Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jistabbilixxi l-proċeduri tal-Unjoni fil-qasam ta' politika kummerċjali komuni sabiex jiżgura l-eżerċizzju tad-drittijiet tal-Unjoni skond ir-regoli internazzjonali tal-kummerċ, b'mod partikolari dawk stabbiliti taħt l-awspiċji tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (Kodifikazzjoni) /* COM/2014/0341 final - 2014/0174 (COD) */
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI 1. Fl-isfond ta’ Ewropa tal-poplu, il-Kummissjoni tagħti importanza kbira lis‑simplifikazzjoni
u liċ-ċarezza tal-liġi tal-Unjoni sabiex tkun iktar ċara u
iktar aċċessibbli għaċ-ċittadini u b’hekk toffrilhom
opportunitajiet ġodda u ċ-ċans li jagħmlu użu mid-drittijiet
speċifiċi li tagħtihom. Ma jistax jintlaħaq dan il-għan sakemm
il-bosta dispożizzjonijiet li ġew emendati ħafna drabi, spiss
b’mod sostanzjali, jibqgħu mferrxin bejn l-att oriġinali u atti sussegwenti
li jemendaw l-att oriġinali. Hemm bżonn għalhekk ta’ xogħol
ta’ riċerka konsiderevoli li jqabbel ħafna atti differenti ma’ xulxin
sabiex jiġu identifikati r‑regoli attwalment fis-seħħ. Għalhekk huwa essenzjali li ssir
kodifikazzjoni ta’ regoli li ġew emendati ta’ sikwit sabiex il-liġi
tkun ċara u trasparenti. 2. Fl-1 ta’ April 1987 il-Kummissjoni
ddeċidiet[1]
li tordna lill-persunal tagħha li kull att għandu jiġi kkodifikat
wara mhux iktar minn għaxar emendi, filwaqt li enfasizzat li din hija
kundizzjoni minima u li d-dipartimenti għandhom jippruvaw jikkodifikaw it‑testi
li huma responsabbli għalihom anke f’intervalli iqsar biex jiżguraw
li d‑dispożizzjonijiet tagħhom ikunu ċari u jinftiehmu
malajr. 3. Il-Konklużjonijiet
tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew ta’ Edinburgu (Diċembru 1992)
ikkonfermaw dan[2],
filwaqt li saħqu fuq l-importanza tal‑kodifikazzjoni
għaliex tagħti ċertezza f’dak li jirrigwarda l-liġi
applikabbli għal materja partikolari f’mument partikolari. Il-kodifikazzjoni għandha ssir f’konformità
sħiħa mal-proċedura normali għall‑adozzjoni ta’ atti
tal-Unjoni. Billi l-ebda bidla sostanzjali ma tista’ ssir
lill-atti li jiġu kkodifikati, il‑Parlament Ewropew,
il-Kunsill u l-Kummissjoni qablu, permezz ta’ ftehim interistituzzjonali tal-20
ta’ Diċembru 1994, li tista’ tintuża proċedura
mgħaġġla għall-adozzjoni rapida ta’ atti ta’
kodifikazzjoni. 4. L-għan ta’ din il-proposta huwa
li ssir il-kodifikazzjoni tar‑Regolament tal‑Kunsill (KE)
Nru 3286/94 tat-22 ta’ Diċembru 1994 li jistabbilixxi
l-proċeduri tal-Komunità fil-qasam ta' politika kummerċjali komuni
sabiex jiżgura l-eżerċizzju tad-drittijiet tal-Komunità skond
ir-regoli internazzjonali tal-kummerċ, b'mod partikolari dawk stabbiliti
taħt l-awspiċji tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ[3]. Ir‑Regolament il‑ġdid jissostitwixxi d-diversi atti
inkorporati fih[4]; din il-proposta żżomm il-kontenut kollu tal-atti li qed
jiġu kkodifikati u għalhekk kulma tagħmel huwa li
tgħaqqadhom filwaqt li tagħmel biss l-emendi formali
meħtieġa mill‑eżerċizzju ta’ kodifikazzjoni nnifsu. 5. Il-proposta ta’ kodifikazzjoni
tħejjiet abbażi ta’ konsolidazzjoni preliminari, fit‑22 lingwa
uffiċjali tar-Regolament (KE) Nru 3286/94 u tal-atti li
jemendawh, magħmula mill-Uffiċċju tal-pubblikazzjonijiet
tal-Unjoni Ewropea, permezz ta’ sistema ta’ pproċessar ta’ dejta.
Fejn l-artikoli ngħataw numri ġodda, il-korrelazzjoni bejn in-numri
qodma u ġodda tidher fit-tabella li tinsab fl-Anness II
tar-Regolament ikkodifikat. ê 3286/94
(adattat) 2014/0174 (COD) Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U
TAL-KUNSILL li jistabbilixxi l-proċeduri Ö tal-Unjoni Õ fil-qasam ta'
politika kummerċjali komuni sabiex jiżgura l-eżerċizzju
tad-drittijiet Ö tal-Unjoni Õ skond ir-regoli
internazzjonali tal‑kummerċ, b'mod partikolari dawk stabbiliti
taħt l-awspiċji tal‑Organizzazzjoni Dinjija tal‑Kummerċ
(Kodifikazzjoni) IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL
TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li Ö kkunsidraw
it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea Õ, u b'mod partikolari
Artikolu Ö 207(2) Õ tiegħu, Wara li kkunsidraw il-proposta
mill-Kummissjoni Ewropea, Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv
intbagħat lill-Parlamenti nazzjonali, Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat
Ekonomiku u Soċjali Ewropew[5], Filwaqt li jaġixxu skont
il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, Billi: ê (1) Ir-Regolament tal-Kunsill
(KE) Nru 3286/94[6]
ġie emendat kemm-il darba[7]
b’mod sostanzjali. Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmi
Regolament għandu jiġi kkodifikat. ê 3286/94 premessa 1 (2) Il-politika kummerċjali
komuni għandha tkun mibnija fuq prinċipji uniformi, b'mod partikolari
fir-rigward ta' difiża kummerċjali. ê 3286/94 premessa 4 (adattat) (3) Jidher li hemm
il-ħtieġa, li jiġu Ö previsti
proċeduri għall-Unjoni Õ sabiex jiżguraw
l-eżerċizzju effettiv tad-drittijiet tal- Ö Unjoni Õ taħt ir-regoli
internazzjonali tal‑kummerċ. ê 3286/94 premessa 5 (adattat) (4) Ir-regoli internazzjonali
tal-kummerċ huma primarjament dawk stabbiliti taħt l‑awspiċji
tal- Ö Organizzazzjoni
Dinjija tal-Kummerċ (Õ WTO) u stabbiliti fl‑Annessi
tal-Ftehim tal-WTO, iżda jistgħu jkunu wkoll dawk stabbiliti fi
kwalunkwe ftehim ieħor li l- Ö Unjoni Õ tkun parti minnu u
li jfassal regoli applikabbli għall‑kummerċ bejn Ö l-Unjoni Õ u pajjiżi
terzi, u billi huwa xieraq li jingħata ħjiel ċar tat-tipi ta'
ftehim li għalihom jirreferi t-terminu “regoli internazzjonali tal‑kummerċ”. ê 3286/94 premessa 6 (adattat) (5) Il-proċeduri tal- Ö Unjoni Õ msemmija hawn fuq
