Proposta għal DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar it-tixrid ta’ dejta satellitari ta’ osservazzjoni tad-Dinja għal għanijiet kummerċjali /* COM/2014/0344 final - 2014/0176 (COD) */
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI 1. IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar
il-Politika Industrijali Spazjali tal-UE minn Frar 2013 “Ir-rilaxx
tal-potenzjal għat-tkabbir ekonomiku fis-settur spazjali”[1] tidentifika, bħala
wieħed mill-għanijiet ta’ politika industrijali spazjali tal-UE,
it-twaqqif ta’ qafas regolatorju komprensiv sabiex tittejjeb il-koerenza legali
u sabiex jiġi inkoraġġut il-ħolqien ta’ suq Ewropew
għal prodotti u servizzi spazjali. F’dan il-kuntest, il-Komunikazzjoni tirreferi
b’mod partikolari għat-twaqqif ta’ inizjattiva regolatorja possibbli
għall-produzzjoni u t-tixrid ta’ dejta satellitari b’riżoluzzjoni
għolja għal skopijiet kummerċjali. Il-konklużjonijiet
tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2013 dwar il-Komunikazzjoni msemmija hawn fuq
jagħrfu l-ħtieġa li jiġu eżaminati l-oqfsa legali
eżistenti bil-ħsieb li jiġu promossi s-sigurtà, is-sikurezza,
is-sostenibbiltà u l-iżvilupp ekonomiku tal-attivitajiet spazjali, u
jistiednu lill-Kummissjoni tivvaluta l-ħtieġa għall-iżvilupp
ta’ qafas leġiżlattiv dwar l-ispazju fil-kuntest tal-iżgurar ta'
funzjonament tajjeb tas-suq intern. B’konformità ma’ li ssemma hawn fuq, din
il-proposta għal Direttiva tittratta s-suġġett tat-tixrid ta’
dejta satellitari ta’ osservazzjoni tad-Dinja fi ħdan l-Unjoni għal
skopijiet kummerċjali, u b’mod partikolari l-kwistjoni tad-definizzjoni u
tal-kontroll ta' dejta satellitari b’riżoluzzjoni għolja għal
skopijiet kummerċjali (HRSD), bħala kategorija distinta ta’ dejta li
teħtieġ reġim regolatorju differenzjat meta tiġi mxerrda
għal skopijiet kummerċjali. Il-proposta għandha l-għan li
tiżgura l-funzjonament u l-iżvilupp kif suppost tas-suq intern
għal prodotti u servizzi ta' dejta satellitari b’riżoluzzjoni għolja
permezz tat-twaqqif ta' qafas legali trasparenti, ġust u konsistenti
fl-Istati Membri kollha. Din id-Direttiva hija meħtieġa,
minħabba li ma hemm ebda garanziji espliċiti fil-livell legali tal-UE
li t-tixrid ta’ dejta satellitari minn operaturi kummerċjali għandu
jkun ħieles u mingħajr restrizzjonijiet fi ħdan l-Unjoni,
ħlief fil-każ tat-tixrid ta’ dejta li tista’ tiġi ddefinita
bħala dejta satellitari b’riżoluzzjoni għolja, li għandha
tiġi kkontrollata minħabba r-riskju potenzjali ogħla li jista’
jinvolvi l-immaniġġjar tagħha b'mod mhux awtorizzat. Barra minn
hekk, ma hemm ebda approċċ komuni fil-livell regolatorju nazzjonali
rigward it-trattament ta’ dejta satellitari b’riżoluzzjoni għolja u
għal servizzi u prodotti bbażati fuq din id-dejta. Dan iwassal
għal qafas regolatorju Ewropew ifframmentat, u li hu kkaratterizzat minn
nuqqas ta’ koerenza, trasparenza u prevedibbiltà li b'hekk ifixkel is-suq milli
jiżviluppa l-potenzjal sħiħ tiegħu. Barra minn hekk, peress
li l-għadd ta’ Stati Membri b’kapaċitajiet ta’ dejta b'riżoluzzjoni
għolja qed jiżdied, huwa possibbli li l-problema ta’ frammentazzjoni
tal-qafas regolatorju applikabbli se ssir aktar serja, u bħala
riżultat ta' dan huwa mistenni li jinħolqu ostakli ġodda
għas-suq intern u ostakoli ikbar għall-kompetittività. Sabiex dawn il-problemi jiġu megħluba,
din il-proposta se twassal għal approssimazzjoni
tal-leġiżlazzjoni tal-Istati Membri fil-qasam tat-tixrid tad-dejta
satellitari, bl-għan li tiġi żgurata l-koerenza. Hija se
tgħin biex jitnaqqsu l-ostakli burokratiċi għall-industrija, u
biex jiġu ffaċilitati l-isforzi meħtieġa biex ikun hemm
konformità mar-rekwiżiti leġiżlattivi. Il-prevedibbiltà
tan-negozju mistennija titjieb, minħabba li hemm kundizzjonijiet aktar
ċari għat-twaqqif u għall-operat ta’ negozji. It-telf
tan-negozju li jista’ jirriżulta min-nuqqas ta’ kundizzjonijiet ċari
u prevedibbli għall-ksib tad-dejta se jitnaqqas, u se jkunu jistgħu
jiġu realizzati opportunitajiet ġodda ta’ negozju. Se jkun hemm
effetti pożittivi sinifikanti għat-twaqqif u l-operat ta’ negozji li
jipprovdu dejta satellitari b’riżoluzzjoni għolja u għall-qasam
tal-bejgħ tad-dejta. 2. IR-RIŻULTATI
TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET INTERESSATI U L-VALUTAZZJONIJIET
TAL-IMPATT Tul perjodu ta' żmien ta’ kważi
sentejn, il-Kummissjoni kkonsultat, b'mod dirett jew permezz ta’ konsulenti
esterni, lill-atturi istituzzjonali kollha fl-Istati Membri, kif ukoll firxa
wiesgħa ta’ atturi fil-katina tal-valur li huma involuti f'attivitajiet
spazjali u ġeospazjali rigward kwistjonijiet marbutin ma’ din il-proposta.
Żewġ studji li saru minn konsulenti
esterni imqabbda mill-Kummissjoni analizzaw il-qafas regolatorju eżistenti
fir-rigward tal-HRSD, u dawn intużaw bħala bażi tal-valutazzjoni
tal-impatt tal-Kummissjoni flimkien ma’ sorsi oħrajn. L-istudji identifikaw
regoli u approċċi diverġenti fir-rigward tat-tixrid ta’ HRSD. Esperti mill-Ġermanja u minn Franza, li
s'issa huma l-uniċi Stati Membri li daħħlu fis-seħħ
leġiżlazzjoni speċifika f’dan il-qasam
għar-regolamentazzjoni tal-kapaċitajiet tekniċi tagħhom fir-rigward
tal-HRSD, ipprovdew lill-Kummissjoni b’dettalji dwar is-sistemi regolatorji
mfasslin apposta implimentati f’pajjiżhom. Fl-istess okkażjoni, huma
wrew li kellhom opinjoni favorevoli rigward l-idea ta’ qafas komuni tal-UE.
F’Marzu 2012 saret sessjoni ta' ħidma ma’ esperti legali fil-qasam
tal-ispazju, li matulha ġie kkonfermat li l-qafas regolatorju
għad-dejta satellitari madwar l-Ewropa huwa frammentat. Il-Kummissjoni
ppreżentat ir-riflessjonijiet tagħha dwar l-HRSD lill-Grupp ta'
Esperti dwar il-Politika Spazjali, (SPEG) li huwa magħmul minn esperti
nazzjonali dwar l-ispazju, diversi drabi bejn Marzu 2012 u Ottubru 2013.
Ġew diskussi l-kwistjonijiet u l-għażliet għal intervent
regolatorju. F’Ġunju u Lulju 2013 saret konsultazzjoni
tal-partijiet interessati fil-forma ta' kwestjonarju onlajn immirat lejn
il-bejjiegħa mill-ġdid tad-dejta, kif ukoll seduta pubblika.
