52014PC0343

Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar id-dazji doganali ta’ importazzjoni addizzjonali ta’ ċerti prodotti li joriġinaw mill-Istati Uniti ta’ l-Amerika (kodifikazzjoni) /* COM/2014/0343 final - 2014/0175 (COD) */


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.           Fl-isfond ta’ Ewropa tal-poplu, il-Kummissjoni tagħti importanza kbira lis‑simplifikazzjoni u liċ-ċarezza tal-liġi tal-Unjoni sabiex tkun iktar ċara u iktar aċċessibbli għaċ-ċittadini biex b’hekk toffrilhom opportunitajiet ġodda u ċ-ċans li jagħmlu użu mid-drittijiet speċifiċi li tagħtihom.

Ma jistax jintlaħaq dan il-għan sakemm il-bosta dispożizzjonijiet li ġew emendati ħafna drabi, spiss b’mod sostanzjali, jibqgħu mferrxin bejn l-att oriġinali u atti sussegwenti li jemendaw l-att oriġinali. Hemm bżonn għalhekk ta’ xogħol ta’ riċerka konsiderevoli li jqabbel ħafna atti differenti ma’ xulxin sabiex jiġu identifikati r‑regoli attwalment fis-seħħ.

Għalhekk huwa essenzjali li ssir kodifikazzjoni ta’ regoli li ġew emendati ta’ sikwit sabiex il-liġi tkun ċara u trasparenti.

2.           Fl-1 ta’ April 1987 il-Kummissjoni ddeċidiet[1] li tordna lill-persunal tagħha li kull att għandu jiġi kkodifikat wara mhux iktar minn għaxar emendi, filwaqt li enfasizzat li din hija kundizzjoni minima u li d-dipartimenti għandhom jippruvaw jikkodifikaw it‑testi li huma responsabbli għalihom anke f’intervalli iqsar biex jiżguraw li d‑dispożizzjonijiet tagħhom ikunu ċari u jinftiehmu malajr.

3.           Dan ġie kkonfermat mill-Konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew ta’ Edinburgu (Diċembru 1992)[2], filwaqt li saħqu fuq l-importanza tal‑kodifikazzjoni għaliex tagħti ċertezza f’dak li jirrigwarda l-liġi applikabbli għal suġġett partikolari f’mument partikolari.

Il-kodifikazzjoni għandha ssir f’konformità sħiħa mal-proċedura normali għall‑adozzjoni ta’ atti tal-Unjoni.

Billi l-ebda bidla sostanzjali ma tista’ ssir fl-atti li jiġu kkodifikati, il‑Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni qablu, permezz ta’ ftehim interistituzzjonali tal-20 ta’ Diċembru 1994, li jista’ jintuża metodu ta' ħidma aċċelerat għall-adozzjoni rapida ta’ atti ta’ kodifikazzjoni.

4.           L-għan ta’ din il-proposta huwa li ssir il-kodifikazzjoni tar‑Regolament tal-Kunsill Regolament tal-Kunsill Nru 673/2005 tal-25 ta’ April 2005 li jistabbilixxi d-dazji doganali ta’ importazzjoni addizzjonali ta’ ċerti prodotti li joriġinaw mill-Istati Uniti ta’ l-Amerika [3]. Ir‑Regolament il‑ġdid jissostitwixxi d-diversi atti inkorporati fih[4]; din il‑proposta żżomm il-kontenut kollu tal-atti li qed jiġu kkodifikati u għalhekk kulma tagħmel huwa li tgħaqqadhom flimkien filwaqt li tagħmel biss l-emendi formali meħtieġa mill‑eżerċizzju ta’ kodifikazzjoni nnifsu.

5.           Il-proposta ta’ kodifikazzjoni tħejjiet fuq il-bażi ta’ konsolidazzjoni preliminari, fit-22 lingwa uffiċjali tar-Regolament (KE) Nru 673/2005 u tal-atti li jemendawh, magħmula mill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, permezz ta’ sistema ta’ pproċessar ta’ dejta. Fejn l-Artikoli ġew innumerati mill-ġdid, il-korrelazzjoni bejn in-numri qodma u ġodda tidher fit-tabella li tinsab fl-Anness IV tar-Regolament ikkodifikat.

ê 673/2005 (adattat)

2014/0175 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

Ö dwar Õ id-dazji doganali ta’ importazzjoni addizzjonali ta’ ċerti prodotti li joriġinaw mill-Istati Uniti ta’ l-Amerika (kodifikazzjoni)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat Ö dwar ul-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea Õ , u b'mod partikolari l-Artikolu Ö 207 (2) Õ tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-Parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[5],

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

ê

(1)       Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 673/2005[6] ġew mibdula b'mod sostanzjali diversi drabi[7]. Għal iktar ċarezza u razzjonalità, dak ir-Regolament għandu jiġu kkodifikat.

ê 673/2005 premessa 1

(2)       Fis-27 ta' Jannar 2003, il-Korp għas-Soluzzjoni tat-Tilwim (“DSB”) ta’ l‑Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (“WTO”) adotta r-rapport[8] tal-Korp ta’ l‑Appell u r-rapport tal-Panel[9], kif ikkonfermat mir-rapport tal-Korp ta’ l-Appell, li sab li l-Continued Dumping and Subsidy Offset Act (“CDSOA”) kien inkompatibbli ma’ l‑obbligazzjonijiet ta’ l-Istati Uniti skond il-ftehim tal-WTO.

ê 673/2005 premessa 2 (adattat)

(3)       Peress li l-Istati Uniti ma rnexxielhomx iġibu l-leġislazzjoni tagħhom f’konformità mal-ftehim kopert, il-Komunità talbet l-awtorizzazzjoni tad-DSB sabiex tissospendi l‑applikazzjoni tal-konċessjonijiet tariffarji u obbligazzjonijiet relatati skond il-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 lill-Istati Uniti[10]. L-Istati Uniti oġġezzjonaw għal-livelL ta’ sospensjoni tal-konċessjonijiet tariffarji u obbligazzjonijiet relatati u l-kwistjoni tressqet għall-arbitraġġ.

ê 673/2005 recital 3 (adattat)

(4)       Fil-31 ta’ Awwissu 2004, l-Arbitraturi ddeterminaw li l-livell ta’ tixjin jew ta' ħsara kkawżati kull sena lill-Komunità kien ekwivalenti għal 72 % ta’ l-ammont ta’ l‑iżburzar tas-CDSOA relatat mad-dazji anti-dumping jew kompensatorji mħallsa fuq importazzjonijiet mill-Komunità għall-aktar sena riċenti li għaliha jkun hemm data disponibbli f'dak il-waqt, kif ippubblikata mill-awtoritajiet ta' l-Istati Uniti. L‑Arbitratur ikkonkluda li s-sospensjoni mill-Komunità ta’ konċessjonijiet jew obbligazzjonijiet oħra, fil-forma ta’ impożizzjoni ta’ dazju ta’ importazzjoni addizzjonali barra minn dazji doganali konsolidati, fuq lista ta' prodotti li joriġinaw mill-Istati Uniti li jkopru, fuq bażi ta' sena, valur totali ta' kummerċ li ma jaqbiżx l‑ammont ta' tixjin jew ħsara tkun konsistenti mar-regoli tal-WTO. Fis‑26 ta’ Novembru 2004, id-DSB tat l-awtorizzazzjoni biex l-applikazzjoni lill-Istati Uniti ta’ konċessjonijiet tariffarji u obbligazzjonijiet relatati skond GATT 1994 tkun sospiża bi qbil mad-deċiżjoni ta’ l-Arbitratur.

ê 673/2005 premessa 4 (adattat)

(5)       L-iżbursar tas-CDSOA għall-aktar sena riċenti li għaliha hemm data disponibbli jirrigwarda d-distribuzzjoni ta’ dazji anti-dumping u kompensatorji miġbura matul is‑sena Fiskali 2004 (mill-1 ta’ Ottubru 2003 sat-30 ta’ Settembru 2004). Fuq il-bażi ta’ d-data ppublikata mill-Protezzjoni Doganali u tal-Fruntieri ta' l-Istati Uniti, il-livell ta’ tixjin jew ħsara kkawżat lill-Komunità huwa kkalkulat li jammonta għal USD 27,81 miljun. Il-Komunità Ö kienet għalhekk awtorizzata Õ tissospendi l‑applikazzjoni tal-konċessjonijiet tariffarji lill-Istati Uniti għal ammont ekwivalenti. L-effett ta’ dazju ad valorem addizzjonali fuq l-importazzjoni ta' 15 % fuq prodotti fl Anness I li joriġinaw mill-Istati Uniti jirrappreżenta, fuq sena, valur tal-kummerċ li ma jaqbiżx USD 27,81 miljun. Fir-rigward ta’ Ö dawk Õ il-prodotti, il-Komunità għandha tissospendi l-applikazzjoni tal-konċessjonijiet tariffarji lill-Istati Uniti mill‑1 ta' Mejju 2005.

ê 673/2005 premessa 5 (adattat)

(6)       Jekk in-nuqqas ta' implimentazzjoni tad-deċiżjoni u r-rakkomandazzjoni tad-DSB ikompli, il-Kummissjoni għandha kull sena taġġusta l-livell ta’ sospensjoni għal-livell ta’ tixjin jew ħsara kkawżat lill-Ö Unjoni Õ mis-CDSOA f'dak il-waqt. Il‑Kummissjoni għandha temenda l-lista fl-Anness I jew ir-rata ta’ dazju addizzjonali fuq l-importazzjoni sabiex l-effett tad-dazju addizzjonali fuq importazzjonijiet mill‑Istati Uniti tal-prodotti magħżula, jirrappreżenta, fuq sena, valur tal-kummerċ li ma jaqbiżx l-ammont ta’ tixjin jew ħsara.

ê 673/2005 premessa 6 (adattat)

(7)       Il-Kummissjoni għandha tirrispetta dawn il-kriterji li ġejjin:

(a)     il-Kummissjoni għandha temenda r-rata ta’ dazju addizzjonali fuq l‑importazzjoni meta ż-żieda jew it-tneħħija ta' prodotti mil-lista fl-Anness I ma jippermettix li l-livell ta’ sospensjoni jiġi aġġustat għal-livell ta’ tixjin jew ħsara. Inkella, il-Kummissjoni għandha żżid prodotti mal-lista fl-Anness I jekk il-livell ta’ sospensjoni jiżdied jew tirtira prodotti minn Ö dik Õ il-lista jekk il-livell ta’ sospensjoni jonqos.

(b)     jekk prodotti huma miżjuda, il-Kummissjoni għandha tagħżel il-prodotti mil-lista fl-Anness II b’mod awtomatiku billi timxi skond l-ordni li biha l-prodotti huma elenkati. B’konsegwenza ta’ dan, il-Kummissjoni għandha temenda wkoll il-lista fl-Anness II billi tneħħi minnha l-prodotti miżjuda mal-lista fl‑Anness I.

(ċ)     jekk xi prodotti jiġu irtirati, il-Kummissjoni għandha, l-ewwel, tneħħi l‑prodotti li ġew miżjuda mal-lista fl-Anness I Ö wara l-1 Mejju 2005 Õ. Il‑Kummissjoni għandha imbagħad tneħħi l-prodotti li Ö kienu Õ fil-lista ta' l-Anness I billi timxi skond l-ordni ta' dik il-lista.

ê 38/2014 Art. 1 u anness .4 (adattat)

(8)       Sabiex isiru l-aġġustamenti meħtieġa għall-miżuri previsti f’dan ir- Regolament, is‑setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal‑Unjoni Ewropea għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-emendar tar-rata ta' dazju addizzjonali jew il-listi fl-Annessi I u II skont il-kondizzjonijiet stipulati f’dan ir-Regolament. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet adatti matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell tal- esperti. Meta tħejji u tfassal atti ddelegati, il-Kummissjoni għandha tiżgura t‑trażmissjoni simultanja, f'waqtha u adatta tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill,

ê 673/2005

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

ê 673/2005 (adattat)

Artikolu 1

Il-konċessjonijiet tariffarji u l-obbligazzjonijiet relatati taħt il-GATT 1994 tal‑ Ö Unjoni Õ huma hawnhekk sospiżi fir-rigward ta’ prodotti li joriġinaw mill-Istati Uniti elenkati fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

ê 303/2014 Art. 1(1) (adattat)

Artikolu 2

Dazju doganali ad valorem addizzjonali ta’ 0,35% applikabbli taħt ir-Regolament tal‑Kunsill (KEE) Nru 2913/92[11] għandu jkun impost fuq il-prodotti li joriġinaw mill-Istati Uniti elenkati fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

