Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti bil-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn ir-Repubblika Demokratika ta' São Tomé u Príncipe u l-Unjoni Ewropea. /* COM/2014/0189 final - 2014/0114 (NLE) */
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI 1. IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA Il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni Ewropea
biex tinnegozja, f'isem l-Unjoni Ewropea, it-tiġdid tal-protokoll
tal-ftehim ta' sħubija fis-settur tas-sajd konkluż mar-Repubblika
Demokratika ta' São Tomé u Príncipe. Wara dawn in-negozjati,
fid-19 ta' Diċembru 2013, ġie inizjalat abbozz ta'
Protokoll ġdid min-negozjaturi Il-Protokoll il-ġdid ikopri perjodu
ta' erba' (4) snin li jibda mid-data tal-applikazzjoni provviżorja
stipulata mill-Artikolu 14 – tiegħu. Din id-data tkun l-istess
bħal dik tal-iffirmar ta' dan il-Protokoll il-ġdid. L-għan prinċipali tal-Protokoll
tal-Ftehim huwa li joffri opportunitajiet tas-sajd għall-bastimenti
tal-Unjoni Ewropea fl-ilmijiet ta' São Tomé skont l-aqwa parir xjentifiku
disponibbli u r-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni Internazzjonali
għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku (ICCAT) fil-limiti
tal-kwantità żejda disponibbli. Il-Kummissjoni hija bbażata, fost
oħrajn, fuq ir-riżultati ta' evalwazzjoni ex-post ta' protokoll
preċedenti imwettqa minn esperti esterni. L-għan huwa li tissaħħaħ
il-kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Demokratika ta' São Tomé
u Príncipe għall-iżvilupp ta’ politika tas-sajd sostenibbli u
l-użu responsabbli tar-riżorsi tas-sajd fiż-żoni tas-sajd
ta' São Tomé u Príncipe, fl-interess taż-żewġ partijiet. Il-protokoll jipprevedi l-opportunitajiet ta'
sajd fil-kategoriji tas-sajd li ġejjin : – 28 bastiment tas-sajd
għat-tonn bit-tartarun. – 6 (sitt) bastimenti tas-sajd
bil-konz tal-wiċċ. Abbażi ta’ dan, il-Kummissjoni qed
tipproponi li l-Kunsill jawtorizza l-iffirmar u l-applikazzjoni
provviżorja ta' dan il-Protokoll il-ġdid. 2. RIŻULTATI TA’
KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET INTERESSATI U VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT Il-partijiet interessati ġew ikkonsultati
fil-qafas tal-evalwazzjoni tal-Protokoll 2011-2014. Ġew ikkonsultati
wkoll l-esperti mill-Istati Membri waqt laqgħat tekniċi. Minn dawn
il-konsultazzjonijiet ġie konkluż li jkun ta’ benefiċċju li
jinżamm protokoll tas-sajd mar-Repubblika Demokratika ta' São Tomé u
Príncipe. 3. L-ELEMENTI LEGALI
TAL-PROPOSTA Din il-proċedura qed tinbeda b’mod
parallel mal-proċeduri dwar id-Deċiżjoni tal-Kunsill li tadotta
l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll innifsu, kif ukoll
mar-Regolament tal-Kunsill dwar l-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd
bejn l-Istati Membri tal-UE. 4. IMPLIKAZZJONI BAĠITARJA Il-kontribuzzjoni finanzjarja annwali tammonta
għal EUR 710 000 għall-ewwel tliet snin u għal EUR 675 000
għar-raba' sena abbażi ta' a) tunnellaġġ ta' referenza ta'
EUR 7 000, li għalih ammont marbut mal-aċċess ġie stabbilit
għal EUR 385 000 għall-ewwel tliet snin u EUR 350 000 għar-raba'
sena u b) appoġġ għall-iżvilupp tal-politika settorjali
tas-sajd tar-Repubblika Demokratika ta' São Tomé u Príncipe li jammonta
għal EUR 325 000. Dan l-appoġġ huwa konformi mal-objettivi
tal-politika nazzjonali fir-rigward tas-sajd u b'mod partikolari
mal-ħtiġijiet tar-Repubblika Demokratika ta' São Tomé u Príncipe
fir-rigward ta' appoġġ għas-sajd artiġjanali u tal-ġlieda
kontra s-sajd illegali. 2014/0114 (NLE) Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, u
l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll li jistabbilixxi
l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti bil-Ftehim
ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn ir-Repubblika Demokratika ta' São Tomé u
Príncipe u l-Unjoni Ewropea. IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat dwar
il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43(2), flimkien
mal-Artikolu 218(5) tiegħu, Wara li kkunsidraw il-proposta
mill-Kummissjoni Ewropea , Billi: (1) Fit-23 ta’ Lulju 2007,
il-Kunsill adotta r-Regolament (KE) Nru 894/2007[1]
dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim ta’ Sħubija fis-Settur tas-Sajd bejn
ir-Repubblika Demokratika ta’ São Tomé e Príncipe u l-Komunità Ewropea (minn
hawn ’il quddiem imsejjaħ il-“Ftehim”). (2) Fit-12 ta’ Lulju 2011
il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2011/420/UE[2] dwar
il-konklużjoni ta’ Protokoll[3]
li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja
previsti mill-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u
r-Repubblika Demokratika ta’ São Tomé u Príncipe. Il-protokoll konkluż
ikopri perjodu ta' tliet (3) snin u jiskadi t-12 ta' Mejju 2014. (3) L-Unjoni nnegozjat Protokoll
ġdid għal ftehim mar-Repubblika Demokratika ta' São Tomé u Príncipe
għal perjodu ta' erba' snin, billi tat lill-bastimenti tal-Unjoni Ewropea
opportunitajiet ta' sajd fl-ilmijiet li r-Repubblika Demokratika ta' São Tomé u
Príncipe għandha s-sovranità jew il-ġurisdizzjoni fuqhom fir-rigward
tas-sajd. (4) Biex tiġi żgurata
l-kontinwità tal-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti tal-Unjoni Ewropea, huwa
previst li l-Protokoll il-ġdid għandu jiġi applikat b’mod
provviżorju sakemm jitlestew il-proċeduri għall-konklużjoni
tiegħu. Din l-applikazzjoni provviżorja tapplika mid-data
tal-iffirmar iżda mhux qabel id-data ta' skadenza tal-protokoll
preċedenti. ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 L-iffirmar, f’isem l-Unjoni, tal-Protokoll li
jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja
previsti mill-Ftehim ta’ Sħubija bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika
Demokratika ta' São Tomé u Príncipe (il-“Protokoll”) huwa b'dan awtorizzat,
suġġett għall-konklużjoni tal-Protokoll imsemmi. It-test tal-Protokoll huwa mehmuż ma’ din
id-Deċiżjoni. Artikolu 2 Is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill
għandu jistabbilixxi l-istrumenti ta' setgħa sħiħa li
jawtorizzaw il-persuna/i indikata/i min-negozjatur tal-Protokoll biex
tiffirma/jiffirmaw il-Protokoll, soġġett għall-konklużjoni
tiegħu. Artikolu 3 Il-Protokoll
għandu japplika b’mod provviżorju, skont l-Artikolu 14 tiegħu,
mid-data tal-iffirmar tiegħu, iżda mhux qabel it-13 ta' Mejju 2014
sakemm jitlestew il-proċeduri neċessarji għall-konklużjoni
tiegħu. Artikolu 4 Din
id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara
dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali
tal-Unjoni Ewropea. Magħmul fi Brussell, Mill-Kunsill Il-President DIKJARAZZJONI FINANZJARJA
LEĠIŻLATTIVA 1. QAFAS
TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA 1.1. Titolu tal-proposta/inizjattiva 1.2. Qasam/Oqsma ta’ politika kkonċernat(i)
fl-istruttura ABM/ABB 1.3. Natura tal-proposta/inizjattiva 1.4. Objettiv(i) 1.5. Raġuni(jiet) għall-proposta/inizjattiva 1.6. Tul taż-żmien u impatt finanzjarju: 1.7. Metodu(i) ta’ mmaniġġjar prospettat(i): 2. MIŻURI TA’
ĠESTJONI 2.1. Regoli ta' monitoraġġ u rappurtar 2.2. Sistema ta’ ġestjoni u kontroll 2.3. Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u
irregolaritajiet 3. STIMA TAL-IMPATT FINANZJARJU
TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA 3.1. Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u
tal-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i: 3.2. Impatt stmat fuq in-nefqa 3.2.1. Sommarju tal-istima
tal-impatt fuq in-nefqa 3.2.2. Impatt stmat fuq
l-approprjazzjonijiet operazzjonali 3.2.3. L-impatt stmat fuq
l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva 3.2.4. Kompatibbiltà
mal-qafas finanzjarju pluriennali preżenti: 3.2.5. Kontribuzzjonijiet
ta’ partijiet terzi: 3.3. Impatt stmat fuq id-dħul DIKJARAZZJONI FINANZJARJA
LEĠIŻLATTIVA 1. QAFAS
TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA 1.1. Titolu
tal-proposta/inizjattiva Proposta
ta' Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta’ Protokoll li
jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja
previsti mill-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u
r-Repubblika Demokratika ta’ São Tomé u Príncipe. 1.2. Qasam/oqsma ta' politika(i)
kkonċernata/i fl-istruttura ABM/ABB[4]
11.
– Affarijiet Marittimi u Sajd 11.03
– Kontribuzzjonijiet obbligatorji għall-organizzazzjonijiet reġjunali
tal-ġestjoni tas-sajd (ORGP) u organizzazzjonijiet internazzjonali
oħra u ftehim tas-sajd sostenibbli (APD) 1.3. Natura
tal-proposta/inizjattiva ¨Il-proposta/l-inizjattiva hija relatata ma' azzjoni ġdida ¨Il-proposta/l-inizjattiva hija relatata ma’ azzjoni ġdida
b'segwitu għal proġett pilota/azzjoni preparatorja[5] X Il-proposta/l-inizjattiva hija relatata mal-estensjoni
ta’ azzjoni eżistenti ¨Il-proposta/l-inizjattiva hija relatata ma' azzjoni diretta
mill-ġdid lejn azzjoni ġdida 1.4. Objettiv(i) 1.4.1. L-għan (għanijiet)
strateġiku (strateġiċi) pluriennali tal-Kummissjoni mmirati
mill-proposta/inizjattiva In-negozjati
u l-konklużjoni ta' Ftehimet dwar is-Sajd ma' pajjiżi terzi
jissodisfaw l-għan ġenerali li jkun permess l-aċċess għall-bastimenti
tas-sajd tal-Unjoni Ewropea f'żoni tas-sajd li jinsabu fiż-Żona
Ekonomika Esklussiva (ŻEE) ta' pajjiżi terzi u li tiġi
żviluppata sħubija ma' dawn il-pajjiżi bil-ħsieb li
jissaħħaħ l-isfruttar sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd
barra mill-ilmijiet tal-UE. Il-Ftehimiet
ta’ Sħubija dwar is-Sajd (FPAs) jiżguraw ukoll il-koerenza bejn
il-prinċipji li jirregolaw il-Politika Komuni tas-Sajd u l-impenji li
jittieħdu f'politiki oħra Ewropej (l-isfruttar sostenibbli ta'
riżorsi ta' Stati terzi, il-ġlieda kontra s-sajd illegali, mhux
rappurtat u mhux regolat (IUU), l-integrazzjoni tal-pajjiżi sħab
fl-ekonomija globali, kif ukoll governanza aħjar tas-sajd fuq il-livell
politiku u finanzjarju). 1.4.2. Għan (għanijiet)
speċifiku (speċifiċi) u attività (attivitajiet) ABM/ABB
ikkonċernati Għan speċifiku Nru 1 Sabiex
jingħata kontribut għas-sajd sostenibbli fl-ilmijiet li mhumiex
tal-Unjoni, tinżamm preżenza Ewropea fis-sajd fl-ilmijiet
imbiegħda u jitħarsu l-interessi tas-settur tas-sajd Ewropew u
tal-konsumaturi billi jiġu nnegozjati u konklużi FPAs ma’ Stati
kostali, b’mod li jkunu konsistenti ma’ politiki Ewropej oħrajn. Attività (attivitajiet) ABM/ABB ikkonċernata (ikkonċernati) Affarijiet
marittimi u tas-sajd: Biex jiġi stabbilit qafas ta' governanza għall-attivitajiet
tas-sajd imwettqa minn bastimenti tas-sajd tal-Unjoni fl-ilmijiet ta'
pajjiżi terżi (SFAs) (linja baġitarja 11.0301). 1.4.3. Riżultat(i) u impatt(i)
mistennija Speċifika
l-effetti li l-proposta/inizjattiva mistennija għandu jkollha fuq il-benefiċjarji/gruppi
fil-mira. Il-konklużjoni
tal-Protokoll se tgħin sabiex jinżamm livell sostenibbli ta’
opportunitajiet tas-sajd għall-bastimenti Ewropej fiż-żona
tas-sajd tar-Repubblika Demokratika ta’ São Tomé u Príncipe. Il-Protokoll
se jikkontribwixxi wkoll għall-ġestjoni u l-konservazzjoni aħjar
tar-riżorsi tas-sajd, permezz tal-appoġġ finanzjarju
(appoġġ settorjali) għall-implimentazzjoni tal-programmi
adottati fuq il-livell nazzjonali mill-pajjiżi sħab u b'mod
partikolari fir-rigward tal-kontroll u l-ġlieda kontra s-sajd illegali. 1.4.4. Indikaturi tar-riżultati
u tal-impatti Speċifika
l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni
tal-proposta/inizjattiva. Ir-rata
tal-użu tal-opportunitajiet tas-sajd (% tal-awtorizzazzjonijiet tas-sajd
użati meta mqabbla mad-disponibbiltà offruta mill-Protokoll); Il-ġbir
u l-analiżi tad-dejta dwar il-qabdiet u l-valur kummerċjali
tal-Ftehim; Il-kontribuzzjoni
għall-impjiegi u għall-valur miżjud fl-UE u
għall-istabbilizzazzjoni tas-suq tal-UE (fuq livell aggregat ma’ FPAs
oħra); Għadd
ta' laqgħat tekniċi u tal-Kumitati Konġunti. 1.5. Raġuni(jiet)
għall-proposta/inizjattiva 1.5.1. Rekwiżit/i li jrid/u
jiġu ssodisfat/i fuq medda qasira jew medda twila ta' żmien Il-Protokoll
għall-perjodu 2011-2014 jiskadi fis-13 ta’ Mejju 2014.
Huwa previst li l-Protokoll il-ġdid jiġi applikat b’mod
provviżorju mid-data tal-iffirmar tiegħu u mhux qabel mit-13 ta'
Mejju 2014. Sabiex tkun żgurata l-kontinwazzjoni tal-operazzjonijiet
tas-sajd, qed jingħata bidu għal proċedura rigward l-adozzjoni
mill-Kunsill ta' deċiżjoni fir-rigward tal-firma u l-applikazzjoni
provviżorja tal-Protokoll b'mod parallel ma' din il-proċedura. Il-Protokoll
il-ġdid se jipprovdi qafas għall-attivitajiet tas-sajd tal-flotta
Ewropea fiż-żona tas-sajd ta’ São Tomé u Príncipe, u se jawtorizza
lis-sidien tal-bastimenti Ewropej jitolbu liċenzji tas-sajd li
jawtorizzawhom jistadu fl-ilmijiet ta’ São Tomé u Príncipe. Barra minn hekk,
il-Protokoll il-ġdid isaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-UE u
São Tomé u Príncipe bil-għan li jippromwovi l-iżvilupp ta’ politika
ta’ sajd sostenibbli. Huwa jipprovdi, b’mod
partikolari, il-kontroll tal-bastimenti bil-VMS u l-komunikazzjoni
tal-informazzjoni dwar il-qabdiet b’mod elettroniku. L-appoġġ
settorjali ġie msaħħaħ bil-għan li jgħin
lir-Repubblika Demokratika ta’ São Tomé u Príncipe fil-qafas
tal-istrateġija nazzjonali fir-rigward tas-sajd u jinkludi l-ġlieda
kontra s-sajd IUU. 1.5.2. Valur miżjud
tal-involviment tal-UE Fir-rigward
ta’ dan il-Protokoll il-ġdid, in-nuqqas ta’ azzjoni mill-UE twassal
għal ftehimiet privati li ma jagħtux garanzija ta’ sajd sostenibbli.
L-Unjoni Ewropea tispera wkoll li b'dan il-Protokoll, ir-Repubblika Demokratika
ta’ São Tomé u Príncipe tkompli tikkoopera b'mod effikaċi mal-UE b'mod partikolari
fir-rigward tal-ġlieda kontra s-sajd illegali. 1.5.3. Tagħlimiet minn
esperjenzi simili fl-imgħoddi L-analiżi
tal-qabdiet skont il-Protokoll preċedenti wasslet sabiex il-Partijiet
iżidu t-tunnellaġġ ta' referenza. L-appoġġ settorjali
ġie msaħħaħ filwaqt li tqiesu l-prijoritajiet
tal-istrateġija nazzjonali fir-rigward tas-sajd kif ukoll
tal-ħtiġijiet f'termini tat-tisħiħ tal-kapaċitajiet
tal-amministrazzjoni tas-sajd ta’ São Tomé u Príncipe. 1.5.4. Kompatibilità u sinerġija
possibbli ma' strumenti oħra rilevanti Il-fondi
mħallsa skont l-FPAs jikkonsistu fi dħul funġibbli
fil-baġits tal-pajjiżi terzi sħab. Madankollu, l-allokazzjoni
ta’ wħud minn dawn il-fondi għall-implimentazzjoni tal-miżuri
fil-qafas tal-politika settorjali tal-pajjiż hija kundizzjoni
għall-konklużjoni u l-monitoraġġ tal-FPAs. Dawn
ir-riżorsi finanzjarji huma kompatibbli ma' sorsi oħra ta'
finanzjament minn donaturi oħra ta’ fondi internazzjonali
għat-twettiq ta’ proġetti u/jew programmi fuq livell nazzjonali fis-settur
tas-sajd. 1.6. Tul taż-żmien u
impatt finanzjarju: X Proposta/inizjattiva ta’ tul ta’ żmien
limitat –
X Proposta/inizjattiva fis-seħħ mid-data
tal-iffirmar tal-Protokoll u mhux qabel it-13 ta' Mejju 2014 għal tul ta'
erba' snin. –
X Impatt finanzjarju mill-2014 sal-2017 ¨Proposta/inizjattiva ta' tul taż-żmien illimitat –
Implimentazzjoni b'perjodu ta’ bidu minn SSSS sa
SSSS, –
segwita minn operazzjoni fuq skala sħiħa. 1.7. Metodu(i) ta' ġestjoni
previst(i)[6] Mill-baġit tal-2014 X Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni –
X Mid-dipartimenti tagħha, inkluż
il-persunal tagħha fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni ; –
¨ mill-aġenziji eżekuttivi ¨Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri
¨Ġestjoni indiretta permezz tad-delega
tal-kompiti ta’ implimentazzjoni baġitarja lil: –
¨ pajjiżi terzi jew lil korpi nnominati minnhom; –
¨ organizzazzjonijiet internazzjonali u l-aġenziji tagħhom
(għandhom jiġu speċifikati); –
¨il-BEI u l-Fond Ewropew tal-Investiment; –
¨ korpi msemmijin fl-Artikoli 208 u 209 tar-Regolament Finanzjarju; –
¨ korpi tal-liġi pubblika; –
¨ korpi rregolati mil-liġi privata b'missjoni ta’ servizz pubbliku
safejn jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati; –
¨ korpi rregolati mil-liġi privata ta’ Stat Membru li jkunu fdati
bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika privata u li jipprovdu garanziji
finanzjarji adegwati; –
¨ il-persuni fdati bl-implimentazzjoni ta' azzjonijiet
speċifiċi fis-CFSP skont it-Titolu V tat-Trattat tal-UE u
identifikati fl-att bażiku relevanti. – Jekk ikun indikat aktar minn mod ta’
mmaniġġjar wieħed, jekk jogħġbok agħti dettalji
fis-sezzjoni "Kummenti". Kummenti 2. MIŻURI TA’
ĠESTJONI 2.1. Regoli ta'
monitoraġġ u rappurtar Speċifika
l-frekwenza u l-kundizzjonijiet. Il-Kummissjoni
(DĠ MARE, b’kollaborazzjoni mal-espert tas-sajd tagħha bbażat
fil-Gabon u d-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea f'Libreville) se tiżgura
monitoraġġ regolari tal-implimentazzjoni ta’ dan il-Protokoll,
speċjalment f’termini tal-użu tal-opportunitajiet tas-sajd mill-operaturi
u f’termini ta’ dejta dwar il-qbid. Barra
minn hekk, l-FPA jipprevedi mill-inqas laqgħa annwali waħda
tal-Kumitat Konġunt li matulha l-Kummissjoni u Repubblika Demokratika ta’
São Tomé u Príncipe u terzi jevalwaw l-implimentazzjoni tal-Ftehim u tal-Protokoll
tiegħu u jagħmlu, fejn ikun meħtieġ, aġġustamenti
fil-programmar u, fejn xieraq, fil-kontribuzzjoni finanzjarja. 2.2. Sistema ta’ ġestjoni u
kontroll 2.2.1. Riskju(i) identifikat(i) Jeżistu
għadd ta' riskji fit-twaqqif ta’ protokoll dwar is-sajd, b’mod partikolari
rigward l-ammonti maħsuba għall-finanzjament tal-politika settorjali
tas-sajd (sottoprogrammar). 2.2.2. Informazzjoni li
tikkonċerna s-sistema stabbilita ta’ kontroll intern Huwa
previst djalogu bbażat fuq l-ipprogrammar u l-implimentazzjoni
tal-politika settorjali. L-analiżi konġunta tar-riżultati li
hemm referenza għaliha fl-Artikolu 3 tifforma parti wkoll minn dawn
il-metodi ta’ kontroll. Barra
minn hekk, il-Protokoll fih klawżoli speċifiċi
għas-sospensjoni tiegħu, taħt ċerti kundizzjonijiet u
f’ċirkostanzi partikolari. 2.2.3. Stima tal-kosti u
tal-benefiċċji tal-kontrolli u valutazzjoni tal-livell mistenni
tar-riskju ta’ żball 2.3. Miżuri
għall-prevenzjoni ta’ frodi u irregolaritajiet Speċifika
l-miżuri ta’ prevenzjoni jew protezzjoni eżistenti jew dawk previsti. Il-Kummissjoni
tintrabat li tistabbilixxi djalogu politiku u konsultazzjoni permanenti
mar-Repubblika Demokratika ta’ São Tomé u Príncipe sabiex tkun tista’ ttejjeb
il-ġestjoni tal-Ftehim u ssaħħaħ il-kontribuzzjoni tal-UE
għall-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi. F’kull każ, kull
pagament li jsir mill-Kummissjoni fil-qafas ta’ FPA huwa soġġett
għar-regoli u l-proċeduri baġitarji u finanzjarji standard
tal-Kummissjoni. Dan jippermetti, b’mod partikolari, li jiġu identifikati
b’mod sħiħ il-kontijiet bankarji tal-Istati terzi li fihom
jitħallsu l-ammonti tal-kontribuzzjoni finanzjarja. Għal dan
il-Protokoll partikolari, l-Artikolu 2(8) jistipula li l-kontribuzzjoni
finanzjarja kollha għandha titħallas f'kont tat-Teżor Pubbliku
li jkun infetaħ mill-Bank Ċentrali ta' São Tomé u Príncipe. 3. STIMA TAL-IMPATT FINANZJARJU
TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA 3.1. Intestatura/i tal-qafas
finanzjarju pluriennali u tal-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i: · Linji baġitarji tan-nefqa eżistenti: Skont l-ordni
tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linji baġitarji. Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali: || Linja baġitarja || Tip ta’ nefqa || Kontribuzzjoni Numru [Deskrizzjoni………………………………………] || Diff/mhux diff. ([7]) || mill-pajjiżi tal-EFTA[8] || mill-pajjiżi kandidati[9] || minn pajjiżi terzi || fis-sens tal-Artikolu 21 (2) ( b) tar-Regolament Finanzjarju 2 || 11.03 01 Biex jiġi stabbilit qafas ta' governanza għall-attivitajiet tas-sajd imwettqa minn bastimenti tas-sajd tal-Unjoni fl-ilmijiet ta' pajjiżi terżi (SFAs) || Diff. || EBDA || EBDA || IVA || EBDA · Il-linji tal-baġit ġodda mitluba (mhux applikabbli) Skont l-ordni
tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linji baġitarji. Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali: || Linja baġitarja || Tip ta’ nefqa || Kontribuzzjoni Numru [Deskrizzjoni………………………………………] || Diff/mhux diff. || mill-pajjiżi tal-EFTA || mill-pajjiżi kandidati || minn pajjiżi terzi || fis-sens tal-Artikolu 21 (2) ( b) tar-Regolament Finanzjarju || [XX.SS.SS.SS] || || IVA/LE || IVA/LE || IVA/LE || IVA/LE 3.2. Impatt stmat fuq in-nefqa 3.2.1. Sommarju tal-istima tal-impatt
fuq in-nefqa F'EUR miljun (sa 3 ċifri wara l-punt
deċimali) Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali || Numru 2 || Tkabbir sostenibbli: riżorsi naturali DĠ MARE || || || Sena 2014 || Sena 2015 || Sena 2016 || Sena 2017 || daħħal kemm il-sena jkun hemm bżonn biex turi t-tul taż-żmien tal-impatt (ara l-punt 1.6) || TOTAL L-approprjazzjonijiet operazzjonali || || || || || || || || Numru tal-linja tal-baġit 11.0301 || Impenji || (1) || 0,710 || 0,710 || 0,710 || 0,675 || || || || 2,805 Ħlasijiet || (2) || 0,710 || 0,710 || 0,710 || 0,675 || || || || 2,805 Numru tal-linja tal-baġit || Impenji || (1a) || || || || || || || || Ħlasijiet || (2 a) || || || || || || || || Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi[10] || || || || || || || || Numru tal-linja baġitarja 11 010401 || || (3) || 0,074 || 0,074 || 0,074 || 0,134 || || || || 0,356 TOTAL tal-approprjazzjonijiet għal DĠ MARE || Impenji || =1+1a +3 || 0,784 || 0,784 || 0,784 || 0,809 || || || || 3,161 Ħlasijiet || =2+2a +3 || 0,784 || 0,784 || 0,784 || 0,809 || || || || 3,161 TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali || Impenji || (4) || 0,710 || 0,710 || 0,710 || 0,675 || || || || 2,805 Ħlasijiet || (5) || 0,710 || 0,710 || 0,710 || 0,675 || || || || 2,805 TOTAL ta' approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għall-programmi speċifiċi || (6) || 0,074 || 0,074 || 0,074 || 0,134 || || || || 0,356 TOTAL tal-approprjazzjonijiet taħt l-INTESTATURA 2 tal-qafas finanzjarju multiannwali || Impenji || =4+ 6 || 0,784 || 0,784 || 0,784 || 0,809 || || || || 3,161 Ħlasijiet || =5+ 6 || 0,784 || 0,784 || 0,784 || 0,809 || || || || 3,161 Jekk aktar minn intestatura waħda hija affetwata
mill-proposta/inizjattiva: MHUX APPLIKABBLI TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali || Impenji || (4) || || || || || || || || Ħlasijiet || (5) || || || || || || || || TOTAL ta' approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għall-programmi speċifiċi || (6) || || || || || || || || TOTAL tal-approprjazzjonijiet taħt l-INTESTATURI 1 sa 4 tal-qafas finanzjarju multiannwali (Ammont ta’ referenza) || Impenji || =4+ 6 || || || || || || || || Ħlasijiet || =5+ 6 || || || || || || || || Intestatura tal-qafas finanzjarju multiannwali || 5 || Amministrazzjoni F'EUR miljun (sa 3 ċifri wara l-punt
deċimali) || || || Sena 2014 || Sena 2015 || Sena 2016 || Sena 2017 || daħħal kemm il-sena jkun hemm bżonn biex turi t-tul taż-żmien tal-impatt (ara l-punt 1.6) || TOTAL DĠ: MARE || Riżorsi umani || 0,113 || 0,113 || 0,113 || 0,113 || || || || 0,452 Infiq amministrattiv ieħor || 0,006 || 0,006 || 0,006 || 0,006 || || || || 0,024 TOTAL DĠ MARE || Approprjazzjonijiet || 0,119 || 0,119 || 0,119 || 0,119 || || || || 0,476 TOTAL tal-approprjazzjonijiet taħt l-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju multiannwali || (Total tal-impenji = Total tal-ħlasijiet) || 0,119 || 0,119 || 0,119 || 0,119 || || || || 0,476 F'EUR miljun (sa 3 ċifri wara l-punt
deċimali) || || || Sena 2014 || Sena 2015 || Sena 2016 || Sena 2017 || daħħal kemm il-sena jkun hemm bżonn biex turi t-tul taż-żmien tal-impatt (ara l-punt 1.6) || TOTAL TOTAL tal-approprjazzjonijiet taħt l-INTESTATURI 1 sa 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali || Impenji || 0,903 || 0,903 || 0,903 || 0,928 || || || || 3,637 Ħlasijiet || 0,903 || 0,903 || 0,903 || 0,928 || || || || 3,637 3.2.2. Impatt stmat fuq
l-approprjazzjonijiet operazzjonali –
¨ Il-proposta/inizjattiva ma teħtieġ l-ebda użu ta’
approprjazzjonijiet operazzjonali –
x Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-użu
ta’ approprjazzjonijiet operattivi, kif spjegat hawn taħt: Approprjazzjonijiet għall-impenji f'miljuni ta'
EUR (sa 3 punti deċimali) Indika l-għanijiet u r-riżultati ò || || || Sena 2014 || Sena 2015 || Sena 2016 || Sena 2017 || daħħal kemm il-sena jkun hemm bżonn biex turi t-tul taż-żmien tal-impatt (ara l-punt 1.6) || TOTAL RIŻULTATI (tipi ta’ riżultati) Tip[11] || Kost medju || Nru || Kost || Nru || Kost || Nru || Kost || Nru || Kost || Nru || Kost || Nru || Kost || Nru || Kost || Nru totali || Kost medju GĦAN SPEĊIFIKU Nru 1[12]... || || || || || || || || || || || || || || || || - liċenzji tal-vapuri || t/sena || 55/50[13] || || 0,385 || || 0,385 || || 0,385 || || 0,350 || || || || || || || || - appoġġ settorjali || Annwali || 0,325 || 1 || 0,325 || 1 || 0,325 || 1 || 0,325 || 1 || 0,325 || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || Subtotal għall-objettiv speċifiku Nru 1 || || 0,710 || || 0,710 || || 0,710 || || 0,675 || || || || || || || || GĦAN SPEĊIFIKU Nru 2... || || || || || || || || || || || || || || || || - Implimentazzjoni || || || || || || || || || || || || || || || || || || Subtotali tal-għan speċifiku Nru 2 || || || || || || || || || || || || || || || || KOST TOTALI || || 0,710 || || 0,710 || || 0,710 || || 0,675 || || || || || || || || 3.2.3. L-impatt stmat fuq
l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva 3.2.3.1. Sommarju –
¨ Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġ l-ebda użu ta'
approprazzjonijiet ta’ natura amministrattiva. –
x Il-proposta/l-inizjattiva jeħtiġilha
tuża approprjazzjonijiet ta' natura amministrattiva, kif spjegat hawn
taħt: F'EUR miljun (sa
3 ċifri wara l-punt deċimali) || Sena 2014 || Sena 2015 || Sena 2016 || Sena 2017 || daħħal kemm il-sena jkun hemm bżonn biex turi t-tul taż-żmien tal-impatt (ara l-punt 1.6) || TOTAL INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju multiannwali || || || || || || || || Riżorsi umani || 0,113 || 0,113 || 0,113 || 0,113 || || || || 0,452 Infiq amministrattiv ieħor || 0,006 || 0,006 || 0,006 || 0,006 || || || || 0,024 Subtotal tal-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali || 0,119 || 0,119 || 0,119 || 0,119 || || || || 0,476 Subtotal tal-INTESTATURA 5[14] tal-qafas finanzjarju plurienniali || || || || || || || || Riżorsi umani || 0.062 || 0,062 || 0,062 || 0,062 || || || || 0,248 Infiq amministrattiv ieħor ta’ natura amministrattiva || 0,012 || 0,012 || 0,012 || 0,072 || || || || 0,108 Subtotal Barra l-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju multiannwali || 0,074 || 0,074 || 0,074 || 0.134 || || || || 0.356 TOTAL || 0,193 || 0,193 || 0,193 || 0,253 || || || || 0,832 L-approprjazzjonijiet
ta' riżorsi umani meħtieġa jagħmlu tajjeb għalihom
l-approprjazzjonijiet mid-DĠ li huma diġà assenjati
għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li ġew imqassma mill-ġdid
fi ħdan id-DĠ, flimkien, fejn meħtieġ, ma' allokazzjoni
addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ ta' ġestjoni skont
il-proċedura ta' allokazzjoni annwali u fid-dawl ta' restrizzjonijiet
baġitarji. 3.2.3.2. Stima tar-riżorsi
umani meħtieġa –
¨ Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’
riżorsi umani –
x Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-użu
ta' riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt: L-istima għandha tiġi espressa
f’unitajiet ekwivalenti għal full-time || || Sena 2014 || Sena 2015 || Sena 2016 || Sena 2017 || Karigi fil-pjan ta' stabbiliment (uffiċjali u aġenti temporanji) || || 11 01 01 01 (fil-Kwartieri Ġenerali u fl-Uffiċċji tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni) || 0,95 || 0,95 || 0,95 || 0,95 || XX 01 01 02 (Delegazzjonijiet) || || || || || XX 01 05 01 (Riċerka indiretta) || || || || || 10 01 05 01 (Riċerka diretta) || || || || Persunal estern (f’ekwivalenti għall-full-time – FTE)[15] || || XX 01 02 01 (AK, ENS, INT mill-pakkett globali) || || || || || XX 01 02 02 (AK, AL, ENS, INT, u EŻD fid-delegazzjonijiet) || || || || || 11 01 04 01 [16] || - fil-kwartieri ġenerali || || || || || - fid-Delegazzjoni || 0,5 || 0,5 || 0,5 || 0,5 || XX 01 05 02 (AK, INT, ENS fuq riċerka indiretta) || || || || || 10 01 05 02 (AK, INT, ENS fuq Riċerka diretta) || || || || || Linji baġitarji oħra (speċifika) || || || || || TOTAL || || || || XX huwa l-qasam
ta' politika jew it-titolu tal-baġit ikkonċernat. Ir-riżorsi umani
meħtieġa se jkunu koperti mill-persunal tad-DĠ li diġà huma
assenjati bil-ġestjoni tal-azzjoni u/jew ġew allokati mill-ġdid
fi ħdan id-DĠ, flimkien ma', jekk ikun meħtieġ, kwalunkwe
allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ ta' ġestjoni
skont il-proċedura ta’ allokazzjoni annwali u fid-dawl tal-limiti
baġitarji. Deskrizzjoni tal-kompiti
li jridu jitwettqu: Uffiċjali u aġenti temporanji || Implimentazzjoni amministrattiva u baġitarja tal-ftehim (liċenzji, monitoraġġ tal-qabdiet, pagamenti, appoġġ settorjali), tħejjija tal-Kumitati Konġunti u parteċipazzjoni fihom għan-negozjar ta' Protokolli sussegwenti, l-atti leġiżlattivi ta' tħejjija u implimentazzjoni, korrispondenza, appoġġ tekniku u xjentifiku. Uffiċjal + assistent finanzjarju + segretarjat + kap tal-unità (jew il-viċi kap) + appoġġ xjentifiku u tekniku u ġabra ta' liċenzji u dejta dwar il-qabdiet : 0,95 FTE distribwiti kif ġej: EUR 132 000 għal 0,75 FTE fis-sena u EUR 70 000 għal 0,2 FTE fis-sena. Persunal estern || Wara l-implimentazzjoni tal-Ftehim u tal-appoġġ settorjali. Stima ta' EUR 125 000 għal 0,5 FTE fis-sena 3.2.4. Kompatibbiltà mal-qafas
finanzjarju pluriennali preżenti: –
x Il-proposta/inizjattiva hija kompatibbli
mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali. –
¨ Il-proposta/l-inizjattiva se tinvolvi programmar mill-ġdid
tal-intestatura rilevanti fil-qafas finanzjarju pluriennali. Spjega liema programmazzjoni mill-ġdid hija
meħtieġa, billi tispeċifika l-linji baġitarji
kkonċernati u l-ammonti korrispondenti. –
¨ Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-applikazzjoni
tal-istrument tal-flessibilità jew ir-reviżjoni tal-qafas finanzjarju
pluriennali[17]. Spjega dak li huwa meħtieġ, billi
tispeċifika l-intestaturi u l-linji baġitarji kkonċernati u
l-ammonti korrispondenti. 3.2.5. Kontribuzzjonijiet ta’
partijiet terzi: –
Il-proposta/inizjattiva ma tipprevedix
kofinanzjament minn partijiet terzi. –
Il-proposta/l-inizjattiva tipprevedi
l-kofinanzjament stmat hawn taħt: Approprjazzjonijiet għall-impenji f'miljuni ta'
EUR (sa 3 punti deċimali) || Sena N || Sena N+1 || Sena N+2 || Sena N+3 || daħħal kemm il-sena jkun hemm bżonn biex turi t-tul taż-żmien tal-impatt (ara l-punt 1.6) || Ammont totali Speċifika l-korp ta' kofinanzjament || || || || || || || || TOTAL tal-approprjazzjonijiet kofinanzjati || || || || || || || || 3.3. Impatt stmat fuq id-dħul
–
x Il-proposta/l-inizjattiva ma għandha
l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul. –
¨ Il-proposta/l-inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li
ġej: ¨ fuq ir-riżorsi proprji ¨ fuq id-dħul mixxellanju F'EUR miljun (sa 3 ċifri wara l-punt
deċimali) Linja baġitarja tad-dħul: || Ammonti disponibbli għas-sena baġitarja attwali || Impatt tal-proposta / inizjattiva[18] Sena N || Sena N+1 || Sena N+2 || Sena N+3 || daħħal kemm il-sena jkun hemm bżonn biex turi t-tul taż-żmien tal-impatt (ara l-punt 1.6) Artikolu …. || || || || || || || || Għad-dħul
mixxellanju "assenjat", speċifika l-linja/i baġitarja/i
tan-nefqa affettwata/i. Speċifika l-metodu
tal-kalkolu tal-impatt fuq id-dħul. [1] ĠU L Nru 205, 7 ta’ Awwissu 2007, p.35 [2] ĠU L Nru 188, 19 ta’ Lulju 2011 p.1 [3] ĠU L Nru 136, 24 ta’ Meju 2011, p.5 [4] ABM: Ġestjoni Bbażata fuq l-Attività
('Activity-Based Management') – ABB: Baġit Ibbażat fuq l-Attività
(Activity-Based Budgeting). [5] Kif previst fil-paragrafu 2, il-Punt a) jew b)
tal-Artikolu 54 tar-Regolament Finanzjarju. [6] Id-dettalji dwar il-modi ta’ ġestjoni u r-referenzi
għar-Regolament Finanzjarju jistgħu jinstabu fuq is-sit tal-BudgWeb: http://www.cc.cec/budg/man/budgmanag/budgmanag_en.html [7] Diff. = Approprjazzjonijiet Differenzjati/ Mhux Diff. = Approprjazzjonijiet Mhux Differenzjati [8] EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ
Ħieles. [9] Pajjiżi kandidati u fejn applikabbli, kandidati
potenzjali mill-Balkani tal-Punent. [10] Assistenza teknika u/jew amministrattiva u nefqa
b’appoġġ għall-implimentazzjoni tal-programmi u/jew
l-azzjonijiet tal-UE (dawk li qabel kienu linji “BA”), ir-riċerka
indiretta u r-riċerka diretta. [11] Ir-riżultati huma prodotti jew servizzi li jridu
jiġu fornuti (pereż.: numru ta’ skambji ta’ studenti ffinanzjati,
numru ta’ km ta’ toroq mibnija, eċċ.). [12] Kif ġie deskritt fit-Taqsima 1.4.2.
“Għan(ijiet) speċifiku/speċifiċi...”. [13] Prezz kull tunnellata ta' referenza ta'
7000 tunnellata kull sena : EUR 55 għall-ewwel tliet
snin u EUR 50 għall-aħħar sena [14] Assistenza teknika u/jew amministrattiva u nefqa
b’appoġġ għall-implimentazzjoni tal-programmi u/jew
l-azzjonijiet tal-UE (dawk li qabel kienu linji “BA”), ir-riċerka
indiretta u r-riċerka diretta. [15] AK = Persunal Kuntrattwali; AL= Aġent Lokali; ENS=
Espert Nazzjonali Ssekondat; INT = persunal tal-aġenzija (intérimaire);
JED= "Jeune Expert en Délégation" (Esperti
Żgħażagħ fid-Delegazzjonijiet); [16] Taħt il-limitu massimu għall-persunal estern
mill-approprjazzjonijiet operattivi (ex-linji “BA”). [17] Ara l-punti 19 u 24 tal-Ftehim
Interistituzzjonali (għall-perjodu 2007-2013). [18] Fir-rigward tar-riżorsi proprji tradizzjonali (dazji
doganali, imposti fuq iz-zokkor), l-ammonti indikati għandhom ikunu
ammonti netti, jiġifieri ammonti gross wara tnaqqis ta’ 25 %
tal-ispejjeż tal-ġbir. Anness I
PROTOKOLL
li jistabbilixxi l-opportunitajiet ta’ sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja
previsti fil-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u
r-Repubblika Demokratika ta’ São Tomé u Príncipe Artikolu 1
Il-perjodu ta’ applikazzjoni u opportunitajiet tas-sajd 1.
Mid-data tal-applikazzjoni provviżorja
tal-Protokoll u għal perjodu ta' erba' (4) snin, l-opportunitajiet
tas-sajd mogħtija lill-bastimenti tal-Unjoni Ewropea, skont l-Artikoli 5
tal-Ftehim qed jiġu ffissati biex jippermettu l-qabdiet ta' speċijiet
migratorji ħafna (speċijiet imniżżla fl-Anness 1
tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar
tal-1982), bl-eċċezzjoni tal-ispeċijiet protetti jew ipprojbiti
mill-ICCAT. 2.
L-opportunitajiet tas-sajd qed jingħataw
lil : (a)
28 bastiment tas-sajd għat-tonn
bit-tartarun (b)
6 bastimenti tas-sajd bil-konz
tal-wiċċ. 3.
Il-paragrafu 1 għandu japplika
suġġett għad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 5, 6, 7 u
8 ta’ dan il-Protokoll. 4.
Permezz tal-applikazzjoni tal-Artikolu 6
tal-Ftehim, il-bastimenti tas-sajd li jtajru bandiera ta’ Stat Membru
tal-Unjoni Ewropea jistgħu jistadu fl-ilmijiet ta' São Tomé u Príncipe
biss jekk ikollhom awtorizzazzjoni għas-sajd (liċenzja tas-sajd)
maħruġa skont dan il-Protokoll. Artikolu 2
Il-kontribuzzjoni finanzjarja – Il-metodi ta’ ħlas 1.
Il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu
7 tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd hija stabbilita, għall-perjodu
msemmi fl-Artikolu 1, għal EUR 2,805,000. 2.
Il-kontribuzzjoni finanzjarja tinkludi : (a)
ammont annwali għall-aċċess għaż-ŻEE
ta' São Tomé u Príncipe li jammonta għal EUR 385 000
għall-ewwel tliet snin imbagħad EUR 350 000 għar-raba' sena
ekwivalenti għal tunnellaġġ ta’ referenza ta’
7 000 tunnellata fis-sena, u (b)
ammont speċifiku ta’ EUR 325 000 fis-sena
għal erba' (4) snin għall-appoġġ
għall-implimentazzjoni tal-politika settorjali tas-sajd ta' São Tomé u
Príncipe. 3.
Il-paragrafu 1 għandu japplika skont
id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 3, 4, 5, 7 u 8 ta’ dan il-Protokoll
u tal-Artikoli 12 u 13 tal-Ftehim ta' sħubija dwar is-sajd. 4.
Il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija
fil-paragrafu 1 titħallas mill-Unjoni Ewropea bir-rata ta’
EUR 710 000 fis-sena għall-ewwel tliet snin u ta' EUR 675
000 għar-raba' sena, li tikkorrispondi għat-total tal-ammonti annwali
msemmija fil-paragrafu 2 (a) u (b). 5.
Jekk il-kwantità globali annwali tal-qabdiet
magħmula mill-bastimenti tal-Unjoni Ewropea fl-ilmijiet ta' São Tomé u
Príncipe tkun ogħla mit-tunnellata ta' referenza fis-sena indikata
fil-punt 2, l-ammont totali tal-kontribuzzjoni finanzjarja annwali tiżdied
b’EUR 55 għall-ewwel tliet snin u b'EUR 50 għar-raba' sena
għal kull tunnellata addizzjonali maqbuda. Madankollu, l-ammont totali
annwali mħallas mill-Unjoni Ewropea ma jistax ikun ogħla mid-doppju
tal-ammont indikat fil-paragrafu 2(a). Meta l-kwantitajiet maqbuda
mill-bastimenti tal-Unjoni Ewropea jkunu ogħla mill-kwantitajiet li
jikkorrispondu għad-doppju tal-ammont annwali totali, l-ammont dovut
għall-kwantità li tkun ogħla minn dan il-limitu jitħallas
is-sena ta’ wara. 6.
Il-ħlas isir mhux aktar tard minn disgħin
(90) jum wara d-data ta' applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll,
għall-ewwel sena u mhux aktar tard mid-data tal-anniversarju tal-Protokoll
għas-snin li jiġu wara. 7.
L-allokazzjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja
msemmija fil-paragrafu 2(a) taqa’ taħt id-diskrezzjoni
sħiħa tal-awtoritajiet ta' São Tomé u Príncipe. 8.
Il-kontribuzzjoni finanzjarja indikata
fil-paragrafu 2 tal-Artikolu preżenti għandha titħallas f'kont
tat-Teżor Pubbliku fil-Bank Ċentrali ta' São Tomé u Príncipe, u
l-kontribuzzjoni finanzjarja indikata fil-paragrafu 2 (b) tal-Artikolu
preżenti, assenjata lis-settur settorjali, għandha titqiegħed
għad-dispożizzjoni tad-Direttorat tas-Sajd. L-awtoritajiet ta' São
Tomé se jinnotifikaw lill-Kummissjoni Ewropea bin-numri tal-kontijiet tal-bank
rilevanti fuq bażi annwali. Artikolu 3
Il-promozzjoni ta’ sajd sostenibbli u responsabbli fl-ilmijiet ta' São Tomé u
Príncipe 1.
Il-partijiet għandhom jiftiehmu fi ħdan
il-Kumitat Konġunt previst fl-Artikolu 9 tal-Ftehim ta’ Sħubija
dwar is-Sajd, sa mhux aktar tard minn tliet (3) xhur wara d-dħul
fis-seħħ ta’ dan il-Protokoll, dwar Programm Settorjali Pluriennali ,
u l-metodi tal-applikazzjoni tiegħu, b’mod partikolari : (a)
il-linji gwida annwali u pluriennali
għall-użu tal-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija
fl-Artikolu 2(2)(b); (b)
il-miri, kemm annwali kif ukoll pluriennali, li
għandhom jintlaħqu sabiex jitrawwem sajd sostenibbli u responsabbli,
filwaqt li jitqiesu l-prijoritajiet ta' São Tomé u Príncipe fil-politika
nazzjonali tas-sajd u ta’ politiki oħra konnessi jew li għandhom
impatt fuq il-promozzjoni tas-sajd responsabbli u sostenibbli, speċjalment
fir-rigward tal-appoġġ għas-sajd artiġjanali, u
l-monitoraġġ, il-kontroll u l-ġlieda kontra s-sajd mhux
irrapportat u mhux irregolat (IUU); (c)
il-kriterji u l-proċeduri li jridu
jintużaw biex issir evalwazzjoni tar-riżultati miksuba, fuq bażi
annwali. 2.
Kull bidla proposta fil-programm settorjali
pluriennali għandha tiġi approvata mill-partijiet fi ħdan
il-Kumitat Konġunt. 3.
Kull sena, l-awtoritajiet ta' São Tomé u Príncipe
għandhom jiddeċiedu dwar l-allokazzjoni ta' ammont addizzjonali
mal-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 2(2)(b) bil-għan
li jiġi implimentat il-Programm Pluriennali. Din l-allokazzjoni trid tiġi
kkomunikata lill-Unjoni Ewropea sa mhux aktar tard minn xahrejn (2) qabel
id-data tal-anniversarju tal-Protokoll attwali. 4.
Kull sena, iż-żewġ partijiet iwettqu
evalwazzjoni tal-progress li jkun sar fl-implimentazzjoni tal-Programm
Settorjali Pluriennali. Meta din l-evalwazzjoni tindika li l-miri ffinanzjati
direttament mill-parti tal-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija
fl-Artikolu 2(2)(b) ta' din il-Protokoll ma jkunux inkisbu b'mod
sodisfaċenti, il-Kummissjoni Ewropea tirriżerva d-dritt li tirrevedi
dik il-parti tal-kontribuzzjoni finanzjarja bil-għan li taġġusta
l-ammont allokat għall-implimentazzjoni tal-Programm skont
ir-riżultati. Artikolu 4
Kooperazzjoni xjentifika għal sajd responsabbli 1.
Iż-żewġ partijiet b’dan jimpenjaw
rwieħhom li jippromwovu s-sajd responsabbli fl-ilmijiet ta' São Tomé u
Príncipe fuq il-bażi tal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni bejn
id-diversi flotot tas-sajd preżenti f’dawk l-ilmijiet. 2.
Sakemm idum japplika dan il-Protokoll, l-Unjoni
Ewropea u São Tomé u Príncipe jimpenjaw rwieħhom biex jikkooperaw biex
jimmonitorjaw il-qagħda tar-riżorsi tas-sajd fiż-żona
tas-sajd ta' São Tomé u Príncipe. 3.
Iż-żewġ partijiet jimpenjaw
irwieħhom biex jippromwovu, fil-livell tar-reġjun tal-Afrika
Ċentrali, il-kooperazzjoni fir-rigward tas-sajd responsabbli.
Iż-żewġ partijiet jimpenjaw irwieħhom li jirrispettaw dawn
ir-rakkomandazzjonijiet u riżoluzzjonijiet kollha tal-Kummissjoni
Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku (ICCAT). 4.
Skont l-Artikolu 4 tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar
is-Sajd, abbażi tar-rakkomandazzjonijiet u r-riżoluzzjonijiet
adottati fi ħdan l-ICCAT u fid-dawl tal-aqwa pariri xjentifiċi
disponibbli, il-partijiet għandhom jikkonsultaw lil xulxin fi ħdan
il-Kumitat Konġunt previst fl-Artikolu 9 tal-Ftehim tas-Sħubija dwar
is-Sajd sabiex jittieħdu miżuri li jiżguraw il-ġestjoni
sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd koperti minn dan il-Protokoll u li jolqtu
l-attivitajiet tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni Ewropea. Artikolu 5
Reviżjoni tal-opportunitajiet tas-sajd u ta' miżuri tekniċi bi
qbil komuni 1.
L-opportunitajiet tas-sajd imsemmija fl-Artikolu 1
jistgħu jiġu rreveduti bi ftehim komuni sakemm
ir-rakkomandazzjonijiet u r-riżoluzzjonijiet adottati mill-ICCAT
jikkonfermaw li din ir-reviżjoni tiggarantixxi l-ġestjoni sostenibbli
tar-riżorsi tas-sajd koperti minn dan il-Protokoll. F’dan il-każ,
il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 2(2)(a) għandha
tiġi rreveduta proporzjonalment u pro rata temporis. Madankollu,
l-ammont annwali totali tal-kontribuzzjoni finanzjarja mħallsa mill-Unjoni
Ewropea ma jistax ikun ogħla mid-doppju tal-ammont imsemmi
fl-Artikolu 2(2)(a). 2.
Meta jkun meħtieġ, il-Kumitat
Konġunt jista' jeżamina u jadatta, bi qbil reċiproku,
id-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-twettiq ta' attivitajiet tas-sajd u
r-regoli dwar l-applikazzjoni ta' dan il-Protokoll u tal-Anness tiegħu. Artikolu 6
L-opportunitajiet tas-sajd ġodda 1.
Fir-rigward tal-operazzjoni tas-sajd mhux koperti
minn dan il-Protokoll, l-awtoritajiet ta' São Tomé u Príncipe jistgħu
jitolbu lill-Unjoni Ewropea biex tikkunsidra l-possibilità ta' sajd bħal
dan, abbażi tar-riżultati ta' kampanja xjentifika filwaqt li jitqies
l-aħjar parir xjentifiku approvat minn esperti xjentifiċi li
jirrappreżentaw iż-żewġ partijiet. 2.
Skont dawn ir-riżultati, u jekk l-Unjoni
Ewropea tesprimi interess f'dan is-sajd, iż-żewġ partijiet
għandhom jikkonsultaw lil xulxin fil-Kumitat Konġunt qabel ma
tingħata l-awtorizzazzjoni mill-awtoritajiet ta' São Tomé. Fejn hu
xieraq, il-partijiet għandhom jaqblu dwar il-kundizzjonijiet applikabbli
għal dawn l-opportunitajiet ġodda tas-sajd u, jekk meħtieġ,
jagħmlu emendi għal dan il-Protokoll u għall-Anness tiegħu. Artikolu 7
Is-sospensjoni u r-reviżjoni tal-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja 1.
Il-kontribuzzjoni finanzjarja hekk kif imsemmija
fl-Artikolu 2(2)(a) u (b) tista’ tiġi riveduta jew sospiża jekk
tapplika waħda minn dawn il-kundizzjonijiet li ġejjin jew
iktar : (a)
Ċirkostanzi mhux tas-soltu, kif imsemmi
fl-Artikolu 2(h) tal-Ftehim tas-Sħubija dwar is-Sajd, li jipprevjenu
attivitajiet tas-sajd fiż-ŻEE ta' São Tomé u Príncipe. (b)
Wara bidliet sinifikanti fir-rigward tad-dħul
fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-linji gwida tal-politika tas-sajd li
jkunu wasslu għall-konklużjoni ta’ dan il-Protokoll, waħda
miż-żewġ partijiet titlob ir-reviżjoni
tad-dispożizzjonijiet tiegħu bil-ħsieb li dawn jiġu
emendati. (c)
Fil-każ li jiġi ddeterminat il-ksur
tal-elementi essenzjali u fundamentali tad-drittijiet tal-Bniedem kif previst
mill-Artikolu 9 tal-Ftehim ta' Cotonou u wara l-proċedura stabbilita
mill-Artikolu 8 u l-Artikolu 96 tal-imsemmi Ftehim. 2.
L-Unjoni Ewropea tirriżerva d-dritt li
tissospendi parti minn jew il-ħlas kollu tal-kontribuzzjoni finanzjarja
speċifika prevista fl-Artikolu 2(2)(b) ta’ dan il-Protokoll : (a)
Meta r-riżultati miksuba ma jkunux konformi
mal-ipprogrammar wara evalwazzjoni mwettqa mill-Kumitat Konġunt; (b)
F’każ li ma tiġix implimentata
l-kontribuzzjoni finanzjarja. 3.
Il-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja jibda
mill-ġdid wara konsultazzjoni u ftehim bejn iż-żewġ
partijiet malli tiġi stabbilita mill-ġdid is-sitwazzjoni ta’ qabel
l-avvenimenti msemmija fil-paragrafu 1, u/jew meta r-riżultati
tal-implimentazzjoni finanzjarja msemmija fil-paragrafu 2
jiġġustifikawh. Madankollu, il-pagament tal-kontribuzzjoni
finanzjarja speċifika prevista fl-Artikolu 2(2)(b) ma tistax
titħallas wara perjodu ta’ sitt (6) xhur minn meta jiskadi dan
il-Protokoll. Artikolu 8
Sospensjoni tal-implimentazzjoni tal-Protokoll 1.
L-implimentazzjoni ta’ dan il-Protokoll tista’
tiġi sospiża fuq inizjattiva ta’ waħda mill-partijiet jekk xi
waħda jew aktar mill-kundizzjonijiet li ġejjin ikunu osservati :
(a)
Ċirkostanzi mhux tas-soltu, kif imsemmi
fl-Artikolu 2(h) tal-Ftehim tas-Sħubija dwar is-Sajd, li jipprevjenu
attivitajiet tas-sajd fiż-ŻEE ta' São Tomé u Príncipe. (b)
Wara bidliet sinifikanti fir-rigward tad-dħul
fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-linji gwida tal-politika tas-sajd li
jkunu wasslu għall-konklużjoni ta’ dan il-Protokoll, waħda
miż-żewġ partijiet titlob ir-reviżjoni
tad-dispożizzjonijiet tiegħu bil-ħsieb li dawn jiġu
emendati. (c)
Wieħed miż-żewġ partijiet
jiddetermina ksur tal-elementi essenzjali u fundamentali tad-drittijiet
tal-Bniedem kif previst mill-Artikolu 9 tal-Ftehim ta' Cotonou u wara
l-proċedura stabbilita mill-Artikolu 8 u l-Artikolu 96
tal-imsemmi Ftehim. (d)
L-Unjoni Ewropea tonqos li tħallas
il-kontribuzzjoni finanzjarja prevista fl-Artikolu 2(2a), għal
raġunijiet oħrajn minbarra dawk previsti fl-Artikolu 8 ta’ dan
il-Protokoll. (e)
Tinqala’ xi tilwima dwar l-applikazzjoni jew
l-interpretazzjoni ta’ dan il-Protokoll bejn iż-żewġ partijiet; 2.
L-implimentazzjoni tal-Protokoll tista’ tiġi
sospiża fuq inizjattiva ta’ waħda mill-partijiet jekk ma jkunx
possibbli li t-tilwima tiġi riżolta bejn il-partijiet
f’konsultazzjonijiet li jsiru mal-Kumitat Konġunt. 3.
Is-sospensjoni tal-applikazzjoni tal-Protokoll hija
soġġetta għal avviż mill-Parti kkonċernata
tal-intenzjoni tagħha, bil-miktub u mhux anqas minn tliet (3) xhur qabel
id-data meta din is-sospensjoni tidħol fis-seħħ. 4.
F’każ ta’ sospensjoni, il-partijiet
għandhom ikomplu bil-konsultazzjonijiet sabiex isibu soluzzjoni bonarja
għat-tilwim ta’ bejniethom. Meta tinkiseb it-tali soluzzjoni, il-Protokoll
jibda japplika mill-ġdid u l-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja
għandu jitnaqqas b’mod proporzjonali u pro rata temporis skont
it-tul ta’ żmien li matulu l-applikazzjoni tal-Protokoll kienet
sospiża. Artikolu 9
Dispożizzjonijiet applikabbli tal-liġi nazzjonali 1.
L-attivitajiet tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni
Ewropea li joperaw fl-ilmijiet ta’ São Tomé u Príncipe għandhom ikunu
regolati mil-liġi applikabbli f’São Tomé u Príncipe, sakemm il-Ftehim ta’
Sħubija dwar is-Sajd, dan il-Protokoll, l-Anness u l-Appendiċijiet
għalih ma jistipulawx mod ieħor. 2.
L-awtoritajiet ta' São Tomé u Príncipe
għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni Ewropea dwar kwalunkwe tibdil jew
kwalunkwe leġiżlazzjoni ġdida li tirrgwarda s-settur tas-sajd. 3.
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tinforma
lill-awtoritajiet ta’ São Tomé u Príncipe bi kwalunkwe tibdil jew
leġiżlazzjoni ġdida marbuta mal-attivitajiet tas-sajd tal-flotta
tal-Unjoni Ewropea li tistad f’ilmijiet imbiegħda. Artikolu 10
Il-kompjuterizzazzjoni tal-iskambji 4.
São Tomé u Príncipe u l-Unjoni Ewropea se jimpenjaw
rwieħhom li jimplimentaw mingħajr dewmien is-sistemi kompjuterizzati
meħtieġa għall-iskambju elettroniku tal-informazzjoni u d-dokumenti
kollha marbutin mal-implimentazzjoni tal-Ftehim. 5.
Il-verżjoni elettronika ta’ kwalunkwe dokument
għandha f’kull każ titqies ekwivalenti għall-verżjoni
stampata tagħha. 6.
São Tomé u Príncipe u l-Unjoni Ewropea
għandhom jinnotifikaw lil xulxin minnufih rigward kwalunkwe ħsara
fis-sistema kompjuterizzata. F’dan il-każ l-informazzjoni u d-dokumenti
marbuta mal-implimentazzjoni tal-Ftehim jiġu awtomatikament sostitwiti
mill-verżjoni stampata tagħhom. Artikolu 11
Kunfidenzjalità tad-dejta 1.
São Tomé u Príncipe u l-Unjoni Ewropea jimpenjaw
rwieħhom sabiex id-dejta personali kollha dwar il-bastimenti Ewropej u
l-attivitajiet tagħhom tas-sajd miksuba fil-kuntest tal-Ftehim tiġi
ttrattata f’kull ħin b’mod kunfidenzjali, skont il-prinċipji ta’
kunfidenzjalità u tal-protezzjoni tad-dejta. 2.
Iż-żewġ partijiet għandhom
jiżguraw li dik id-dejta li tirreferi għall-attivitajiet tas-sajd
fl-ilmijiet ta' São Tomé u Príncipe biss tkun disponibbli fid-dominju pubbliku,
skont id-dispożizzjonijiet tal-ICCAT f'din il-materja. Id-dejta li tista’
titqies bħala kunfidenzjali għandha tiġi użata
mill-awtoritajiet kompetenti esklussivament għall-implimentazzjoni
tal-Ftehim u għall-finijiet tal-ġestjoni tas-sajd, tal-kontroll u
tal-monitoraġġ. Artikolu 12
It-tul ta’ żmien Dan il-Protokoll u l-Anness għalih
għandhom japplikaw għal perjodu ta’ erba' (4) snin li jibda
mill-applikazzjoni provviżorja skont l-Artikoli 14 u 15, sakemm ma
jingħatax avviż tat-terminazzjoni skont l-Artikolu 13. Artikolu 13
It-terminazzjoni 1.
Fil-każ ta’ terminazzjoni ta’ dan
il-Protokoll, il-Parti kkonċernata għandha tinnotifika bil-miktub
lill-Parti l-oħra bl-intenzjoni tagħha li ttemm il-Protokoll
mill-inqas sitt (6) xhur qabel id-data li fiha sseħħ
it-terminazzjoni. 2.
Kif tintbagħat in-notifika msemmija fil-paragrafu
preċedenti għandhom jibdew il-konsultazzjonijiet bejn il-partijiet. Artikolu 14
Applikazzjoni provviżorja Dan il-Protokoll għandu jiġi
applikat b’mod provviżorju mid-data tal-firma tiegħu, iżda mhux
qabel it-13 ta’ Mejju 2014. Artikolu 15
Id-dħul fis-seħħ Dan il-Protokoll u l-Anness tiegħu
jidħlu fis-seħħ fid-data li fiha l-partijiet jinnotifikaw lil
xulxin bit-tlestija tal-proċeduri meħtieġa f’dan ir-rigward. ANNESS
MAL-PROTOKOLL KUNDIZZJONIJIET LI JIRREGOLAW
L-ATTIVITAJIET TAS-SAJD TAL-BASTIMENTI TAL-UNJONI EWROPEA FIŻ-ŻONA
TAS-SAJD TA' SĀO TOMÉ U PRÍNCIPE Kapitolu I – Il-formalitajiet applikabbli
għall-applikazzjoni u l-ħruġ tal-awtorizzazzjonijiet tas-sajd Sezzjoni
1
Awtorizzazzjonijiet tas-sajd Kundizzjonijiet biex tinkiseb
awtorizzazzjoni tas-sajd 1.
Huma biss il-bastimenti eliġibbli li
jistgħu jingħataw awtorizzazzjoni (liċenzja) biex jistadu
fiż-żona tas-sajd ta' São Tomé u Príncipe. 2.
Sabiex bastiment ikun eliġibbli, is-sid,
il-kaptan u l-bastiment innifsu ma jistgħux ikunu pprojbiti mill-attivitajiet
tas-sajd f' São Tomé u Príncipe. Jeħtiġilhom ikunu f'qagħda
regolari mal-amministrazzjoni ta' São Tomé u Príncipe, fis-sens li jridu jkunu
ssodisfaw l-obbligi kollha preċedenti li jirriżultaw
mill-attivitajiet tas-sajd tagħhom f''São Tomé u Príncipe fil-qafas
tal-arranġamenti tas-sajd konklużi mal-Unjoni Ewropea. Barra minn
hekk, huma għandhom jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament
Nru 1006/2008[1]
dwar l-awtorizzazzjonijiet tas-sajd. 3.
Il-bastimenti kollha tal-Unjoni Ewropea li
japplikaw għal awtorizzazzjoni għas-sajd jistgħu jkunu
rappreżentati minn aġent residenti f'São Tomé u Príncipe. L-isem u
l-indirizz ta’ dak l-aġent jistgħu jiġu ddikjarati
fl-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni għas-sajd. Applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni
tas-sajd 4.
L-awtoritajiet kompetenti tal-Unjoni Ewropea
għandhom iressqu talba (elettronikament) quddiem il-Ministru responsabbli
mis-sajd f'São Tomé u Príncipe, filwaqt li tintbagħat kopja lid-Delegazzjoni
tal-Unjoni Ewropea lil Gabon, għal kull bastiment li
jixtieq jistad skont il-Ftehim tas-Sħubija dwar is-Sajd, mill-anqas 15-il
jum ta' xogħol qabel id-data tad-dħul fis-seħħ tal-validità
mitluba. L-oriġinali għandhom jintbagħtu direttament mill-awtoritajiet kompetenti tal-Unjoni Ewropea lil São Tomé u Principe
filwaqt li tintbagħat kopja lid-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea lil Gabon. 5.
It-talbiet għandhom jintbagħtu
lill-Ministeru inkarigat mis-sajd permezz ta' formola mimlija skont il-mudell
li jidher fl-Appendiċi 1. 6.
Kull applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni
għas-sajd għandu jkollha magħha d-dokumenti li
ġejjin : –
prova tas-somma mħallsa minn qabel
għall-perjodu tal-validità tagħha. –
ritratt bil-kulur riċenti tal-bastiment,
min-naħa laterali. 7.
Il-ħlas tal-ammont dovut
għal-liċenzja għandu jsir fil-kont indikat mill-awtoritajiet ta'
São Tomé u Príncipe skont l-Artikolu 2(8) tal-Protokoll. 8.
Il-ħlasijiet jinkludu t-taxxi kollha
nazzjonali u lokali esklużi t-taxxi tal-port u l-ammonti dovuti
għall-provvista tas-servizzi. Ħruġ tal-awtorizzazzjoni tas-sajd 9.
L-awtorizzazzjonijiet għall-bastimenti kollha
għandhom jinħarġu fi żmien 15-il ġurnata
tax-xogħol minn meta l-Ministeru responsabbli għas-sajd f'São Tomé u
Príncipe jirċievi d-dokumentazzjoni kollha stipulata fil-punt 6 hawn
fuq, lis-sidien tal-bastimenti jew lir-rappreżentanti tagħhom
mill-intermedjarju tad-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea lil Gabon. Fl-istess
ħin, sabiex ma tiġix ittardjata l-possibilità tas-sajd f'din
iż-żona, kopja tal-"awtorizzazzjoni
għas-sajd" għandha tintbagħat lis-sid tal-bastiment b'mod
elettroniku. Din il-kopja tista' tintuża waqt perjodu massimu ta' 60 jum
wara d-data tal-ħruġ tal-liċenzja. Waqt dan il-perjodu, il-kopja
se titqies ekwivalenti għall -oriġinal. 10.
L-awtorizzazzjoni għas-sajd tinħareġ
f'isem bastiment speċifiku u mhix trasferibbli. 11.
Madankollu, fuq talba tal-Unjoni Ewropea,
fil-każ ta’ forza maġġuri ppruvata, l-awtorizzazzjoni
għas-sajd ta’ bastiment għandha tiġi ssostitwita minn
awtorizzazzjoni għas-sajd ġdida stabbilita f’isem bastiment
ieħor tal-istess kategorija ta' dak il-bastiment li ser ikun sostitwit,
mingħajr ma titħallas ebda tariffa ġdida. F'dan il-każ,
il-kalkolu tal-livell tal-qabdiet li jiddetermina jekk għandux isir
ħlas addizzjonali, għandu jikkunsidra t-total tal-qabdiet
miż-żewġ bastimenti. 12.
Is-sid, jew ir-rappreżentant, tal-bastiment li
jkun se jiġi ssostitwit għandu jagħti lura l-awtorizzazzjoni
għas-sajd annullata lill-Ministeru inkarigat mis-sajd ta' São Tomé u
Príncipe permezz tal-intermedjarju tad-Delegazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea lil
Gabon. 13.
Id-data li fiha l-awtorizzazzjoni għas-sajd
il-ġdida ssir effettiva hija dik li fiha sid il-bastiment jagħti lura
l-awtorizzazzjoni annullata lill-Ministeru responsabbli għas-sajd ta' São
Tomé u Príncipe. Id-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea lil Gabon għandha tkun
infurmata dwar it-trasferiment tal-awtorizzazzjoni għas-sajd. 14.
L-awtorizzazzjoni għas-sajd għandha
tinżamm abbord il-ħin kollu, mingħajr preġudizzju
għad-dispożizzjonijiet fil-punt 9 ta' din is-sezzjoni. Sezzjoni
2
Il-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni għas-sajd –
il-miżati u l-ħlasijiet bil-quddiem 1. L-awtorizzazzjonijiet tas-sajd għandhom validità ta’
sena. 2. Il-miżata fil-każ tal-bastimenti tas-sajd
għat-tonn bit-tartaruni u bil-konzijiet tal-wiċċ, f'euros
għal kull tunnellata ta'sajd ta' São Tomé u Príncipe hija stabbilita kif
ġej : EUR 55
għall-ewwel u t-tieni snin ta' applikazzjoni ; EUR 60
għat-tielet sena ta' applikazzjoni ; EUR 70
għar-raba' sena ta' applikazzjoni. 3. L-awtorizzazzjonijiet tas-sajd għandhom
jinħarġu meta l-miżati standard li ġejjin ikunu
tħallsu lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti : - Għall-bastimenti
tas-sajd għat-tonn bit-tartaruni: - EUR 6930
kull bastiment, ekwivalenti għall-miżati dovuti għal 126
tunnellata fis-sena għall-ewwel u t-tieni snin ta' applikazzjoni
tal-Protokoll ; - EUR 6960
kull bastiment, ekwivalenti għall-miżati dovuti għal 116
tunnellata fis-sena għat-tielet sena ta' applikazzjoni
tal-Protokoll ; - EUR 7000
kull bastiment, ekwivalenti għall-miżati dovuti għal 100
tunnellata fis-sena għar-raba' sena ta' applikazzjoni tal-Protokoll; - Għall-konzijiet tal-wiċċ : - EUR 2310
kull bastiment, ekwivalenti għall-miżati dovuti għal 42
tunnellata fis-sena għall-ewwel u t-tieni snin ta' applikazzjoni
tal-Protokoll ; - EUR 2310
kull bastiment, ekwivalenti għall-miżati dovuti għal 38.5
tunnellata fis-sena għat-tielet sena ta' applikazzjoni
tal-Protokoll ; - EUR 2310
kull bastiment, ekwivalenti għall-miżati dovuti għal 33
tunnellata fis-sena għar-raba' sena ta' applikazzjoni tal-Protokoll; 4. L-istqarrija finali tal-miżati dovuti għas-sena
" n " għandha ssir mill-Kummissjoni Ewropea sa mhux
aktar tard minn sittin (60) jum wara d-data tal-anniversarju tal-Protokoll
tas-sena " n+1 ", abbażi tad-dikjarazzjonijiet dwar
il-qabdiet magħmula minn kull sid ta' bastiment u konfermati mill-istituti
xjentifiċi kompetenti biex jivverifikaw id-dejta dwar il-qabdiet fl-Istati
Membri, bħalma huma l-IRD (Institut de Recherche pour le Développement),
l-IEO (Instituto Español de Oceanografia), l-IPIMA (Instituto Português do Mar
e da Atmosfera), mill-intermedjarju tad-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea lil
Gabon. 5. Din l-istqarrija għandha tintbagħat fl-istess
waqt lill-Ministeru responsabbli għas-sajd f'São Tomé u Príncipe u
lis-sidien tal-bastimenti. 6. Kull ħlas addizzjonali eventwali
(għall-kwantitajiet maqbuda li jaqbżu l-kwantità ta' tunnellati
indikati fil-paragrafu 4 ta' din is-Sezzjoni) għandu jsir mis-sidien
tal-bastimenti lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti ta' São Tomé u Príncipe
sa mhux aktar tard minn tliet (3) xhur mid-data tal-anniversarju tal-Protokoll
tas-sena n+1, għandu jiġi trasferit fil-kont imsemmi fil-punt 7,
Sezzjoni 1, ta' dan il-Kapitolu preżenti, abbażi tal-ammont kull
tunnellata indikat fil-paragrafu 2 ta' din is-Sezzjoni (EUR 55, 60 jew 70,
skont is-sena). 7. Madankollu, jekk il-kont finali jkun inqas mill-ammont
tal-ħlas bil-quddiem imsemmi fil-punt 3 ta’ din is-Sezzjoni, is-sid ma
jkunx jista’ jieħu lura l-bilanċ li jirriżulta. Kapitolu II – Żoni tas-sajd 1. Il-bastimenti tal-Unjoni Ewropea li joperaw fl-ilmijiet
ta' São Tomé u Príncipe skont dan il-Protokoll jistgħu jwettqu
l-attivitajiet tagħhom tas-sajd fl-ilmijiet lil hinn minn 12-il mil
nawtiku mil-linji tal-bażi fil-każ tal-bastimenti tas-sajd
għat-tonn bit-tartaruni u bil-konzijiet tal-wiċċ. 2. Il-koordinati taż-Żona Ekonomika Esklussiva ta'
São Tomé u Príncipe huma dawk imsemmija fin-notifika minn São Tomé u Príncipe
lin-Nazzjonaijiet Uniti fis-7 ta' Mejju 1998[2]. 3. Mingħajr eċċezzjoni, l-attivitajiet kollha
tas-sajd fiż-żona maħsuba għall-isfruttament konġunt
minn Sāo Tomé u Príncipe u n-Niġerja, kif definit mill-koordinati
fl-Appendiċi 3, huma projbiti. Kapitolu III – IL-MONITORAĠĠ U
S-SORVELJANZA Sezzjoni
1
Is-sistema tar-reġistrazzjoni tal-qabdiet 1. Il-kaptani tal-bastimenti kollha li joperaw fl-ilmijiet
ta' São Tomé u Príncipe skont dan il-Protokoll għandhom ikunu obbligati li
jinnotifikaw il-qabdiet tagħhom lill-Ministeru inkarigat mis-sajd f'São
Tomé u Príncipe, biex dawn l-awtoritajiet ikunu jistgħu jimmonitorjaw
il-kwantitajiet tal-qabdiet, li għandhom ikunu vvalidati mill-istituti
xjentifiċi kompetenti, skont il-proċedura msemmija
fil-Kapitolu I Sezzjoni 2(4) għal dan l-Anness. Il-qabdiet
għandhom ikunu komunikati kif ġej : 1.1 Il-bastimenti
tal-Unjoni Ewropea li joperaw fil-qafas tal-Protokoll preżenti fl-ilmijiet
ta' São Tomé u Príncipe għandhom jimlew dikjarazzjoni tal-qabdiet, li
mudell tagħhom jinsab fl-Appendiċi 2 u li jirrifletti fil-punti
kollha, l-informazzjoni li tinsab fil-ġurnal ta' abbord. Kopja ta' din
id-dikjarazzjoni tal-qabdiet għandha tintbagħat, preferibbilment
permezz ta' imejl, kull ġimgħa liċ-Ċentru ta'
Monitoraġġ tas-Sajd ta' São Tomé u Príncipe u fil-mument
tal-ħruġ miż-żona tas-sajd ta' São Tomé u Príncipe. 1.2 Il-kaptani
tal-bastimenti għandhom jibagħtu kopji tal-ġurnal ta' abbord
lill-Ministeru responsabbli għas-sajd f'São Tomé u Príncipe u
lill-istituti xjentifiċi indikati fil-Kapitolu I, Sezzjoni 2,
il-punt 4, mhux iktar tard minn 14-il jum wara l-iżbark
ikkonċernat. 2. Ta' kuljum, il-kaptan għandu jikteb fid-dikjarazzjoni
tal-qabdiet, il-kwantità ta’ kull speċi, identifikata permezz
tal-kodiċi Alfa-3 tal-FAO, maqbuda u miżmuma abbord, espressa
f’kilogrammi ta’ piż tal-ħut ħaj jew, jekk ikun il-każ,
in-numru ta' ħut individwali. Il-kaptan għandu jagħmel nota
wkoll f’każ li ma jinqabad xejn minn kwalunkwe speċi ewlenija.
Il-kaptan għandu jirreġistra wkoll kuljum fid-dikjarazzjoni
tal-qabdiet, il-kwantitajiet ta’ kull speċi skartata fil-baħar,
espressi f’kilogrammi ta’ piż ħaj jew, jekk ikun il-każ, in-numru
ta' ħut individwali. 3. Id-dikjarazzjonijiet tal-qabdiet għandhom jimtlew
b'mod li jista' jinqara u għandhom jiġu ffirmati mill-kaptan
tal-bastiment. 4. F'każ ta' ksur tad-dispożizzjonijiet ta' dan
il-Kapitolu, il-Gvern ta' São Tomé u Príncipe jirriżerva d-dritt li
jissospendi l-awtorizzazzjoni għas-sajd għall-bastiment fil-kwistjoni
sakemm il-formalitajiet ikunu ssodisfati u jimponi l-penali fuq sid
il-bastiment skont ir-regoli fis-seħħ f'São Tomé u Príncipe.
Il-Kummissjoni Ewropea u l-Istat Membru tal-bandiera għandhom jiġu
infurmati b'dan minnufih. 5. Iż-żewġ partijiet għandhom jiddikjaraw
ir-rieda komuni tagħhom li jiżguraw tranżizzjoni għal
sistema elettronika għad-dikjarazzjoni dwar il-qabdiet abbażi
tal-ispeċifitajiet tekniċi definiti fl-Appendiċi 5.
Il-partijiet jaqblu li flimkien jiddefinixxu r-regoli ta' din il-komunikazzjoni
sabiex is-sistema ssir sistema operattiva mill-1 ta' Lulju 2015. Sezzjoni 2
Komunikazzjoni tal-qabdiet : dħul fl-ilmijiet
ta' São Tomé u Príncipe u l-ħruġ minnhom 1. Il-bastimenti tal-Unjoni Ewropea li joperaw fl-ilmijiet
ta' São Tomé u Príncipe skont dan il-Protokoll għandhom jinnotifikaw
lill-awtoritajiet kompetenti ta' São Tomé u Príncipe mill-inqas sitt (6)
sigħat qabel, bil-ħsieb tagħhom li jidħlu jew
joħorġu mill-ilmijiet ta' São Tomé u Príncipe. 2. Mal-avviż tad-dħul fi/ħruġ
miż-ŻEE ta' São Tomé u Príncipe, il-bastimenti għandhom
jikkomunikaw, fl-istess ħin, il-pożizzjoni tagħhom kif ukoll
il-qabdiet diġà preżenti abbord identifikati permezz tal-kodiċi
tagħhom Alfa-3 tal-FAO, espressi f'kilogrammi ta' piż ħaj jew,
meta jkun meħtieġ, in-numru ta' ħut individwali, mingħajr
preġudizzju għad-dispożizzjonijiet fis-Sezzjoni 2. Dawn
il-komunikazzjonijiet għandhom isiru permezz tal-posta elettronika jew
b'feks lill-indirizzi li għandhom jiġu nnotifikati mill-awtoritajiet
ta' São Tomé u Príncipe. 3. Bastimenti li jinqabdu jistadu mingħajr ma jkunu
nfurmaw lill-awtoritajiet kompetenti ta' São Tomé u Príncipe jitqiesu
bħala bastimenti mingħajr awtorizzazzjoni għas-sajd u
għandhom ikunu soġġetti għall-konsegwenzi previsti skont
il-liġi nazzjonali. 4. L-indirizz tal-posta elettronika, in-numri tal-feks u
tat-telefown kif ukoll il-koordinati tar-radju għandhom jinhemżu
mal-awtorizzazzjoni għas-sajd. Sezzjoni
3
Trażbordi u żbarki 1 Il-bastimenti kollha tal-Unjoni Ewropea li joperaw
fl-ilmijiet ta' São Tomé u Príncipe skont dan il-Protokoll li
jittrażbordaw fl-ilmijiet ta' São Tomé u Príncipe għandhom
jagħmlu dan lil hinn mill-portijiet ta' São Tomé u Príncipe. Is-sidien ta' dawn
il-bastimenti jew ir-rappreżentanti tagħhom, li jixtiequ
jipproċedu għal trażbord jew żbark għandhom
jinnotifikaw l-awtoritajiet kompetenti ta' São Tomé u Príncipe, mill-inqas 24
siegħa qabel, b'dan li ġej : l-ismijiet tal-bastimenti tas-sajd involuti fit-trażbord jew
fil-ħatt l-art ; l-isem tal-bastimenti ta’ merkanzija ; it-tunnellaġġ, għal kull speċi, li jkun se
jiġi ttrażbordat jew li se jinħatt l-art ; il-jum tat-trażbord jew tal-iżbark ; id-destinazzjoni tal-qabdiet trażbordati u żbarkati; 2. It-trażbord mhux permess fiż-żoni li
ġejjin: Fernão Dias, Neves, Ana Chaves. 3. It-trażbord jew l-iżbark għandu jitqies
bħala ħruġ mill-ilmijiet ta' São Tomé u Príncipe. Il-bastimenti
għalhekk għandhom jibagħtu d-dikjarazzjonijiet tal-qabdiet
lill-awtoritajiet kompetenti ta' São Tomé u Príncipe u jinnotifikaw jekk
għandhomx il-ħsieb li jkomplu jistadu jew li joħorġu
mill-ilmijiet ta' São Tomé u Príncipe. 4. Kwalunkwe trażbord jew ħatt l-art ta’ qabdiet
mhux kopert fil-punti hawn fuq huwa pprojbit fl-ilmijiet ta' São Tomé u
Príncipe. Kwalunkwe persuna li tikser din id-dispożizzjoni għandha
tkun suġġetta għas-sanzjonijiet previsti fir-regolamenti attwali
ta' São Tomé u Príncipe. Sezzjoni 4
Sistema ta’ monitoraġġ bis-satellita (VMS) 1. Messaġġi dwar il-pożizzjoni tal-bastimenti
– is-sistema tal-VMS Meta jkunu fiż-żona ta' São Tomé u
Príncipe, il-bastimenti tal-Unjoni Ewropea li jkollhom liċenzja tas-sajd
għandhom ikunu mgħammra b’sistema ta’ monitoraġġ
bis-satellita (VMS) li tiżgura l-komunikazzjoni awtomatika u kontinwa tal-pożizzjoni
tagħhom, f’kull ħin, liċ-ċentru ta’ kontroll tas-sajd
(Ċentru ta' Monitoraġġ tas-Sajd – ĊMS) tal-Istat
tal-bandiera. Kull messaġġ dwar il-pożizzjoni
għandu jinkludi : a) l-identifikazzjoni tal-bastiment, b) l-aktar pożizzjoni ġeografika
reċenti tal-bastiment (lonġitudni, latitudni) b’marġini ta’
żball ta’ inqas minn 100 metru u b'livell ta' fiduċja ta’
99 %, c) id-data u l-ħin li fiha tkun ġiet
irreġistrata l-pożizzjoni, d) il-veloċità u r-rotta tal-bastiment; Kull messaġġ irid ikun ikkonfigurat
skont il-format tal-Appendiċi 4 ta' dan l-Anness. L-ewwel pożizzjoni rreġistrata wara
d-dħul fiż-żona tas-sajd ta' São Tomé u Príncipe għandha
tkun identifikata bil-kodiċi “ENT”. Il-pożizzjonijiet kollha
sussegwenti għandhom ikunu identifikati bil-kodiċi “POS”, minbarra
l-ewwel pożizzjoni rreġistrata wara l-ħruġ
miż-żona tas-sajd ta' São Tomé u Príncipe, li għandha tkun
identifikata bil-kodiċi “EXI”. Iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera
għandu jipprovdi l-ipproċessar awtomatiku u, f’dak il-każ,
it-trażmissjoni elettronika tal-messaġġi ta’ pożizzjoni.
Il-messaġġi ta’ pożizzjoni għandhom ikunu rreġistrati
u maħżuna b’mod sigur għal perjodu ta’ tliet snin. 2. Trażmissjoni
min-naħa tal-bastiment f’każ ta’ ħsara fis-sistema tal-VMS Il-kaptan għandu jiżgura f’kull
ħin li s-sistema tal-VMS tal-bastiment tiegħu tkun qed taħdem
tajjeb u li l-messaġġi dwar il-pożizzjoni jkunu qed jiġu
trażmessi b’mod korrett liċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera. F’każ ta’ ħsara, is-sistema VMS
tal-bastiment għandha tissewwa jew tiġi sostitwita fi żmien
10 ijiem. Wara dan iż-żmien, il-bastiment ma jkunx aktar
awtorizzat jistad fiż-żona tas-sajd ta' São Tomé u Príncipe. Il-bastimenti li jistadu fiż-żona
ta' São Tomé u Príncipe b’sistema VMS difettuża għandhom jikkomunikaw
il-messaġġi ta’ pożizzjoni tagħhom permezz tal-posta
elettronika, bir-radju jew bil-feks liċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera,
mill-inqas kull erba’ sigħat, billi jagħtu l-informazzjoni kollha
meħtieġa. 3. Komunikazzjoni
sigura tal-messaġġi dwar il-pożizzjoni lill-Unjoni ta' São Tomé
u Príncipe. Iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera
għandu jibgħat awtomatikament il-messaġġi dwar
il-pożizzjoni tal-bastimenti kkonċernati liċ-ĊMS ta' São
Tomé u Príncipe. Iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera u ta' São Tomé u
Príncipe għandhom jiskambjaw l-indirizzi elettroniċi ta’ kuntatt
tagħhom u għandhom jgħarrfu minnufih lil xulxin b’kull tibdil
f’dawn l-indirizzi. It-trażmissjoni tal-messaġġi
ta’ pożizzjoni bejn iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera u ta' São Tomé
u Príncipe għandha ssir b’mod elettroniku skont sistema ta’ komunikazzjoni
sikura. Iċ-ĊMS ta' São Tomé u Príncipe
għandu jinforma minnufih liċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera u
lill-Unjoni Ewropea dwar kwalunkwe interruzzjoni fil-wasla
tal-messaġġi ta’ pożizzjoni konsekuttivi ta’ bastiment li jkollu
liċenzja tas-sajd, meta l-bastiment ikkonċernat ma jkunx innotifika
l-ħruġ tiegħu miż-żona. 4. Funzjonament
ħażin tas-sistema ta’ komunikazzjoni São Tomé u Príncipe għandha tiżgura
li t-tagħmir elettroniku tagħha jkun kompatibbli ma’ dak
taċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera u għandha tgħarraf
lill-Unjoni Ewropea minnufih b’kull funzjonament ħażin fir-rigward
tal-komunikazzjoni u tal-wasla tal-messaġġi dwar il-pożizzjoni
bil-għan li tinstab soluzzjoni teknika mill-aktar fis possibbli. Il-kaptan għandu jitqies bħala
responsabbli għal kull manipulazzjoni ppruvata tas-sistema tal-VMS
tal-bastiment li jkollha l-għan li tfixkel l-operat tagħha jew li
tiffalsifika l-messaġġi tiegħu dwar il-pożizzjoni
tal-bastiment. Kull ksur għandu jkun suġġett għall-pieni
previsti mil-leġiżlazzjoni ta' São Tomé u Príncipe li tkun
fis-seħħ. 5. Reviżjoni
tal-frekwenza tal-messaġġi dwar il-pożizzjoni Abbażi ta’ evidenza dokumentata li
tipprova ksur, São Tomé u Príncipe jistgħu jsaqsu liċ-ĊMS
tal-Istat tal-bandiera, filwaqt li jibagħtu kopja wkoll lill-Unjoni
Ewropea, li jnaqqas l-intervall biex il-bastiment jibgħat
il-messaġġi dwar il-pożizzjoni għal kull tletin minuta
għall-perjodu stabbilit tal-investigazzjoni. Dawn l-elementi ta’ evidenza
għandhom ikunu trażmessi minn São Tomé u Príncipe liċ-ĊMS
tal-Istat tal-bandiera u lill-Unjoni Ewropea. Iċ-ĊMS tal-Istat
tal-bandiera għandu jibgħat minnufih lil São Tomé u Príncipe
l-messaġġi ta’ pożizzjoni skont il-frekwenza l-ġdida. Hekk kif il-perjodu ta' investigazzjoni
stabbilit jintemm, São Tomé u Príncipe għandu jinforma b'dan minnufih
liċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera u l-Unjoni Ewropea; hu għandu
jinfurmahom bl-azzjoni ta' segwitu eventwali li tingħata skont din
l-investigazzjoni. Kaptolu IV – L-Imbark tal-baħrin 1. Is-sidien tal-bastimenti tas-sajd għat-tonn
bit-tartarun u tal-bastimenti tas-sajd bil-konz tal-wiċċ jimpjegaw
ċittadini mill-pajjjiżi APK bil-kundizzjonijiet u fil-limiti li
ġejjin : - għall-flotta tal-bastimenti tas-sajd għat-tonn
bit-tartarun, mill-inqas 20% tal-baħrin li jitilgħu abbord matul
il-kampanja tas-sajd għat-tonn fiż-żona tas-sajd tal-Istat terz
għandhom ikunu ġejjin minn pajjiżi AKP jew minn São Tomé u
Príncipe; - għall-flotta tal-bastimenti tas-sajd bil-konz
tal-wiċċ, mill-inqas 20% tal-baħrin li jitilgħu abbord
matul il-kampanja tas-sajd fiż-żona tas-sajd tal-Istat terz
għandhom ikunu minn São Tomé u Príncipe jew eventwalment ikunu ġejjin
minn pajjiżi AKP. 2. Is-sidien tal-bastimenti għandhom jimpenjaw
irwieħhom biex itellgħu abbord baħrin supplimentari minn São
Tomé u Príncipe. 3. Is-sidien tal-bastimenti għandhom ikunu liberi biex
jagħżlu l-baħrin li jtellgħu abbord il-bastimenti
tagħhom mil-lista ta' ismijiet ta' baħrin li jkollhom il-ħiliet
u l-kwalifiki disponibbli mill-awtoritajiet ta' São Tomé u Príncipe u
mir-rappreżentanti tas-sidien. 4. Is-sid jew ir-rappreżentant tal-bastiment għandu
jikkomunika l-ismijiet tal-baħrin lokali mtellgħin abbord
il-bastiment ikkonċernat lill-awtorità kompetenti ta' São Tomé u Príncipe,
b’referenza għall-pożizzjoni tagħhom fl-ekwipaġġ. 5. Id-Dikjarazzjoni dwar il-Prinċipji u d-Drittijiet
Fundamentali fuq ix-Xogħol tal-Organizzazzjoni Internazzjonali
tax-Xogħol (ILO) għandha tapplika bis-sħiħ
għall-baħrin li jittellgħu abbord il-bastimenti tas-sajd
tal-Unjoni Ewropea. Dan jirrigwarda, b’mod partikolari, il-libertà tal-assoċjazzjoni
u r-rikonoxximent effettiv tad-dritt tal-ħaddiema għal negozjar
kollettiv kif ukoll l-eliminazzjoni tad-diskriminazzjoni fi kwistjonijiet ta’
xogħol u professjoni. 6. Il-kuntratti tax-xogħol tal-baħrin tal-AKP u ta'
dawk minn São Tomé u Príncipe, li kopja tagħhom tingħata
lill-Ministeru tax-Xogħlijiet, il-Ministeru tas-Sajd u lill-firmatarji ta'
dawn il-kuntratti, isiru bejn ir-rappreżentant(i) tas-sidien
tal-bastimenti u l-baħrin u/jew it-trejdjunjins jew ir-rappreżentanti
tagħhom. Dawn il-kuntratti għandhom jiggarantixxu lill-baħrin
il-benefiċċju ta’ sistema ta’ sigurtà soċjali applikabbli
għalihom, li tinkludi assigurazzjoni f’każ ta’ mewt, mard u
f'każ ta' inċident. 7. Is-salarju tal-baħrin għandu jitħallas
mis-sidien tal-bastimenti. Għandu jiġi stabbilit bi qbil komuni bejn
is-sidien tal-bastimenti jew ir-rappreżentanti tagħhom u
l-baħrin u/jew it-trejdjunjins jew ir-rappreżentanti tagħhom.
Madankollu, il-kundizzjonijiet ta’ ħlas tal-baħrin ma jistgħux
ikunu agħar minn dawk applikabbli għall-ekwipaġġi
tal-pajjiż rispettiv tagħhom u fi kwalunkwe każ ma jistgħux
ikunu inferjuri għall-istandards tal-ILO. 8. Kull baħri impjegat mill-bastimenti tal-Unjoni
Ewropea għandu jirrapporta lill-kaptan maħtur tal-bastiment lejliet
id-data proposta għall-imbark tiegħu. Jekk baħri jonqos milli
jirrappurta fid-data u l-ħin previsti għall-imbarkazzjoni, sid
il-bastiment jinħall awtomatikament mill-obbligu tal-imbarkazzjoni ta' dak
il-baħri. Kapitolu V – L-Osservaturi 1. Il-bastimenti tal-Unjoni Ewropea li joperaw fl-ilmijiet
ta' São Tomé u Príncipe skont dan il-Protokoll għandhom jieħdu abbord
osservaturi li jkunu nħatru mill-Ministeru responsabbli għas-sajd
f'São Tomé u Príncipe abbażi tat-termini stipulati hawn taħt : 1.1 Fuq talba
tal-awtoritajiet kompetenti ta' São Tomé u Príncipe, il-bastimenti tal-Unjoni
Ewropea jtellgħu abbord osservatur maħtur minnha, li jkollu l-kompitu
li jivverifika l-qabdiet li jkunu saru fl-ilmijiet ta' São Tomé u Príncipe. 1.2 L-awtoritajiet
kompetenti ta' São Tomé u Príncipe għandhom jistabbilixxu lista ta'
bastimenti bil-ħsieb li jittella' osservatur abbord, kif ukoll lista
tal-osservaturi maħtura biex jittellgħu abbord. Dawn il-listi
għandhom jinżammu aġġornati. Għandhom jiġu
kkomunikati lill-Kummissjoni Ewropea hekk kif jiġu stabbiliti u wara kull
tliet (3) xhur f’każ li jiġu aġġornati. 1.3 L-awtoritajiet
kompetenti ta' São Tomé u Príncipe għandhom jinfurmaw lid-Delegazzjoni
tal-Unjoni Ewropea lil Gabon u lis-sidien tal-bastimenti jew
lir-rappreżentanti tagħhom, jekk jista' jkun permezz tal-posta
elettronika bl-isem tal-osservatur iddeżinjat biex jittella' abbord
il-bastiment tagħhom u dan mal-ħruġ tal-awtorizzazzjoni
għas-sajd jew sa mhux aktar tard minn 15-il jum qabel id-data stipulata
biex l-osservatur jittella' abbord. 2. L-osservatur għandu jibqa’ abbord tul vjaġġ
wieħed tas-sajd. Madankollu, fuq talba espliċita tal-awtoritajiet
kompetenti ta' São Tomé u Príncipe, dan l-imbark jista’ jiġi estiż
għal diversi vjaġġi skont it-tul medju tal-vjaġġi
previsti għal bastiment partikolari. Din it-talba għandha ssir
mill-awtorità kompetenti meta jiġi notifikat l-isem tal-osservatur
maħtur biex jitla’ abbord il-bastiment konċernat. 3. Il-kundizzjonijiet għat-tlugħ abbord
tal-osservatur għandhom jiġu maqbula bi ftehim komuni bejn is-sid
tal-bastimenti jew ir-rappreżentant tiegħu u l-awtorità kompetenti. 4. L-osservatur għandu jimbarka jew jiżbarka
fil-port magħżul minn sid il-bastiment. L-imbark għandu jsir
fil-bidu tal-ewwel vjaġġ fl-ilmijiet ta' São Tomé u Príncipe wara
notifika tal-lista tal-bastimenti deżinjati. 5. Is-sidien ikkonċernati għandhom, fi żmien
ġimagħtejn u b'avviż ta' għaxart ijiem qabel, jinnotifikaw
id-dati u l-portijiet tas-sottoreġjun, previsti għall-imbark jew
l-iżbark tal-osservaturi. 6. Jekk l-osservatur jittella' abbord f'pajjiż li jinsab
lil hinn minn São Tomé u Príncipe, l-ispejjeż tal-vjaġġ
tal-osservatur għandhom jitħallsu minn sid il-bastiment. Jekk
bastiment li jkollu osservatur abbord joħroġ miż-żona tas-sajd
ta' São Tomé u Príncipe, għandhom jittieħdu l-miżuri kollha biex
jiġi assigurat li l-osservatur jittieħed lura f’pajjiżu malajr
kemm jista’ jkun, bl-ispejjeż jitħallsu minn sid il-bastiment. 7. Jekk l-osservatur ma jkunx preżenti fil-ħin u
fil-post miftiehem u matul it-tnax-il siegħa mill-ħin miftiehem, sid
il-bastiment ikun awtomatikament meħlus mill-obbligu tiegħu li
jtella’ lil dak l-osservatur abbord. 8. Waqt li jkun abbord, l-osservatur għandu jiġi
ttrattat bħala uffiċjal. Meta l-bastiment ikun qed jopera fl-ilmjiet
ta' São Tomé u Príncipe, għandu jwettaq id-dmirijiet segwenti : 8.1 josserva
l-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti ; 8.2 jivverifika
l-pożizzjoni tal-bastimenti involuti fl-attivitajiet tas-sajd ; 8.3 jieħu
nota tal-irkaptu tas-sajd użat ; 8.4 jivverifika
l-informazzjoni li tidher fil-ġurnal ta' abbord dwar il-qabdiet li jkunu
saru fl-ilmijiet ta' São Tomé u Príncipe ; 8.5 jivverifika
l-perċentwali tal-qabdiet addizzjonali u jagħmel stima tal-volum
tal-ispeċijiet ta’ ħut mormija li huma tajbin
għall-kummerċ ; 8.6 jikkomunika,
permezz ta' kull mezz xieraq, l-informazzjoni dwar is-sajd, inkluż
il-volum tal-qabdiet prinċipali u addizzjonali li jkunu abbord. 9. Il-kaptan għandu jieħu l-miżuri kollha
relevanti li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu sabiex
jiżgura s-sigurtà fiżika u mentali tal-osservatur waqt il-qadi ta’
dmirijietu. 10 L-osservatur għandu jingħata aċċess
għal kull faċilita meħtieġa sabiex iwettaq dmirijietu.
Il-kaptan għandu jagħtih aċċess għall-mezzi ta'
komunikazzjoni meħtieġa għall-eżerċizzju tal-kompiti
tiegħu, għad-dokumenti marbuta direttament mal-attivitajiet tas-sajd
tal-bastiment, li jinkludu b'mod partikolari l-ġurnal ta' abbord u
l-ġurnal tan-navigazzjoni, kif ukoll għall-partijiet tal-bastiment
meħtieġa sabiex ikun jista' jwettaq il-kompiti tiegħu aktar
faċilment. 11. Waqt li jkun abbord, l-osservatur għandu : 11.1 jieħu
l-miżuri kollha xierqa sabiex il-kundizzjonijiet tat-tlugħ
tiegħu abbord, kif ukoll il-preżenza tiegħu fuq il-bastiment, ma
jinterrompux u lanqas itellfu l-ħidmiet tas-sajd, 11.2 jirrispetta
l-proprjetà u t-tagħmir li jinstabu fuq il-bastiment, kif ukoll
il-kunfidenzjalità ta’ kull dokument tal-imsemmi bastiment. 12. Fi tmiem il-perjodu tal-osservazzjoni u qabel ma
jħalli l-bastiment, l-osservatur għandu jagħmel rapport
tal-attivitajiet, li għandu jintbagħat lill-awtoritajiet kompetenti
ta' São Tomé u Príncipe b'kopja tiegħu tintbagħat lill-Kummissjoni
Ewropea. Huwa għandu jiffirmah fil-preżenza tal-kaptan li jista’
jżid jew jara li jiżdiedu l-osservazzjonijiet kollha li jidhirlu li
jkunu utli u jiffirmahom. Kopja tar-rapport għandha tingħata
lill-kaptan qabel ma l-osservatur jitniżżel l-art. 13. Sid il-bastiment huwa responsabbli għall-ispejjeż
tal-akkomodazzjoni u tal-ikel tal-osservatur bl-istess kundizzjonijiet li
japplikaw għall-uffiċjali, skont il-possibbiltajiet prattiċi
tal-bastiment. 14. Is-salarju u l-kontribuzzjonijiet soċjali
tal-osservatur għandhom jitħallsu mill-awtoritajiet kompetenti ta'
São Tomé u Príncipe. Kapitolu VI – Monitoraġġ u spezzjoni 1. Il-bastimenti tas-sajd Ewropej għandhom jirrispettaw
il-miżuri u r-rakkomandazzjonijiet adottati mill-ICCAT f’dak li
jirrigwarda l-irkaptu tas-sajd, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi
tagħhom u kwalunkwe miżura oħra applikabbli
għall-attivitajiet tas-sajd u tal-qabdiet tagħhom. 2. Proċeduri ta’ spezzjoni : L-ispezzjoni fuq il-baħar, fil-port jew
'l barra minnu, fiż-żona tas-sajd ta' São Tomé u Príncipe fuq
bastimenti tal-Unjoni Ewropea li jkunu ingħataw liċenzja
għandhom jitwettqu biss minn bastimenti jew spetturi minn São Tomé u
Príncipe, identifikabbli b'mod ċar li huma assenjati għall-kontroll
tas-sajd. Qabel l-imbark, l-ispetturi ta' São Tomé u
Príncipe għandhom jinfurmaw lill-bastiment tal-Unjoni Ewropea dwar
id-deċiżjoni tagħhom li jagħmlu spezzjoni. L-ispezzjoni
għandha ssir minn mhux aktar minn żewġ spetturi, li
għandhom juru l-identità tagħhom u l-kwalifika ta’ spettur qabel
l-ispezzjoni. L-ispetturi ta' São Tomé u
Príncipe.għandhom jibqgħu abbord il-bastiment tal-Unjoni Ewropea
għall-ħin meħtieġ sabiex iwettqu l-kompiti marbutin
mal-ispezzjoni biss. Għandhom iwettqu l-ispezzjoni b’mod li jnaqqas kemm
jista’ jkun l-impatt fuq il-bastiment, l-attività tas-sajd u l-merkanzija
tiegħu. São Tomé u Príncipe jista’ jawtorizza
lill-Unjoni Ewropea sabiex tipparteċipa fl-ispezzjoni fuq il-baħar
bħala osservatur. Il-kaptan tal-bastiment tal-Unjoni Ewropea
għandu jiffaċilita l-imbark u x-xogħol tal-ispetturi ta' São
Tomé u Príncipe. Fi tmiem kull spezzjoni, l-ispetturi ta' São
Tomé u Príncipe għandhom ifasslu rapport tal-ispezzjoni. Il-kaptan
tal-bastiment tal-Unjoni Ewropea għandu jkollu d-dritt jagħmel
kummenti fir-rapport tal-ispezzjoni. Ir-rapport tal-ispezzjoni għandu
jiġi ffirmat mill-ispettur li jkun fasslu u mill-kaptan tal-bastiment
tal-Unjoni Ewropea. L-iffirmar tar-rapport ta’ spezzjoni mill-kaptan
ma jippreġudikax id-dritt għad-difiża ta’ sid il-bastiment matul
il-proċedura marbuta mal-ksur. Jekk il-kaptan jirrifjuta li jiffirma
d-dokument, irid jagħti r-raġunijiet preċiżi għal dan
bil-miktub u l-ispettur irid iniżżel ir-referenza "irrifjuta li
jiffirma". L-ispetturi ta' São Tomé u Príncipe għandhom jagħtu
kopja tar-rapport tal-ispezzjoni lill-kaptani tal-bastiment tal-Unjoni Ewropea
qabel ma jitilqu mill-bastiment. São Tomé u Príncipe għandu jibgħat
kopja tar-rapport tal-ispezzjoni lill-Unjoni Ewropea fi żmien sebat (7)
ijiem wara l-ispezzjoni. KAPITOLU VII –IL-KSUR
TAR-REGOLI 1. Trattament tal-ksur : Kull ksur imwettaq minn bastiment tal-Unjoni
Ewropea li għandu liċenzja skont id-dispożizzjonijiet ta’ dan
l-Anness għandu jissemma f’rapport ta’ spezzjoni. Dan ir-rapport huwa
trażmess lill-Unjoni Ewropea u lill-Istat tal-bandiera mill-iktar fi
żmien 24 siegħa. L-iffirmar tar-rapport ta’ spezzjoni
mill-kaptan ma jippreġudikax id-dritt għad-difiża ta’ sid
il-bastiment matul il-proċedura marbuta mal-ksur. Il-kaptan tal-bastiment
għandu jikkoopera matul it-twettiq tal-proċedura ta' spezzjoni. 2. Waqfien tal-bastiment – Laqgħa ta’ informazzjoni : Meta l-leġiżlazzjoni ta' São Tomé u
Príncipe li tkun fis-seħħ dwar il-ksur tippermetti dan, kull bastiment
tal-Unjoni Ewropea li jkun wettaq ksur jista’ jiġi mġiegħel
iwaqqaf l-attività tas-sajd tiegħu u jirritorna lejn port ta' São Tomé u
Príncipe, f’każ li jkun qed ibaħħar. São Tomé u Príncipe għandu jinnotifika
lill-Unjoni Ewropea, fi żmien massimu ta’ 24 siegħa, b'kull
waqfien ta’ bastiment tal-Unjoni Ewropea li jkollu liċenzja. Din
in-notifika għandha tkun akkumpanjata mill-elementi ta’ evidenza tal-ksur
iddenunzjat. Qabel ma tittieħed kwalunkwe miżura
fil-konfront tal-bastiment, tal-kaptan, tal-ekwipaġġ jew
tat-tagħbija, minbarra l-miżuri maħsuba
għall-konservazzjoni tal-provi, is-São Tomé u Príncipe għandu
jorganizza fuq talba tal-Unjoni Ewropea, fi żmien ġurnata
tax-xogħol wara n-notifika tal-waqfien tal-bastiment, laqgħa ta’
informazzjoni sabiex jispjega l-fatti li jkunu wasslu għall-waqfien
tal-bastiment u jispjega kwalunkwe konsegwenza. Rappreżentant tal-Istat
tal-bandiera tal-bastiment jista’ jattendi għal din il-laqgħa ta’
informazzjoni. 3. Sanzjonijiet għall-ksur – Proċedura ta’ kompromess : Il-piena għall-ksur iddenunzjat
għandha tkun stabbilita minn São Tomé u Príncipe skont
id-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali fis-seħħ. Meta s-soluzzjoni tar-reat tinvolvi
proċedura ġudizzjarja, qabel jingħata bidu għaliha, u
sakemm ir-reat ma jkunx jinvolvi att kriminali, għandha tinfetaħ
proċedura ta’ kompromess bejn is-São Tomé u Príncipe u l-Unjoni Ewropea
sabiex ikunu ddeterminati t-termini u l-livell tas-sanzjoni.
Ir-rappreżentanti tal-Istat tal-bandiera tal-bastiment tal-Unjoni Ewropwa
jistgħu jattendu għal din il-proċedura ta’ kompromess.
Il-proċedura ta' kompromess għandha tintemm sa mhux aktar tard minn
tliet (3) ijiem wara n-notifika tal-waqfien tal-bastiment. 4. Proċedura ġudizzjarja - Garanzija bankarja : Jekk il-proċedura ta' kompromess ma
tirnexxix u l-ksur jittella’ quddiem il-qorti ġudizzjarja kompetenti, sid
il-bastiment involut fir-reat għandu jiddepożita garanzija bankarja
fil-bank magħżul minn São Tomé u Príncipe u li l-ammont tagħha,
stabbilit minn São Tomé u Príncipe, ikopri l-ispejjeż marbuta mal-waqfien
tal-bastiment, il-multa stmata u kwalunkwe kumpens. Il-garanzija bankarja
tibqa’ marbuta sakemm jintemmu l-proċedimenti legali Il-garanzija bankarja tiġi rilaxxata u tingħata lura lil sid
il-bastiment minnufih wara li tingħata s-sentenza: a) kollha kemm hi, jekk ma tkun ġiet imposta l-ebda piena, b) sal-bilanċ li jifdal, f'każ li
s-sanzjoni twassal għal multa inferjuri għall-garanzija bankarja. São Tomé u Príncipe għandu jgħarraf
lill-Unjoni Ewropea bir-riżultat tal-proċedimenti legali fi
żmien sebat (7) ijiem minn meta tingħata s-sentenza. 5. Rilaxx tal-bastiment u tal-ekwipaġġ : Il-bastiment għandu jinħeles u
l-ekwipaġġ tiegħu jitħalla jitlaq mill-port wara
l-ħlas tal-multa stabbilita fil-proċedura ta' kompromess, jew wara
d-depożitu tal-garanzija bankarja. Appendiċi 1 – Applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni
tas-sajd 2 – Formola tad-dikjarazzjoni dwar il-qabdiet 3 – Il-koordinati taż-żona projbita
għas-sajd 4 – Format tal-messaġġ tal-VMS dwar
il-pożizzjoni 5 – Linji gwida għall-immaniġjar u
l-implimentazzjoni ta' sistema elettronika ta' komunikazzjoni tad-dejta
relatata mal-attivitajiet tas-sajd (Sistema ERS) Appendiċi 1 FTEHIM TAS-SAJD
BEJN SÃO TOMÉ U PRÍNCIPE U L-UNJONI EWROPEA APPLIKAZZJONI
GĦALL-AWTORIZZAZZJONI TAS-SAJD I-
APPLIKANT 1. Isem
is-sid tal-bastiment :
............................................................................................................................ 2. L-indirizz
tas-sid :
........................................................................................................................ 2. Isem
l-assoċjazzjoni jew ir-rappreżentant tas-sid
tal-bastiment :
..................................................................... 3. Indirizz
tal-assoċjazzjoni jew tar-rappreżentant tas-sid tal-bastiment :
................................................................ 4. Numru
tat-telefown :................................................... Numru
tal-feks : ................................... Posta-e (Email) :
…………… 5. L-isem
tal-kaptan : ......................................... Nazzjonalità :
................. Posta-e (Email) : ………………………… II-IL-BASTIMENT
U L-IDENTIFIKAZZJONI TIEGĦU 1. Isem
il-bastiment:
............................................................................................................................................... 2. Pajjiż
tal-bandiera
:....................................................................................................................... 3. Numru
tar-reġistrazzjoni esterna : ………….................................................................................... 4. Port
tar-reġistrazzjoni: …………………. MMSI : ………….……Numru
IMO :…….…….… 5. Data
li fiha nkisbet il-bandiera attwali :
........../........./.............. Bandiera ta' qabel (jekk kien hemm) :
………... 6. Sena
u post tal-kostruzzjoni: ....../......./.......... fi…………........ Kodiċi
tas-sinjal tar-radju: ............................... 7. Frekwenza
tas-sinjal tar-radju: ………….............. Numru tat-telefown bis-satellita
tal-bastimenti : ……………..…………...…… 8. Tip
ta’ buq: Azzar ¨ Injam ¨ Poliester
¨ Ieħor ¨ ……………………………. III-
KARATTERISTIĊI TEKNIĊI TAL-BASTIMENT U T-TAGĦMIR 1. Tul
totali : .................................................. Il-wisa’ :
....................................... 2. Tunnellaġġ
Gross (espress f'TG): .................................. Tunnellaġġ Nett:
……………….…………… 3. Qawwa
tal-magna prinċipali f’KW : ........................Ditta:
................................. Tip:
…..................... 4. Tip
ta’ bastiment: ¨ Bastiment tas-sajd għat-tonn bit-tartarun ¨Bastiment tas-sajd
għat-tonn bil-konzijiet tal-wiċċ 5. Tagħmir tas-sajd:
...................................... …………… 6. Żoni
tas-sajd : ……………………………………… Speċi fil-mira :
………………………………. 7. Port
magħżul għall-operazzjoni tal-iżbark
………………………………….……………………… 8. Għadd
totali tal-ekwipaġġ abbord :
.................................................................................................................... 9. Metodu
ta’ konservazzjoni abbord: Frisk ¨ Tkessiħ ¨ Imħallat ¨ Iffriżar ¨ 10. Kapaċità
tal-friża kull 24 siegħa (f’tunnellati):
.................Kapaċità tal-istivi: ............... Numru: ..... 11. Transponder VMS: Produttur: …………………… Mudell:
…………………. Numru tas-Serje : ………………… Verżjoni tas-Softwer :
........................................................... Operatur
tas-satellita : ……………….. Jien,
hawn taħt iffirmat, niċċertifika illi t-tagħrif ipprovdut
f'din l-applikazzjoni huwa veru u ġenwin. Magħmul
fi ..............................................., il
...................................... Firma
tal-applikant
................................................................... Appendiċi
2 SISTEMA TAD-DIKJARAZZJONI TAL-QABDIET || || || Bil-konz Lixka ħajja Tartarun idur Tkarkir Oħrajn || || || || || || || || || || || || || Isem il-bastiment: ……………………………………………………………………. || Tunnellaġġ gross: …………………………………………………............................. || TLUQ tal-bastiment: RITORN tal-bastiment: || Xahar || Jum || Sena || Port || || || Pajjiż tal-bandiera: ……………………………………………………………………........................... || Kapaċità – (TM)): ……………………………………………........ || || || || || || || || Numru tar-reġistrazzjoni: ………………………………………………………………................................... || Kaptan: ……………………………………………………….... || || || || Sid il-bastiment: ………………………………………………………….......................... || Għadd ta’ membri tal-ekwipaġġ: ….…………………………………………………........................ || || || || || || || || Indirizz: Tel. ………………………………………………………………………….... || Data tar-rapport: ………………………………………………...... || || || || (Awtur tar-rapport): ………………………………………………................................. || Għadd ta’ jiem fuq il-baħar: || || Għadd ta’ jiem ta’ sajd: Għadd ta’ rimjiet: || || Nru tas-sajda: || || || || || || Data || Settur || Temperatura ta’ wiċċ il-baħar (ºC) || Sforz tas-sajd Għadd ta’ snanar użati || Capturas (Qabdiet) || Isco usada na pesca (Lixka użata) || Xahar || Jum || Latitudni T/N || Lonġitudni L/P || Tonn Thunnus thynnus jew maccoyi || Tonna safra Thunnus albacares || Tonn ta' għajnu kbira Thunnus obesus || (Alonga) Thunnus alalunga || (Pixxispad) Xiphias gladius || (Marlin) (Marlin abjad) Tetraptunus audax jew albidus || (Marlin iswed) Makaira indica || (Sailfish) Istiophorus albicane jew platypterus || Palamit Katsuwonus pelamis || (Qabdiet imħallta) || Total tal-jum (piż f’kg biss) || Kastardella || Klamari || Lixka ħajja || (Oħrajn) || || || || || || || Għadd || Piż kg || Nru || kg || Nru || kg || Nru || kg || Nru || kg || Nru || kg || Nru || kg || Nru || kg || Nru || kg || Nru || kg || Nru || kg || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || KWANTITAJIET IMĦATTA (F’KG) || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || Kummenti || || || || || 1 – Uża paġna għal kull xahar u ringiela għal kull jum. || || 2 – "Jum" tfisser il-jum li fih jintrama l-konz. || 4 – L-aħħar ringiela (Kwantitajiet li ġew żbarkati) m’għandhiex timtela qabel tmiem is-sajda. Irid jiġi indikat il-piż reali fil-mument tal-iżbark. || || || || 3 – Is-settur tas-sajd jiddetermina l-pożizzjoni tal-bastiment. Qarreb il-minuti sal-eqreb minuta u nnota l-grad tal-latitudni u l-lonġitudni. Ara li tindika T/N (Tramuntana/Nofsinhar) u L/P (Lvant/Punent). || || 5 - L-informazzjoni kollha mniżżla hawn tibqa’ strettament kunfidenzjali.. || || || Appendiċi
3 Il-pożizzjoni
ġeografika taż-żona projbita għas-sajd Latitudni || || Lonġitudni || Gradi || Minuti || Sekondi || || Gradi || || Minuti || Sekondi 03 || 02 || 22 || N || || 07 || 07 || 31 || E || 02 || 50 || 00 || N || || 07 || 25 || 52 || E || 02 || 42 || 38 || N || || 07 || 36 || 25 || E || 02 || 20 || 59 || N || || 06 || 52 || 45 || E || 01 || 40 || 12 || N || || 05 || 57 || 54 || E || 01 || 09 || 17 || N || || 04 || 51 || 38 || E || 01 || 13 || 15 || N || || 04 || 41 || 27 || E || 01 || 21 || 29 || N || || 04 || 24 || 14 || E || 01 || 31 || 39 || N || || 04 || 06 || 55 || E || 01 || 42 || 50 || N || || 03 || 50 || 23 || E || 01 || 55 || 18 || N || || 03 || 34 || 33 || E || 01 || 58 || 53 || N || || 03 || 53 || 40 || E || 02 || 02 || 59 || N || || 04 || 15 || 11 || E || 02 || 05 || 10 || N || || 04 || 24 || 56 || E || 02 || 10 || 44 || N || || 04 || 47 || 58 || E || 02 || 15 || 53 || N || || 05 || 06 || 03 || E || 02 || 19 || 30 || N || || 05 || 17 || 11 || E || 02 || 22 || 49 || N || || 05 || 26 || 57 || E || 02 || 26 || 21 || N || || 05 || 36 || 20 || E || 02 || 30 || 08 || N || || 05 || 45 || 22 || E || 02 || 33 || 37 || N || || 05 || 52 || 58 || E || 02 || 36 || 38 || N || || 05 || 59 || 00 || E || 02 || 45 || 18 || N || || 06 || 15 || 57 || E || 02 || 50 || 18 || N || || 06 || 26 || 41 || E || 02 || 51 || 29 || N || || 06 || 29 || 27 || E || 02 || 52 || 23 || N || || 06 || 31 || 46 || E || 02 || 54 || 46 || N || || 06 || 38 || 07 || E || 03 || 00 || 24 || N || || 06 || 56 || 58 || E || 03 || 01 || 19 || N || || 07 || 01 || 07 || E || 03 || 01 || 27 || N || || 07 || 01 || 46 || E || 03 || 01 || 44 || N || || 07 || 03 || 07 || E || 03 || 02 || 22 || N || || 07 || 07 || 31 || E || || || || || || || || || Appendiċi
4 FORMAT
TAL-MESSAĠĠ TAL-VMS DWAR IL-POŻIZZJONI Element tad-Dejta || Kodiċi || Obbligatorju/Fakultattiv || Kontenut Bidu tar-reġistrazzjoni || SR || O || Dettall tas-sistema li jindika l-bidu tar-reġistrazzjoni Destinatarju || AD || O || Dettall tal-messaġġ – Kodiċi Alfa-3 tal-pajjiż destinatarju (ISO-3166) Mibgħut minn || FR || O || Dettall tal-messaġġ – Kodiċi Alfa-3 tal-pajjiż li bagħat il-messaġġ (ISO-3166) Stat tal-Bandiera || FS || O || Detall tal-messaġġ – Kodiċi Alfa-3 tal-Istat tal-bandiera (ISO-3166) Tip ta’ messaġġ || TM || O || Dettall tal-messaġġ – Tip ta' messaġġ (ENT, POS, EXI) Kodiċi tas-sinjal tar-Radju (IRCS) || RC || O || Dettall tal-bastiment – Kodiċi internazzjonali tas-sejħa bir-radju tal-bastiment (IRCS) In-numru ta’ referenza intern tal-Parti kontraenti || IR || F || Dettall tal-bastiment – Numru uniku tal-Kodiċi Alfa-3 tal-Parti kontraenti (ISO-3166) segwit minn numru. Numru tar-reġistrazzjoni esterna || XR || O || Dettall tal-bastiment – numru mwaħħal mal-ġenb tal-bastiment (ISO 8859.1) Latitudni || LT || O || Dettall tal-pożizzjoni tal-bastiment – pożizzjoni fi gradi u gradi deċimali T/N DD.ddd (WGS84) Lonġitudni || LG || O || Dettall tal-pożizzjoni tal-bastiment – pożizzjoni fi gradi u gradi deċimali L/P DD.ddd (WGS84) Rotta || CO || O || Rotta tal-bastiment fuq scala ta' 360 grad Veloċità || SP || O || Il-veloċità tal-bastiment f’wieħed minn kull għaxar mili tal-baħar (tenths of knots) Data || DA || O || Dettall tal-pożizzjoni tal-bastiment – data tar-reġistrazzjoni tal-pożizzjoni UTC (SSSSXXJJ) Ħin || TI || O || Dettall tal-pożizzjoni tal-bastiment – ħin tar-reġistrazzjoni tal-pożizzjoni UTC (SSMM) Tmiem ir-reġistrazzjoni || ER || O || Dettall tas-sistema li jindika t-tmiem tar-reġistrazzjoni It-trażmissjoni
tal-informazzjoni hija strutturata kif ġej: Il-karattri utilizzati għandhom ikunu
konformi mar-regoli tal-ISO 8859.1 linja mmejla doppja (//) u l-kodiċi
tal-qasam “SR” jindikaw il-bidu tal-messaġġ. Kull element tad-dejta jiġi identifikat
mill-kodiċi tiegħu u jingħażel mill-elementi l-oħra
tad-dejta permezz ta’ linja mmejla doppja (//). Linja mmejla waħda (/) tissepara
l-kodiċi tal-qasam u d-dejta. Il-kodiċi “ER” segwit minn linja mmejla
doppja (//) jindika tmiem il-messaġġ. L-elementi tad-dejta fakultattivi
għandhom jiddaħħlu bejn il-bidu u t-tmiem tal-messaġġ. Appendiċi
5 Linji gwida għall-qafas u
l-implimentazzjoni ta' sistema elettronika ta' komunikazzjoni tad-dejta
relatata mal-attivitajiet tas-sajd (Sistema ERS) Dispożizzjonijiet ġenerali (1)
Kull bastiment tas-sajd tal-Unjoni Ewropea
għandu jkun mgħammar b'sistema elettronika, minn hawn 'il quddiem
imsejħa " sistema ERS ", li tkun kapaċi
tirreġistra u tittrażmetti dejta relatata mal-attività tas-sajd
tal-bastiment, minn hawn 'il quddiem imsejħa "dejta ERS", kull
meta l-bastiment ikun qed jopera fl-ilmijiet ta' São Tomé u Príncipe. (2)
Bastiment tas-sajd tal-Unjoni Ewropea li ma jkunx
mgħammar b'sistema ERS, jew li s-sistema ERS ma tkunx qed taħdem,
mhuwiex awtorizzat jidħol fl-ilmijiet ta' São Tomé u Príncipe biex iwettaq
attivitajiet tas-sajd fihom. (3)
Id-dejta ERS hija trażmessa skont
il-proċeduri tal-Istat tal-bandiera tal-bastiment, jiġifieri l-ewwel
tintbagħat liċ-Ċentru ta' Monitoraġġ tas-Sajd (minn
hawn 'il quddiem imsejjaħ ĊMS) tal-Istat tal-bandiera, li
jiżgura li dawn ikunu awtomatikament disponibbli għaċ-ĊMS
ta' São Tomé u Príncipe. (4)
L-Istat tal-bandiera u São Tomé u Príncipe
għandhom jiżguraw li ċ-ĊMS tagħhom ikunu mgħammra
bit-tagħmir tal-informatika u s-softwer meħtieġa biex
isseħħ it-trażmissjoni awtomatika tad-dejta ERS fil-format XML
disponibbli fi [http://ec.europa.eu/cfp/control/codes/index_en.htm], u li
għandha proċedura ta' salvagwardja kapaċi li tirreġistra u
taħżen id-dejta ERS f'forma li tinqara minn kompjuter għal
perjodu ta' mhux anqas minn tliet (3) snin. (5)
Kull modifika jew aġġornament ta' dan
il-format għandu jkun identifikat u datat, u għandu jsir operattiv
sitt (6) xhur wara li jiġi applikat. (6)
It-trażmissjoni tad-dejta ERS għandha
tuża l-mezzi elettroniċi ta' komunikazzjoni mmaniġġjati
mill-Kummissjoni Ewropea f'isem l-Unjoni Ewropea, identifikati bħala DEH
('Data Exchange Highway'). (7)
L-Istat tal-bandiera u São Tomé u Príncipe
għandhom jagħżlu korrispondent ERS kull wieħed li jkun
il-punt ta' kuntatt. (a)
Il-korrispondenti ERS għandhom
jintgħażlu għal perjodu minimu ta' sitt (6) ; (b)
Iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera u ta' São
Tomé u Príncipe għandhom jikkomunikaw b'mod reċiproku l-koordinati
(ismijiet, indirizzi, numri tat-telefown, tal-feks u tal-posta elettronika)
tal-korrispondenti ERS tagħhom qabel ma' tidħol fis-seħħ
il-produzzjoni tal-ERS mill-fornitur ; (c)
Kull modifika fil-koordinati tal-korrispondent ERS
għandha tiġi kkomunikata mingħajr dewmien. Il-produzzjoni u l-komunikazzjoni
tad-dejta ERS (8)
Il-bastiment tas-sajd tal-Unjoni Ewropea
għandu: (a)
Jikkomunika d-dejta ERS kuljum għal kull jum
li jgħaddi fl-ilmijiet ta' São Tomé u Príncipe ; (b)
jirreġistra għal kull operazzjoni
tas-sajd il-kwantitajiet ta' kull speċi li tinqabad u tinżamm abbord,
kemm jekk tkun l-ispeċi fil-mira kif ukoll jekk tkun parti mill-qabdiet
inċidentali, jew skartata ; (c)
għal kull speċi identifikata
fl-awtorizzazzjoni għas-sajd mogħtija ta' São Tomé u Príncipe,
għandhom jiġu ddikjarati wkoll il-qabdiet b'valur ta'
żero ; (d)
kull speċi għandha tkun identifikata
mill-kodiċi Alfa-3 tal-FAO ; (e)
il-kwantitajiet huma espressi f'kilogrammi ta'
piż ħaj, jew jekk ikun meħtieġ, f'għadd ta' ħut
individwali ; (f)
jirreġistra d-dejta ERS, għal kull
speċi, il-kwantitajiet li ġew ittrasbordati u/jew
żbarkati ; (g)
fid-dejta ERS jirreġistra, waqt kull dħul
(messaġġ COE) u ħruġ (messaġġ COX) mill-ilmijiet
ta' São Tomé u Príncipe, messaġġ speċifiku li jkun fih,
għal kull speċi identifikata fl-awtorizzazjoni tas-sajd mogħtija
minn São Tomé u Príncipe, il-kwantitajiet li jkunu qed jinżammu abbord
fil-mument ta' kull dħul/ħruġ ; (h)
jittrażmetti kuljum id-dejta ERS
liċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera, skont il-format previst fil-paragrafu 3
hawn fuq, mhux aktar tard minn 23:59 UTC. (9)
Il-kaptan huwa responsabbli
għall-preċiżjoni tad-dejta ERS irreġistrata u
trażmessa. (10)
Iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera għandu
jibgħat awtomatikament u b'mod immedjat id-dejta ERS liċ-ĊMS ta'
São Tomé u Príncipe. (11)
Iċ-ĊMS ta' São Tomé u Príncipe
għandu jikkonferma li tkun waslet id-dejta ERS b'messaġġ ta'
ritorn u jittratta kull dejta ERS b'mod kunfidenzjali. Nuqqas fis-sistema ERS abbord
bastiment, u/jew fit-trażmissjoni tad-dejta ERS bejn il-bastiment u
ċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera (12)
L-Istat tal-bandiera għandu jinforma
mingħajr dewmien lill-kaptan u/jew lil sid il-bastiment li jtajjar
il-bandiera tiegħu, jew lir-rappreżentant tiegħu, b'kull nuqqas
tekniku tas-sistema ERS installata abbord bastiment jew b'nuqqas fil-funzjonament
tat-trażmissjoni tad-dejta ERS bejn bastiment u ċ-ĊMS tal-Istat
tal-bandiera. (13)
L-Istat tal-bandiera għandu jinforma lil São
Tomé u Príncipe bin-nuqqas skopert u bil-miżuri korrettivi li jkunu
ttieħdu. (14)
F'każ ta' ħsara tas-sistema ERS abbord
il-bastiment, il-kaptan u/jew is-sid għandhom jiżguraw li
l-ħsara titranġa jew li s-sistema ERS tinbidel f'mhux aktar tard minn
10 ijiem wara. Jekk il-bastiment jagħmel waqfa f'dan il-perjodu ta'
għaxart (10) ijiem, il-bastiment ma jkunx jista' jkompli bl-attivitajiet
tas-sajd tiegħu fl-ilmijiet ta' São Tomé u Príncipe sakemm is-sistema ERS
ma tkunx fi stat perfett ta' funzjonament, ħlief jekk tingħata
awtorizzazzjoni minn São Tomé u Príncipe. (15)
Bastiment tas-sajd ma jistax jitlaq minn port wara
li jkun instab nuqqas tekniku fis-sistema ERS tiegħu qabel ma : (a)
is-sistema ERS tiegħu tkun funzjonali
mill-ġdid għas-sodisfazzjoni tal-Istat tal-bandiera u ta' São Tomé u
Príncipe, jew (b)
jirċievi l-awtorizzazzjoni mill-Istat
tal-bandiera. Fil-każ tal-aħħar, l-Istat tal-bandiera
għandu jinforma lil São Tomé u Príncipe bid-deċiżjoni
tiegħu qabel it-tluq tal-bastiment. (16)
Kull bastiment tal-Unjoni Ewropea li jopera
fl-ilmijiet ta' São Tomé u Príncipe b'sistema ERS difettuża għandu
jittrażmetti kuljum u mhux aktar tard minn 23:59 UTC id-dejta ERS kollha
liċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera b'mezz ieħor ta' komunikazzjoni
elettronika li jkun disponibbli u aċċessibbli miċ-ĊMS ta'
São Tomé u Príncipe. (17)
Id-dejta ERS ta' São Tomé u Príncipe li ma tkunx
tista' issir disponibbli permezz tas-sistema ERS minħabba nuqqas
fis-sistema għandha tintbagħat miċ-ĊMS tal-Istat
tal-bandiera liċ-ĊMS ta' São Tomé u Príncipe b'mezz ieħor
elettroniku li t-tnejn ikunu qablu dwaru. Din it-trażmissjoni alternattiva
għandha titqies bħala prijoritarja, filwaqt li jiġi kkunsidrat
li l-iskadenzi normalment applikabbli għat-trażmissjoni jistgħu
ma jiġux rispettati. (18)
Jekk iċ-ĊMS ta' São Tomé u Príncipe ma
jirċevix id-dejta ERS mingħand bastiment matul tliet (3) ijiem
konsekuttivi, São Tomé u Príncipe jista' toħroġ struzzjonijiet
lill-bastiment biex imur immedjatament f'port magħżul minn São Tomé u
Príncipe għal investigazzjoni. Nuqqas taċ-ĊMS - Nuqqas ta'
wasla tad-dejta ERS miċ-ĊMS ta' São Tomé u Príncipe (19)
Jekk ĊMS ma jirċevix id-dejta ERS,
il-korrispondent ERS tiegħu għandu jinforma minnufih
lill-korrispondent ERS taċ-ĊMS l-ieħor u, jekk ikun
meħtieġ, jikkollabora sabiex tinstab soluzzjoni għall-problema. (20)
Iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera u
ċ-ĊMS ta' São Tomé u Príncipe għandhom jaqblu b'mod
reċiproku qabel it-tnedija operattiva tal-ERS dwar il-mezzi ta'
komunikazzjoni alternattivi li għandhom jiġu utilizzati
għat-trażmissjoni tad-dejta ERS f'każ ta' nuqqas
taċ-ĊMS, u għandhom jinfurmaw lil xulxin minnufih b'kull
modifika. (21)
Hekk kif iċ-ĊMS ta' São Tomé u Príncipe
jinnotifika li d-dejta ERS ma tkunx waslet, iċ-ĊMS tal-Istat
tal-bandiera għandu jidentifika l-kawżi tal-problema u jieħu
l-miżuri xierqa sabiex tinstab soluzzjoni għall-problema.
Iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera għandu jinforma liċ-ĊMS
ta' São Tomé u Príncipe u lill-Unjoni Ewropea bir-riżultati u
l-miżuri li jkunu ttieħdu fi żmien 24 siegħa wara li
jkun ġie skopert in-nuqqas. (22)
Jekk ikun hemm bżonn ta' iktar minn
24 siegħa biex tinstab soluzzjoni għall-problema,
iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera għandu jittrażmetti id-dejta
ERS li tkun nieqsa liċ-ĊMS ta' São Tomé u Príncipe bl-użu ta'
wieħed mill-mezzi elettroniċi alternattivi previsti fil-punt 17. (23)
São Tomé u Príncipe għandu jinforma
lis-servizzi ta' kontroll kompetenti tiegħu (MCS) sabiex il-bastimenti
tal-Unjoni Ewropea ma jkunux meqjusa li qed iwettqu ksur minħabba n-nuqqas
ta' trażmissjoni tad-dejta ERS miċ-ĊMS ta' São Tomé u Príncipe
minħabba nuqqas ta' wieħed miċ-ĊMS. Manutenzjoni ta' ĊMS (24)
L-operazzjonijiet ta' manutenzjoni ppjanifikati ta'
ĊMS (programmi ta' manutenzjoni) u li probabbli jaffettwaw l-iskambju
tad-dejta ERS għandhom jiġu nnotifikati liċ-ĊMS
l-ieħor mhux inqas minn 72 siegħa qabel, b'indikazzjoni, jekk
dan ikun possibbli, tad-data u t-tul ta' żmien tal-manutenzjoni.
Għall-operazzjonijiet ta' manutenzjoni mhux ippjanifikati, din
l-informazzjoni għandha tintbagħat mill-iktar fis possibbli
liċ-ĊMS l-ieħor. (25)
Matul l-operazzjoni ta' manutenzjoni,
id-disponibbiltà tad-dejta ERS tista' titpoġġa fi stat ta' stennija
sakemm is-sistema tiġi operattiva mill-ġdid. Imbagħad, id-dejta
ERS ikkonċernata terġa' titpoġġa
għad-dispożizzjoni immedjatament wara t-tmiem tal-operazzjoni ta'
manutenzjoni. (26)
Jekk l-operazzjoni ta' manutenzjoni ddum iktar minn
24 siegħa, id-dejta ERS għandha tiġi trażmessa
liċ-ĊMS l-ieħor b'wieħed mill-mezzi elettroniċi
alternattivi kif previst fil-punt 17. (27)
São Tomé u Príncipe għandu jinforma
lis-servizzi ta' kontroll kompetenti tiegħu (MCS) sabiex il-bastimenti
tal-Unjoni Ewropea ma jkunux meqjusa li qed iwettqu ksur minħabba n-nuqqas
ta' trażmissjoni tad-dejta ERS kawża ta' operazzjoni ta' manutenzjoni
ta' ĊMS. [1] ĠU L 286 tad-29 ta' Ottubru 2008, p. 33 [2] http://www.un.org/Depts/los/LEGISLATIONANDTREATIES/losic/losic9ef.pdf