L-għan tagħhom kien li jinġabru l-opinjonijiet tal-fornituri
tad-dejta u tal-bejjiegħa mill-ġdid tad-dejta. Il-konklużjonijiet ewlenin ta’ dawn
il-konsultazzjonijiet jistgħu jiġu deskritti fil-qosor kif ġej: –
Ir-rappreżentanti tal-industrija u, b’mod
partikolari, l-bejjiegħa mill-ġdid tad-dejta jikkonfermaw li l-qafas
eżistenti għad-distribuzzjoni ta’ dejta satellitari, u b’mod
partikolari ta' HRSD, huwa nieqes mit-trasparenza u mill-prevedibbiltà u ma
jagħtix garanzija ta' trattament ugwali u b'hekk ixxekkel is-suq milli
jiżviluppa l-potenzjal sħiħ tiegħu. Maġġoranza
kbira tqis li azzjoni bil-għan li tiġi indirizzata din is-sitwazzjoni
tista' ttejjeb l-ambjent tan-negozju. –
B’mod ġenerali, l-Istati Membri huma lesti li
jadottaw approċċ komuni tal-UE li jittratta t-tixrid tad-dejta
satellitari u li jipprovdi garanziji espliċiti dwar
iċ-ċirkolazzjoni ħielsa ta’ dejta b'riżoluzzjoni baxxa, u
b’mod partikolari biex jiġi żgurat trattament effettiv u integrat ta’
kwistjonijiet ta' sigurtà u tas-suq fir-rigward ta' dejta satellitari
b’riżoluzzjoni għolja. Il-miżuri li jiġu implimentati
għandhom ikunu proporzjonati, u għandhom jiżguraw il-livell
meħtieġ ta’ sigurtà. L-Istati Membri enfasizzaw ukoll li
r-responsabbiltà aħħarija għal deċiżjonijiet relatati
mas-sigurtà għandha tkun tal-awtoritajiet nazzjonali. Il-valutazzjoni tal-impatt li takkumpanja din
il-proposta tidentifika tliet għażliet ta’ politika – apparti
x-xenarju ta’ referenza – li l-għan tagħhom huwa l-ksib
tal-għanijiet permezz tat-twaqqif ta' qafas
għall-immaniġġjar u t-tixrid tad-dejta ta’ osservazzjoni
tad-Dinja fl-Unjoni Ewropea: Għażla 1 - Ix-xenarju ta’ referenza,
Għażla 2 - Rakkomandazzjonijiet u linji gwida,
Għażla 3 - Strument leġiżlattiv bażiku u
Għażla 4 - Strument leġiżlattiv estiż. Il-problemi identifikati, fosthom in-nuqqas
ta’ trasparenza, ta’ prevedibbiltà u ta’ trattament ugwali, jirriżultaw
min-nuqqas ta’ definizzjoni komuni ta’ dejta satellitari b’riżoluzzjoni
għolja, min-nuqqas ta’ kriterji qafas li jistabbilixxu jekk id-dejta
satellitari b’riżoluzzjoni għolja għandhiex tiġi
kkunsidrata bħala sensittiva, min-nuqqas ta' proċeduri ċari ta’
awtorizzazzjoni, min-nuqqas ta' garanziji ta' ċirkolazzjoni libera u
min-nuqqas ta' rekwiżiti ċari biex dak li jkun isir fornitur
tad-dejta HRSD. Kull waħda minn dawn l-għażliet ta’ politika,
minbarra x-xenarju ta’ referenza, jindirizzaw dawn il-kwistjonijiet.
Id-differenza bejn l-għażla 3 u l-għażla 4 tirrigwarda
l-ambitu, billi l-għażla 4 tinkludi element ta’ liċenzjar
għall-ksib ta’ status ta' fornitur tad-dejta, li l-għażla 3
tħalli għall-Istati Membri. L-għażla 3 hija dik li tingħata
preferenza, minħabba li tgħaqqad flimkien livell tajjeb ta’
benefiċċji ekonomiċi, strateġiċi u soċjali
b’livell għoli ta’ effikaċja u effiċjenza, filwaqt li
tħalli kemm jista' jkun lok biex l-Istati Membri jkunu jistgħu
jikkontrollaw in-negozji li jipprovdu d-dejta fit-territorju tagħhom. 3. L-ELEMENTI
LEGALI TAL-PROPOSTA Peress li l-inizjattiva tipprevedi
l-armonizzazzjoni sabiex jiġi żgurat twaqqif u funzjonament xieraq
tas-suq intern, il-bażi legali xierqa għad-Direttiva hija l-Artikolu
114 tat-TFUE. Id-dispożizzjoni ta' dak it-trattat hija
applikabbli b’mod ġenerali għal żewġ tipi differenti ta’
sitwazzjonijiet: –
F'każijiet fejn il-leġiżlazzjoni
tikkontribwixxi lejn l-eliminazzjoni tal-ostakli probabbli li jfixklu
l-eżerċizzju tal-libertajiet fundamentali; –
F'każijiet fejn il-leġislazzjoni
tikkontribwixxi għat-tneħħija ta’ distorsjonijiet sinifikanti
fil-kompetizzjoni li x’aktarx jirriżultaw minn regoli nazzjonali
differenti. Il-każistika stabbilixxiet l-istandard
prattiku għall-iskrutinju tal-proposti tal-Artikolu 114 tat-TFUE, billi
speċifikat li l-miżuri promossi jridu jkunu ġenwinament
maħsuba biex itejbu l-kundizzjonijiet għat-twaqqif u l-funzjonament
tas-suq intern, u li fil-fatt jista’ jkollhom dak l-effett.[2] Din il-proposta hija konformi
mar-rekwiżiti li jirriżultaw mill-użu tal-Artikolu 114 tat-TFUE,
għar-raġunijiet li ġejjin: –
L-ewwel nett, permezz tal-garanziji espliċiti
għaċ-ċirkolazzjoni libera ta’ dejta satellitari
b'riżoluzzjoni baxxa, huwa ċċarat li kwalunkwe dejta li taqa'
barra d-definizzjoni għandha titqies bħala “lesta għan-negozju”,
suxxettibbli għal tixrid liberu mingħajr dewmien, u dan jattiva
ċ-ċikli tan-negozju mingħajr xkiel (Artikolu 5); –
It-tieni, permezz tat-twaqqif ta’ parametri
tekniċi komuni ta’ HRSD (Artikolu 4) se jkun possibbli li jitwaqqaf kamp
ta' applikazzjoni komuni tar-reġim legali avvanzat, u li s-suq intern
tal-HRSD jiġi delimitat, bħala komponent speċifiku tas-suq
tal-Osservazzjoni tad-Dinja. Barra minn hekk, kjarifika dwar liema tip jew
kwalità ta’ dejta satellitari tista’ tkun ta' ħsara għall-interessi
tas-sigurtà; u b'hekk liema jeħtieġ li tiġi mxerrda fir-rigward
ta' ċerti kundizzjonijiet, u tippermetti t-twaqqif tal-aktar
rekwiżiti proċedurali xierqa biex jitħares il-pubbliku; –
It-tielet, billi jittejbu l-koerenza,
it-trasparenza u l-prevedibbiltà tal-qafas regolatorju, din id-Direttiva
għandha wkoll l-għan li telimina/tipprevjeni ostakoli ta’ natura
ġurisdizzjonali nazzjonali għaċ-ċirkolazzjoni libera ta'
HRSD fl-Unjoni, b'konformità mal-modalitajiet ta' skrinjar, jew
mal-modalitajiet ta' awtorizzazzjoni. Huwa previst li t-tixrid ta’ HRSD approvat skont din id-Direttiva ma jistax jiġi evalwat mill-ġdid, u
lanqas ma jista' jiġi mxekkel jew ristrett f'fażijiet sussegwenti,
sakemm dan it-tixrid jikkonforma mal-iskrinjar jew mal-awtorizzazzjoni mwettqa
(Artikolu 6(3)); –
Ir-raba’, filwaqt li hija mmirata lejn
integrazzjoni pożittiva, din il-proposta tipprovdi
għall-proċeduri bażiċi għat-tixrid ta’ HRSD, u
tippromwovi t-trattament ugwali u mhux diskriminatorju tal-bejjiegħa
mill-ġdid tad-dejta kollha tal-UE min-naħa tal-fornituri tad-dejta,
sabiex jiġi evitat li jiżviluppaw id-distorsjonijiet probabbli
tal-kompetizzjoni, u barra minn hekk biex jissaħħew l-opportunitajiet
tas-suq disponibbli fil-qasam tal-HRSD (l-Artikolu 7 u l-Artikolu 8). L-approċċ regolatorju
magħżul għall-proposta huwa dak ta’ armonizzazzjoni parzjali.