ê 673/2005 (adattat)

Artikolu 3

1. Il-Kummissjoni għandha taġġusta l-livell ta’ sospensjoni kull sena għal-livell ta’ tixjin jew ħsara kkawżat mill-Continued Dumping and Subsidy Offset (CDSOA) lill- Ö Unjoni Õ f’dak il-waqt. Il-Kummissjoni għandha temenda r-rata ta’ dazju addizzjonali jew il-lista fl‑Anness I taħt dawn il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)          il-livell ta’ tixjin jew ħsara għandu jkun ekwivalenti għal 72 % ta’ l-ammont ta’ l‑żburzar taħt is-CDSOA relatati ma' dazji anti-dumping jew kompensatorji mħallsa fuq importazzjonijiet mill-Ö Unjoni Õ għall-aktar sena riċenti li għaliha tkun disponibbli data f'dak il-waqt, kif ippubblikata mill-awtoritajiet ta' l-Istati Uniti;

(b)          lL-emenda għandha ssir sabiex l-effett tad-dazju addizzjonali fuq l-importazzjoni fuq importazzjonijiet tal-prodotti magħżula li joriġinaw mill-Istati Uniti jirrappreżenta, fuq sena, valur tal-kummerċ li ma jaqbiżx il-livell ta’ tixjin jew ħsara;

(ċ)          ħlief f’ċirkustanzi previsti fil-punt (e), meta l-livell ta’ sospensjoni jiżdied, il‑Kummissjoni għandha żżid prodotti mal-lista fl-Anness I. Ö Dawk Õ il-prodotti għandhom ikunu magħżula mil-lista fl-Anness II skond l-ordni ta’ dik il-lista;

(d)          ħlief f’ċirkustanzi previsti fil-punt (e), meta l-livell ta’ sospensjoni jonqos, prodotti għandhom ikunu irtirati mil-lista fl-Anness I. Il-Kummissjoni għandha tneħħi, l‑ewwel, prodotti li bħalissa huma fil-lista ta' l-Anness II u ġew miżjuda mal-lista fl‑Anness I aktar tard. Il-Kummissjoni għandha mbagħad tneħħi prodotti li jinstabu fuq il-lista ta’ l-Anness I Ö fl- 1 Mejju 2005 Õ , skond l-ordni ta’ dik il‑lista;

(e)          il-Kummissjoni għandha temenda r-rata ta’ dazju addizzjonali meta l-livell ta’ sospensjoni ma jistax jiġi aġġustat għal-livell ta’ tixjin jew ħsara biż-żieda jew it‑tneħħija ta' prodotti mil-lista fl-Anness I.

2. Meta xi prodotti jiżdiedu mal-lista fl-Anness I, il-Kummissjoni għandha, fl-istess ħin, temenda l-lista fl-Anness II billi tneħħi dawk il-prodotti mil-lista fl-Anness II. L-ordni tal‑prodotti li jifdal fil-lista fl-Anness II m’għandhiex tinbidel.

ê 38/2014 Art. 1 u Anness.4(1)

3. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti ddelgati skont l-Artikolu 4 biex tagħmel aġġustamenti u emendi taħt dan l-Artikolu.

Meta l-informazzjoni dwar l-ammont ta' żborżamenti li jsiru mill-Istati Uniti tkun disponibbli tard fis-sena, b'mod tali li ma jkunux jistgħu jiġu ssodisfati l-iskadenzi tad-WTO u dawk statutorji permezz tal-użu tal-proċedura prevista fl-Artikolu 4, u fejn, fil-każ ta' aġġustamenti u emendi għall-Annessi, raġunijiet imperattivi ta' urġenza hekk jeħtieġu, il-proċedura stipulata fl-Artikolu 5 għandha tapplika għall-atti ddelegati adottati skont l-ewwel subparagrafu.

ê 38/2014 Art. 1 u Anness.4(2)

Artikolu 4

1. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti ddelegati tingħata lill-Kummissjoni soġġetta għall‑kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti ddelegati msemmija fl-Artikolu 3(3) għandha tingħata lill‑Kummissjoni għal perijodu ta' ħames snin minn 20 ta’ Frar 2014. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport rigward id-delega tas-setgħa sa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel ma jintemm il-perijodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b’mod taċitu għal perijodi tal-istess tul, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jopponux tali estensjoni sa mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perijodu.

