjoni ta’ regoli ddetaljati dwar l‑implimentazzjoni ta’ ċerti proċeduri tal-Ftehim ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il‑Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal‑Montenegro, min-naħa l-oħra (Ö 'FSA' Õ ).

ê 37/2014 Art. 1 u l‑Anness, 15(1) (adattat)

Artikolu 2

Konċessjonijiet għall-ħut u l-prodotti tas-sajd

Regoli dettaljati dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu 29 tal-FSA, fir-rigward ta’ kwoti tariffarji għal ħut u prodotti tas-sajd, għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni f'konformità mal-proċedura ta’ eżami stabbilita fl-Artikolu 9(3) ta’ dan ir-Regolament.

ê 140/2008

Artikolu 3

Tnaqqis tariffarju

1. Bla ħsara għall-paragrafu 2, ir-rati preferenzjali tad-dazju għandhom jiġu arrotondati 'l isfel sa l-ewwel post deċimali.

2. Fejn ir-riżultat tal-kalkolu tar-rata tad-dazju preferenzjali fl-applikazzjoni tal-paragrafu 1 ikun wieħed milli ġejjin, ir-rata preferenzjali għandha tiġi kkunsidrata bħala eżenzjoni sħiħa:

(a)          1 % jew anqas fil-każ ta’ dazji skont il-valur, jew

(b)          EUR 1 jew anqas għal kull ammont individwali fil-każ ta’ dazji speċifiċi.

ê 37/2014 Art. 1 u l‑Anness, 15(2) (adattat)

Artikolu 4

Adattamenti tekniċi

L-emendi u l-adattamenti tekniċi għad-dispożizzjonijiet adottati skont dan ir-Regolament, li jkunu neessarji wara tibdil fil-kodiċijiet tan-Nomenklatura Magħquda u fis-subdiviżjonijiet TARIC jew li joħorġu mill-konklużjoni ta' ftehimiet, protokolli, skambji ta' ittri jew atti oħra ġodda jew immodifikati bejn l-Unjoni u l-Montenegro, għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 9(3).

Artikolu 5

Klawsola ta’ salvagwardja ġenerali

Fejn jeħtieġ li l-Unjoni tieħu miżura kif previst fl-Artikolu 41 tal-FSA, din għandha tiġi adottata f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 9(3) ta' dan ir‑Regolament, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor fl-Artikolu 41 tal-FSA.

Artikolu 6

Klawsola ta’ nuqqas

Fejn jeħtieġ li l-Unjoni tieħu miżura kif previst fl-Artikolu 42 tal-FSA, din għandha tiġi adottata f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 9(3) ta' dan ir‑Regolament.

ê 140/2008 (adattat)

Artikolu 7

Ċirkostanzi eċċezzjonali u kritiċi

Fejn jinqalgħu ċirkostanzi eċċezzjonali u kritiċi fl-ambitu tat-tifsira ta’ l-Artikoli 41(5)(b) u 42(4) ta’ l- Ö FSA Õ, il-Kummissjoni tista' tieħu miżuri immedjati skont l-Artikoli 41 u 42 ta’ l- Ö FSA Õ .

Jekk il-Kummissjoni tirċievi talba mingħand Stat Membru, hija għandha tieħu deċiżjoni dwarha fi żmien ħamest ijiem ta’ xogħol minn meta taslilha t-talba.

ê 37/2014 Art. 1 u l‑Anness, 15(3) (adattat)

Il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri bħal dawn f’konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 9(3) Ö ta' dan ir-Regolament Õ. F'każijiet ta' urġenza, għandu japplika l-Artikolu 9(4) Ö ta' dan ir-Regolament Õ.

ê 140/2008 (adattat)

Artikolu 8

Klawsola ta’ salvagwardja fir-rigward ta’ prodotti agrikoli u tas-sajd

1. Minkejja l-proċeduri previsti fl-Artikoli 5 u 6 ta’ dan ir-Regolament, fejn Ö l-Unjoni Õ teħtieġ tieħu miżura ta’ salvagwardja, kif previst fl-Artikolu 41 ta’ l- Ö FSA Õ, fir-rigward tal-prodotti agrikoli u tas-sajd, il-Kummissjoni għandha, fuq talba ta’ Stat Membru jew fuq inizjattiva proprja, tiddeċiedi dwar il-miżuri meħtieġa wara, fejn ikun applikabbli, li tkun irrikorriet għall-proċedura ta’ riferiment prevista fl-Artikolu 41 ta’ l- Ö FSA Õ.