Huwa jikkonferma l-prinċipju taċ-ċirkolazzjoni libera tad-dejta
satellitari b’riżoluzzjoni baxxa, iżda fil-mira tiegħu
għandu biss għadd limitat ta’ elementi regolatorji ewlenin
tal-leġiżlazzjonijiet nazzjonali dwar l-HRSD li huma elaborati
biżżejjed biex jippermettu li jsiru l-allinjamenti. Għalhekk, l-approssimazzjoni maħsuba
tal-liġijiet hija limitata, b'osservanza tal-prinċipji
tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità (l-Artikolu 5(3) u l-Artikolu 5(4)
tat-TUE). B’mod aktar
speċifiku, –
F’termini ta’ sussidjarjetà, il-proposta
tistabbilixxi d-dimensjoni tal-Unjoni permezz ta’ approċċ komuni
fir-rigward tat-tixrid tad-dejta satellitari fl-Unjoni, u tistabbilixxi wkoll
distinzjoni bejn dejta satellitari b'riżoluzzjoni baxxa u dejta satellitari
b’riżoluzzjoni għolja, fuq il-bażi tad-definizzjonijiet
tekniċi proposti. Il-proposta tistabbilixxi wkoll approċċ komuni
bbażat fuq it-tranżazzjonijiet u fuq il-metadejta
għall-valutazzjoni tat-tixrid tad-dejta satellitari b’riżoluzzjoni
għolja u għall-valutazzjoni ta' proċeduri trasparenti, filwaqt
li tħalli l-kwistjonijiet kollha mhux regolati għall-Istati Membri
f'livell nazzjonali, b'mod li dawn ikunu jistgħu jsolvuhom b'konformità
mat-tradizzjonijiet regolatorji nazzjonali (bħal pereżempju l-liċenzjar
u l-kontroll ta’ fornituri tad-dejta); –
F’termini ta’ proporzjonalità – permezz ta’
għażla bir-reqqa tal-elementi regolatorji li għandhom jiġu
allinjati, il-proposta tiżgura li l-azzjoni tal-Unjoni se tkun waħda
proporzjonata għall-problemi identifikati, u li l-miżuri preskritti
huma tassew dawk l-aktar xierqa sabiex jinkisbu l-għanijiet stabbiliti
fl-Artikolu 1 tad-Direttiva proposta. Filwaqt li jitqies il-fatt li
l-leġiżlazzjoni nazzjonali hija xierqa għal għadd ta’
kwistjonijiet operattivi, u li fl-istess ħin l-interessi leġittimi
tal-Istati Membri rigward is-sigurtà jistgħu jippermettu li jkun hemm
ċerta diverġenza fil-leġiżlazzjoni nazzjonali, ġie
argumentat li regolament li jissostitwixxi bis-sħiħ
il-leġiżlazzjoni nazzjonali eżistenti b’sistema tal-Unjoni li
tiġbor kollox fiha biss, la hija ġustifikata u lanqas ma hija
mixtieqa mill-Istati Membri. Bħala konsegwenza, direttiva kieku
tiggarantixxi l-flessibbiltà leġiżlattiva meħtieġa biex
l-azzjoni regolatorja tiġi limitata biss għall-armonizzazzjoni
tal-elementi regolatorji ewlenin li huma l-aktar rilevanti u li huma artikolati
biżżejjed, tar-reġim għall-kummerċjalizzazzjoni
tad-dejta satellitari ta’ osservazzjoni tad-Dinja. 4. IMPLIKAZZJONI
BAĠITARJA Il-proposta
ma għandhiex implikazzjonijiet għall-baġit operattiv.
Id-Dikjarazzjoni Finanzjarja mehmuża tindika l-impatt baġitarju
speċifiku. 2014/0176 (COD) Proposta għal DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U
TAL-KUNSILL dwar it-tixrid ta’ dejta satellitari ta’
osservazzjoni tad-Dinja għal għanijiet kummerċjali IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL
TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar
il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 114(1)
tiegħu, Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni
Ewropea, Wara t-trażmissjoni tal-abbozz tal-att
leġiżlattiv lill-Parlamenti nazzjonali, Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat
Ekonomiku u Soċjali Ewropew[3],
Filwaqt li jaġixxu skont
il-proċedura leġislattiva ordinarja, Billi: (1) Il-Komunikazzjoni
tal-Kummissjoni tat-28 ta' Frar 2013 “Ir-rilaxx tal-potenzjal
għat-tkabbir ekonomiku fis-settur spazjali”[4]
tidentifika, bħala wieħed mill-għanijiet ta’ politika
industrijali spazjali tal-UE, it-twaqqif ta’ qafas regolatorju koerenti sabiex
tittejjeb il-koerenza legali u sabiex jiġi inkoraġġut
il-ħolqien ta’ suq tal-Unjoni għall-prodotti u servizzi spazjali.
F’dan il-kuntest, il-Komunikazzjoni tirreferi b’mod partikolari
għat-twaqqif ta’ inizjattiva regolatorja possibbli għall-produzzjoni
u t-tixrid ta’ dejta satellitari b’riżoluzzjoni għolja għal
skopijiet kummerċjali. (2) Il-Konklużjonijiet
tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2013 dwar il-Komunikazzjoni dwar il-Politika
Industrijali Spazjali tal-UE jagħrfu l-ħtieġa li jiġu
eżaminati l-oqfsa legali eżistenti bil-ħsieb li jiġu
promossi s-sigurtà, is-sikurezza, is-sostenibbiltà u l-iżvilupp ekonomiku
tal-attivitajiet spazjali, u laqgħu l-intenzjoni tal-Kummissjoni li
tivvaluta l-ħtieġa għall-iżvilupp ta’ qafas
leġiżlattiv dwar l-ispazju biex ikun żgurat funzjonament tajjeb
tas-suq intern, filwaqt li jiġi osservat il-prinċipju
tas-sussidjarjetà. (3) Ir-Regolament ta' Delega
tal-Kummissjoni (UE) Nru 1159/2013[5]
jippermetti li din id-Direttiva teskludi mill-kamp ta’ applikazzjoni
tagħha dejta dedikata tal-Programm Ewropew ta' Monitoraġġ
tad-Dinja (GMES) u tal-Programm Copernicus. (4) S'issa, it-tixrid ta’ dejta
satellitari b’riżoluzzjoni għolja minn operaturi kummerċjali
kien qed jiġi rregolat b'mod individwali mill-Istati Membri fejn dawn
ikunu rreġistrati. (5) Ma kien hemm ebda
approċċ komuni fil-livell regolatorju nazzjonali rigward
it-trattament ta’ dejta satellitari b’riżoluzzjoni għolja u għal
servizzi u prodotti bbażati fuq din id-dejta. Dan iwassal għal qafas
regolatorju tal-Unjoni frammentat, u li hu karatterizzat minn nuqqas ta’
koerenza, trasparenza u prevedibbiltà, li b'hekk kien qed ifixkel lis-suq milli
jiżviluppa l-potenzjal sħiħ tiegħu. (6) L-għadd ta’ Stati Membri
b’kapaċitajiet ta’ dejta b'riżoluzzjoni għolja qed jiżdied,
u l-oqfsa regolatorji nazzjonali qed isiru dejjem iktar varjati. Bħala
konsegwenza, il-frammentazzjoni tal-qafas regolatorju toħloq ostakli
ġodda għas-suq intern, u ostakoli ikbar għall-kompetittività. (7) Sabiex dawn il-problemi
jingħelbu, din id-Direttiva għandha tiżgura l-funzjonament u
l-iżvilupp kif suppost tas-suq intern għal prodotti u servizzi ta'
dejta satellitari b’riżoluzzjoni għolja u l-prodotti derivati
tagħhom permezz tat-twaqqif ta' qafas legali trasparenti, ġust u
konsistenti fl-Unjoni kollha. L-approssimazzjoni tal-leġiżlazzjoni
tal-Istati Membri fil-qasam tat-tixrid ta’ dejta satellitari
b’riżoluzzjoni għolja sabiex tiġi żgurata l-koerenza
fir-rigward tal-proċeduri għall-kontroll tat-tixrid tagħha
għandha tnaqqas l-ostakoli burokratiċi għall-industrija u tiffaċilita
l-konformità mal-kundizzjonijiet leġiżlattivi. Din id-Direttiva
ttejjeb il-prevedibbiltà tan-negozju, minħabba li permezz tagħha se
jkun hemm kundizzjonijiet aktar ċari għat-twaqqif u għall-operat
ta’ negozji. (8) Suq intern li jiffunzjona
għall-prodotti u s-servizzi tad-dejta satellitari b’riżoluzzjoni
għolja u l-prodotti derivati tagħhom kieku jinkoraġġixxi
l-iżvilupp ta' industrija spazjali u tas-servizzi kompetittiva tal-Unjoni,
jimmassimizza l-opportunitajiet għall-intrapriżi tal-Unjoni biex dawn
ikunu jistgħu jiżviluppaw u jipprovdu sistemi u servizzi innovattivi
għall-osservazzjoni tad-Dinja, u jippromwovi l-użu tad-dejta
satellitari b’riżoluzzjoni għolja. Għalhekk, jeħtieġ
li jkun hemm standard komuni tal-Unjoni għad-dejta satellitari
b’riżoluzzjoni għolja li jirrefletti wkoll ir-riskji li jirriżultaw
minn rilaxx involontarju ta’ dejta satellitari b’riżoluzzjoni għolja. (9) Sabiex jiġi introdott
standard komuni tal-Unjoni għad-dejta satellitari b’riżoluzzjoni
għolja, għandha tiġi pprovduta definizzjoni ta’ dejta
satellitari b’riżoluzzjoni għolja bbażata fuq
il-kapaċitajiet tekniċi tas-sistema ta’ osservazzjoni tad-Dinja u
tas-sensers u l-modalitajiet tas-sensers li jintużaw biex tiġi
ġġenerata din id-dejta ta’ osservazzjoni tad-Dinja.