3. Id-delega ta' setgħa msemmija fl-Artikolu 3(3) tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Id-deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega ta' setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Hija għandha jkollha effett fil-jum wara l‑pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data sussegwenti speċifikata hemmhekk. Din ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe atti ddelegati li huma diġà fis-seħħ.

4. Hekk kif tadotta att iddelegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill‑Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5. Att iddelegat adottat skont l-Artikolu 3(3) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun saret l‑ebda oġġezzjoni jew mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min‑notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk qabel l-iskadenza ta' dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li ma mhumiex ser joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

ê 38/2014 Art. 1 u Anness.4(3)

Artikolu 5

1. Atti ddelegati adottati skont dan l-Artikolu għandhom jidħlu fis-seħħ mingħajr dewmien u għandhom japplikaw sakemm ma ssir l-ebda oġġezzjoni skont il-paragrafu 2. In-notifika ta' att iddelegat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għandha tiddikjara r-raġunijiet għall-użu tal-proċedura ta' urġenza.

2. Jew il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għal att iddelegat skont il‑proċedura msemmija fl-Artikolu 4(5). F'tali każ, il-Kummissjoni għandha tħassar l-att bla dewmien wara n-notifika tad-deċiżjoni ta' oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill‑Kunsill.

ê 673/2005 (adattat)

Artikolu 6

L-oriġini ta' kull prodott li għalih japplika dan ir-Regolament għandu jkun determinat skont tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.

Artikolu 7

1. Prodotti elenkati fl-Anness I li għalihom inħarġet liċenzja ta’ importazzjoni b'eżenzjoni minn, jew bi tnaqqis ta’ dazju qabel Ö 30 April 2005 Õ m'għandhomx ikunu suġġetti għad‑dazju addizzjonali.

2. Prodotti elenkati fl-Anness I li jiddaħħlu mingħajr dazji ta’ importazzjoni skond Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1186/2009[12] m’għandhomx ikunu suġġetti għad-dazju addizzjonali.

3. Prodotti elenkati fl-Anness I jistgħu jitpoġġew taħt il-proċedura doganali “Ipproċessar taħt il-Kontroll Doganali” skond l-Artikolu 551(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93[13] ħlief meta l-eżami tal-kundizzjonijiet ekonomiċi jkun sar fil-Kumitat tal-Kodiċi Doganali għajr jekk il-prodotti u l-operazzjonijiet mhumiex imsemmija fl-Anness 76, Parti A ta' dak ir-Regolament.

ê

Article 8

Ir-Regolament (KE) Nru 673/2005 huwa mħassar.

Referenzi għar-regolament imħassar għandhom jiġu mifhuma bħala referenzi għal dan ir‑Regolament u għandhom jinqraw skont it-tabella ta' korrelazzjoni fl-Anness IV.

ê 673/2005 (adattat)

Artikolu 8

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ Ö fl-għoxrin Õ jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil‑Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi,

Għall-Parlament Ewropew                            Għall-Kunsill

Il-President                                                    il-President

[1]               COM(87) 868 PV.

[2]               Ara l-Anness 3 tal-Parti A tal-Konklużjonijiet.

[3]               Imdaħħla fil-programm leġiżlattiv għall-2014.

[4]               Ara l-Anness III ta' din il-proposta.

[5]               ĠU C [...], […], p. […].

[6]               Regolament tal-Kunsill Nru 673/2005 tal-25 ta’ April 2005 li jistabbilixxi d-dazji doganali ta’ importazzjoni addizzjonali ta’ ċerti prodotti li joriġinaw mill-Istati Uniti ta’ l-Amerika (ĠU L 110, 30.4.2005, p. 1).

[7]               Ara anness III.

[8]               L-Istati Uniti – Offsets Act (Byrd Amendment), rapport tal-Korp ta’ l-Appell (WT/DS217/AB/R, WT/DS234/AB/R, 16 ta’ Jannar 2003).

[9]               L-Istati Uniti – Offsets Act (Byrd Amendment), Rapport tal-Panel (WT/DS217/R, WT/DS234/R, 16 ta’ Settembru 2002).