Jekk il-Kummissjoni tirċievi talba mingħand Stat Membru, hija għandha tieħu deċiżjoni dwarha:

(a)          fi żmien tlett ijiem ta’ xogħol minn meta taslilha t-talba, fejn ma tkunx tapplika l‑proċedura ta’ riferiment prevista fl-Artikolu 41 ta’ l- Ö FSA Õ ; jew

(b)          fi żmien tlett ijiem minn meta jintemm il-perjodu ta’ tletin jum imsemmi fl‑Artikolu 41(5)(a) ta’ l- Ö FSA Õ, fejn tkun tapplika l-proċedura ta’ riferiment prevista fl-Artikolu 41 ta’ l- Ö FSA Õ.

Il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-Kunsill dwar il-miżuri li tiddeċiedi.

ê 37/2014 Art. 1 u l‑Anness, 15(4) (adattat)

2. Il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri provviżorji f’konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 9(3). F'każijiet ta' urġenza, għandu japplika l-Artikolu 9(4).

ê 37/2014 Art. 1 u l‑Anness, 15(5) (adattat)

Artikolu 9

Proċedura ta' kumitat

1. Għall-fini tal-Artikolu 4, il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat tal-Kodiċi Doganali stabbilit permezz tal-Artikolu 285 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013. Dak il‑Kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2. Għall-finijiet tal-Artikoli 5 Ö sa Õ 8 ta' dan ir-Regolament il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat Ö dwar is-Salvagwardji Õ stabbilit permezz Ö tal-Artikolu 4(1) Õ tar-Regolament (KE) Nru 260/2009. Dak il-Kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar‑Regolament (UE) Nru 182/2011.

3. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar‑Regolament (UE) Nru 182/2011.

4. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu għandu japplika l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011, flimkien mal-Artikolu 5 tiegħu.

ê 140/2008 (adattat)

Artikolu 10

Dumping u sussidji

Fil-każ ta’ prattika li tkun tista' tiġġustifika l-applikazzjoni tal-miżuri previsti Ö fl‑Artikolu 40(2) tal-FSA Õ mill- Ö Unjoni Õ, l-introduzzjoni ta’ miżuri kontra d‑dumping u/jew miżuri kompensatorji għandhom jiġu deċiżi skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1225/2009 u/jew Regolament (KE) Nru 597/2009 rispettivament.

Artikolu 11

Kompetizzjoni

1. Fil-każ ta’ xi prattika li tkun tista' tiġġustifika l-applikazzjoni mill- Ö Unjoni Õ tal‑miżuri previsti fl-Artikolu 73 tal- Ö FSA Õ, il-Kummissjoni, wara li teżamina l-każ, fuq inizjattiva proprja jew fuq talba ta’ kwalunkwe Stat Membru, għandha tiddeċiedi jekk din il‑prattika hix kompatibbli mal-Ö FSA Õ.

Il-miżuri previsti fl-Artikolu 73(10) tal- Ö FSA Õ, għandhom jiġu adottati fil-każi ta’ għajnuna skont il-proċeduri stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 597/2009 u f'każi oħrajn skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu Ö 207 Õ tat-Trattat.

2. Fil-każ ta’ prattika li tkun tista' twassal għall-applikazzjoni ta’ miżuri fuq Ö l-Unjoni Õ mill-Montenegro, fuq il-bażi ta’ l-Artikolu 73 tal- Ö FSA Õ, il-Kummissjoni, wara li teżamina l-każ, għandha tiddeċiedi jekk il-prattika hix kompatibbli mal-prinċipji stabbiliti Ö fl-FSA Õ. Fejn meħtieġ, Ö il-Kummissjoni Õ għandha tieħu d-deċiżjonijiet xierqa fuq il-bażi tal-kriterji li jirriżultaw mill-applikazzjoni ta’ l-Artikoli 101, 102 u 107 tat-Trattat.

Artikolu 12

Frodi jew nuqqas li tiġi pprovduta koperazzjoni amministrattiva

Fejn il-Kummissjoni, fuq il-bażi ta’ l-informazzjoni pprovduta minn Stat Membru jew fuq inizjattiva proprja, issib li l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 46 ta’ l- Ö FSA Õ, ikunu sodisfatti hija minnufih għandha:

(a)          tinforma lill-Kunsill; kif ukoll

(b)          tinnotifika lill-Kumitat ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bis-sejba flimkien ma’ informazzjoni oġġettiva, u tidħol f'konsultazzjonijiet mal-Kumitat ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni.

Kull pubblikazzjoni taħt l-Artikolu 46(5) ta’ l- Ö FSA Õ għandha issir mill-Kummissjoni fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

ê 37/2014 Art. 1 u l‑Anness, 15(6) (adattat)

Il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi, f'konformità mal-proċedura ta' eżami stabbilita fl‑Artikolu 9(3) ta' dan ir-Regolament, li tissospendi temporanjament it-trattament preferenzjali rilevanti tal-prodotti kif previst fl-Artikolu 46(4) tal-FSA.

ê 140/2008 (adattat)

Artikolu 13

Notifika

Il-Kummissjoni, f'isem Ö l-Unjoni Õ , għandha tkun responsabbli min-notifika lill-Kunsill ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni u lill-Kumitat ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni, rispettivament, kif mitlub mill- Ö FSA Õ .

ê

Artikolu 14

Tħassir

Ir-Regolament (KE) Nru 140/2008 huwa mħassar.

Referenzi għar-Regolament li ġie mħassar għandhom jinftehmu bħala referenzi għal dan ir‑Regolament u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness II.

ê 140/2008 (adattat)

Artikolu 15

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil‑Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew                            Għall-Kunsill

Il-President                                                    Il-President

[1]               COM(87) 868 PV.

[2]               Ara l-Anness 3 għall-Parti A tal-Konklużjonijiet.

[3]               Imdaħħla fil-programm leġiżlattiv għal 2014.

[4]               Ara l-Anness I għal din il-proposta.

[5]               ĠU C […], […], p. […].

[6]               Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 140/2008 tad-19 ta’ Novembru 2007 dwar ċerti proċeduri għall‑applikazzjoni tal-Ftehim ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l‑Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Montenegro, min-naħa l-oħra, u għall‑applikazzjoni tal-Ftehim Temporanju bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u r‑Repubblika tal-Montenegro, min-naħa l-oħra (ĠU L 43, 19.2.2008, p. 1).

[7]               Ara l-Anness I.

[8]               Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 260/2009 tas-26 ta' Frar 2009 dwar ir-regoli komuni għall‑importazzjonijiet (ĠU L 84, 31.3.2009, p. 1).

[9]               Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1061/2009 tad-19 ta’ Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli komuni għall-esportazzjoni (ĠU L 291, 7.11.2009, p. 1).

[10]             Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l‑importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51).

[11]             Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009 tal-11 ta’ Ġunju 2009 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea (ĠU L 188, 18.7.2009, p. 93).

[12]             Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 515/97 tat-13 ta’ Marzu 1997 dwar għajnuna reċiproka bejn l‑awtoritajiet amministrattivi ta’ l-Istati Membri u l-koperazzjoni bejn dawn ta’ l-aħħar u l-Kummissjoni sabiex ikun assigurat l-applikazzjoni korretta tal-liġi dwar materji doganali u agrikoli, (ĠU L 82, 22.3.1997, p. 1).

[13]             Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad- 9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).

[14]             Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal‑eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

é

ANNESS I

Regolament imħassar flimkien mal-emenda tiegħu

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 140/2008 (ĠU L 43, 19.2.2008, p. 1) ||

Regolament (UE) Nru 37/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 18, 21.1. 2014, p. 1) || Punt 15 biss tal-Anness ||

_____________

ANNESS II

Tabella Ta’ Korrelazzjoni

Regolament (KE) Nru 140/2008 || Dan ir-Regolament

Artikoli 1 sa 8 || Artikoli 1 sa 8

Artikolu 8a || Artikolu 9

Artikolu 9 || Artikolu 10

Artikolu 10 || Artikolu 11

Artikolu 11 || Artikolu 12

Artikolu 13 || Artikolu 13

__ || Artikolu 14

Artikolu 14 || Artikolu 15

__ || Anness I

__ || Anness II

_____________