Il-kapaċitajiet tekniċi tas-sistema ta’ osservazzjoni tad-Dinja, u
s-sensers u l-modalitajiet tas-sensers tagħha li għandhom jiġu
kkunsidrati huma r-riżoluzzjoni spettrali, il-kopertura spettrali,
ir-riżoluzzjoni spazjali, ir-riżoluzzjoni radjumetrika,
ir-riżoluzzjoni temporali u l-preċiżjoni pożizzjonali.
Id-definizzjoni għandha tkun ibbażata fuq id-disponibbiltà ta’ dejta
simili ta’ osservazzjoni tad-Dinja fis-swieq globali, u għandha tkun
imsejsa fuq il-ħsara potenzjali għall-interessi, inkluż
l-interessi tas-sigurtà interna u esterna, tal-Unjoni jew tal-Istati Membri li
jistgħu jirriżultaw mit-tixrid tad-dejta ta’ osservazzjoni tad-Dinja.
Din id-definizzjoni tippermetti wkoll li ssir l-identifikazzjoni tad-dejta
satellitari ta’ osservazzjoni tad-Dinja, għajr dik ta’ riżoluzzjoni
għolja, u hija l-bażi biex tiġi ggarantita
ċ-ċirkolazzjoni libera ta’ din id-dejta fuq il-bażi tal-fatt li
ma għandiex il-potenzjal li tikkawża ħsara għall-interessi
msemmija hawn fuq. (10) Il-possibbiltà li jiġu
evalwati l-fatturi varjabbli rilevanti kollha fit-tixrid tad-dejta satellitari
b’riżoluzzjoni għolja għandha tippermetti li ssir valutazzjoni
preċiża li tippromwovi l-użu tad-dejta satellitari
b’riżoluzzjoni għolja, u b’hekk toħloq l-ikbar
vantaġġi kummerċjali għan-negozji involuti. F’termini ta’
sigurtà, valutazzjoni tat-tixrid hija aktar effiċjenti minn valutazzjoni
bbażata biss fuq id-dejta satellitari b’riżoluzzjoni għolja
nnifisha. (11) L-iskrinjar tad-dejta
satellitari b’riżoluzzjoni għolja meta tidħol fis-suq
għall-ewwel darba bħala parti minn proċedura ta’ skrinjar
għandu jiggarantixxi l-promozzjoni tal-użu tad-dejta satellitari
b’riżoluzzjoni għolja, u għandu jiggarantixxi wkoll
it-tisħiħ tas-swieq tal-osservazzjoni tad-Dinja fl-Unjoni filwaqt li
tiġi evitata ħsara għall-interessi tal-Unjoni jew ta’ Stat
Membru wieħed jew aktar. Il-kriterji għall-proċedura ta’
skrinjar għandhom jikkunsidraw il-fatturi rilevanti kollha tat-tixrid
tad-dejta satellitari b’riżoluzzjoni għolja, sabiex jiġi
żgurat li l-Istati Membri jkunu jistgħu jistabbilixxu
l-kundizzjonijiet l-iktar xierqa skont l-ispeċifikazzjonijiet ta’ dawk
il-kriterji billi jgħaqqdu flimkien l-istandards li jirriżultaw fi
ħdan l-aktar proċedura xierqa. Il-kriterji għandhom jiddeskrivu
l-metadejta tat-tixrid ippjanat, u dan għandu jiżgura li l-iskrinjar
jista’ jsir mingħajr ma ssir valutazzjoni tad-dejta satellitari
b’riżoluzzjoni għolja, u li b'hekk l-iskrinjar jista’ jsir qabel
il-ġenerazzjoni u t-tixrid tad-dejta. Permezz, b’mod partikolari,
tat-trasparenza tagħha u l-kapaċità tagħha li twassal
riżultati ċari li jippermettu implimentazzjoni rapida u awtomatika,
li jagħmel minnha sistema effiċjenti ta’ filtrazzjoni,
il-proċedura ta’ skrinjar għandha trawwem l-użu kummerċjali
tad-dejta satellitari b’riżoluzzjoni għolja u tan-negozji involuti. (12) Sabiex jiġi żgurat
li l-ħtiġijiet amministrattivi u tan-negozju jkunu jistgħu
jiġu ssodisfati bl-aktar mod effettiv u effiċjenti, l-Istati Membri
jistgħu jippermettu li l-proċedura ta’ skrinjar titwettaq
mill-fornitur tad-dejta stess, jew minn kwalunkwe entità privata xierqa
oħra. (13) Filwaqt li ċerti kriterji
u regoli operattivi tal-proċedura ta’ skrinjar għandhom
jagħmluha possibbli li jsir tixrid ta’ dejta bis-satellita
b’riżoluzzjoni għolja fil-maġġoranza l-kbira
tal-każijiet, xorta waħda għad hemm il-ħtieġa li jkun
hemm proċedura ta’ awtorizzazzjoni li għandha, fuq bażi ta’
każ b’każ, twettaq valutazzjoni fil-fond li fiha jitqiesu
ċ-ċirkostanzi kollha tal-każ individwali, sabiex jiġi
inkoraġġut it-tixrid tad-dejta satellitari b’riżoluzzjoni
għolja. Din id-Direttiva telenka l-interessi li fuq il-bażi
tagħhom jista' jiġi bbażat rifjut. (14) Fid-dawl tal-proċeduri
amministrattivi stabbiliti fl-Istati Membri bl-għan li jkun hemm
konformità ma’ din id-Direttiva, u b’mod partikolari fid-dawl
tal-proċedura ta’ awtorizzazzjoni, l-Istati Membri għandhom
jirrispettaw il-proċess amministrattiv ġust. (15) Sabiex tiġi żgurata
ċ-ċirkolazzjoni libera tad-dejta satellitari b’riżoluzzjoni
għolja li tkun ġiet iġġenerata minn sistemi ta'
osservazzjoni tad-Dinja li jkunu mħaddma minn pajjiżi terzi, din
id-Direttiva tistipula l-kundizzjonijiet skont liema l-Istati Membri ma
għandhomx jipprojbixxu, jirrestrinġu jew ifixklu
ċ-ċirkolazzjoni libera ta’ dik id-dejta. (16) Sabiex ikun jista'
jinżamm il-pass mal-iżviluppi teknoloġiċi u
mad-disponibbiltà fis-swieq globali tad-dejta satellitari b’riżoluzzjoni
għolja, hemm dispożizzjoni dwar ir-reviżjoni ta’ din
id-Direttiva fuq bażi regolari. (17) Sabiex il-Kummissjoni tkun
tista' timmonitorja l-proċess ta’ implimentazzjoni, l-Istati Membri
għandhom ikunu meħtieġa jipprovdu lill-Kummissjoni
l-informazzjoni meħtieġa biex tkun tista' ssir valutazzjoni tas-suq
tal-Unjoni tad-dejta satellitari b’riżoluzzjoni għolja. (18) Din id-Direttiva la taffettwa
l-kompetenza tal-Istati Membri fil-qasam tal-politika barranija u tas-sigurtà
nazzjonali, u lanqas ma għandha tiġi interpretata b’mod li
jipprevjeni lill-Istati Membri milli jeżerċitaw il-kompetenzi
tagħhom f’dan il-qasam u milli jikkunsidraw l-interessi tal-Unjoni
fir-rigward tal-politika barranija u tas-sigurtà tagħha. (19) Id-dispożizzjonijiet ta’
din id-Direttiva għandhom ikunu mingħajr ħsara
għall-applikazzjoni tar-regoli ġenerali dwar il-liġi
kuntrattwali, u dwar kull liġi oħra rilevanti f’oqsma oħra,
inklużi l-liġijiet dwar il-kompetizzjoni, dwar id-drittijiet tal-proprjetà
intellettwali jew industrijali, dwar il-kunfidenzjalità, dwar is-sigrieti
tan-negozju, dwar il-privatezza u dwar id-drittijiet tal-konsumatur. (20) Id-Direttiva 2006/123/KE
tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[6]
għandha tapplika għas-servizz ta’ tixrid ta’ dejta satellitari
b'riżoluzzjoni għolja ta’ osservazzjoni tad-Dinja għal skopijiet
kummerċjali. F'każ li jkun hemm kunflitt bejn dispożizzjoni
tad-Direttiva 2006/123/KE u dispożizzjoni ta’ din id-Direttiva, għandhom
jieħdu preċedenza d-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva. (21) Din id-Direttiva ma
għandhiex tapplika għal ebda servizz mogħti bejn l-operaturi
tas-satelliti u l-fornituri tad-dejta, li jippermetti lil dan
tal-aħħar li jkollu aċċess għad-dejta satellitari
b’riżoluzzjoni għolja. Sakemm il-fornitur tad-dejta jipprovdi servizz
lis-sistema ta’ osservazzjoni tad-Dinja, l-għoti tal-kuntratt rispettiv
lill-fornitur tad-dejta għandu jikkonforma mal-leġiżlazzjoni
applikabbli dwar l-akkwist pubbliku. (22) Huma applikabbli
l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-protezzjoni ta’ individwi
fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali u fir-rigward tal-moviment
liberu ta’ tali dejta, u b’mod partikolari d-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament
Ewropew u tal-Kunsill[7],
u r-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[8] tat-18 ta’
Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward
tal-ipproċessar ta’ dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi
tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta’ dak id-dejta u dwar il-moviment
liberu ta’ dik id-dejta. (23) Peress li l-għan ta’ din
id-Direttiva, jiġifieri l-iżgurar tal-funzjonament tas-suq intern
tad-dejta ta’ osservazzjoni tad-Dinja, ma jistax jinkiseb sew mill-Istati
Membri, kif jidher mid-diverġenzi u mill-frammentazzjoni tar-regolament
nazzjonali eżistenti, iżda jista' pjuttost, billi jitnaqqsu l-ostakli
burokratiċi u jittejbu l-kundizzjonijiet għan-negozji, jinkiseb
aħjar fil-livell tal-Unjoni, huwa proporzjonat li jiġu adottati
miżuri fil-livell tal-Unjoni skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif
stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont
il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, din
id-Direttiva ma taqbiżx il-limiti ta' dak li huwa meħtieġ biex
jintlaħaq dak l-għan. (24) B'konformità mad-Dikjarazzjoni
Politika Konġunta tat-28 ta' Settembru 2011 tal-Istati
Membri u l-Kummissjoni dwar id-dokumenti ta’ spjegazzjoni[9], l-Istati Membri
refgħu r-responsabbiltà li jakkumpanjaw, f’każijiet ġustifikati,
in-notifika tal-miżuri ta’ traspożizzjoni tagħhom b’dokument
wieħed jew iktar li jispjega(w) ir-relazzjoni bejn il-komponenti ta’
direttiva u l-partijiet korrispondenti tal-istrumenti ta’ traspożizzjoni
nazzjonali. Fir-rigward ta' din id-Direttiva, il-leġiżlatur iqis
it-trażmissjoni ta' dawn id-dokumenti bħala ġustifikata; ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA: Artikolu 1
Għan u suġġett (1)
L-għan ta’ din id-Direttiva huwa li jiġi
stabbilit is-suq intern għal dejta ta’ osservazzjoni tad-Dinja permezz
tal-armonizzazzjoni ta’ ċerti regoli għat-tixrid ta' tali dejta. (2)
Għall-fini stabbilit fil-paragrafu 1, din
id-Direttiva tistabbilixxi r-regoli u l-proċeduri dwar it-tixrid ta’ dejta
satellitari ta’ osservazzjoni tad-Dinja. Artikolu 2
Kamp ta' Applikazzjoni (1)
Din id-Direttiva għandha tapplika
għat-tixrid tad-dejta ta’ osservazzjoni tad-Dinja iġġenerata
minn sistemi ta' osservazzjoni tad-Dinja. (2)
Din id-Direttiva ma taffettwax it-tixrid tad-dejta
ta’ osservazzjoni tad-Dinja iġġenerata mis-sistemi ta' osservazzjoni
tad-Dinja li huma: (a)
dejta esklużivament għall-GMES skont
ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni[10]
(UE) Nru 1159/2013 u skont ir-Regolament (UE) Nru 911/2010 tal-Parlament
Ewropew u tal-Kunsill[11],
u dejta li hija soġġetta għall-politika rispettiva dwar id-dejta
u l-informazzjoni; (b)
Dejta esklużivament għall-missjonijiet
Copernicus skont [COM NB][12]
u skont ir-Regolament (UE) Nru 377/2014 tal-Parlament u tal-Kunsill[13] u li hija
soġġetta għall-politika ta' sigurtà tad-dejta tal-programm
Copernicus. (3)
Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika
għat-tixrid tad-dejta satellitari msemmija fil-paragrafu 1 meta tali
tixrid jitwettaq mill-Unjoni jew f’isimha, u jiġi ssorveljat, mill-Unjoni jew
minn Stat Membru wieħed jew aktar, u meta tali tixrid isir għal
skopijiet ta’ sigurtà u difiża. Artikolu 3
Definizzjonijiet Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva,
għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin: (1)
“sistema ta' osservazzjoni tad-Dinja” tfisser
sistema ta' trasport orbitali, satellita jew kostellazzjoni ta’ satelliti li
għandha l-kapaċità li tiġġenera d-dejta ta’ osservazzjoni
tad-Dinja permezz ta' senser wieħed jew aktar; (2)
“dejta ta’ osservazzjoni tad-Dinja” tfisser dejta
pproċessata minn sinjali ġġenerati minn senser wieħed jew
aktar ta’ sistema ta' osservazzjoni tad-Dinja, kif ukoll minn informazzjoni
derivata minnhom, irrispettivament mil-livell tagħhom ta’ pproċessar
u mit-tip ta’ ħażna jew ta' rappreżentanza; (3)
“dejta satellitari b’riżoluzzjoni għolja”
tfisser dejta ta’ osservazzjoni tad-Dinja kif iddefinita fl-Artikolu 4; (4)
“fornitur tad-dejta” tfisser persuna fiżika
jew ġuridika li, jew b'mod dirett jew permezz tal-operatur ta’ sistema ta'
osservazzjoni tad-Dinja, għandha aċċess għal dejta satellitari
b’riżoluzzjoni għolja li ma tkunx għaddiet mill-proċeduri
ta' skrinjar u ta’ awtorizzazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 7 u fl-Artikolu 8, u
li xxerred din id-dejta fuq talba tal-klijent tagħha jew fuq inizjattiva
tagħha stess; (5)
“senser” tfisser parti minn sistema ta'
osservazzjoni tad-Dinja li tirreġistra l-mewġ elettromanjetiku ta’
kull medda spettrali jew kamp gravitazzjonali li jiġġenera d-dejta
ta’ osservazzjoni tad-Dinja; (6)
“modalità ta' senser” tfisser il-mod li bih senser
wieħed jew għadd ta' sensers jiġġeneraw id-dejta ta’
osservazzjoni tad-Dinja fir-rigward ta' akkwist speċifiku ta’ dejta ta’
osservazzjoni tad-Dinja; (7)
“tixrid” tfisser l-azzjoni li biha d-dejta
satellitari b’riżoluzzjoni għolja ġġenerata mis-sistemi ta'
osservazzjoni tad-Dinja tiġi magħmula aċċessibbli għal
kwalunkwe parti terza minn fornitur tad-dejta; (8)
“tixrid sensittiv” tfisser tixrid li jista’
jikkawża livelli differenti ta’ ħsara għall-interessi,
inkluż għall-interessi ta' sigurtà interna u esterna, tal-Unjoni jew
tal-Istati Membri. Artikolu 4
Definizzjoni tad-dejta satellitari b’riżoluzzjoni għolja Id-dejta satellitari b’riżoluzzjoni għolja hija ddefinita fuq
il-bażi ta’ speċifikazzjonijiet tekniċi preċiżi. Dawn
l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi huma stabbiliti fl-Anness. Artikolu 5
It-tixrid tad-dejta ta’ osservazzjoni tad-Dinja L-Istati Membri ma
għandhomx jipprojbixxu, jirrestrinġu jew b'xi mod ieħor ifixklu
t-tixrid jew iċ-ċirkolazzjoni libera ta’ dejta oħra li mhijiex
dejta satellitari b’riżoluzzjoni għolja, għal raġunijiet
relatati mal-fatt li t-tixrid ikun meqjus bħala li hu ta' natura
sensittiva. Artikolu 6
It-tixrid tad-dejta satellitari b’riżoluzzjoni għolja (1)
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li
fit-territorju tagħhom ma jsir ebda tixrid ta' dejta satellitari
b’riżoluzzjoni għolja ġġenerata minn sistemi ta'
osservazzjoni tad-Dinja mħaddma mit-territorju ta’ Stat Membru
mingħajr ma jkun hemm fis-seħħ monitoraġġ xieraq
mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti. (2)
L-Istati Membri għandhom jiżguraw, fejn
ikun hemm fornitur tad-dejta fit-territorju tagħhom, li t-tixrid tad-dejta
msemmija fil-paragrafu 1 isir b’konformità mal-proċeduri ta' skrinjar u
ta’ awtorizzazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 7 u fl-Artikolu 8. (3)
L-Istati Membri ma għandhomx jipprojbixxu,
jirrestrinġu jew ifixklu ċ-ċirkolazzjoni libera ta’ dejta
satellitari b’riżoluzzjoni għolja għal raġunijiet
ibbażati fuq il-fatt li t-tixrid huwa meqjus bħala sensittiv,
f'każijiet meta t-tixrid ikun ġie approvat b'konformità
mal-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 7 u fl-Artikolu 8. Artikolu 7
Il-proċedura ta’ skrinjar (1)
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull
tixrid tad-dejta stipulata fl-Artikolu 6(1) fit-territorju tagħhom
ikun soġġett għal proċedura ta’ skrinjar (2)
Il-proċedura ta’ skrinjar għandha
tistabbilixxi jekk it-tixrid huwiex ta' natura mhux sensittiva, u jekk dan
jistax jitwettaq mingħajr awtorizzazzjoni ulterjuri, jew jekk it-tixrid
huwiex meqjus bħala sensittiv u b'hekk jeħtieġ awtorizzazzjoni
skont l-Artikolu 8. (3)
Il-proċedura ta’ skrinjar għandha
tippermetti li ssir analiżi ex-ante bbażata fuq il-metadejta,
u għandha tikkonsisti mill-analiżi tal-kriterji li ġejjin
fir-rigward tat-tixrid ippjanat: (a)
l-identità tal-parti li titlob id-dejta ta’
osservazzjoni tad-Dinja; (b)
il-persuni u l-kategoriji ta’ persuni li jista’
jkollhom aċċess għad-dejta ta’ osservazzjoni tad-Dinja; (c)
il-karatteristiċi tal-informazzjoni
rappreżentata mid-dejta ta’ osservazzjoni tad-Dinja miksuba bħala
riżultat tal-operat u tal-ipproċessar tas-sensers; (d)
l-erja fil-mira rappreżentata minn dejta ta’
osservazzjoni tad-Dinja; (e)
il-ħin ta' meta tkun ġiet
iġġenerata d-dejta ta’ osservazzjoni tad-Dinja, u d-differenza
fil-ħin bejn meta tkun ġiet iġġenerata d-dejta u l-ħin
ippjanat għat-tixrid; (f)
l-istazzjonijiet terrestri li jirċievu d-dejta
li lejhom tkun se tiġi trażmessa mis-satellita d-dejta ta'
osservazzjoni tad-Dinja. (4)
L-Istati Membri għandhom jispeċifikaw
il-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 3, u għandhom jistabbilixxu kif
ir-regoli operazzjonali g għandhom jintgħaqdu flimkien
fil-proċedura ta' skrinjar.
L-ispeċifikazzjoni tal-kriterji u tar-regoli operazzjonali għandha
ssir jsir abbażi ta’ dan li ġej: (a)
id-disponibbiltà ta’ dejta simili ta’ osservazzjoni
tad-Dinja fis-swieq globali; (b)
il-ħsara possibbli għall-interessi,
inklużi l-interessi tas-sigurtà interna u esterna, tal-Unjoni jew
tal-Istati Membri li jistgħu jirriżultaw mit-tixrid tad-dejta ta’
osservazzjoni tad-Dinja. (5)
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li
l-kriterji u r-regoli operazzjonali jkunu disponibbli għall-pubbliku, li
jkunu speċifikati u stabbiliti b’mod mhux diskriminatorju u li ma
jipprovdux għal diskrezzjoni dwar jekk it-tixrid ikunx meqjus bħala
sensittiv jew mhux sensittiv. (6)
L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw
l-identità tal-entità rilevanti pubblika jew privata responsabbli
għat-twettiq tal-proċedura ta' skrinjar. Din l-entità għandha
tinnotifika r-riżultati tal-proċedura ta’ skrinjar lill-parti li
tippreżenta t-talba mingħajr dewmien. Artikolu 8
Proċedura ta’ awtorizzazzjoni (1)
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu
proċedura ta’ awtorizzazzjoni li permezz tagħha t-tixrid li jkun
meqjus bħala sensittiv skont il-proċedura ta’ skrinjar stabbilita
fl-Artikolu 7 jkun jista' jiġi awtorizzat mill-awtorità pubblika
nazzjonali kompetenti. (2)
Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-fornitur
tad-dejta li hu interessat f'tixrid ta' natura sensittiva għandu
jippreżenta applikazzjoni lill-awtorità nazzjonali kompetenti. (3)
L-awtorità nazzjonali kompetenti tista’ tirrifjuta
t-talba għal awtorizzazzjoni tat-tixrid ta’ dejta satellitari
b’riżoluzzjoni għolja jekk jidhrilha li t-tixrid jista’ jipperikola
kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin: (a)
l-interessi essenzjali tas-sigurtà tal-Unjoni jew
ta’ Stat Membru; (b)
l-interessi fondamentali tal-politika barranija
tal-Unjoni jew ta’ Stat Membru; (c)
l-interessi pubbliċi essenzjali tas-sigurtà
tal-Unjoni jew ta’ Stat Membru. (4)
Jekk l-awtorità nazzjonali kompetenti tistabbilixxi
li l-ebda waħda mir-raġunijiet imsemmija fil-paragrafu 3
għar-rifjut tat-talba ma tkun applikabbli, hija għandha tawtorizza
t-tixrid inkwistjoni. (5)
Meta tawtorizza talba, l-awtorità nazzjonali
kompetenti tista’ timponi ċerti kondizzjonijiet biex tiġi
żgurata l-konformità mal-għanijiet stipulati fil-paragrafu 3. Kull
kundizzjoni ta' dan it-tip għandha tkun ibbażata fuq kriterji
oġġettivi, u ma għandhiex tkun ta' natura diskriminatorja. (6)
Meta tawtorizza talba, l-awtorità nazzjonali
kompetenti tista’ tiddeċiedi li tikkonsulta lill-awtorità nazzjonali
kompetenti tal-Itat Membru li jkun ikkonċernat mill-ewwel tixrid tad-dejta
satellitari b’riżoluzzjoni għolja. (7)
L-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw it-tixrid
ta' dejta fuq bażita' ħin regolari, jew ta’ żoni kbar, fi
proċedura amministrattiva waħda. (8)
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li
l-awtorità nazzjonali kompetenti tieħu d-deċiżjoni msemmija
fil-paragrafu 3 mill-aktar fis possibbli, u mhux aktar tard minn sebat ijiem
wara li tirċievi l-applikazzjoni msemmija fil-paragrafu 2. L-awtorità
nazzjonali kompetenti għandha tinnotifika dik id-deċiżjoni
lill-fornitur tad-dejta. (9)
L-Istati Membri għandhom jipprevedu
l-possibbiltà li jsir appell kontra d-deċiżjoni tal-awtorità
nazzjonali kompetenti msemmija fil-paragrafi 3 u 5. (10)
L-Istati Membri jistgħu jimponu ħlasijiet
għat-talbiet imsemmija fil-paragrafu 2, sakemm dawn ikunu raġonevoli
u proporzjonati għall-ispejjeż tal-proċedura ta’ awtorizzazzjoni
għall-awtorità nazzjonali kompetenti. Artikolu 9
Dejta satellitari b’riżoluzzjoni għolja minn pajjiżi terzi L-Istati Membri ma għandhomx
jipprojbixxu, jirrestrinġu jew ifixklu ċ-ċirkolazzjoni libera
tad-dejta satellitari b’riżoluzzjoni għolja ġġenerata minn
sistemi ta' osservazzjoni tad-Dinja mħaddma minn pajjiżi terzi
minħabba li tkun meqjusa bħala sensittiva, meta
ċ-ċirkolazzjoni tad-dejta satellitari b’riżoluzzjoni għolja
tkun ġiet awtorizzata u tkun soġġetta għal
superviżjoni effettiva mill-awtorità nazzjonali kompetenti tal-Istat
Membru fejn ikun stabbilit il-fornitur tad-dejta li jkun qed ixerred id-dejta
satellitari b’riżoluzzjoni għolja. Artikolu 10
Awtoritajiet nazzjonali kompetenti (1)
L-Istati Membri għandhom jinnominaw awtorità
nazzjonali kompetenti jew awtoritajiet nazzjonali kompetenti responsabbli
għall-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva. (2)
Għall-finijiet tal-Artikolu 8 l-awtorità
nazzjonali kompetenti għandha tkun l-awtorità nazzjonali kompetenti
tal-Istat Membru fejn ikun stabbilit il-fornitur tad-dejta. Artikolu 11
Rappurtaġġ mill-Istati Membri (1)
L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw
l-informazzjoni li ġejja lill-Kummissjoni: (a)
lista ta’ sistemi ta' osservazzjoni tad-Dinja li
jiġġeneraw dejta satellitari b’riżoluzzjoni għolja u li
jkunu mħaddma mit-territorju tagħhom u mill-operatur tas-satellita
rispettiv tagħhom; (b)
lista tal-fornituri tad-dejta fit-territorju
tagħhom; (c)
l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti maħtura
msemmija fl-Artikolu 10. (2)
L-Istati Membri għandhom, fuq bażi
annwali, jittrażmettu lill-Kummissjoni l-informazzjoni statistika dwar
il-proċedura ta’ skrinjar imsemmija fl-Artikolu 7, kif ukoll
il-proċedura ta’ awtorizzazzjoni fl-Artikolu 8, inkluż
l-informazzjoni li ġejja: (a)
l-għadd totali tat-tranżazzjonijiet ta'
dejta li jkunu ġew skrinjati; (b)
il-perċentwal ta’ proċeduri ta’ skrinjar
li bħala riżultat iwasslu tixrid mhux sensittiv u tixrid sensittiv; (c)
il-perċentwal ta’ partijiet li jitolbu dejta
ta’ osservazzjoni tad-Dinja skont l-Artikolu 7(3)(a) minn żoni
domestiċi, minn żoni fl-UE, minn żoni transkonfinali u minn
żoni mhux fl-Unjoni; (d)
l-għadd totali ta’ applikazzjonijiet
għall-awtorizzazzjoni; (e)
il-perċentwal ta’ rifjuti ta’
awtorizzazzjonijiet għat-tixrid. (3)
L-Istati Membri għandhom jagħmlu
l-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 disponibbli f’format elettroniku. Artikolu 12
Reviżjoni Il-Kummissjoni għandha tippreżenta
lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar l-implimentazzjoni ta’ din
id-Direttiva fi żmien tliet snin mid-data ta' skadenza tal-perjodu ta'
traspożizzjoni stipulat fl-Artikolu 13. Artikolu 13
Traspożizzjoni (1)
L-Istati Membri għandhom idaħħlu
fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet
amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa
mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2017. Huma
għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet
lill-Kummissjoni. (2)
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk
id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jirreferu għal din
id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati mit-tali referenza waqt il-pubblikazzjoni
uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif
għandha ssir it-tali referenza. (3)
L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw
lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi
nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva. Artikolu 14
Dħul fis-seħħ Din id-Direttiva għandha tidħol
fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha
f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Artikolu 15
Lil min hija indirizzata Din
id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmul fi Brussell, Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill Il-President Il-President DIKJARAZZJONI FINANZJARJA
SIMPLIFIKATA (trid tintuża
għal kull deċiżjoni interna tal-Kummissjoni li jkollha sinifikat
ġenerali u b'impatt baġitarju fuq l-approprjazzjonijiet ta' natura
amministrattiva jew fuq ir-riżorsi umani, meta l-użu ta' kull tip
ieħor ta' dikjarazzjoni finanzjarja ma jkunx xieraq – l-Artikolu 27
tar-Regoli Interni) 1 Titolu tal-abbozz tad-Deċiżjoni: DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar it-tixrid ta’ dejta satellitari ta’ osservazzjoni tad-Dinja
għal għanijiet kummerċjali 2 Qasam jew oqsma ta' politika u attività jew attivitajiet tal-ABB
ikkonċernati: L-oqsma ta' politika: L-ispazju u s-suq intern. ABB: Ir-riżorsi umani u nfiq amministrattiv ieħor. 3 Bażi ġuridika ¨ Awtonomija amministrattiva X Oħrajn
(speċifika): L-Artikolu 114 tat-TFUE 4 Deskrizzjoni u raġunijiet: B'konformità mal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-Politika
Industrijali Spazjali tal-UE “Ir-rilaxx tal-potenzjal għat-tkabbir
ekonomiku fis-settur spazjali”, ta' Frar 2013, id-DĠ ENTR ħejja
abbozz ta' proposta għal Direttiva dwar it-tixrid tad-dejta satellitari
ta' osservazzjoni tad-Dinja għal skopijiet kummerċjali. Id-Direttiva
għandha l-għan li tiżgura l-funzjonament u l-iżvilupp kif
suppost tas-suq intern għal prodotti u servizzi ta' dejta satellitari
kummerċjali permezz tat-twaqqif ta' qafas legali trasparenti, prevedibbli,
ġust u koerenti fl-Istati Membri kollha. 5 It-tul ta' żmien u l-impatt finanzjarju previst: 5.1 Perjodu ta' applikazzjoni: ¨ Deċiżjoni b'tul ta'
żmien limitat: deċiżjoni fis-seħħ minn [data]
sa [data] X Deċiżjoni b'tul ta'
żmien indefinit: fis-seħħ mill-01.01.2015 5.2 Impatt
baġitarju stmat
L-abbozz tad-Deċiżjoni jimplika: ¨ iffrankar X spejjeż
addizzjonali (jekk hemm, speċifika l-intestatura jew l-intestaturi
tal-qafas finanzjarju pluriennali kkonċernat): Intestatura 5 Imla t-tabella tal-istima tal-impatt
finanzjarju fl-Anness għall-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva
jew għar-riżorsi umani. Jekk l-abbozz tad-Deċiżjoni jkun
ta’ tul ta’ żmien indefinit, il-kosti għandhom jiġu indikati
għal kull sena ta’ żvilupp u mbagħad għal kull sena ta’
ħidma b’kapaċità sħiħa (fil-kolonna “Kost totali/annwali”).
5.3 Kontribuzzjonijiet
minn partijiet terzi għall-finanzjament tal-abbozz
tad-Deċiżjoni: Jekk il-proposta
tipprevedi kofinanzjament mill-Istati Membri jew minn korpi oħra (jekk
jogħġbok speċifika liema), għandha tingħata stima
tal-livell ta' kofinanzjament, jekk ikun magħruf. approprjazzjonijiet f’miljuni ta’ EUR (sa tliet punti
deċimali) || Sena n || Sena n+1 || Sena n+2 || Sena n+3 || Sena n+4 || Sena n+5 || Sena n+6 || Total Speċifika l-kofinanzjament sors/korp || || || || || || || || TOTAL ta' approprjazzjonijiet kofinanzjati || || || || || || || || 5.4 Spjegazzjoni taċ-ċifri: L-ispejjeż medji tal-persunal jidhru
f'qiegħ il-paġna
http://www.cc.cec/budg/pre/legalbasis/pre-040-020_preparation_en.html Il-proposta ma għandhiex implikazzjonijiet baġitarji
f'termini ta' approprjazzjonijiet operazzjonali jew approprjazzjonijiet
għall-implimentazzjoni amministrattiva. L-implikazzjonijiet baġitarji
huma limitati għal riżorsi umani u nfiq amministrattiv ieħor
imġarrab mill-Kummissjoni biex tiżgura l-implimentazzjoni tal-obbligi
tagħha skont l-istrument legali propost, jiġifieri
l-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u, jekk xieraq, ir-reviżjonijiet
jew l-aġġornamenti tal-atti leġiżlattivi. Bħala total,
l-implikazzjonijiet baġitarji huma żgħar ħafna u se jkunu
limitati għal madwar EUR 0,3 miljun matul il-QFP 2014 – 2020. 6 Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali: X Il-proposta
hija kompatibbli mal-ipprogrammar finanzjarju eżistenti. ¨ Il-proposta se timplika l-ipprogrammar mill-ġdid
tal-intestatura rilevanti fil-qafas finanzjarju pluriennali. ¨ Il-proposta tirrikjedi l-użu tal-istrument ta' flessibbiltà
jew ir-rieżami tal-qafas finanzjarju pluriennali[14]. 7 L-impatt tal-iffrankar jew ta' xi spejjeż addizzjonali fuq
l-allokazzjoni tar-riżorsi: X Ir-riżorsi li jridu jinkisbu
permezz ta' riallokazzjoni interna fid-dipartimenti ¨ Ir-riżorsi diġà allokati lid-dipartiment(i)
ikkonċernat(i) ¨ Ir-riżorsi li jridu jintalbu matul il-proċedura ta'
allokazzjoni li jmiss Ir-riżorsi
umani u amministrattivi meħtieġa se jkunu koperti mill-allokazzjoni
li tista' tingħata lid-DĠ ta' ġestjoni skont il-proċedura
ta' allokazzjoni annwali fid-dawl tar-restrizzjonijiet baġitarji
eżistenti. ANNESS: L-IMPATT FINANZJARJU STMAT (iffrankar jew spejjeż addizzjonali)
GĦALL-APPROPRJAZZJONIJIET TA' NATURA AMMINISTRATTIVA JEW
GĦAR-RIŻORSI UMANI FTE=Ekwivalenti għall-Full-Time XX hija l-qasam ta' politika jew it-titolu
kkonċernat Miljuni ta'
EUR (sa tliet punti deċimali) FTE f'persuni/sena || Sena || Sena || Sena || Sena || Sena || Sena || Sena || Total N (2014) || n+1 || n+2 || n+3 || n+4 || n+5 || n+6 Intestatura 5 || FTE || approp. || FTE || approp. || FTE || approp. || FTE || approp. || FTE || approp. || FTE || approp. || FTE || approp. || || Karigi fil-pjan tal-Istabbiliment (uffiċjali u/jew persunal temporanju) XX 01 01 01 (Il-Kwartieri Ġenerali u l-Uffiċċji ta' Rappreżentazzjoni tal-Kummissjoni) || || || || || || || 0.25 || 0.033 || 0.25 || 0.033 || 0.25 || 0.033 || 0.25 || 0.033 || 1 AD || 0.132 XX 01 01 02 (Delegazzjonijiet) || || || || || || || || || || || || || || || || Persunal estern || XX 01 02 01 (‘Pakkett globali’) || || || || || || || || || || || || || || || || XX 01 02 02 (Delegazzjonijiet) || || || || || || || || || || || || || || || || Linji baġitarji oħra (speċifika) || || || || || || || || || || || || || || || || Subtotal – Intestatura 5 || || || || || || || 0.25 || 0.033 || 0.25 || 0.033 || 0.25 || 0.033 || 0.25 || 0.033 || 1 || 0.132 Minbarra l-Intestatura 5 || Karigi fil-pjan ta' stabbiliment (uffiċjali u/jew persunal temporanju) XX 01 05 01 (Riċerka indiretta) || || || || || || || || || || || || || || || || 10 01 05 01 (Riċerka diretta) || || || || || || || || || || || || || || || || Persunal estern XX 01 04 yy || || || || || || || || || || || || || || || || - Kwartieri Ġenerali || || || || || || || || || || || || || || || || - Delegazzjonijiet || || || || || || || || || || || || || || || || XX 01 05 02 (Riċerka indiretta) || || || || || || || || || || || || || || || || 10 01 05 02 (Riċerka diretta) || || || || || || || || || || || || || || || || Linji baġitarji oħra (Speċifika) || || || || || || || || || || || || || || || || Subtotal – Minbarra l-Intestatura 5 || || || || || || || || || || || || || || || || TOTAL || || || || || || || || || || || || || || || || Ir-riżorsi
umani u amministrattivi meħtieġa se jkunu koperti mill-allokazzjoni
li tista' tingħata lid-DĠ ta' ġestjoni skont il-proċedura
ta' allokazzjoni annwali fid-dawl tar-restrizzjonijiet baġitarji
eżistenti. Approprjazzjonijiet
amministrattivi oħra XX hija l-qasam ta' politika jew it-titolu
kkonċernat Miljuni ta' EUR (sa tliet punti
deċimali) || Sena || Sena || Sena || Sena || Sena || Sena || Sena || TOTAL n || n+1 || n+2 || n+3 || n+4 || n+5 || n+6 Intestatura 5 || || || || || || || || Kwartieri Ġenerali: || || || || || || || || XX 01 02 11 01 - Spejjeż marbuta ma' missjonijiet u rappreżentanza || || || || 0.004 || 0.004 || 0.004 || 0.004 || 0.016 XX 01 02 11 02 - Spejjeż marbuta ma' konferenzi u laqgħat || || || || || || || || XX 01 02 11 03 - Kumitati || || || || || || || || XX 01 02 11 04 - Studji u konsultazzjonijiet || || || || || || || 0.15 || 0.15 XX 01 03 01 03 – Tagħmir tal-ICT[15] || || || || || || || || XX 01 03 01 04 – Servizzi tal-ICT2 || || || || || || || || Linji baġitarji oħra (speċifika fejn meħtieġ) || || || || || || || || Delegazzjonijiet: || || || || || || || || XX 01 02 12 01 – Spejjeż marbuta ma' missjonijiet, konferenzi u rappreżentanza || || || || || || || || XX 01 02 12 02 - Taħriġ ulterjuri tal-persunal || || || || || || || || XX 01 03 02 01 – Akkwiżizzjoni, kiri u nfiq relatat || || || || || || || || XX 01 03 02 02 Tagħmir, għamara, provvisti u servizzi || || || || || || || || Subtotal – Intestatura 5 || || || || 0.004 || 0.004 || 0.004 || 0.154 || 0.166 Minbarra l-Intestatura 5 || || || || || || || || XX 01 04 yy – Nefqa fuq għajnuna teknika u amministrattiva (ma tinkludix il-persunal estern) minn approprajzzjonijiet operazzjonali (dawk li qabel kienu l-linji 'BA') || || || || || || || || - Kwartieri Ġenerali || || || || || || || || - Delegazzjonijiet || || || || || || || || XX 01 05 03 - Infiq ieħor tal-ġestjoni għal riċerka indiretta || || || || || || || || 10 01 05 03 - Infiq ieħor tal-ġestjoni għal riċerka diretta || || || || || || || || Linji baġitarji oħra (speċifika fejn meħtieġ) || || || || || || || || Subtotal – Minbarra l-Intestatura 5 || || || || || || || || TOTAL KUMPLESSIV || || || || 0.037 || 0.037 || 0.037 || 0.187 || 0.298 Ir-riżorsi umani u amministrattivi meħtieġa se jkunu
koperti mill-allokazzjoni li tista' tingħata lid-DĠ ta' ġestjoni
skont il-proċedura ta' allokazzjoni annwali fid-dawl tar-restrizzjonijiet
baġitarji eżistenti. [1] COM(2013)108 finali [2] Kawża C–380/03 Tobacco Advertising II [2006],
Ġabra I–11573, paras. 80, 81. [3] ĠU C , , p. . [4] COM(2013) 108 finali. [5] Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1159/2013
tat-12 ta' Lulju 2013 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 911/2010
tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-programm Ewropew ta'
monitoraġġ tad-Dinja (GMES) billi jistabbilixxi l-kundizzjonijiet ta'
reġistrazzjoni u ta' liċenzjar għall-utenti tal-GMES u
jiddefinixxi l-kriterji għar-restrizzjoni tal-aċċess
għad-dejta ddedikata tal-GMES u l-informazzjoni ta' servizz tal-GMES
(ĠU L 309, 19.11.2013, p. 1). [6] Id-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u
tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2006 dwar is-servizzi fis-suq intern
(ĠU L 376, 27.12.2006, p. 36). [7] Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
95/46/KE tal-24 ta’ Ottubru, 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward
tal-ipproċessar ta’ dejta personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik
id-dejta (ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31). [8] Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament
Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar
il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar tad-dejta
personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment
ħieles ta’ dik id-dejta, (ĠU L 8, 12.01.2001, p. 1). [9] ĠU C 369, 17.12.2011, p. 14. [10] Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru
1159/2013 tat-12 ta' Lulju 2013 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru
911/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-programm Ewropew ta'
monitoraġġ tad-Dinja (GMES) billi jistabbilixxi l-kundizzjonijiet ta'
reġistrazzjoni u ta' liċenzjar għall-utenti tal-GMES u
jiddefinixxi l-kriterji għar-restrizzjoni tal-aċċess
għad-dejta ddedikata tal-GMES u l-informazzjoni ta' servizz tal-GMES
(ĠU L 309, 19.11.2013, p. 1). [11] Ir-Regolament (UE) Nru 911/2010 tal-Parlament Ewropew u
tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2010 dwar il-programm Ewropew ta'
monitoraġġ tad-Dinja (GMES) u l-operazzjonijiet inizjali tiegħu
(2011-2013) (ĠU L 276, 20.10.2010, p. 1). [12] [13] Ir-Regolament (UE) Nru 377/2014 tal-Parlament Ewropew u
tal-Kunsill tat-3 ta' April 2014 li jistabbilixxi l-Programm Copernicus u li
jħassar ir-Regolament (UE) Nru 911/2010 (ĠU L 122, 24.04.2014,
p. 44). [14] Ara l-punti 19 u 24 tal-Ftehim Interistituzzjonali
għall-perjodu 2007-2013. [15] ICT: Teknoloġiji tal-Informazzjoni u tal-Komunikazzjoni ANNESS
Speċifikazzjonijiet
tekniċi L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi
msemmija fl-Artikolu 4 huma kwalunkwe waħda mill-kapaċitajiet
tas-sistemi ta’ osservazzjoni tad-Dinja li ġejjin, u tas-sensers u
l-modalitajiet tas-sensers tagħhom, li jiġġeneraw dejta ta’
osservazzjoni tad-Dinja: (a)
b’riżoluzzjoni spazjali (kapaċità ta’
detezzjoni u ta' differenzjazzjoni ta' strutturi ġeometriċi fi
kwalunkwe direzzjoni spazjali) ta’ 2,5 metri jew inqas; (b)
fil-medda spettrali ta' bejn 8 u 12-il mikrometru
(infraħmar termali) b’riżoluzzjoni spazjali ta’ 5 metri jew inqas; (c)
fil-medda spettrali ta' bejn millimetru u metru
(infraħmar termali) b’riżoluzzjoni spazjali ta’ 3 metri jew inqas; (d)
b'numru ta' kanali spettrali > 49 (sensers
iperspettrali) u riżoluzzjoni spazjali ta’ 10 metri, jew (e)
bi preċiżjoni pożizzjonali inerenti
ta’ 5 metri jew inqas.