għandhom ikunu bażati fuq mekkaniżmu legali taħt
il-liġi tal- Ö Unjoni Õ li tkun trasparenti
għal kollox, u tiżgura li d-deċiżjoni li tinvoka
d-drittijiet tal- Ö Unjoni Õ taħt ir-regoli
internazzjonali tal-kummerċ tittieħed fuq il-bażi ta'
informazzjoni fattwali eżatta u ta' analiżi legali. ê 3286/94 premessa 7 (adattat) (6) Dan il-mekkaniżmu
għandu l-għan li jipprovdi l-mezzi ta' proċedura sabiex issir
talba lill-istituzzjonijiet tal- Ö Unjoni Õ biex jagħmlu
reazzjoni għall-ostakoli fil‑kummerċ addottat jew mantenut minn
pajjiżi terzi li jagħmlu ħsara jew inkella jaffetwaw b'mod
ħażin il-kummerċ, sakemm ikun jeżisti d-dritt għal
azzjoni, fir‑rigward ta' ostakoli bħal dawn, taħt ir-regoli
internazzjonali tal-kummerċ applikabbli. ê 3286/94
premessa 8 (adattat) (7) Id-dritt tal-Istati Membri li
jirrikorru għal dan il-mekkaniżmu għandu jkun mingħajr
preġudizzju għall-possibbiltà tagħhom li jqajjmu l-istess materja
jew materja simili bi proċeduri eżistenti oħra tal- Ö Unjoni Õ , u b'mod
partikolari quddiem il-kumitat stabbilit bl-Artikolu Ö 207(3) Õ tat-Trattat. ê 3286/94
premessa 9 (adattat) (8) Għandu jingħata
każ tas-sehem istituzzjonali tal-kumitat stabbilit b′ Artikolu Ö 207(3) Õ tat-Trattat
fil-formulazzjoni ta' parir għall-istituzzjonijiet tal‑Ö Unjoni Õ dwar l-oqsma kollha
tal-politika kummerċjali; billi, għalhekk, dak il-kumitat għandu
jinżamm infurmat bl-iżvillupi ta' każijiet individwali, sabiex
ikun jista jikkunsidra l-implikazzjoni wiesgħa tal-politika tagħhom. ê 3286/94
premessa 11 (adattat) (9) Huwa xieraq li jiġi Ö previst Õ li l- Ö Unjoni Õ taġixxi
f’konformità ma’ l‑obbligi internazzjonali tagħha u, fejn obbligi
bħal dawn jirriżultaw minn ftehim, iżżomm il-bilanċ
tad-drittijiet u tal-obbligi li dawk il-ftehim għandhom l-għan li
jistabbilixxu. ê 3286/94
premessa 12 (adattat) (10) Huwa wkoll xieraq li jiġi
Ö provdut Õ li kwalunkwe
miżuri meħuda taħt il‑proċeduri msemmija
għandhom jikkonformaw ukoll mal-obbligi internazzjonali tal‑Ö Unjoni Õ , kif ukoll ikunu
mingħajr preġudizzju għal miżuri oħra f'każijiet
mhux koperti b'dan ir-Regolament li jistgħu jiġu addotati direttament
skond Artikolu Ö 207 Õ tat-Trattat. ê 3286/94
premessa 13 (adattat) (11) Ir-regoli ta' proċeduri
li għandhom jiġu segwiti waqt il-proċedura ta'
eżaminazzjoni li prevista f'dan ir-Regolament għandhom jiġu
Ö previsti Õ wkoll, b'mod
partikolari fl-oqsma tad-drittijiet u obbligi tal-awtoritajiet tal- Ö Unjoni Õ u l-partijiet
involuti, u l-kondizzjonijiet li taħthom il-partijiet interessati jista’
jkollhom aċċess għal informazzjoni u jistgħu jistaqsu
sabiex ikunu informati bil-fatti u konsiderazzjonijiet essenzjali li
joħorgu mill-proċedura ta' eżaminazzjoni. ê 3286/94
premessa 14 (adattat) (12) Filwaqt li taġixxi bi
qbil ma’ dan ir-Regolament Ö l-Unjoni Õ għandha
żżomm f'moħħha l-ħtieġa għal azzjoni
veloċi u effettiva permezz tal-applikazzjoni ta' proċeduri għal
teħid ta' deċiżjonijiet Ö previsti f'dan
irÕ-Regolament. ê 3286/94
premessa 15 (adattat) (13) Huwa d-dmir tal-Kummissjoni li
Ö taġixxi Õ fir-rigward ta'
ostakoli għall-kummerċ addottat jew mantenut minn pajjiżi terzi,
fi ħdan l-istruttura tad-drittijiet u l-obbligi internazzjonali tal- Ö Unjoni Õ , biss fejn
l-interessi tal- Ö Unjoni Õ jitolbu għal
intervent, u billi, meta jiġu meqjusa interessi bħal dawn,
il-Kummissjoni Ö għandha
tagħti Õ kas xieraq Ö tal-Õfehmiet tal-partijiet
kollha fil-proċeduri. ê 37/2014 Art. 1,
u l-Anness, pt. 4 (adattat) (14) L-implimentazzjoni
tal-proċeduri ta' eżami previsti f' Ö dan Õ ir-Regolament titlob
kundizzjonijiet uniformi għall-adozzjoni ta' deċiżjonijiet dwar
it-twettiq ta' dawk il‑proċeduri ta' eżami u l- miżuri li
jirriżultaw minnhom. Dawk il-miżuri għandhom jiġu adottati
skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal‑Kunsill[8]. (15) Il-proċedura
konsultattiva għandha tintuża għas-sospensjoni ta' eżaminazzjonijiet
li għadhom għaddejjin minħabba l- effetti ta' tali miżuri u
l-loġika sekwenzjali tagħhom fir-rigward tal-adozzjoni
tal-miżuri definittivi. (16) Il-Parlament Ewropew u
l-Kunsill għandhom jinżammu informati bl-iżviluppi taħt dan
ir-Regolament, sabiex ikunu jistgħu jqisu l-implikazzjonijiet ta' politika
usa' tagħhom. (17) Barra minn hekk,
f'każijiet fejn ftehim ma' pajjiż terz jidher li jista’ jkun l-aktar
mod xieraq biex tiġi solvuta tilwima li tiġi minn xkiel
għall-kummerċ, in-negozjati għal dan il-għan għandhom
isiru f'konformità mal-proċeduri stabbiliti fl- Artikolu 207 tat‑Trattat, ê 3286/94
(adattat) ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Ö Suġġett Õ Dan ir-Regolament Ö jipprovdi
għal Õ proċeduri tal- Ö Unjoni Õ fil-qasam
tal-politika kummerċjali komuni sabiex jiżgura
l-eżerċitazzjoni tad-drittijiet tal- Ö Unjoni Õ taħt ir‑regoli
internazzjonali tal-kummerċ, b’mod partikolari dawk stabbiliti taħt
l-awspiċji tal‑Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ Ö (WTO) Õ li,
soġġetti għall-konformità ma' l‑obbligi internazzjonali u
proċedurali, huma mmirati lejn: (a) li jirrispondu għall-ostakoli
għall-kummerċ li għandhom effett fuq is-suq tal‑Ö Unjoni Õ , bil-ħsieb li
titneħħa l-ħsara li tkun ġejja minnhom; (b) li jirrispondu għall-ostakoli
għall-kummerċ li għandhom effett fuq is-suq ta' pajjiż
terz, bil-ħsieb li titneħħa l-ħsara għall-kummerċ
li tirriżulta minnhom. Dawn il-proċeduri jiġu applikati
b'mod partikolari fil-bidu, matul u fit-tmiem ta' proċeduri f'arranġamenti
f'tilwim internazzjonali f'dak li għandu x’ “jaqsam ma” politika
kummerċjali komuni. Artikolu 2 Definizzjonijiet 1.
Għall-għanijiet ta' dan ir-RegolamentÖ japplikaw
id-definizzjonijiet li ġejjin Õ: (a) “ostakoli għall-kummerċ” Ö tfisser Õ kwalunkwe
prattiċi tal-kummerċ addottati jew mantenuti minn pajjiż terz fejn
ir-regoli internazzjonali tal-kummerċ jistabbilixxu dritt għal
azzjoni. Dritt għal azzjoni bħal dan jeżisti meta r-regoli
internazzjonali tal-kummerċ jew jipprojbixxu l-prattiċi għal
kollox, jew jagħtu lill‑parti l-oħra affettwata
bil-prattiċi, id-dritt li tfittex li telimina l-effett tal-prattiċi
msemmija; (b) “id-drittijiet tal- Ö Unjoni Õ ” Ö tfisser Õ dawk id-drittijiet
internazzjonali tal‑kummerċ li Ö l-Unjoni Õ tista’ tagħmel
użu minnhom taħt ir-regoli internazzjonali tal-kummerċ. F’dan
il-kuntest, “regolamenti internazzjonali tal‑kummerċ” huma
primarjament dawk stabbiliti taħt l-awspiċju tal-WTO u kif stabbilit
mill-Annessi tal-Ftehiem tal-WTO, iżda jistgħu jkunu wkoll dawk
stabbiliti fi kwalunkwe ftehim ieħor, li l- Ö Unjoni Õ tkun parti minnu, u
li jkun fih regoli applikabbli għall-kummerċ bejn Ö l-Unjoni Õ u pajjiżi terzi; (c) “ħsara” Ö tfisser Õ kwalunkwe ħsara
materjali li jikkawża jew li jista’ jikkawża l‑ostakolu
għall-kummerċ, f'dak li għandu x'jaqsam ma' prodott jew ma'
servizz, għal industrija tal- Ö Unjoni Õ fis-suq tal- Ö Unjoni Õ ; (d) “effetti kontra
għall-kummerċ” Ö tfisser Õ dawk Ö l-effetti
kontra Õ li ostaklu għal
kummerċ jikkawża jew li jhedded li jikkawża, fir-rigward ta'
prodott jew ta' servizz, lil intrapriżi tal- Ö Unjoni Õ f'suq ta'
pajjiż terz, u li għandhom impatt materjali fuq l-ekonomija tal- Ö Unjoni Õ jew ta' reġjun
tal- Ö Unjoni Õ , jew fuq settur ta'
attività ekonomika fiha. Il-fatt li l-kwerelant ibati minn dawn l-effetti
kontra ma għandux jitqies biżżejjed sabiex
jiġġustifika, waħdu, li l-istituzzjonijiet tal- Ö Unjoni Õ jipproċedu bi
kwalunkwe azzjoni; (e) “Industrija tal- Ö Unjoni Õ ” Ö tfisser Õ: (i) il-produtturi jew
fornituri Ö fl-Unjoni Õ , rispettivament: –
ta' prodotti jew servizzi identiċi jew simili
għall-prodott jew servizz li huwa s-suġġett ta' ostakolu
għal kummerċ, jew –
ta' prodotti jew servizzi li jikkompetu direttament
mal-prodott jew servizz, jew –
li huma konsumaturi jew proċessuri tal-prodott
jew konsumaturi jew dawk li jużaw is-servizz li huwa s-suġġett
ta' ostakolu għall-kummerċ; jew (ii) kull produttur jew fornitur li l-prodott
kombinat tagħhom jikkostitwixxi proporzjon kbir tal-produzzjoni tal- Ö Unjoni Õ tal-prodotti jew
servizzi msemmija; iżda: –
meta produtturi jew fornituri jkollhom x'jaqsmu
mal-esportaturi jew mal‑importaturi jew ikunu huma stess l-importaturi
tal-prodott jew tas‑servizz li allegatament ikun is-suġġett ta'
ostakolu għal kummerċ, it‑terminu “industrija tal- Ö Unjoni Õ ” tista' tiġi interpretata
li tirreferi għall-bqija tal-produtturi jew tal-fornituri, –
f'ċirkostanzi partikolari, il-produtturi jew
fornituri f'reġjun tal‑Ö Unjoni Õ jistgħu
jiġu meqjusa bħala l-industrija tal‑Ö Unjoni Õ jekk il-prodott
kollettiv tagħhom jikkostitwixxi l-akbar proporzjon tal-prodott jew
servizz imsemmi fl-Istat Membru jew fl-Istati Membri li fih/fihom ikun jinsab
ir-reġjun sakemm l-effett tal-ostakolu għall-kummerċ ikun
ikkonċentrat f'dak l-Istat Membru jew dawk l-Istati Membri; (f) “intrapriża tal- Ö Unjoni Õ ” Ö tfisser Õ kumpanija jew ditta
kummerċjali iffurmata skond il-liġi tal-Istat Membru u li jkollha l-uffiċċju
rreġistrat tagħha, l‑amministrazzjoni ċentrali jew il-post
prinċipali tan-negozju ġewwa l‑Ö Unjoni Õ, Ö li hija Õ direttament
konċernata fil-produzzjoni ta' oġġetti jew il-forniment ta'
servizzi li huma s-suġġett tal-ostakoli għall-kummerċ; (g) “servizzi” Ö tfisser Õ dawk is-servizzi li
għalihom jistgħu jiġu konklużi ftehim internazzjonali mill-
Ö Unjoni Õ fuq il-bażi ta'
Artikolu Ö 207 Õ tat-Trattat. 2. Għall-għanijiet ta' dan
ir-Regolament, it-terminu “fornituri ta' servizzi” fil-kuntest kemm tat-terminu
“industrija tal- Ö Unjoni Õ ” kif imfisser
fil-paragrafu 1(e), u kemm tat‑terminu “intrapriża tal‑Ö Unjoni Õ” kif imfisser
fil-paragrafu 1(f), huwa mingħajr preġudizzju għan-natura
mhux kummerċjali li l-forniment ta' kwalunkwe servizz jista’ jkollu
għal servizz partikolari skond il-liġi jew ir-regolament ta' Stat
Membru. Artikolu 3 Ilment f'isem l-industrija tal- Ö Unjoni Õ 1. Kull persuna naturali jew legali, jew kull
assoċjazzjoni li ma għandhiex personalità legali, li taġixxi
f'isem xi industrija tal- Ö Unjoni Õ li tħoss li
tkun ġarbet xi ħsara b’konsegwenza ta' ostakoli
għall-kummerċ li għandhom effett fuq is-suq tal- Ö Unjoni Õ tista’ tagħmel
ilment bil-miktub. 2. L-ilment għandu jkollu evidenza
biżżejjed tal-eżistenza tal-ostakoli għall-kummerċ u
tal‑ħsara li tkun ġejja minnhom. Għandha tingħata
prova tal-ħsarat fuq bażi tal-lista illustrattiva tal-fatturi
indikati f'Artikolu 11, fejn applikabbli. Artikolu 4 Ilment f'isem intrapriżi tal- Ö Unjoni Õ ê 125/2008
Art. 1 (adattat) 1. Kull intrapriża tal- Ö Unjoni Õ , jew kull
assoċjazzjoni li għandha jew li ma għandhiex personalità legali,
li taġixxi f’isem intrapriża waħda jew aktar tal- Ö Unjoni Õ, li tikkonsidra li
intrapriżi tal- Ö Unjoni Õ bħal dawn
ġarrbu effetti kummerċjali kontra bħala riżultat ta’
ostakoli għall-kummerċ li għandhom effett fuq is-suq ta’
pajjiż terz, tista’ tagħmel ilment bil-miktub. ê 3286/94
(adattat) 2. L-ilment għandu jkollu evidenza
biżżejjed tal-eżistenza tal-ostakoli għall-kummerċ u
tal‑effetti kummerċjali ta' ħsara, li jirriżultaw minnhom.
Fejn ikun applikabbli, għandha tingħata evidenza tal-effetti
kummerċjali ta' ħsara fuq il-bażi tal-lista illustrattiva ta'
fatturi indikati f'Artikolu 11. Artikolu 5 Proċeduri ta' lment 1. L-ilment Ö imsemmi fl-Artikoli
3 u 4 Õ għandu
jiddaħħal għand il-Kummissjoni, li għandha tibgħat
kopja tiegħu lill-Istati Membri. 2. L-ilment jista’ jiġi rtirat, f'liema
każ il-proċeduri jistgħu jiġu terminati sakemm
terminazzjoni bħal din ma tkunx fl-interess tal- Ö Unjoni Õ . ê 37/2014 Art. 1
u l-Anness, pt. 4(1) (adattat) 3. Fejn jidher li l-ilment ma jipprovdix
biżżejjed evidenza biex jiġi ġustifikat il-bidu ta'
investigazzjoni, il-kwerelant għandu jiġi informat b'dan. Il-Kummissjoni għandha tgħarraf
lill-Istat Membru Ö meta Õ tiddeċiedi li
l-ilment ma' jipprovdix biżżejjed evidenza biex jiġi
ġustifikat il-bidu ta' investigazzjoni. ê 3286/94
(adattat) 4. Il-Kummissjoni għandha tieħu
deċiżjoni kemm jista’ jkun malajr dwar il-ftuħ ta'
proċedura ta' eżaminazzjoni tal- Ö Unjoni Õ wara kwalunkwe
ilment magħmul skond Artikoli 3 jew 4. Id-deċiżjoni
għandha tittieħed fi żmien 45 ġurnata
mill-preżentazzjoni tal-ilment. Dan il-perjodu jista’ jiġi diferit
fuq talba, jew bi ftehim, ma’ dak li jagħmel l-ilment, sabiex tkun tista’
fornuta informazzjoni kumplimentari li jista’ jkun hemm bżonn tagħha
sabiex il-validità tiġi valutata b'mod sħiħ il-każ ta' min
jagħmel l-ilment. Artikolu 6 Ö Talba Õ minn Stat
Membru 1. Kull Stat Membru jista’ jitlob
lill-Kummissjoni sabiex tibda l-proċeduri li hemm riferenza għalihom
f'Artikolu 1. 2. Ö L-Istat Membru Õ għandu
jipprovdi lill-Kummissjoni b'evidenza biżżejjed sabiex
jappoġġja t-talba tiegħu, fir-rigward ta' ostakoli
għall-kummerċ u ta' kwalunkwe effett li jirriżulta minnhom. Fejn
evidenza ta' ħsara jew ta' effetti kummerċjali kontra tkun xierqa,
fejn ikun applikabbli, din għandha tingħata fuq il-bażi
tal-lista illustrattiva ta' fatturi indikati f'Artikolu 11. 3. Il-Kummissjoni għandha tinnotifika
lill-Istati Membri l-oħra bit-talbiet mingħajr dewmien. ê 37/2014 Art. 1
u l-Anness pt. 4(2) (adattat) 4. Fejn jidher li t-talba ma tipprovdix
biżżejjed evidenza biex jiġi ġustifikat il-bidu ta'
investigazzjoni, l-Istat Membru għandu jiġi informat b'dan. Il-Kummissjoni għandha tgħarraf
lill-Istat Membru Ö meta Õ tiddeċiedi li Ö t‑talba Õma' tipprovdix
biżżejjed evidenza biex jiġi ġustifikat il-bidu ta'
investigazzjoni. ê 3286/94
(adattat) 5. Il-Kummissjoni għandha tieħu
deċiżjoni kemm jista’ jkun malajr dwar il-ftuħ ta'
proċedura ta' eżaminazzjoni tal- Ö Unjoni Õ wara kwalunkwe Ö talba Õmagħmula minn
Stat Membru skond Ö dan Õ
l-Artikolu .Id-deċizjoni għandha tittieħed fi żmien
45 ġurnata Ö mit-talba Õ. Ö Dak Õil-perjodu jista’
jiġi sospiż fuq talba ta', jew bi ftehim ma’, l-Istat Membru li
jagħmel ir-riferenza, sabiex tkun tista’ tiġi fornuta l-informazzjoni
kumplimentari li jista’ jkun hemm bżonn tagħha sabiex tiġi
valutata b'mod sħiħ il-validità tal-każ ippreżentat
mill-Istat Membru li jagħmel ir-riferenza. ê 37/2014
Art. 1 u l-Anness, pt. 4(3) (adattat) Artikolu 7 Proċedura ta' kumitat 1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita
mill-Kumitat dwar l-Ostakoli għall‑Kummerċ, (il‑Kumitat).
Dak il-Kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar‑Regolament (UE)
Nru 182/2011. 2. Fejn issir referenza għal dan
il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar‑Regolament (UE)
Nru 182/2011. 3. Fejn issir referenza għal dan il- paragrafu,
għandu japplika l-Artikolu 5 tar‑Regolament (UE)
Nru 182/2011. Ö Artikolu 8 Õ Ö Informazzjoni
lill-Parlament Ewropew u lill-KunsillÕ Il-Kummissjoni għandha tirreferi
lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill informazzjoni mogħtija skont dan
ir-Regolament, sabiex huma jkunu jistgħu jqisu kwalunkwe implikazzjoni
usa' għall-politika kummerċjali komuni. ê 3286/94
(adattat) Artikolu 9 Il-proċedura
ta' eżaminazzjoni tal- Ö Unjoni Õ ê 37/2014
Art. 1 u l-Anness . 4(4) (adattat) 1. Fejn il-Kummissjoni jidhrilha li hemm
biżżejjed evidenza biex jiġi ġġustifikat il-bidu ta'
proċedura ta' eżami u li tkun meħtieġa fl-interess
tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha: (a) tħabbar il-bidu ta'
proċedura ta' eżami f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni
Ewropea. Din it-tħabbira għandha tindika l-prodott jew servizz u
l-pajjiżi kkonċernati, tagħti ġabra qasira
tal-informazzjoni riċevuta, u tipprevedi li l-informazzjoni rilevanti
kollha tiġi kkomunikata lill-Kummissjoni. Hija għandha tħabbar
il-perijodu li matulu l-partijiet interessati jistgħu japplikaw biex
jinstemgħu oralment mill-Kummissjoni f'konformità mal-paragrafu 5; (b) uffiċjalment tinnotifika
lir-rappreżentanti tal-pajjiż jew tal-pajjiżi li huma
s-suġġett tal-proċedura, ma’liema, fejn xieraq, jistgħu
jinżammu konsultazzjonijiet; (c) twettaq l-eżami fuq il-livell
tal-Unjoni, billi taġixxi f'kooperazzjoni mal-Istati Membri. Il-Kummissjoni għandha tgħarraf
lill-Istati Membri Ö meta Õtiddeċiedi li
l-ilment jipprovdi biżżejjed evidenza biex jiġi ġustifikat
il-bidu ta' investigazzjoni. ê 3286/94
(adattat) 2. Fejn meħtieġ, il-Kummissjoni
għandha: (a) tfittex l-informazzjoni li
tħoss li tkun meħtieġa u tipprova tiċċekkja din l‑informazzjoni
ma’ l-importaturi, negozjanti, aġenti, produtturi, assoċjazzjonijiet
tal-kummerċ, u organizzazzjonijiet, sakemm l-intrapriżi u l‑organizzazzjonijiet
konċernati jagħtu l-kunsens tagħhom. (a) twettaq investigazzjonijiet
fit-territorju ta' pajjiżi terzi, sakemm il-gvernijiet tal-pajjiżi
jkunu ġew uffiċjalment innotifikati u ma Ö qajjmet l-ebda
oġġezzjoni Õ f'perjodu ta'
żmien raġonevoli. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita
fl-inkjesta minn uffiċjali tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jkunu
qegħdin isiru l-kontrolli, sakemm l-Istat Membru msemmi jitlob hekk. 3. L-Istati Membri għandhom jipprovdu
lill-Kummissjoni, fuq talba, bl-informazzjoni kollha neċessarja
għall-eżaminazzjoni, skont l-arranġamenti dettaljati stabbiliti
mill-Kummissjoni. 4. Dawk li jagħmlu l-ilment u
l-esportaturi u l-importaturi konċernati, u r-rappreżentanti tal‑pajjiż
jew pajjiżi konċernati, jistgħu: (a) jeżaminaw l-informazzjoni
kollha magħmula disponibbli lill-Kummissjoni ħlief għal
dokumenti nterni għall-użu tal-Kummissjoni u l-amministrazzjoniet,
sakemm informazzjoni bħal din tkun rilevanti għall-protezzjoni
tal-interessi tagħhom, u ma tkunx kunfidenzjali fit-tifsira ta'
Artikolu 10 u li tiġi użata mill-Kummissjoni fil‑proċedura
tal-eżaminazzjoni tagħha. Il-persuni konċernati għandhom
jindirizzaw talba bil-miktub lill-Kummissjoni, li fiha jindikaw l-informazzjoni
meħtieġa; (b) jitolbu li jiġu informati dwar
il-fatti u l-konsiderazzjonijiet prinċipali li jirriżultaw
mill-proċedura ta' eżaminazzjoni. 5. Il-Kummissjoni tista “tisma” lill-partijiet
konċernati. Għandha tismagħhom jekk kemm-il darba, fil-perjodu
ta' żmien preskritt fl-avviż maħruġ fil-Ġurnal
Uffiċjali tal- Ö Unjoni Õ Ö Ewropea Õ , jagħmlu talba
bil-miktub għal seduta fejn juru li huma parti primarjament konċernata
mir-riżultat tal-proċedura. 6. Il-Kummissjoni għandha, fuq talba,
tagħti opportunità lill-partijiet primarjament konċernati sabiex
jiltaqgħu, sabiex ikunu jistgħu jiġu ppreżentati fehmiet
opposti u kwalunkwe argument kontra jkun jista’ jiġi ppreżentat. Waqt
li tipprovdi għal din l-opportunità, il-Kummissjoni għandha
tagħti kas tax-xewqat tal-partijiet u tal-ħtieġa li tinżamm
il-kunfidenzjalità. Ma għandu jkun hemm l-ebda obbligu fuq kwalunkwe parti
sabiex tattendi laqgħa u n-nuqqas milli tagħmel hekk ma għandux
ikun ta' preġudizzju għall-każ tal-parti. 7. Ö Fejn Õl-informazzjoni
mitluba mill-Kummissjoni ma tiġix fornuta f'perjodu ta' żmien
raġonevoli jew l-investigazzjoni tiġi mfixkla b'mod sinifikanti,
jistgħu jsiru osservazzjonijiet fuq il-bażi tal-fatti disponibbli. 8. Meta tkun ikkonkludiet l-eżaminazzjoni
tagħha il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Kumitat.Ir-rapport
għandu jiġi ppreżentat fi żmien ħames xħur
mit-tħabbira tal-bidu tal-proċeduri, sakemm il-kumplessità
tal-eżaminazzjoni ma tkunx tali li l-Kummissjoni testendi l-perjodu
għal sebgħa xhur. Artikolu 10 Kunfidenzjalità 1. L-informazzjoni rċevuta skont dan
ir-Regolament għandha tiġi użata biss għall-għanijiet
li għalihom tkun ġiet mitluba. ê 37/2014
Art. 1 u l-Anness. 4(5) 2. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri,
inkluż l-uffiċjali tagħhom it-tnejn, ma għandhomx
jiżvelaw informazzjoni ta' natura kunfidenzjali riċevuta skont dan
ir-Regolament, jew kwalunkwe informazzjoni pprovduta fuq bażi kunfidenzjali
minn parti għal proċedura ta' eżami, mingħajr il-permess
speċifiku mill-parti li tkun qiegħda tressaq din l-informazzjoni. ê 3286/94
(adattat) Kull talba għal trattament kunfidenzjali
għandha tindika “l-għaliex din l-informazzjoni hija kunfidenzjali u
għandha tkun akkompanjata b'taqsira mhux kunfidenzjali, jew dikjarazzjoni
tar-raġunijiet il-għala l-informazzjoni mhiex suxxettibli għal
taqsira bħal din.” 3. L-informazzjoni għandha normalment
tiġi kkunsidrata bħala kunfidenzjali jekk l-iżvelar x'aktarx li
jkollu effett sinnifikanti kontra fuq min jipprovdi jew fuq is-sors ta'
informazzjoni bħal din. 4. Ö Fejn Õikun jidher li ma
jkunx hemm garanzija għal talba għal kunfidenzjalità u jekk min
jgħaddi l-informazzjoni ma jixtieqx li jagħmel l-informazzjoni
pubblika jew li jawtorizza l-iżvelar tagħha f’forma ġenerali jew
sommarja, l-informazzjoni msemmija tista’ ma tiġix meqjusa. 5. Dan l-Artikolu ma jipprekludix
l-iżvelar ta' informazzjoni ġenerali mill-awtoritajiet tal‑Ö Unjoni Õ u b'mod partikolari
tar-raġunijiet li fuqhom ittieħdu id-deċiżjonijiet
f’konformità ma’ dan ir-Regolament. Żvelar bħal dan għandu
jagħti kas tal-interess leġittimu tal-partijiet konċernati li
s-sigrieti kummerċjali tagħhom ma Ö għandhomx Õjiġu
żvelati. Artikolu 11 Evidenza 1. Eżaminazzjoni ta' ħsara
għandha tinvolvi, fejn ikun applikabbli, il-fatturi segwenti: (a) il-volum ta' importazzjonijiet jew
esportazzjonijiet tal- Ö Unjoni Õ konċernati,
b'mod partikolari fejn kien hemm żjieda jew tnaqqis sinifikanti, jew
f'termini assoluti jew relattivi mal-produzzjoni jew konsum fis-suq imsemmi; (b) il-prezzijiet tal-kompetituri
tal-industrija tal- Ö Unjoni Õ , b'mod partikolari
sabiex jiġi stabbilit jekk kienx hemm, jew Ö fl-Unjoni Õ jew fis-swieq ta' pajjiżi
terzi, traħħis sinnifikanti fil-prezzijiet tal-industrija tal- Ö Unjoni Õ ; (c) l-impatt konsegwenti fuq
l-industrija tal- Ö Unjoni Õ u kif indikat
mit-tendenzi f'ċerti oqsma ekonomiċi bħal: produzzjoni,
utilizzazzjoni tal-kapaċità, stokks, bejgħ, sehem tas-suq,
prezzijiet, (jiġiferi twaqqieħ fil-prezzijiet jew impediment ta'
żjieda fil-prezzijiet kif kieku kien normalment jiġri), profitti,
qliegħ fuq il-kapital, investiment, impjieg. 2. Fejn ikun hemm l-allegazzjoni ta' theddida
ta' ħsara, il-Kummissjoni għandha teżamina wkoll jekk jistax
jiġi mbassar b'mod ċar li sitwazzjoni partikolari tista’
tiżviluppa fi ħsara attwali. F'dan ir-rigward, għandha ssir
stima tal-fatturi bħalma huma: (a) ir-rata ta' żjieda
fl-esportazzjoni għas-suq fejn tkun qegħda sseħħ
il-kompetizzjoni ma’ prodotti tal- Ö Unjoni Õ ; (b) il-kapaċità ta' esportazzjoni
fil-pajjiż ta' oriġini jew ta' esportazzjoni, li tkun diġà
eżistenti jew li sejra tibda taħdem fil-futur qrib, u l-probabbilità
li l-esportazzjonijiet li jirriżultaw minn dik il-kapaċità jkunu lejn
is-suq kif hemm riferenza f'punt (a). 3. Ħsara kkawżata minn fatturi
oħra li, jew individwalment jew magħqudin ma’ affarijiet oħra,
ikunu qegħdin jaffetwaw b'mod ħażin l-industrija tal- Ö Unjoni Õ m'għandhomx
jiġu attribwiti għall-prattiċi kunsidrati. 4. Fejn ikun hemm allegazzjonijiet ta' effetti
kummerċjali kontra, il-Kummissjoni għandha teżamina l-impatt ta'
dawn l-effetti ħżiena fuq l-ekonomija tal- Ö Unjoni Õ jew ta' reġjun
tal- Ö Unjoni Õ , jew fuq settur ta'
attività ekonomika fih. Għal dan il-għan il-Kummissjoni għandha
tqis, fejn rilevanti, il-fatturi ta' tip elenkat fil-paragrafi 1 u 2.
Effetti kummerċjali kontra jistgħu jseħħu, inter alia,
f'sitwazzjonijiet li fihom iċ-ċirkolazzjoni tal-kummerċ li
jikkonċernaw prodott jew servizz ma jitħallewx, jiġu mwaqqfa jew
dirottati b'konsegwenza ta' kwalunkwe ostaklu għall-kummerċ, jew minn
sitwazzjonijiet fejn l-ostakoli għall-kummerċ ikunu affettwaw
materjalment il-fornitura jew dħul, Ö pereżempju
Õ partijiet u
komponenti jew materja prima għall-intrapriżi tal- Ö Unjoni Õ . Fejn ikun hemm
allegazzjoni ta' theddida ta' effetti kummerċjali kontra, il-Kummissjoni
għandha teżamina wkoll jekk jistax jiġi mbassar b’mod ċar
li sitwazzjoni partikolari tista’ tiżviluppa fi ħsara attwali. 5. Il-Kummissjoni għandha wkoll,
fl-eżaminazzjoni tal-evidenza fuq effetti kummerċjali kontra,
tikkonsidra d-dispożizzjonijiet, prinċipji u prattiċi li
jirregolaw id-dritt ta' azzjoni skont ir-regoli internazzjonali rilevanti li
hemm riferenza għalihom f'Artikolu 2(1)(a). 6. Il-Kummissjoni għandha teżamina
wkoll kull evidenza rilevanti li tkun tinsab fl-ilment jew fit-Ö talba Õ. F'dan ir-rigward,
il-lista ta' fatturi u l-indikazzjonijiet imniżżla fil‑paragrafu 1 sa 5
mhiex eżawrjenti, lanqas ma fattur wieħed jew bosta minn dawn
il-fatturi jew indikazzjonijiet, neċessarjament ma jagħtu gwida
deċiżiva dwar l-eżistenza ta' ħsara jew ta' effetti
kummerċjali kontra. ê 37/2014
Art. 1 u l-Anness. 4(6) (adattat) Artikolu 12 Terminazzjoni u sospensjoni
tal-proċedura 1. Meta jinstab, b'konsegwenza
tal-proċedura ta' eżami li tkun saret skont l-Artikolu 9, li l‑interessi
tal-Unjoni ma jeħtiġux li tittieħed xi azzjoni,
il-proċedura għandha tiġi mitmuma mill-Kummissjoni li
taġixxi f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija
fl-Artikolu 7(3). 2. Meta, wara proċedura ta' eżami li
tkun saret skont l-Artikolu 9, il-pajjiż jew pajjiżi terzi
kkonċernat(i) jieħu jew jieħdu miżuri li huma meqjusa
sodisfaċenti, u għalhekk ma tkunx meħtieġa azzjoni
mill-Unjoni, il-proċedura tista’ tiġi sospiża mill-Kummissjoni
li taġixxi f'konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija
fl-Artikolu 7(2). Il-Kummissjoni għandha tieħu
ħsieb l-applikazzjoni ta' ÖdawkÕ il-miżuri, fejn
ikun xieraq fuq l-informazzjoni fornuta f′ intervalli, li hija tista'
titlob mill-pajjiżi terzi konċernati u tivverifika skont
il-bżonn. Meta l-miżuri meħuda
mill-pajjiż jew pajjiżi terzi konċernati jkunu ġew
irrevokati, sospiżi, jew mhux implimentati sewwa jew fejn il-Kummissjoni
ikollha raġunijiet biex temmen li dan ikun il-każ jew, finalment,
fejn Ö l-informazzjoni
mitlubaÕ mill-Kummissjoni Öskont it‑tieni
subparagrafu ma tkunx ġiet mgħoddija Õ , il-Kummissjoni
għandha tinforma lill‑Istati Membri, u fejn neċessarju u
ġġustifikat mir-riżultati tal-investigazzjoni u l-fatti
ġodda disponibbli, għandha tittieħed kwalunkwe miżura
disponibbli skont Artikolu 14(2). 3. Fejn, wara proċedura ta' eżami li
tkun saret skont l-Artikolu 9, jew f'xi ħin qabel, waqt jew wara
proċedura għas-soluzzjoni ta' tilwima internazzjonali, ikun jidher li
l-aktar mod xieraq sabiex tiġi solvuta tilwima minħabba ostakolu
għall-kummerċ ikun il-konklużjoni ta' ftehim mal-pajjiż jew
pajjiżi terzi kkonċernati, li jista’ jbiddel id-drittijiet sostantivi
tal-Unjoni u tal-pajjiż jew pajjiżi terzi kkonċernati,
il-proċedura għandha tiġi sospiża mill-Kummissjoni li
taġixxi f'konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija
fl-Artikolu 7(2), u n-negozjati għandhom jitwettqu f'konformità
mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 207 tat-Trattat. ê 3286/94
(adattat) Artikolu 13 L-addozzjoni
ta' miżuri ta' politika kummerċjali 1. Fejn jinstab li b'konsegwenza
tal-proċedura ta' eżaminazzjoni, sakemm is-sitwazzjoni fattwali u
legali tkun tali li ma jkunx hemm bżonn ta' proċedura ta'
eżaminazzjoni dik l‑azzjoni hija neċessarja fl-interessi tal- Ö Unjoni Õ sabiex tiżgura
li jiġu eżerċitati d‑drittijiet tal- Ö Unjoni Õ skont ir-regoli
internazzjonali tal-kummerċ, bil-ħsieb li titneħħa
l-ħsara jew l-effetti kummerċjali kontra li jirriżultaw minn
ostakoli għall-kummerċ addottati jew mantenuti minn pajjiżi
terzi, il-miżuri xierqa għandhom jiġu stabbiliti skont
il-proċeduri Ö previsti Õfl-Artikolu 14. 2. Fejn l-obbligi internazzjonali tal- Ö Unjoni Õ jeħtieġu
t-tneħħija ta' proċedura internazzjonali għal
konsultazzjoni jew li tilwim jiġi solvut, għandha tittieħed
deċiżjoni fuq il‑miżuri li hemm riferenza għalihom
fil-paragrafu 3 biss wara li proċedura bħal din tiġi
terminata, u wara li jiġu meqjusa r-riżultati tal-proċedura
B'mod partikolari, fejn Ö l‑Unjoni Õ tkun talbet lil xi
korp internazzjonali ta' soluzzjoni ta' tilwim sabiex jindika u jawtorizza
il-miżuri li huma xierqa għall-implimentazzjoni tar-riżultati
ta' proċedura internazzjonali ta' soluzzjoni ta' tilwim, il-miżuri
tal-politika kummeċjali tal- Ö Unjoni Õ li jistgħu
jkunu meħtieġa bħala konsegwenza ta' awtorizzazzjoni bħal
din għandhom ikunu skont ir-rakkomandazzjonijiet ta' korp internazzjonali
ta' soluzzjoni ta' tilwim. 3. Tista’ tittieħed kull miżura ta'
politika kummerċjali li tkun kompatibbli mal-obbligi u proċeduri
internazzjonali eżistenti, b'mod partikolari: (a) is-sospensjoni jew irtirar ta'
kwalunkwe konċessjoni li tirriżulta min-negozjati ta' politika
kummerjali; (b) iż-żjieda fid-dazji
doganali eżistenti jew l-introduzzjoni ta' kull ħlas ieħor fuq
importazzjonijiet; (c) l-introduzzjoni ta' restrizzjonijiet
kwantitattivi jew kull miżura oħra li timmodifika l‑kondizzjonijiet
ta' importazzjoni jew ta' esportazzjoni jew li taffetwa b'mod ieħor il‑kummerċ
mal-pajjiż terz konċernat. 4. Id-deċiżjonijiet li jikkorispondu
għandhom jagħtu r-raġunijiet fuq x'hiex ikunu bażati u
għandhom jiġu ppublikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal- Ö Unjoni Õ Ö Ewropea. Õ Il‑pubblikazzjoni
għandha titqies ukoll li tkun tikkostitwixxi notifikazzjoni
lill-pajjiżi u lill‑partijiet primarjament konċernati. ê 37/2014
Art. 1 u l-Anness. 4(7) (adattat) Artikolu 14 Proċeduri għat-teħid
ta' deċiżjonijiet 1. Fejn l-Unjoni, bħala riżultat ta'
lment b'mod konformi mal-Artikolu 3 jew l-Artikolu 4, jew ta'
referenza magħmula skont l-Artikolu 6, issegwi proċeduri
internazzjonali formali ta' konsultazzjoni jew ta' soluzzjoni ta' tilwim,
id-deċiżjonijiet relatati mal-bidu, it-twettiq jew it‑tmiem ta'
tali proċeduri għandhom jittieħdu mill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tgħarraf
lill-Istati Membri Ö meta Õtiddeċiedi li
tibda, twettaq jew ittemm proċeduri internazzjonali formali ta'
konsultazzjoni jew ta' soluzzjoni ta' tilwim. 2. Fejn l-Unjoni, wara li tkun aġixxiet
f'konformità mal-Artikolu 13(2), ikollha tieħu deċiżjoni
dwar il-miżuri ta' politika kummerċjali li għandhom jiġu
adottati skont l-Artikolu 12(2) jew l-Artikolu 13 ta' dan
ir-Regolament, hija għandha taġixxi, mingħajr dewmien, skont l‑Artikolu 207
tat-Trattat u, fejn xieraq, skont kull proċedura Ö oħra Õapplikabbli. ê 37/2014
Art. 1 u l-Anness,. 4(8) Artikolu 15 Rapport Il-Kummissjoni għandha tinkludi
tagħrif dwar l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament fir‑rapport
annwali tagħha dwar l-applikazzjoni u l-implimentazzjoni ta' miżuri
ta' difiża kummerċjali ppreżentata lill-Parlament Ewropew u
lill-Kunsill skont l-Artikolu 22a tar‑Regolament tal-Kunsill (KE)
Nru 1225/2009[9]. ê 3286/94
(adattat) Artikolu 16 Dispożizzjonijiet ġenerali Dan ir-Regolament ma għandux japplika
f'każijiet koperti minn regoli eżistenti fil-qasam ta' politika
kummerċjali komuni. Għandu jaħdem billi jikkomplimenta: (a) ir-regoli li tistabbilixxi
l-organizzjoni komuni tas-swieq agrikoli u d‑dispożizzjonijiet
implimentattivi tagħhom, u (b) ir-regoli speċifiċi
addottati magħmula skont Artikolu Ö 352 Õ tat-Trattat,
applikabbli għal oġġetti proċessati minn prodotti agrikoli. Għandu jkun mingħajr
preġudizzju għal miżuri oħra li jistgħu jittieħdu
skont Artikolu Ö 207 Õ tat-Trattat, kif
ukoll għal proċeduri tal- Ö Unjoni Õ rigward materji li
jikkonċernaw ostakoli għall-kummerċ mqajjma mill-Istati Membri
fil-Kumitat stabbilit b'Artikolu Ö 207 Õ tat-Trattat. ê 356/1995
Art. 1 (adattat) Artikolu 17 Ö Tħassir Õ Ö Ir- Õ Regolament (KE) Nru Ö 3286/94 Õ huwa Ö mħassar Õ . Referenzi għar-Regolament Ö li ġie
mħassar Õ Ö għandhom
jinftiehmu Õ bħala referenzi
għal dan ir-RegolamentÖ u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni
fl‑Anness IIÕ. Artikolu 18 Dħul fis-seħħ Dan ir-Regolament jidħol
fis-seħħ fl- Ö fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu
fil‑Ġurnal
Uffiċjali tal-Unjoni EwropeaÕ. ê Dan
ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament
fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill Il-President Il-President [1] COM(87) 868 PV. [2] Ara l-Anness 3 għall-Parti
A tal-Konklużjonijiet. [3] Imdaħħla fil-programm leġiżlattiv
għal 2014. [4] Ara I-Anness I għal din il-proposta. [5] ĠU C […], […], p. […]. [6] Ir-Regolament
tal-Kunsill (KE) Nru 3286/94 tat-22 ta’ Diċembru 1994
li jistabbilixxi l-proċeduri tal‑Komunità fil-qasam ta' politika
kummerċjali komuni sabiex jiżgura l-eżerċizzju tad-drittijiet
tal‑Komunità skond ir-regoli internazzjonali tal-kummerċ, b'mod partikolari
dawk stabbiliti taħt l‑awspiċji tal-Organizzazzjoni Dinjija
tal-Kummerċ (ĠU L 349, 31.12.1994, p. 71) [7] Ara Anness I. [8] Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew
u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u
l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati
Membri tal‑eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’
implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p 13). [9] Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009
tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l‑importazzjonijiet
li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri
tal-Komunità Ewropea (ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51). é ANNESS I Regolament imħassar flimkien ma’ lista
tal-emendi suċċessivi tiegħu Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3286/94 (ĠU L 349, 31.12.1994, p. 71) || || Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 356/95 (ĠU L 41, 23.2.1995, p. 3) || Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 125/2008 (ĠU L 40, 14.2.2008, p. 1) || Regolament (UE) Nru 37/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 18, 21.1.2014, p. 1) || Punt 4 biss tal-Anness _____________ ANNESS II Tabella
Ta’ Korrelazzjoni Regolament (KE) Nru 3286/94 || Dan ir-Regolament Artikolu 1 || Artikolu 1 Artikolu 2(1) || Artikolu 2(1), kliem introduttorju u punt (a) Artikolu 2(2) || Artikolu 2(1), punt (b) Artikolu 2(3) || Artikolu 2(1), punt (c) Artikolu 2(4) || Artikolu 2(1), punt (d) Artikolu 2(5), l-ewwel subparagrafu, l-ewwel parti tad-daħla || Artikolu 2(1)(e), daħla Artikolu 2(5), l-ewwel subparagrafu, it-tieni parti tad-daħla || Artikolu 2(1)(e)(i), daħla Artikolu 2(5), l-ewwel subparagrafu, l-ewwel inċiż || Artikolu 2(1)(e)(i), l-ewwel inċiż Artikolu 2(5), l-ewwel subparagrafu, tieni inċiż || Artikolu 2(1)(e)(i), it-tieni inċiż Artikolu 2(5), l-ewwel subparagrafu, it-tielet inċiż || Artikolu 2(1)(e)(i), it-tielet inċiż Artikolu 2(5), it-tieni subparagrafu, daħla || Artikolu 2(1)(e)(ii), daħla Artikolu 2(5), it-tieni subparagrafu, punt (a) || Artikolu 2(1)(e)(ii), l-ewwel inċiż Artikolu 2(5), it-tieni subparagrafu, punt (b) || Artikolu 2(1)(e)(ii), it-tieni inċiż Artikolu 2(6) || Artikolu 2(1)(f) Artikolu 2(7) || Artikolu 2(2) Artikolu 2(8) || Artikolu 2(1)(g) Artikoli 3 sa 6 || Artikoli 3 sa 6 Artikolu 7(1)(a) || Artikolu 7(1) Artikolu 7(1)(b) || Artikolu 7(2) Artikolu 7(1)(c) || Artikolu 7(3) Artikolu 7(2) || Artikolu 8 Artikolu 8(1) || Artikolu 9(1) Artikolu 8(2)(a) || Artikolu 9(2), l-ewwel subparagrafu, daħla, u punt (a) Artikolu 8(2)(b) || Artikolu 9(2), l-ewwel subparagrafu, daħla u punt (b) Artikolu 8(2)(c) || Artikolu 9(2), second subparagraph Artikolu 8(3) || Artikolu 9(3) Artikolu 8(4)(a) || Artikolu 9(4), l-ewwel subparagrafu, daħla u punt (a) Artikolu 8(4)(b) || Artikolu 9(4), l-ewwel subparagrafu, daħla u punt (b) Artikolu 8(5) sa (8) || Artikolu 9(5) to (8) Artikolu 9(1) || Artikolu 10(1) Artikolu 9(2)(a) || Artikolu 10(2), l-ewwel subparagrafu Artikolu 9(2)(b) || Artikolu 10(2), tieni subparagrafu Artikolu 9(3), (4) u (5) || Artikolu 10(3), (4) u (5) Artikolu 10 || Artikolu 11 Artikolu 11(1) || Artikolu 12(1) Artikolu 11(2)(a) || Artikolu 12(2), l-ewwel subparagrafu Artikolu 11(2)(b) || Artikolu 12(2), tieni subparagrafu Artikolu 11(2)(c) || Artikolu 12(2), tielet subparagrafu Artikolu 11(3) || Artikolu 12(3) Artikolu 12 || Artikolu 13 Artikolu 13 || Artikolu 14 Artikolu 13a || Artikolu 15 Artikolu 15(1), l-ewwel subparagrafu, daħla || Artikolu 16, l-ewwel paragrafu, daħla Artikolu 15(1), l-ewwel subparagrafu, l-ewwel inċiż || Article 16, l-ewwel paragrafu, punt (a) Artikolu 15(1), l-ewwel subparagrafu, tieni inċiż || Article 16, l-ewwel paragrafu, punt (b) Artikolu 15(1), it-tieni subparagrafu || Article 16, it-tieni paragrafu Artikolu 15(2), l-ewwel sentenza || Artikolu 17, l-ewwel paragrafu Artikolu 15(2), it-tieni sentenza || Artikolu 17, it-tieni paragrafu Artikolu 16 || Artikolu 18 __ || Anness I __ || Anness II _____________