Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi, li jemenda r-Regolament (UE) Nru XXX/XXX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali] u li jirrevoka r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 /* COM/2014/0180 final - 2014/0100 (COD) */
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI 1. IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA 1.1. Ir-raġunijiet
għall-proposta u l-għanijiet tagħha Matul
l-aħħar għaxar snin, is-suq organiku kien ikkaratterizzat minn
żvilupp dinamiku xprunat minn tkabbir kbir fid-domanda. Mill-1999, is-suq globali madwar id-dinja għall-ikel
organiku espanda b’erba’ darbiet. Fl-Unjoni Ewropea (l-Unjoni), l-erja tal-produzzjoni
organika irduppjat. Kull sena, 500000 ettaru ta’ art jiġu kkonvertiti
għall-biedja organika Madankollu, la l-provvista interna u lanqas
il-kuntest leġiżlattiv ma laħħqu ma’ din l-espansjoni
tas-suq. Ir-regoli tal-produzzjoni ma jqisux biżżejjed
it-tħassib u l-aspettattivi tal-konsumaturi u taċ-ċittadini;
ir-regoli tat-tikkettar huma kkumplikati; ġew identifikati
d-dgħjufijiet fis-sistema ta’ kontroll u fl-iskema tal-kummerċ.
Il-leġiżlazzjoni hija kumplessa u tinvolvi livell għoli ta’
piż amministrattiv li qed iżomm lill-bdiewa żgħar milli
jingħaqdu mal-iskema organika tal-Unjoni. Uħud
mill-eżenzjonijiet li kienu meħtieġa għall-iżvilupp tas-settur
jidhru li ma għadhomx iġġustifikati. Il-proposta għandha
l-għan li ttejjeb il-leġiżlazzjoni dwar produzzjoni organika
bl-għanijiet li: (1)
jitneħħew l-ostakli
għall-iżvilupp sostenibbli tal-produzzjoni organika fl-Unjoni, (2)
tkun iggarantita l-kompetizzjoni ġusta
għall-bdiewa u għall-operaturi u s-suq intern ikun jista' jibda
jaħdem b’mod iktar effiċjenti, (3)
tinżamm jew titjieb il-fiduċja
tal-konsumatur fil-prodotti organiċi. 1.2. Il-kuntest
ġenerali Meta adotta r-Regolament tal-Kunsill
(KE) Nru 834/2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta' prodotti
organiċi[1]
il-Kunsill, identifika serje ta’ kwistjonijiet li dwarhom il-Kummissjoni
ġiet mitluba tissottometti rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill,
wara li tkun analizzat l-esperjenza miksuba mill-applikazzjoni tar-Regolament
(KE) Nru 834/2007. Il-Kunsill adotta l-konklużjonijiet
dwar ir-rapport tal-Kummissjoni[2] waqt il-laqgħa tiegħu dwar l-Agrikoltura u s-Sajd tat-13 u
l-14 ta’ Mejju 2013[3]
u talab lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni biex jiżviluppaw is-settur
tal-produzzjoni organika f’livell ambizzjuż billi jirrevedu l-kuntest
ġuridiku kurrenti, bl-għan li jtejbu l-użu tiegħu filwaqt
li jipprevedu perjodu ta’ stabbiltà u ċertezza, u bl-għan li jkun
hemm aktar kjarifikazzjoni u simplifikazzjoni u li jiġu indirizzati
l-kwistjonijiet pendenti kurrenti li jitolbu żvilupp ulterjuri. Ir-reviżjoni
tal-leġiżlazzjoni dwar il-produzzjoni organika hija parti
mill-Programm dwar l-Idoneità u l-Prestazzjoni tar-Regolamentazzjoni
tal-Kummissjoni[4]. Ir-reviżjoni tipprovdi opportunità
lill-Kummissjoni biex tallinja s-setgħat ta’ implimentazzjoni
fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 mad-differenzjazzjoni bejn
is-setgħat iddelegati u s-setgħat ta’ implimentazzjoni
tal-Kummissjoni introdotti bl-Artikoli 290 u 291 tat-Trattat dwar
il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE). 1.3. Id-dispożizzjonijiet
eżistenti f’dan il-qasam L-ewwel biċċa
leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-produzzjoni organika ġiet
adottata fl-1991. Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2092/91 ipprovda
definizzjoni ġuridika tal-produzzjoni organika permezz ta’ regoli
tal-produzzjoni, u stabbilixxa r-rekwiżiti għall-kontroll u t-tikkettar
u r-regoli għall-importazzjoni ta’ prodotti organiċi. Dan ipprovda bażi għall-protezzjoni
tal-konsumatur u tal-produtturi organiċi kontra dikjarazzjonijiet foloz u qarrieqa
marbutin mal-produzzjoni organika. Il-leġiżlazzjoni
ġiet riveduta bl-adozzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007
f’Ġunju 2007, li b’mod partikolari: –
iddefinixxa iktar x’inhi l-produzzjoni organika
billi ddeskriva l-għanijiet u l-prinċipji tagħha, –
tejjeb l-armonizzazzjoni tar-regoli tal-produzzjoni
organika fl-Unjoni, billi temm ir-regoli nazzjonali dwar prodotti li
ġejjin mill-annimali, –
introduċa l-possibbiltà ta’
eċċezzjonijiet għar-regoli taħt ir-responsabbiltà tal-Istati
Membri (SM) iżda b’limitazzjonijiet stretti u għal perjodu ta’
żmien limitat, –
rabat is-sistema ta’ kontroll organiku mas-sistema
ta’ kontrolli uffiċjali tal-ikel u tal-għalf prevista fir-Regolament
(KE) Nru 882/2004[5]
u għamel obbligatorja l-akkreditazzjoni tal-korpi privati ta’ kontroll, –
irristruttura r-reġim tal-importazzjoni:
minbarra r-rikonoxximent ta’ pajjiżi terzi għall-finijiet ta’
ekwivalenza, l-Unjoni Ewropea tirrikonoxxi korpi ta’ kontroll (CBs) attivi
f’pajjiżi terzi għall-finijiet tal-ekwivalenza jew tal-konformità.
Is-sistema preċedenti ta’ awtorizzazzjonijiet individwali mogħtija
mill-Istat Membru kunsinna b’kunsinna tneħħiet mir-Regolament
bażiku u issa qed tiġi eliminata gradwalment. 1.4. Konsistenza
ma’ politiki oħrajn Din l-inizjattiva tfittex l-għanijiet
tal-Komunikazzjoni dwar ir-Regolamentazzjoni Intelliġenti fl-Unjoni
Ewropea. Wieħed mill-għanijiet tar-reviżjoni huwa li
l-piżijiet leġiżlattivi jitħaffew. Hija konformi mal-qafas ġenerali
tal-Istrateġija Ewropa 2020 b’mod partikolari rigward il-prijorità ta’
tkabbir sostenibbli u l-promozzjoni ta’ ekonomija iktar effiċjenti
fir-riżorsi, iktar ekoloġika u iktar kompetittiva. Hija konsistenti mar-riforma tal-Politika
Agrikola Komuni (PAK), li tifforma l-qafas kumplessiv għall-iżvilupp tal-agrikoltura
fl-Unjoni għall-perjodu 2014-2020[6].
L-għan tad-dispożizzjonijiet il-ġodda huwa kompetittività
sostenibbli sabiex jinkiseb settur tal-produzzjoni tal-ikel li huwa
ekonomikament vijabbli, flimkien ma’ ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi
naturali li ġejjin mill-art tal-Unjoni, li fih il-produzzjoni organika
ġiet identifikata bħala element ewlieni. Il-proposta tikkunsidra
l-Politika Komuni tas-Sajd il-ġdida fir-rigward tal-akkwakultura li
għandha rwol ewlieni biex tiżgura s-sostenibbiltà, is-sigurtà
tal-ikel għal tul ta’ żmien kif ukoll it-tkabbir u l-impjieg filwaqt
li tnaqqas il-pressjoni fuq stokkijiet ta’ ħut salvaġġ,
fil-kuntest ta’ domanda globali dejjem tikber għal ikel akkwatiku. Hija wkoll konsistenti
mal-proposta tal-Kummissjoni għal regolament ġdid tal-Kunsill u
tal-Parlament dwar kontrolli uffiċjali[7] li għandha
l-għan li tikkonsolida l-approċċ integrat fl-oqsma kollha marbutin
mal-katina tal-ikel billi tirrazzjonalizza u tissimplifika l-qafas
leġiżlattiv globali filwaqt li, fl-istess ħin, issegwi
l-għan ta’ regolamentazzjoni aħjar. B’mod partikolari,
id-definizzjonijiet huma allinjati u/jew iċċarati skont il-każ,
u d-dispożizzjonijiet ta’ kontroll speċifiċi meħtieġa huma
proposti li jiġu integrati fil-qafas leġiżlattiv uniku
għall-kontrolli uffiċjali. Fl-aħħar nett,
l-iskema ta’ produzzjoni organika tifforma parti mill-iskemi tal-Unjoni
tal-kwalità tal-prodott agrikolu flimkien mal-indikazzjonijiet ġeografiċi,
l-ispeċjalitajiet tradizzjonali ggarantiti, u l-prodotti tal-iktar
reġjuni mbiegħda tal-UE u taż-żoni muntanjużi, kif
enfasizzat fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u
lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat
tar-Reġjuni dwar politika għall-kwalità tal-prodott agrikolu, u
indikata fir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u
tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità[8]. 2. IR-RIŻULTATI
TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET INTERESSATI U L-VALUTAZZJONIJIET
TAL-IMPATT 2.1. Il-konsultazzjonijiet Is-sitwazzjoni kurrenti ġiet analizzata
fid-dettall abbażi tal-informazzjoni miġbura matul sensiela ta’
seduti tal-partijiet ikkonċernati li
għalihom il-Kummissjoni stiednet 70 espert u akkademiku biex jiddiskutu
bis-sħiħ l-isfidi kurrenti u futuri li qed iħabbat wiċċu
magħhom is-suq organiku. Il-Kummissjoni nediet konsultazzjoni onlajn
fil-bidu tal-2013. Ġew sottomessi madwar 45 000
risposta bħala tweġiba għall-kwestjonarju u waslu kważi 1 400
kontribuzzjoni ħielsa. Il-biċċa l-kbira (96%) tar-risposti
tressqu minn ċittadini tal-Unjoni Ewropea, filwaqt li l-4 % li kien
fadal intbagħtu mill-partijiet ikkonċernati. Barra minn hekk,
il-partijiet ikkonċernati fis-settur ġew infurmati u kkonsultati dwar
ir-reviżjoni f’diversi laqgħat tal-Grupp Konsultattiv dwar il-Biedja Organika. L-Istati Membri, bħala awtoritajiet
kompetenti inkarigati mill-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni,
inżammu infurmati u kkonsultati dwar aspetti tekniċi tal-analiżi. 2.2. L-eżitu
ewlieni tal-konsultazzjonijiet Dawk li wieġbu għall-konsultazzjoni
pubblika huma kkonċernati b’mod partikolari mill-kwistjonijiet tal-ambjent
u tal-kwalità Huma jixtiequ li r-regoli Ewropej tal-produzzjoni
organika jissaħħu, u jixtiequ li jkollhom regoli uniformi tal-produzzjoni
organika għall-bdiewa u għall-operaturi l-oħrajn madwar
l-Unjoni. Għaldaqstant, il-biċċa l-kbira hija favur li
l-eċċezzjonijiet għar-regoli jintemmu. Ġew espressi
aspettattivi għoljin fir-rigward tar-reżidwi tal-prodotti u
s-sustanzi li mhumiex awtorizzati għall-użu fil-produzzjoni organika.
Il-logo tal-produzzjoni organika tal-Unjoni Ewropea ġie kklassifikat daqs
il-logos nazzjonali bħala mezz biex jintgħarfu l-prodotti
organiċi. Il-biċċa l-kbira taċ-ċittadini u l-partijiet
ikkonċernati jafdaw is-sistema ta’ kontroll tal-produzzjoni organika
filwaqt li jikkunsidraw li tista’ tiġi mtejba, b’mod partikolari
bl-introduzzjoni ta’ ċertifikat elettroniku. Huma wkoll favur iċ-ċertifikazzjoni
bħala gruppi għall-bdiewa ż-żgħar. Il-bżonn li titjieb
il-leġiżlazzjoni dwar produzzjoni organika huwa rikonoxxut b’mod
wiesa’ mis-settur organiku. Hemm ukoll ftehim wiesa’ li l-produzzjoni organika
għandha tibqa’ qrib il-prinċipji u l-objettivi tagħha u li
l-eċċezzjonijiet għar-regoli għandhom jintemmu. 2.3. Il-valutazzjoni
tal-impatt Il-valutazzjoni tal-impatt qabblet tliet
xenarji alternattivi ta’ politika: –
L-istatus quo imtejjeb,
ibbażat fuq titjib u infurzar aħjar tal-leġiżlazzjoni
kurrenti. –
L-għażla mmotivata mis-suq, li għandha l-għan li tipprovdi l-kundizzjonijiet
meħtieġa biex jirrispondu b’mod dinamiku għal żviluppi
ulterjuri tas-suq b’regoli iktar flessibbli. Regoli eċċezzjonali li
ilhom stabbiliti se jiġu integrati fir-regoli ta’ produzzjoni. –
Il-mira tal-għażla mmotivata
mill-prinċipju hi li terġa’ tiffoka l-produzzjoni organika fuq
il-prinċipji tagħha, li jiġu riflessi aħjar fir-regoli tal-
produzzjoni. Ir-regoli eċċezzjonali jintemmu. It-tliet għażliet ta’ politika
ġew ivvalutati kontra l-potenzjal tagħhom li jiksbu l-għanijiet
tal-PAK 2020, l-għanijiet ta’ politika speċifika u għanijiet
operattivi għar-reviżjoni u f’termini ta’ effettività u
effiċjenza. L-għażla motivata mill-prinċipju għandha
prestazzjoni aħjar skont il-kriterji kollha evalwati, segwita
mill-għażla mmotivata mis-suq u finalment mill-istatus quo imtejjeb. L-għażla
mmexxija mill-prinċipju hija mistennija tipproduċi r-riżultati
li ġejjin: –
Perspettiva pożittiva tas-suq,
bis-saħħa tal-fiduċja ikbar tal-konsumatur, li aktarx li tkun tappoġġja
l-prezzijiet tal-prodotti organiċi u tiġbed nies ġodda, –
It-tneħħija ta’ eċċezzjonijiet
għar-regoli għandha tikkontribwixxi għall-iżvilupp ta’
inputs organiċi, b’mod partikulari ż-żrieragħ, –
Regoli ta’ produzzjoni aktar ċari u
sempliċi jagħmlu s-settur aktar attraenti, –
Il-kompetizzjoni se ssir iktar ġusta permezz
ta’ armonizzazzjoni iktar qawwija, regoli iktar sempliċi u iktar ċari
u ċ-ċaqliq mill-ekwivalenza għall-konformità
għar-rikonoxximent ta’ korpi ta’ kontroll f’pajjiżi terzi, –
Il-fiduċja tal-konsumatur għandha tikber minħabba
t-titjib tas-sistema ta’ kontrolli u regoli ta’ produzzjoni armonizzati li jqisu
t-tħassib soċjetali li qed jevolvi (sistemi ta’ ġestjoni
ambjentali għall-proċessuri u l-kummerċjanti, it-trattament
xieraq tal-annimali), –
Approċċ ibbażat fuq ir-riskju huwa
mistenni li jtejjeb l-effettività u l-effiċjenza tal-kontrolli u
jikkontribwixxi, flimkien ma’ reġim ta’ importazzjoni aktar affidabbli,
għall-prevenzjoni tal-frodi, –
Impatti ambjentali pożittivi assoċjati
mal-produzzjoni organika se jiġu enfasizzati billi jintemmu r-regoli
eċċezzjonali, –
It-trattament xieraq tal-annimali se jiżdied permezz
tat-tneħħija tal-eċċezzjonijiet. Il-valutazzjoni tal-impatt ikkonkludiet li
l-għażla preferuta kienet l-għażla mmotivata
mill-prinċipju, flimkien mal-inklużjoni tat-titjib propost fl-istatus
quo imtejjeb u b’xi għażliet sekondarji. Matul il-proċess
kollu ngħatat attenzjoni partikolari għas-simplifikazzjoni.
L-għażla preferuta se: –
tikkjarifika d-dispożizzjonijiet dwar il-kamp
ta' applikazzjoni, ir-regoli tal-produzzjoni, it-tikkettar u l-kontrolli, –
tneħħi d-dispożizzjonijiet li
mhumiex effettivi, –
tillimita l-ambitu tal-Istati Membri li jagħtu
eċċezzjonijiet għar-regoli, –
tissimplifika r-reġim tal-importazzjoni, –
tissimplifika r-rekwiżiti għall-bdiewa ż-żgħar,
b’mod partikolari bl-introduzzjoni taċ-ċertifikazzjoni bħala gruppi. Fir-rigward tal-ispejjeż amministrattivi,
il-proposta kurrenti se twassal għat-tneħħija ta’ 37 minn 135
obbligi ta’ informazzjoni eżistenti imposti fuq operaturi u
amministrazzjonijiet organiċi. 3. L-ELEMENTI LEGALI
TAL-PROPOSTA 3.1. Sommarju
tal-azzjoni proposta Il-produzzjoni organika trid tkompli tirrispetta
s-sett ta’ prinċipji li jirriflettu l-aspettattivi tal-konsumaturi
mill-qrib. Ir-regoli tal-produzzjoni speċifiċi
huma miġbura flimkien f’Anness mar-Regolament propost, u għaldaqstant
jindirizzaw il-kwistjoni ta’ leġġibbiltà. Ir-regoli ta’ produzzjoni
huma msaħħa u armonizzati billi jitneħħew
l-eċċezzjonijiet, ħlief fejn jenħtieġu miżuri
temporanji li jippermettu li l-produzzjoni organika tkompli jew terġa’
tibda f’każ ta’ ċirkostanzi katastrofiċi. L-ażjendi
agrikoli organiċi għandhom jiġu ġestiti bis-sħiħ
skont ir-rekwiżiti applikabbli għall-produzzjoni organika u
r-rikonoxximent retroattiv tal-perjodu ta’ konverżjoni fil-prinċipju ma
għadux possibbli. L-ingredjenti agrikoli użati fil-kompożizzjoni
tal-prodotti organiċi pproċessati għandhom ikunu esklussivament
organiċi. Bl-eċċezzjonijiet tal-mikroimpriżi, l-operaturi
organiċi minbarra l-bdiewa jew l-operaturi li jipproduċu l-alka jew l-annimali
tal-akkwakultura, huma mitluba jiżviluppaw sistema biex titjieb
il-prestazzjoni ambjentali tagħhom. Is-sistema ta’ kontroll
hija mtejba bl-integrazzjoni tad-dispożizzjonijiet kollha relatati
mal-kontroll f’test leġiżlattiv uniku taħt il-proposta
tal-Kummissjoni għal-Regolament dwar kontrolli uffiċjali u
attivitajiet uffiċjali oħrajn rigward l-ikel u l-għalf.
Konsegwentement, l-operaturi, l-awtoritajiet kompetenti, l-awtoritajiet u
l-korpi tal-kontroll mhux se jibqa’ jkollhom bżonn żewġ testi
leġiżlattivi differenti għad-dispożizzjonijiet marbutin mal-kontrolli. Il-kontrollabbiltà hija
msaħħa mill-kjarifikazzjoni, is-simplifikazzjoni u l-armonizzazzjoni
tar-regoli tal-produzzjoni u t-tneħħija ta’ serje ta’
eċċezzjonijiet possibbli għal regoli bħal dawn. Il-proposta tfittex li
telimina l-possibbiltà ta’ eżenzjoni għal ċertu tipi ta’
bejjiegħa bl-imnut prevista fir-Regolament (KE) Nru 834/2007 li
wasslet għal interpretazzjonijiet u prattiki differenti fl-Istati Membri
kollha u għamlet il-ġestjoni, is-superviżjoni u l-kontroll iktar
diffiċli. L-approċċ
ibbażat fuq ir-riskju għal kontrolli uffiċjali huwa rrinfurzat
bit-tneħħija tar-rekwiżit għal verifika annwali
obbligatorja tal-konformità tal-operaturi kollha prevista fir-Regolament (KE)
Nru 834/2007. Dan se jwassal biex tiġi adattata l-frekwenza
tal-kontroll, permezz ta’ atti delegati li jridu jiġu adottati skont
ir-Regolament (UE) Nru XX/XXX (Regolament dwar il-Kontrolli
Uffiċjali), sabiex l-operaturi li għandhom profil ta’ riskju żgħir
jistgħu jiġu spezzjonati fiżikament inqas minn darba fis-sena
u/jew soġġetti għal spezzjonijiet fiżiċi annwali mnaqqsa,
filwaqt li operaturi li għandhom riskju ikbar se jkunu iktar fil-mira.
Għaldaqstant, se jkun hemm bilanċ iktar ġust tal-pressjoni
tal-kontroll fuq l-operaturi, b’piż imnaqqas fuq dawk li għandhom
rekord ippruvat ta’ konformità mar-regoli, u użu iktar effettiv u
effiċjenti tar-riżorsi mill-awtoritajiet kompetenti, u mill-awtoritajiet
u l-korpi ta’ kontroll. Jiġu introdotti
dispożizzjonijiet speċifiċi sabiex tiżdied it-trasparenza
fir-rigward tat-tariffi li jistgħu jinġabru fuq il-kontrolli, u jissaħħu
d-dispożizzjonijiet marbutin mal-pubblikazzjoni tal-operaturi flimkien ma’
informazzjoni dwar l-istatus ta’ ċertifikazzjoni tagħhom. Tiġi introdotta
sistema taċ-ċertifikazzjoni bħala gruppi għall-bdiewa b'azjendi
żgħar fl-Unjoni bl-għan li jitnaqqsu l-ispejjeż
tal-ispezzjonijiet u taċ-ċertifikazzjoni u l-piż amministrattiv
assoċjat, u li jissaħħu n-netwerks lokali, dan jikkontribwixxi għat-titjib
tal-punti tal-bejgħ fis-suq, u jiżgura li jkun hemm kundizzjonijiet
ekwi fost l-operaturi f’pajjiżi terzi. Jiġu introdotti
dispożizzjonijiet speċifiċi għall-finijiet ta’
traċċabbiltà msaħħa u l-prevenzjoni ta’ frodi: l-operaturi
jistgħu ma jiġux ikkontrollati minn awtoritajiet jew korpi differenti
ta’ kontroll għall-istess gruppi ta’ prodotti fi stadji differenti tal-katina
tal-produzzjoni organika. Jiġu introdotti wkoll
dispożizzjonijiet speċifiċi biex azzjoni li tkun se tittieħed
meta jiġu identifikati prodotti jew sustanzi mhux awtorizzati tkun
armonizzata. F'dan il-kuntest, jista' jkun hemm
każijiet meta l-bdiewa ma jingħatawx permess li
jikkummerċjalizzaw il-prodotti tagħhom bħala organiċi
minħabba li jkun fihom mingħajr ħsieb, prodotti jew sustanzi
mhux awtorizzati. L-Istati Membri jistgħu jkunu awtorizzati mill-Kummissjoni
li jagħtu pagamenti nazzjonali biex jikkumpensaw għat telf
mġarrab f'każijiet bħal dawn. Barra minn hekk, l-Istati Membri
jistgħu jużaw l-istrumenti tal-Politika Agrikola Komuni biex ikopru
dan it-telf kompletament jew parzjalment. Fl-aħħar nett,
il-proposta tistipula l-azzjoni li għandha titwettaq fl-Unjoni kollha
għall-istess kategoriji wesgħin ta’ nuqqas ta’ konformità biex
jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi fit-trattament tal-operaturi, suq
intern li jaħdem kif suppost u żamma tal-fiduċja
tal-konsumaturi, filwaqt li ma jsirx ġudizzju minn qabel
tad-determinazzjoni tas-sanzjonijiet li hija fil-kompetenza tal-Istati Membri. Ir-reġim
tal-kummerċ ġie addattat biex iġib kundizzjonijiet aktar ekwi
għall-operaturi tal-produzzjoni organika tal-Unjoni Ewropea u
f’pajjiżi Terzi u jiżgura l-fiduċja tal-konsumatur.
Il-possibbiltà ta’ ftehimiet ta’ ekwivalenza ma’ Pajjiżi Terzi tibqa’,
filwaqt li titneħħa gradwalment is-sistema ta’ ekwivalenza
unilaterali. Qed jiġi propost li r-rikonoxximent tal-korpi tal-kontroll
jinbidel progressivament f’reġim ta’ konformità. 3.2. Il-bażi
ġuridika It-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni
Ewropea, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 42 u l-Artikolu 43(2)
tiegħu. 3.3. Il-prinċipji
tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità Il-proposta tirrevedi skema ta’ kwalità
eżistenti fil-PAK. Il-produzzjoni u l-kummerċ ta’ prodotti u
oġġetti tal-ikel agrikolu fis-suq tal-Unjoni Ewropea u l-iżgurar
li s-suq intern tal-prodotti organiċi jaħdem b'mod tajjeb, huma oqsma
ta’ kompetenza tal-Unjoni kondiviżi mal-Istati Membri. Bħala parti mill-PAK kumplessiva,
sabiex jiġi żgurat żvilupp mingħajr intoppi tas-suq uniku,
skema ta' produzzjoni organika waħda għall-Unjoni kollha hija iktar
effiċjenti minn 28 skema differenti. Barra minn hekk, tippermetti politika
tal-kummerċ iktar b’saħħitha u konsistenti vis-à-vis l-imsieħba
kummerċjali globali, b’mod partikolari billi tissaħħaħ
is-setgħa ta’ negozjar tal-Unjoni. Il-proposta twassal
għal aktar armonizzazzjoni fl-oqsma li ġejjin: – Jonqos l-ambitu li għandhom l-Istati Membri attwalment biex
jagħtu eċċezzjonijiet għar-regoli, li jwassal għal
kompetizzjoni inġusta fost l-operaturi, għal riskju ta’ telf
tal-fiduċja tal-konsumaturi, għal kumplessità
fil-leġiżlazzjoni u għal diffikultajiet kummerċjali
(diffikultajiet sabiex tiġi infurzata l-konformità). – Il-fatt li r-reazzjoni għall-istess nuqqas ta’
konformità mal-leġiżlazzjoni organika tista’ tvarja bejn l-Istati
Membri, jista’ jwassal għal kompetizzjoni inġusta u tħaddim ineffettiv
tas-suq uniku. 3.4. L-għażla
tal-istrumenti L-istrument propost huwa regolament,
minħabba li d-dispożizzjonijiet eżistenti wrew li jipprovdu
qafas xieraq għall-Istati Membri; ebda tip ieħor ta’ miżura ma
jkun xieraq. Direttiva tistabbilixxi regoli iktar
flessibbli, li jistgħu jissarrfu f’kompetizzjoni inġusta fost
l-operaturi u jwasslu biex il-konsumatur jitqarraq u jikkonfondi. Regolament
jipprovdi approċċ konsistenti li jistgħu jsegwu l-Istati Membri u
jnaqqas il-piż amministrattiv peress li l-operaturi huma
meħtieġa jikkonformaw ma’ sett wieħed ta’ regoli. Strumenti
ġuridiċi nonvinkolanti huma meqjusa inadegwati biex jindirizzaw id-differenzi
fl-interpretazzjoni u fl-implimentazzjoni tar-regoli u fl-isfond tal-kuntest
internazzjonali. 4. L-IMPLIKAZZJONIJIET
TAL-BAĠIT Il-proposta talloka baġit għal
miżuri ta’ assistenza teknika. Dettalji tal-implikazzjonijiet
baġitarji jistgħu jinstabu fid-dikjarazzjoni finanzjarja
leġiżlattiva. 5. ELEMENTI FAKULTATTIVI: SIMPLIFIKAZZJONI Il-proposta tipprevedi simplifikazzjonijiet u
kjarifiki u timla diversi lakuni fil-leġiżlazzjoni. Tinvolvi t-tneħħija
ta’ 37 mill-135 obbligu eżistenti fil-leġiżlazzjoni dwar
il-biedja organika. Il-proposta tinvolvi tnaqqis importanti tal-piż
amministrattiv. L-atti delegati li jirriżultaw mill-proposta se jiġu
abbozzati skont l-istess prinċipji. Dwar ir-regoli tal-produzzjoni, il-proposta
tissimplifika mhux ftit l-affarijiet għall-operaturi u għall-amministrazzjonijiet
nazzjonali billi tillimita l-ambitu tal-Istati Membri li jagħtu
eċċezzjonijiet. Tneħħew diversi dispożizzjonijiet
ineffettivi, b’mod partikolari permezz tar-rinfurzar tal-istrateġija
tal-kontrolli bbażata fuq ir-riskju. Fuq in-naħa tal-importazzjoni,
ir-reġim tal-konformità għall-korpi ta’ kontroll se jiġi
ġestit iktar faċilment mill-produtturi, mill-korpi ta’ kontroll u mill-Kummissjoni. Simplifikazzjoni sinifikanti għall-bdiewa
żgħar titnissel miċ-ċertifikazzjoni ta’ grupp, li tinvolvi
spezzjoni iktar proporzjonata u rekwiżiti taż-żamma tar-rekords. Il-proposta għandha
l-ħsieb li tagħmel il-leġiżlazzjoni iktar faċli
għall-utenti. B’mod partikolari, filwaqt li r-regoli tal-produzzjoni
ġenerali jibqgħu fit-test tar-Regolament, ir-regoli ta’ produzzjoni
organika jinsabu f’Anness tar-Regolament. 6. ALLINJAMENT Fl-2010, il-Kummissjoni adottat COM (2010)759
dwar l-allinjament mat-Trattat ta’ Lisbona tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007.
Fil-prattika, diskussjoni dettaljata fi trijalogi fl-2011 u l-2012 wasslet
għal staġnar fil-proposta ta’ allinjament. Il-proposta attwali
tinkorpora l-elementi meħtieġa tal-proposta ta’ allinjament, fosthom it-tifsila
tad-dispożizzjonijiet legali fl-att bażiku, l-atti delegati u l-atti
ta’ implimentazzjoni. Għaldaqstant, COM (2010) 759 se tiġi rtirata
bħala obsoleta. 2014/0100 (COD) Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U
TAL-KUNSILL dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar
ta’ prodotti organiċi, li jemenda r-Regolament (UE) Nru XXX/XXX
tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [Regolament dwar il-Kontrolli
Uffiċjali] u li jirrevoka r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL
TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar
il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel paragrafu
tal-Artikolu 42 u l-Artikolu 43(2) tiegħu, Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni
Ewropea, Wara t-trażmissjoni tal-abbozz tal-att
leġiżlattiv lill-Parlamenti nazzjonali, Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat
Ekonomiku u Soċjali Ewropew[9], Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat
tar-Reġjuni[10], Filwaqt li jaġixxu skont
il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, Billi: (1) Il-produzzjoni organika hija
sistema globali ta’ ġestjoni tal-ażjendi agrikoli u l-produzzjoni
tal-ikel, li tikkombina l-aħjar prattiki ambjentali u azzjonijiet klimatiċi,
livell għoli ta’ bijodiversità, il-preservazzjoni ta’ riżorsi
naturali, l-applikazzjoni ta’ standards għoljin ta’ trattament xieraq tal-annimali
u standards ta’ produzzjoni b’konformità mad-domanda għal prodotti
magħmula minn sustanzi u proċessi naturali minn għadd ta’
konsumaturi li dejjem jiżdied. Għaldaqstant,
il-produzzjoni organika għandha rwol soċjetali doppju, li
min-naħa waħda tipprovdi suq speċifiku li jirreaġixxi
għad-domanda tal-konsumaturi għal prodotti organiċi u
min-naħa l-oħra, tikkunsinna oġġetti disponibbli
pubblikament li jikkontribwixxu għall-protezzjoni tal-ambjent u l-benessri
tal-annimali, kif ukoll għall-iżvilupp rurali. (2) L-osservanza tal-istandards
għoljin tas-saħħa, tal-ambjent u tat-trattament xieraq
tal-annimali fil-produzzjoni ta’ prodotti organiċi hija intrinsika
għall-kwalità għolja ta’ dawk il-prodotti. Kif
enfasizzat fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u
lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat
tar-Reġjuni rigward il-politika dwar il-kwalità tal-prodotti agrikoli,[11]il-produzzjoni organika
tifforma parti mill-iskemi tal-kwalità tal-Unjoni tal-prodotti agrikoli
flimkien mal-indikazzjonijiet ġeografiċi, l-ispeċjalitajiet
tradizzjonali ggarantiti u prodotti mill-iktar reġjuni mbiegħda
tal-Unjoni, kif stabbilit fir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament
Ewropew u tal-Kunsill[12]
u r-Regolament (UE) Nru 228/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[13] rispettivament. F’dan
ir-rigward, il-produzzjoni organika ssegwi l-istess għanijiet inklużi
fil-politika agrikola komuni (‘PAK’) li huma inerenti għall-iskemi
tal-kwalità tal-prodotti agrikoli kollha tal-Unjoni. (3) B’mod partikolari,
l-għanijiet tal-politika tal-produzzjoni organika jinsabu
fl-għanijiet tal-PAK billi jiżguraw li l-bdiewa jirċievu redditu
xieraq għall-konformità mar-regoli dwar il-produzzjoni organika. Barra
minn hekk, id-domanda li qed tikber tal-konsumaturi għall-prodotti
organiċi toħloq kundizzjonijiet għal żvilupp ulterjuri u
espansjoni tas-suq f’dawk il-prodotti u għaldaqstant għal żieda
fir-redditu tal-bdiewa involuti fil-produzzjoni organika. (4) Barra minn hekk,
il-produzzjoni organika hija sistema li tikkontribwixxi
għall-integrazzjoni tar-rekwiżiti ta’ protezzjoni ambjentali fil-PAK
u tippromwovi produzzjoni agrikola sostenibbli. Għal din ir-raġuni,
ġew introdotti fil-PAK miżuri li jappoġġjaw finanzjarjament
il-produzzjoni organika, l-iktar riċenti skont ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013
tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[14],
u b’mod partikolari msaħħin fir-riforma riċenti tal-qafas
ġuridiku tal-politika għall-iżvilupp rurali kif stabbilita
bir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[15]. (5) Il-produzzjoni organika
tikkontribwixxi wkoll għall-ilħuq tal-għanijiet tal-politika
ambjentali tal-Unjoni, b’mod partikolari dawk tal-Istrateġija dwar
il-Bijodiversità 2020[16],
il-Komunikazzjoni dwar l-Infrastruttura Ekoloġika[17], l-Istrateġija
Tematika dwar il-Ħamrija[18]
u l-leġiżlazzjoni ambjentali bħad-Direttivi dwar l-Għasfar[19] u l-Ħabitats[20], id-Direttiva dwar
in-Nitrati[21],
id-Direttiva Qafas dwar l-Ilma[22],
id-Direttiva dwar il-Limiti Nazzjonali tal-Emissjonijiet[23] u d-Direttiva dwar
l-użu sostenibbli tal-pestiċidi[24]. (6) Fl-isfond tal-għanijiet
tal-poltika tal-Unjoni dwar il-produzzjoni organika, il-qafas ġuridiku
stabbilit għat-twettiq ta’ dik il-politika għandu l-għan li
jiżgura kompetizzjoni ġusta u ffunzjonar xieraq tas-suq intern fi
prodotti organiċi, u li jżomm u jiġġustifika l-fiduċja
tal-konsumatur fi prodotti bit-tikketta organika. Għandu
jkollu l-għan ulterjuri li jipprovdi kundizzjonijiet li taħthom
il-politika tista’ tagħmel progress b’konformità mal-iżviluppi
tal-produzzjoni u tas-suq. (7) Il-prijoritajiet
politiċi tal-istrateġija Ewropa 2020 kif stabbiliti
fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titlu ‘Ewropa 2020 Strateġija
għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv[25]jinkludu
l-għanijiet tal-kisba ta’ ekonomija kompetittiva bbażata fuq
l-għarfien u l-innovazzjoni, it-trawwim ta’ ekonomija b’livell ta’ impjieg
qawwi li twassal għal koeżjoni soċjali u territorjali u li
tappoġġja l-bidla lejn ekonomija effiċjenti fl-użu tar-riżorsi
u li tuża livell baxx ta’ karbonju. Għaldaqstant, il-politika
tal-produzzjoni organika għandha tipprovdi operaturi bl-għodod xierqa
sabiex jidentifikaw u jippromwovu aħjar il-prodotti tagħhom filwaqt
li jipproteġuhom kontra prattiki inġusti. (8) Minħabba l-evoluzzjoni
dinamika tas-settur organiku, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007[26] identifika
l-bżonn ta' analiżi futura tar-regoli tal-Unjoni dwar il-produzzjoni
organika, b’kunsiderazzjoni għall-esperjenza miksuba mill-applikazzjoni
ta’ dawk ir-regoli. