KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW skont l-Artikolu 294(6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-adozzjoni ta' Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi azzjoni tal-Unjoni għall-Kapitali Ewropej tal-Kultura għas-snin 2020 sal-2033 /* COM/2014/0183 final - 2012/0199 (COD) */
2012/0199 (COD) KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
LILL-PARLAMENT EWROPEW
skont l-Artikolu 294(6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea
dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar
l-adozzjoni ta' Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi
azzjoni tal-Unjoni għall-Kapitali Ewropej tal-Kultura għas-snin 2020
sal-2033 1. Kuntest Id-data tat-trażmissjoni tal-proposta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (id-dokument COM/2012/407 finali – 2012/0199 (COD)) || L-20 ta’ Lulju 2012 Id-data tal-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni || It-30 ta’ Novembru 2012 Id-data tal-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew || Mhux applikabbli Id-data tal-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, l-ewwel qari || It-12 ta’ Diċembru 2013 Id-data tal-adozzjoni tal-pożizzjoni tal-Kunsill || L-24 ta' Marzu 2014 2. L-għan tal-proposta
tal-Kummissjoni Il-bażi legali attwali
għall-Kapitali Ewropej tal-Kultura (id-Deċiżjoni 1622/2006/KE)
tinkludi lista kronoloġika tal-Istati Membri li turi l-ordni li fiha huma
intitolati li jospitaw dan l-avveniment sal-2019. Il-kompetizzjonijiet
nazzjonali għat-titolu jitnedew sitt snin minn quddiem biex il-bliet
ikollhom biżżejjed żmien biex iħejju ruħhom
għas-sena tat-titolu tagħhom. Għaldaqstant fl-2014 għandha
tiġi adottata bażi legali ġdida biex ikompli l-programm tal-Kapitali
Ewropej tal-Kultura, biex ikun hemm tranżizzjoni mingħajr xkiel
fl-2020. F'dan il-kuntest, il-Kummissjoni ressqet Proposta għal
Deċiżjoni li tkopri l-perjodu bejn l-2020 u 2033. 3. Kummenti dwar
il-pożizzjoni tal-Kunsill Wara diskussjonijiet tripartiti informali
fis-17 ta' Settembru 2013, fis-16 ta'Ottubru 2013 u
fit-22 ta' Jannar 2014, il-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni
laħqu ftehim politiku proviżorju dwar it-test
tad-Deċiżjoni. Dan il-ftehim politiku ġie kkonfermat
mill-Kunsill fid-29 ta' Jannar 2014, u
fl-24 ta' Marzu 2014, il-Kunsill adotta l-pożizzjoni
tiegħu fl-ewwel qari. 4. Konklużjoni Billi sar qbil dwar l-emendi kollha li
ddaħħlu fil-proposta tal-Kummissjoni waqt id-diskussjonijiet
tripartiti informali, il-Kummissjoni tista' taċċetta l-emendi li
adotta l-Kunsill fil-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari.