52014PC0317

Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL fuq il-miżuri li jistgħu jittieħdu mill- Unjoni wara rapport adottat mill-Korp għall-Ftehim fuq Tilwim tal-WTO dwar kwistjonijiet fuq anti-dumping u anti-sussidji (kodifikazzjoni) /* COM/2014/0317 final - 2014/0163 (COD) */


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.           Fl-isfond ta’ Ewropa tal-poplu, il-Kummissjoni tagħti importanza kbira lis‑simplifikazzjoni u liċ-ċarezza tal-liġi tal-Unjoni sabiex tkun iktar ċara u iktar aċċessibbli għaċ-ċittadini biex b’hekk toffrilhom opportunitajiet ġodda u ċ-ċans li jagħmlu użu mid-drittijiet speċifiċi li tagħtihom.

Ma jistax jintlaħaq dan il-għan sakemm il-bosta dispożizzjonijiet li ġew emendati ħafna drabi, spiss b’mod sostanzjali, jibqgħu mferrxin bejn l-att oriġinali u atti sussegwenti li jemendaw l-att oriġinali. Hemm bżonn għalhekk ta’ xogħol ta’ riċerka konsiderevoli li jqabbel ħafna atti differenti ma’ xulxin sabiex jiġu identifikati r‑regoli attwalment fis-seħħ.

Għalhekk huwa essenzjali li ssir kodifikazzjoni ta’ regoli li ġew emendati ta’ sikwit sabiex il-liġi tkun ċara u trasparenti.

2.           Fl-1 ta’ April 1987 il-Kummissjoni ddeċidiet[1] li tordna lill-persunal tagħha li kull att għandu jiġi kkodifikat wara mhux iktar minn għaxar emendi, filwaqt li enfasizzat li din hija kundizzjoni minima u li d-dipartimenti għandhom jippruvaw jikkodifikaw it‑testi li huma responsabbli għalihom anke f’intervalli iqsar biex jiżguraw li d‑dispożizzjonijiet tagħhom ikunu ċari u jinftiehmu malajr.

3.           Dan ġie kkonfermat mill-Konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew ta’ Edinburgu (Diċembru 1992)[2], filwaqt li saħqu fuq l-importanza tal‑kodifikazzjoni għaliex tagħti ċertezza f’dak li jirrigwarda l-liġi applikabbli għal suġġett partikolari f’mument partikolari.

Il-kodifikazzjoni għandha ssir f’konformità sħiħa mal-proċedura normali għall‑adozzjoni ta’ atti tal-Unjoni.

Billi l-ebda bidla sostanzjali ma tista’ ssir fl-atti li jiġu kkodifikati, il‑Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni qablu, permezz ta’ ftehim interistituzzjonali tal-20 ta’ Diċembru 1994, li jista’ jintuża metodu ta' ħidma aċċelerat għall-adozzjoni rapida ta’ atti ta’ kodifikazzjoni.

4.           L-għan ta’ din il-proposta huwa li ssir il-kodifikazzjoni tar‑Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1515/2001 tas-23 ta' Lulju 2001 fuq il-miżuri li jistgħu jittieħdu mill-Komunità wara rapport adottat mill-Korp għall-Ftehim fuq Tilwim tal-WTO dwar kwistjonijiet fuq anti-dumping u anti-sussidji[3]. Ir‑Regolament il‑ġdid jissostitwixxi d-diversi atti inkorporati fih[4]; din il‑proposta żżomm il-kontenut kollu tal-atti li qed jiġu kkodifikati u għalhekk kulma tagħmel huwa li tgħaqqadhom flimkien filwaqt li tagħmel biss l-emendi formali meħtieġa mill‑eżerċizzju ta’ kodifikazzjoni nnifsu.

5.           Il-proposta ta’ kodifikazzjoni tħejjiet fuq il-bażi ta’ konsolidazzjoni preliminari, fi 22 lingwa uffiċjali tar-Regolament (KE) Nru 1515/2001 u tal-atti li jemendawh, magħmula mill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, permezz ta’ sistema ta’ pproċessar ta’ dejta. Fejn l-Artikoli ġew innumerati mill-ġdid, il-korrelazzjoni bejn in-numri qodma u ġodda tidher fit-tabella li tinsab fl-Anness II tar-Regolament ikkodifikat.

ê 1515/2001 (adattat)

2014/0163 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

fuq il-miżuri li jistgħu jittieħdu mill- Ö Unjoni Õ wara rapport adottat mill-Korp għall-Ftehim fuq Tilwim tal-WTO dwar kwistjonijiet fuq anti-dumping u anti-sussidji (kodifikazzjoni)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat Ö dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea Õ , u b'mod partikolari l-Artikolu Ö 207(2) Õ tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-Parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[5],

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

ê (adattat)

(1)       Ö Ir-Regolament (KE) Nru 1515/2001[6] Õ ġie emendat b'mod sostanzjali[7]. Għal iktar ċarezza u razzjonalità, dak ir-regolament għandu jiġi kkodifikat.

ê 1515/2001 premessa 1 (adattat)

(2)       Permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009[8], il-Kunsill adotta regoli komuni għad-difiża kontra l-importazzjoni li hi l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi li mhumiex membri tal- Ö Unjoni Ewropea Õ.

ê 1515/2001 premessa 2 (adattat)

(3)       Permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009[9] regoli komuni Ö ġew previsti Õ għad-difiża kontra l-importazzjoni li hi oġġett ta' sussidju minn pajjiżi li mhumiex membri tal- Ö Unjoni Ewropea Õ.

ê 1515/2001 premessa 3

(4)       Skont il-Ftehim Marrakesh li jistabbilixxi l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (“WTO”), intlaħaq Ftehim fuq ir-Regoli u Proċeduri li Jirregolaw il-Ftehim fuq Tilwim (“DSU”). Skond id-DSU, ġie stabbilit il-Korp għall-Ftehim fuq Tilwim (“DSB”).

ê 1515/2001 premessa 4 (adattat)

(5)       Sabiex, fejn iqis li huwa xieraq, il- Ö Unjoni Õ titħalla iġġib konformi miżura mittieħda skond ir-Regolament (KE) Nru 1225/2009 jew ir-Regolament (KE) Nru 597/2009 mar-rakkomandazzjonijiet u d-deċiżjonijiet li jkunu jinsabu f'rapport adottat mid-DSB, għandhom jittieħdu dispożizzjonijiet speżifiċi.

ê 1515/2001 premessa 5 (adattat)

(6)       Sabiex tittieħed konsiderazzjoni ta' l-interpretazzjonijiet legali magħmula f'rapport adottat mid- DSB, Öil-Kummissjoni tista' tikkunsidra Õ xieraq it-tħassir, l-emenda jew l-adozzjoni ta' miżuri oħra speċjali għall-dawk il-miżuri mittieħda skond ir-Regolament (KE) Nru 1225/2009 jew ir-Regolament (KE) Nru 597/2009, inklużi dawk il-miżuri li ma kienux il-qofol ta' ftehim fuq tilwim fl-ambitu tad-DSU. Barra dan, l-Istituzzjonijiet tal- Ö Kummissjoni Õ , meta xieraq, għandhom ikunu kapaċi jissospendu jew jirrevedu dawk il-miżuri.

ê 1515/2001 premessa 6 (adattat)

(7)       M'hemmx limitu ta' żmien biex tirrikorri għad-DSU. Ir-rakkomandazzjonijiet fir-rapporti adottati mid-DSB għandhom biss effett prospettiv. Konsegwentement, huwa xieraq li jiġi speċifikat illi, kemm-il darba ma jiġix indikat mod ieħor, kwalunkwe miżura li tittieħed permezz ta' dan ir-Regolament jibda jkollha effett mid-data li din tidħol fis-seħħ u, għaldaqstant, ma tipprovdi l-eba bażi għar-rimborż tad-dazju li nġabar qabel dik id-data.

ê 37/2014 Art. 1 u Anness. 7 (adattat)

(8)       Ö L- Õ implimentazzjoni tiegħu titlob kundizzjonijiet uniformi għall- adozzjoni ta' miżuri b'segwitu għal rapport adottat mill- Ö DSB Õ dwar kwistjonijiet ta' anti-dumping u anti-sussidji. Dawk il-miżuri għandhom jiġu adottati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[10].

(9)       Il-proċedura konsultattiva għandha tintuża għas-sospensjoni ta' miżuri għal perijodu limitat ta' żmien minħabba l-effetti ta' tali miżuri,

ê 1515/2001

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

ê 37/2014 Art.1 u Anness. 7(1) (adattat)

Artikolu 1

1. Kull meta d-DSB jadotta rapport dwar miżura mill-Unjoni meħuda skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009, skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009 jew skont dan ir-Regolament (“miżura kkontestata”), il-Kummissjoni tista' twettaq waħda jew iktar mill-miżuri li ġejjin, kif tqis xieraq, f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl‑Artikolu 4(3):

(a)          tħassar jew temenda il-miżura kontestata; jew

(b)          tadotta kwalunkwe miżura speċjali ta' implimentazzjoni oħra meqjusa xierqa fiċ-ċirkostanzi sabiex l-Unjoni tkun konformi mar-rakkomandazzjonijiet u d‑deċiżjonijiet li jinsabu fir-rapport.

2. Għall-iskop li tittieħed miżura taħt il-paragrafu 1, il-Kummissjoni tista' titlob il-partijiet interessati biex jipprovdu l-informazzjoni kollha neċessarja sabiex tiġi kompluta l-informazzjoni miksuba matul l-investigazzjoni li rriżultat fl-adozzjoni tal-miżura kkontestata.

3. Sakemm ikun xieraq li ssir analiżi qabel jew fl-istess żmien li jittieħdu kwalunkwe miżuri skont il-paragrafu 1, din l-analiżi għandha tinbeda mill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tagħti informazzjoni lill-Istati Membri ladarba tiddeċiedi li tibda analiżi.

4. Sakemm ikun xieraq li tiġi sospiża l-miżura kontestata jew emendata, tali sospensjoni għandha tingħata mill-Kummissjoni għal perjodu ta' żmien limitat, billi taġixxi f'konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 4(2).

ê 37/2014 Art.1 u Anness. 7(2) (adattat)

Artikolu 2

1. Il-Kummissjoni tista' tieħu kwalunkwe waħda minn dawn il-miżuri msemmija fl‑Artikolu 1(1) sabiex jitqiesu l-interpretazzjonijiet legali li saru f'rapport adottat mid-DSB fir-rigward ta' miżura mhux kontestata, jekk tqis dan bħala xieraq.

2. Għall-iskop li tittieħed miżura taħt il-paragrafu 1, il-Kummissjoni tista' titlob il-partijiet interessati biex jipprovdu l-informazzjoni kollha neċessarja sabiex tiġi kompluta l-informazzjoni miksuba matul l-investigazzjoni li rriżultat fl-adozzjoni tal-miżura mhux kontestata.

3. Sakemm ikun xieraq li ssir analiżi qabel jew fl-istess żmien li tittieħed kwalunkwe miżura skont il-paragrafu 1, din l-analiżi għandha tinbeda mill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tagħti informazzjoni lill-Istati Membri ladarba tiddeċiedi li tibda analiżi.

4. Sakemm ikun xieraq li tiġi sospiża l-miżura kontestata jew emendata, dik is-sospensjoni għandha tingħata mill-Kummissjoni għal perijodu ta' żmien limitat, billi taġixxi f'konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 4(2).

ê 1515/2001

Artikolu 3

Kwalunkwe miżura adottata skond dan ir-Regolament, jibda jkolla effett mid-data li din tidħol fis-seħħ u ma tipprovdi l-ebda bażi għar-rimborż tad-dazju li inġabar qabel dik id-data, kemm-il darba ma jiġix indikat mod ieħor.

ê 37/2014 Art.1 u Anness. 7(3) (adattat)

Artikolu 4

1. Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita mill-Kumitat stabbilit mill-Artikolu 15(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009. Dak il-Kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

3. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

ê 37/2014 Art.1 u Anness. 7(4) (adattat)

Artikolu 5

Il-Kummissjoni għandha tinkludi tagħrif dwar l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament fir-rapport annwali tagħha dwar l-applikazzjoni u l-implimentazzjoni ta' miżuri ta' difiża kummerċjali ppreżentat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill skont l-Artikolu 22a tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009.

ê (adattat)

Artikolu 6

Ö Ir-Regolament (KE) Nru 1515/2001 huwa mħassar.

Referenzi għar-Regolament imħassar għandhom jiġu mifhuma bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skont it-tabella ta' korrelazzjoni fl-Anness II. Õ

ê 1515/2001 (adattat)

Artikolu 7

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl- Ö għoxrin Õ jum Ö wara dak Õ tal-publikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal- Ö Unjoni Ewropea Õ .

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew                            Għall-Kunsill

Il-President                                                    Il-President

[1]               COM(87) 868 PV.

[2]               Ara l-Anness 3 tal-Parti A tal-Konklużjonijiet.

[3]               Imdaħħal fil-programm leġiżlattiv għall-2014.

[4]               Ara l-Anness I ta' din il-proposta.

[5]               ĠU C […], […], p. […].

[6]               Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1515/2001 tas-23 ta' Lulju 2001 fuq il-miżuri li jistgħu jittieħdu mill-Komunità wara rapport adottat mill-Korp għall-Ftehim fuq Tilwim tal-WTO dwar kwistjonijiet fuq anti-dumping u anti-sussidji (ĠU L 201, 26.7.2001, p. 10).

[7]               Ara l-Anness I.

[8]               Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat- 30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51).

[9]               Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009 tal-11 ta’ Ġunju 2009 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal- Komunità Ewropea (ĠU L 188, 18.7.2009, p. 93.)

[10]             Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

é

ANNESS I

Regolament imħassar flimkien mal-emenda tiegħu

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1515/2001 (ĠU L 201, 26.7.2001, p. 10) ||

|| Regolament (UE) Nru 37/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 18, 21.1.2014, p. 1) || Punt 7 tal-Anness biss ||

_____________

ANNESS II

Tabella ta' Korrelazzjoni

Regolament (KE) Nru 1515/2001 || Dan ir-Regolament

Artikoli 1, 2 u 3 || Artikoli 1, 2 u 3

Artikolu 3a || Artikolu 4

Artikolu 3b || Artikolu 5

- || Artikolu 6

Artikolu 4 || Artikolu 7

- || Anness I

- || Anness II

_____________