Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, ta' Protokoll li jemenda l-Ftehim dwar l-Ispazju Komuni tal-Avjazzjoni, bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha minn naħa waħda, u l-Ġeorġja min-naħa l-oħra, biex tittieħed inkunsiderazzjoni l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea /* COM/2014/0256 final - 2014/0134 (NLE) */
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI 1) Kuntest tal-proposta 110 || · Ir-raġunijiet għall-proposta u l-objettivi tagħha / il-kuntest ġenerali Il-Ftehim dwar l-Ispazju Komuni tal-Avjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea, l-Istati Membri tagħha u l-Ġeorġja ġie nnegozjat abbażi tad-Deċiżjoni tal-Kunsill adottata f'Ġunju 2009 li tawtorizza l-bidu tan-negozjati. Il-Ftehim ġie ffirmat fit-2 ta’ Diċembru 2010. 120 || Ir-Repubblika tal-Kroazja ssieħbet mal-Unjoni Ewropea fl-1 ta' Lulju 2013. Skont l-Artikolu 6(2) tal-Att dwar il-Kundizzjonijiet tal-Adeżjoni, il-Kroazja ntrabtet li taderixxi mal-ftehimiet konklużi jew iffirmati mill-Istati Membri u l-Unjoni ma’ wieħed jew aktar pajjiżi terzi jew organizzazzjoni internazzjonali. Ġie nnegozjat protokoll, li fih l-adattamenti lingwistiċi meħtieġa tal-Ftehim li jirriżultaw mill-adeżjoni tal-Kroazja. Skont l-Artikolu 6(2) imsemmi hawn fuq kif ukoll l-Artikoli 100(2) u 218(5) tat-TFUE, l-iffirmar tal-Protokoll ġie approvat bid-Deċiżjoni ta’ [...], u l-Protokoll ġie ffirmat fil-[…] Il-Protokoll issa għandu jiġi approvat, abbażi tal-Artikoli 100(2) u 218(6) (a) tat-TFUE, flimkien mal-Artikolu 6(2) tal-Att ta’ Adeżjoni. 130 || · Dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam kopert mill-proposta Id-dispożizzjonijiet tal-Protokoll jieħdu post jew jikkumplimentaw id-dispożizzjonijiet fil-Ftehim dwar l-Ispazju Komuni tal-Avjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea, l-Istati Membri tagħha u l-Ġeorġja. 140 || · Il-konsistenza ma’ politiki u objettivi oħra tal-Unjoni Il-Ftehim mal-Ġeorġja kien l-ewwel ftehim komprensiv dwar trasport bl-ajru ffirmat ma' sieħeb importanti fl-avjazzjoni fir-reġjun tal-Kawkasu. Jifforma parti mill-qafas ta' politika esterna tal-avjazzjoni tal-Unjoni stabbilit bil-Kommunikazzjoni tal-Kummissjoni COM(2005)79: "Developing the agenda for the Community's external aviation policy" (Niżviluppaw l-aġenda għall-politika esterna tal-avjazzjoni tal-Komunità) u reċentement rivedut bil-Kommunikazzjoni tal-Kummissjoni COM(2012)556: "The EU's External Aviation Policy - Addressing Future Challenges" (Il-Politika Esterna tal-Avjazzjoni tal-UE - Nindirizzaw l-Isfidi Futuri) u l-Konklużjonijiet tal-Kunsill korrispondenti. 2) Konsultazzjoni mal-partijiet interessati u l-valutazzjoni tal-impatt || · Konsultazzjoni mal-partijiet interessati 211 || Il-metodi ta' konsultazzjoni, is-setturi ewlenin indirizzati u l-profil ġenerali ta' dawk li wieġbu Mhux applikabbli 212 || Sommarju tat-tweġibiet u kif dawn ittieħdu inkunsiderazzjoni Mhux applikabbli 3) L-ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA 305 || · Sommarju tal-miżuri proposti Il-Protokoll jiżgura l-emenda meħtieġa li għandha ssir fil-Ftehim dwar l-Ispazju Komuni tal-Avjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea, l-Istati Membri tagħha u l-Ġeorġja wara l-adeżjoni tal-Kroazja mal-UE fl-1 ta’ Lulju 2013. 310 || · Bażi legali L-Artikoli 100(2) u 218(6)(a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, flimkien mal-Artikolu 6(2) tal-Att ta’ Adeżjoni. 4) Implikazzjonijiet baġitarji 409 || Il-proposta ma għandhiex implikazzjonijiet għall-baġit tal-Unjoni. 5) INFORMAZZJONI ADDIZZJONALI 570 || · Spjegazzjoni dettaljata tal-proposta Il-Kunsill huwa mitlub japprova l-Protokoll li jemenda l-Ftehim dwar l-Ispazju Komuni tal-Avjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea, l-Istati Membri tagħha u l-Ġeorġja. 2014/0134 (NLE) Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni
Ewropea u l-Istati Membri tagħha, ta' Protokoll li jemenda l-Ftehim dwar
l-Ispazju Komuni tal-Avjazzjoni, bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri
tagħha minn naħa waħda, u l-Ġeorġja min-naħa l-oħra,
biex tittieħed inkunsiderazzjoni l-adeżjoni tar-Repubblika
tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra
t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari
l-Artikoli 100 (2) u 218(6)(a) tiegħu, Wara li kkunsidra
l-Att tal-Adeżjoni tal-Kroazja, u b’mod partikolari t-tieni subparagrafu
tal-Artikolu 6(2) tiegħu, Wara li kkunsidra
l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea, Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament
Ewropew[1], Billi: (1) Skont id-Deċiżjoni
tal-Kunsill 2014/.../UE[2],
il-Protokoll li jemenda l-Ftehim dwar l-Ispazju Komuni tal-Avjazzjoni bejn
l-Unjoni Ewropea, l-Istati Membri tagħha minn naħa waħda u
l-Ġeorġja min-naħa l-oħra, sabiex tittieħed
inkunsiderazzjoni l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea
("il-Protokoll") ġie
iffirmat, suġġett għall-konklużjoni tiegħu. (2) Il-Protokoll
għandu jiġi approvat, ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 il-Protokoll li jemenda l-Ftehim dwar
l-Ispazju Komuni tal-Avjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea, l-Istati Membri
tagħha minn naħa waħda u l-Ġeorġja min-naħa
l-oħra sabiex tittieħed inkunsiderazzjoni l-adeżjoni
tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea, huwa b'dan approvat f'isem
l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha.[3] Artikolu 2 Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat
sabiex jaħtar il-persuna jew persuni biex tingħatalhom
is-setgħa, f'isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, li
jiddepożitaw l-att ta' approvazzjoni previst fl-Artikolu 3
tal-Protokoll. Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni tidħol
fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha. Magħmul fi Brussell, Għall-Kunsill Il-President [1] ĠU C , , p. . [2] ĠU L […], […], p. […]. [3] It-test tal-Protokoll
ġie ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
ĠU L …............, flimkien mad-deċiżjoni dwar l-iffirmar
tiegħu.