Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f’isem l-Unjoni fil-Kumitati rilevanti tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-proposti għall-emendi għar-Regolamenti Nri 13, 13H, 14, 29, 44, 49, 51, 54, 75, 83, 90, 101, 106, 121 u 127 tan-NU, għar-Regolament tan-NU dwar it-tagħmir ta’ kontroll tal-emissjonijiet immuntat wara (REC) fil-vetturi ta’ strapazz (“heavy-duty”), u għar-Riżoluzzjoni Kkonsolidata tan-NU dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3) /* COM/2014/0314 final - 2014/0162 (NLE) */
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI 1. KUNTEST TAL-PROPOSTA Fil-livell internazzjonali, il-Kummissjoni
Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) tiżviluppa
rekwiżiti armonizzati, li huma maħsubin biex ineħħu
l-ostakli tekniċi fil-kummerċ tal-vetturi bil-mutur bejn il-Partijiet
Kontraenti tal-Ftehim Rivedut tal-1958 u biex jiżguraw li vetturi
bħal dawn joffru livell għoli ta’ sikurezza u ħarsien
ambjentali. F’konformità mad-Deċiżjoni
tal-Kunsill 97/836/KE[1]
tas-27 ta’ Novembru 1997, l-Unjoni ssieħbet fil-Ftehim
tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti
(in-“NU/KEE”) dwar l-adozzjoni ta’ preskrizzjonijiet tekniċi uniformi
għall-vetturi bir-roti, tagħmir u partijiet li jistgħu
jitwaħħlu u/jew jintużaw fuq vetturi bir-roti u l-kundizzjonijiet
għar-rikonoxximent reċiproku tal-approvazzjonijiet mogħtija
abbażi ta’ dawn il-preskrizzjonijiet (“il-Ftehim Rivedut tal-1958”), u
f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/125/KE
tal-31 ta’ Jannar 2000 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim li
jistabbilixxi regolamenti tekniċi globali għall-vetturi bir-roti,
apparat u partijiet li jistgħu jitwaħħlu u/jew jintużaw
f’vetturi bir-roti (“Ftehim Parallel”)[2],
l-Unjoni ssieħbet fil-Ftehim Parallel. Il-laqgħat tal-Grupp ta’ Ħidma 29
tan-NU/KEE, jiġifieri l-Forum Dinji għall-Armonizzazzjoni
tar-Regolamenti dwar il-Vetturi, isiru tliet darbiet fis-sena, f’Marzu,
f’Ġunju u f’Novembru ta’ kull sena kalendarja. F’kull sessjoni
tal-laqgħat, jiġu adottati emendi ġodda għar-Regolamenti
tan-NU eżistenti jew għar-Regolamenti Tekniċi Globali
eżistenti, sabiex jippermettu l-progress tekniku. Qabel kull laqgħa
tal-Grupp ta’ Ħidma 29, dawn l-emendi jiġu adottati minn xi
wieħed mis-sitt gruppi ta’ ħidma li huma attivi fil-Grupp ta’
Ħidma 29. Wara, waqt il-laqgħa tal-Grupp ta’
Ħidma 29, jintefa’ l-vot finali għall-adozzjoni tal-emendi,
is-supplimenti u r-rettifiki, dejjem jekk jintlaħaq il-kworum u jkun hemm
maġġoranza kwalifikata fost il-partijiet kontraenti. L-UE hija parti
kontraenti taż-żewġ Ftehimiet (dak tal-1958 u dak tal-1998)
fil-kuntest tal-Grupp ta’ Ħidma 29, u tivvota fil-laqgħat tiegħu
f’isem l-Istati Membri. Deċiżjoni tal-Kunsill, imsejħa
l-“mega-Deċiżjoni”, li tħaddan fiha l-lista tal-emendi,
is-supplimenti u r-rettifiki, titħejja kull darba u tawtorizza
lill-Kummissjoni tivvota f’isem l-Istati Membri tagħha f’kull laqgħa
tal-Grupp ta’ Ħidma 29. Din id-Deċiżjoni tal-Kunsill
tiddefinixxi l-pożizzjoni tal-Unjoni fil-votazzjoni dwar l-emendi,
is-supplimenti u r-rettifiki mressqin għall-vot fil-laqgħa tal-Grupp
ta’ Ħidma 29 ta’ Ġunju 2014, li se ssir bejn l-24 u
s-27 ta’ Ġunju 2014. 2. IR-RIŻULTATI
TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET INTERESSATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET
TAL-IMPATT Il-Kumitat Tekniku dwar il-Vetturi bil-Mutur
ġie kkonsultat u tqiesu l-kummenti li għamlu l-esperti tal-Istati
Membri. 3. ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA ·
Sommarju tal-azzjoni proposta Il-proposta
tiddefinixxi l-pożizzjoni tal-Unjoni fil-votazzjoni dwar l-emendi
għar-Regolamenti Nri 13, 13H, 14, 29, 44, 49, 51, 54, 75, 83, 90,
101, 106, 121 u 127 tan-NU, għar-Regolament tan-NU dwar it-tagħmir
ta’ kontroll tal-emissjonijiet immuntat wara (REC) fil-vetturi ta’ strapazz
(“heavy-duty”), u għar-Riżoluzzjoni Kkonsolidata dwar il-Kostruzzjoni
tal-Vetturi (R.E.3). ·
Il-bażi legali L-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament
tal-Unjoni Ewropea, flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu, jifforma
l-bażi legali għal din il-proposta. ·
Il-prinċipju tas-sussidjarjetà L-Unjoni biss tista’ tivvota favur strumenti
internazzjonali bħall-proposti għal emendi tar-Regolamenti tan-NU u
l-abbozzi tar-Regolamenti Tekniċi Globali u tinkorporahom fis-sistema
tal-Unjoni għall-approvazzjoni tat-tip tal-vetturi bil-mutur. Minbarra li
b’hekk tiġi evitata l-frammentazzjoni tas-Suq Intern, dan jiżgura
wkoll li jkun hemm standards ugwali tas-saħħa u s-sikurezza fl-Unjoni
kollha. Dan joffri wkoll vantaġġi tal-ekonomiji tal-iskala:
il-prodotti jistgħu jsiru għas-suq kollu tal-Unjoni u anki
għas-suq internazzjonali, minflok ma jiġu mmanifatturati speċifikament
għal kull Stat Membru individwali biex jingħataw l-approvazzjonijiet
tat-tip nazzjonali. Għaldaqstant, din il-proposta hija
konformi mal-prinċipju tas-sussidjarjetà. ·
Il-prinċipju tal-proporzjonalità Il-proposta tikkonforma mal-prinċipju
tal-proporzjonalità minħabba li ma tmurx lil hinn minn dak li huwa
meħtieġ biex jintlaħqu l-għanijiet li jiġi żgurat
il-funzjonament tajjeb tas-Suq Intern, filwaqt li fl-istess ħin tipprevedi
livell għoli ta’ sikurezza u ħarsien għall-pubbliku. ·
L-għażla tal-istrumenti L-użu ta’ Deċiżjoni tal-Kunsill
huwa meħtieġ skont l-Artikolu 218(9) tat-TFUE sabiex jiġu
stabbiliti l-pożizzjonijiet li għandhom jiġu adottati f’isem
l-Unjoni f’korp stabbilit permezz ta’ ftehim internazzjonali. 2014/0162 (NLE) Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL li tistabbilixxi l-pożizzjoni li
għandha tiġi adottata f’isem l-Unjoni fil-Kumitati rilevanti
tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti dwar
il-proposti għall-emendi għar-Regolamenti Nri 13, 13H, 14, 29,
44, 49, 51, 54, 75, 83, 90, 101, 106, 121 u 127 tan-NU, għar-Regolament
tan-NU dwar it-tagħmir ta’ kontroll tal-emissjonijiet immuntat wara (REC)
fil-vetturi ta’ strapazz (“heavy-duty”), u għar-Riżoluzzjoni
Kkonsolidata tan-NU dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3) IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat dwar
il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikulari l-Artikolu 114
tiegħu, flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni
Ewropea, Billi: (1) F’konformità mad-Deċiżjoni
tal-Kunsill 97/836/KE[3],
l-Unjoni ssieħbet fil-Ftehim tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa
tan-Nazzjonijiet Uniti (in-NU/KEE) dwar l-adozzjoni ta’ preskrizzjonijiet
tekniċi uniformi għall-vetturi bir-roti, tagħmir u partijiet li
jistgħu jitwaħħlu u/jew jintużaw fuq vetturi bir-roti u
l-kundizzjonijiet għar-rikonoxximent reċiproku tal-approvazzjonijiet
mogħtija abbażi ta’ dawn il-preskrizzjonijiet (“il-Ftehim Rivedut
tal-1958”). (2) F’konformità mad-Deċiżjoni
tal-Kunsill 2000/125/KE[4],
l-Unjoni ssieħbet fil-Ftehim li jistabbilixxi regolamenti tekniċi
globali għall-vetturi bir-roti, apparat u partijiet li jistgħu
jitwaħħlu u/jew jintużaw f’vetturi bir-roti (il-“Ftehim
Parallel”). (3) Id-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u
tal-Kunsill[5]
issostitwiet is-sistemi ta’ approvazzjoni tal-Istati Membri bi proċedura
ta’ approvazzjoni tal-Unjoni u stabbilixxiet qafas armonizzat li fih
id-dispożizzjonijiet amministrattivi u r-rekwiżiti tekniċi
ġenerali għall-vetturi, is-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet
tekniċi separati l-ġodda kollha. Dik id-Direttiva inkorporat
ir-Regolamenti tan-NU fis-sistema tal-UE għall-approvazzjoni tat-tip, jew
bħala rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip jew inkella
bħala alternattivi għal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. Minn
mindu ġiet adottata dik id-Direttiva, ir-Regolamenti tan-NU qegħdin
jieħdu post il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dejjem aktar fil-qafas
tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE. (4) Fil-kuntest tal-esperjenza miksuba u tal-iżviluppi
tekniċi li saru, iridu jiġu adattati r-rekwiżiti marbutin ma’
ċerti elementi jew ċerti karatteristiċi li huma koperti
mir-Regolamenti Nri 13, 13H, 14, 29, 44, 49, 51, 54, 75, 83, 90, 101, 106,
121 u 127 tan-NU, mir-Regolament tan-NU dwar it-tagħmir ta’ kontroll
tal-emissjonijiet immuntat wara (REC) fil-vetturi ta’ strapazz (“heavy-duty”),
u mir-Riżoluzzjoni Kkonsolidata tan-NU dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi
(R.E.3). (5) Għaldaqstant, jeħtieġ li tiġi stabbilita
l-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f’isem l-Unjoni
fil-Kumitat Amministrattiv tal-Ftehim Rivedut tal-1958 u fil-Kumitat
Eżekuttiv tal-Ftehim Parallel dwar l-adozzjoni ta’ dawk l-atti tan-NU, ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu uniku Il-pożizzjoni li għandha tiġi
adottata f’isem l-Unjoni fil-Kumitat Amministrattiv tal-Ftehim Rivedut tal-1958
u fil-Kumitat Eżekuttiv tal-Ftehim Parallel bejn l-24 u
s-27 ta’ Ġunju 2014 għandha tkun li tivvota favur
l-atti tan-NU mniżżlin fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni. Magħmul fi Brussell, Għall-Kunsill Il-President [1] ĠU L 346, 17.12.1997, p. 78. [2] ĠU L 35, 10.2.2000, p. 12. [3] Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/836/KE
tas-27 ta’ Novembru 1997 bil-għan tal-adeżjoni
tal-Komunità Ewropea mal-Ftehim tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet
Uniti għall-Ewropa li jikkonċerna l-adozzjoni tal-preskrizzjonijet
tekniċi uniformi għall-vetturi bir-roti, tagħmir u partijiet
liema jistgħu jkunu ffittjati u/jew ikunu użati ma’ vetturi bir-roti
u l-kondizzjonijiet għar-rikonoxximent reċiproku
tal-approvazzjonijiet mogħtija fuq il-bażi ta’ dawn
il-preskrizzjonijiet (Ftehim Rivedut tal-1958) (ĠU L 346, 17.12.1997,
p. 78). [4] Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/125/KE
tal-31 ta’ Jannar 2000 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim li
jistabbilixxi regolamenti tekniċi globali għall-vetturi bir-roti,
apparat u partijiet li jistgħu jitwaħħlu u/jew jintużaw
f’vetturi bir-roti (Ftehim Parallel) (ĠU L 35, 10.2.2000,
p. 12). [5] Id-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u
tal-Kunsill tal-5 ta’ Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru
għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u
ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba
għal tali vetturi (Direttiva Kwadru) (ĠU L 263, 9.10.2007,
p. 1). ANNESS Proposta għas-Suppliment 12 tas-serje 11 ta’ emendi tar-Regolament Nru 13 (L-ibbrejkjar tal-vetturi tqal) || ECE/TRANS/WP.29/2014/45 Proposta għas-Suppliment 16 tar-Regolament Nru 13-H (Il-brejkijiet tal-vetturi tal-kategoriji M1 u N1) || ECE/TRANS/WP.29/2014/46 Proposta għas-Suppliment 6 għas-serje 07 ta’ emendi tar-Regolament Nru 14 (L-ankraġġi taċ-ċinturini tas-sikurezza) || ECE/TRANS/WP.29/2014/34 Proposta għas-Suppliment 2 tas-serje 03 ta’ emendi tar-Regolament Nru 29 (Il-kabini tal-vetturi kummerċjali) || ECE/TRANS/WP.29/2014/35 Proposta għas-Suppliment 8 tas-serje 04 ta’ emendi tar-Regolament Nru 44 (Is-sistemi ta’ trażżin għat-tfal) || ECE/TRANS/WP.29/2014/36 Proposta għas-Suppliment 7 tas-serje 05 u għas-Suppliment 3 tas-serje 06 ta’ emendi tar-Regolament Nru 49 (L-emissjonijiet tal-magni ta’ tqabbid bil-kompressjoni u tal-magni ta’ tqabbid bl-ispark plaggs (LPG u CNG)) || ECE/TRANS/WP.29/2014/39 Proposta għas-Suppliment 10 tas-serje 02 ta’ emendi tar-Regolament Nru 51 (Il-ħoss tal-vetturi tal-kategoriji M u N) || ECE/TRANS/WP.29/2014/44 Proposta għall-emendi tar-Regolament Nru 51 (Il-ħoss tal-vetturi tal-kategoriji M u N) || ECE/TRANS/WP.29/2011/64 Proposta għas-Suppliment 19 tar-Regolament Nru 54 (It-tajers għall-vetturi kummerċjali u l-karrijiet tagħhom) || ECE/TRANS/WP.29/2014/47 Proposta għar-Rettifika 2 tar-Reviżjoni 3 tar-Regolament Nru 54 (It-tajers għall-vetturi kummerċjali u l-karrijiet tagħhom) || ECE/TRANS/WP.29/2014/51 Proposta għas-Suppliment 14 tar-Regolament Nru 75 (It-tajers għall-muturi/il-mopeds) || ECE/TRANS/WP.29/2014/48 Proposta għas-Suppliment 4 tas-serje 06 ta’ emendi tar-Regolament Nru 83 (L-emissjonijiet tal-vetturi tal-kategoriji M1 u N1) || ECE/TRANS/WP.29/2014/40 Proposta għas-serje 07 ta’ emendi tar-Regolament Nru 83 (L-emissjonijiet tal-vetturi tal-kategoriji M1 u N1) || ECE/TRANS/WP.29/2014/41 WP.29-163-05 Proposta għas-Suppliment 2 tas-serje 02 ta’ emendi tar-Regolament Nru 90 (Il-firrodi tal-brejkijiet ta’ sostituzzjoni) || ECE/TRANS/WP.29/2014/49 Proposta għas-Suppliment 4 tas-serje 01 ta’ emendi tar-Regolament Nru 101 (L-emissjonijiet tas-CO2/il-konsum tal-fjuwil) || ECE/TRANS/WP.29/2014/42 Proposta għas-Suppliment 11 tar-Regolament Nru 106 (It-tajers għall-vetturi agrikoli) || ECE/TRANS/WP.29/2014/50 Proposta għas-serje 01 ta’ emendi tar-Regolament Nru 121 (L-identifikazzjoni tal-kontrolli, tal-indikaturi operatorji u tal-indikaturi) || ECE/TRANS/WP.29/2012/30 ECE/TRANS/WP.29/2012/30/Corr.1 Proposta għas-Suppliment 1 tar-Regolament Nru 127 (Is-sikurezza tal-persuni li jkunu mexjin fit-triq) || ECE/TRANS/WP.29/2014/37 Proposta għas-serje 01 ta’ emendi tar-Regolament Nru 127 (Is-sikurezza tal-persuni li jkunu mexjin fit-triq) || ECE/TRANS/WP.29/2014/38 Proposta għas-serje 01 ta’ emendi tal-abbozz ta’ Regolament dwar id-dispożizzjonijiet uniformi għall-approvazzjoni tat-tagħmir ta’ kontroll tal-emissjonijiet immuntat wara (REC) fil-vetturi ta’ strapazz (“heavy-duty”) || ECE/TRANS/WP.29/2014/43 Proposta għall-emendi tar-Riżoluzzjoni Kkonsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3) || ECE/TRANS/WP.29/2014/52