[10]             L-Istati Uniti – Offsets Act (Byrd Amendment), Rikors mill-Komunitajiet Ewropej għall-Artikolu 22.2 tad-DSU (WT/DS217/22, 16 ta’ Jannar 2004).

[11]             Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 ta’ 12 Ottubru 1992 li jistabbilixxi il-Kodiċi Doganali tal‑Komunita (ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1).

[12]             Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1186/2009 tas-16 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ eżenzjonijiet mid-dazju doganali (ĠU L 324, 10.12.2009, p. 23).

[13]             Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 ta' 2 Lulju 1993 li jistabbilixxi diżpożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1).

ê 303/2014 Art.1 (2) u Anness

ANNESS I

Il-prodotti li fuqhom għandhom japplikaw dazji addizzjonali huma identifikati mill‑kodiċijiet NM bi tmien ċifri. Id-deskrizzjoni tal-prodotti kklassifikati taħt dawn il‑kodiċijiet jistgħu jinstabu fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2658/87[1] kif emendat bir‑Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1810/2004[2].

0710 40 00

9003 19 30

8705 10 00

6204 62 31

_______________________

ê 349/2013 Art. 2 u Anness II

ANNESS II

Il-prodotti f’dan l-Anness huma identifikati mill-kodiċijiet NM bi tmien ċifri tagħhom. Id‑deskrizzjoni tal-prodotti kklassifikati taħt dawn il-kodiċijiet tista’ tinstab fl-Anness I tar‑Regolament (KEE) Nru 2658/87.

_______________________

é

ANNESS III

Regolament imħassar u elenku tal-emendi suċċessivi

Regolament (KE) Nru 673/2005 tal-Kunsill     (GU L 110, 30.4.2005, p. 1) || ||

|| Regolament (KE) Nru 632/2006 tal-Kummissjoni       (GU L 111, 25.4.2006 p. 5) ||

|| Regolament (KE) Nru 409/2007 tal-Kummissjoni       (GU L 100, 17.4.2007, p. 16) ||

|| Regolament (KE) Nru 283/2008 tal-Kummissjoni       (GU L 86, 28.3.2008, p. 19) ||

|| Regolament (KE) Nru 317/2009 tal-Kummissjoni       (GU L 100, 18.4.2009, p. 6) ||

|| Regolament (UE) Nru 305/2010 tal-Kummissjoni       (GU L 94, 15.4.2010, p. 15) ||

|| Regolament ta' implimentazzjoni (UE) Nru 311/2011 tal‑Kummissjoni          (GU L 86, 1.4.2011, p. 51) ||

|| Regolament ta' implimentazzjoni (UE) Nru 349/2013 tal‑Kummissjoni          (GU L 108, 18.4.2013, p. 6) ||

|| Regolament (UE) Nru 37/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill     (GU L 18, 21.1.2014, p. 1) || punt 11 tal-Anness biss

|| Regolament (UE) Nru 38/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill     (GU L 18, 21.1.2014, p. 52) || punt 4 tal-Anness biss

|| Regolament ta' implimentazzjoni (UE) Nru 303/2014 tal‑Kummissjoni          (GU L 90, 26.3.2014, p. 6) ||

_______________________

ANNESS IV

tabella ta' korrelazzjoni

Regolament (KE) Nru 673/2005 || Dan ir-Regolament

Artikoli 1 sa 4 || Artikoli 1 sa 4

Artikolu 4a || Artikolu 5

Artikolu 5 || Artikolu 6

Artikolu 6, paragrafu 1 || Artikolu 7, paragrafu 1

Artikolu 6, paragrafu 2 || -

Artikolu 6, paragrafu 3 || Artikolu 7, paragrafu 2

Artikolu 6, paragrafu 4 || Artikolu 7, paragrafu 3

- || Artikolu 8

Artikolu 8 || Artikolu 9

Anness I || Anness I

Anness II || Anness II

- || Anness III

- || Anness IV

_______________________

[1]               Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in–nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).

[2]               Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1810/2004 tas-7 ta' Settembru 2004 li jemenda l-Anness I tar‑Regolament tal-Kunsill Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in–nomenklatura tat-tariffa u l‑istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (ĠU L 327, 30.10.2004, p. 1).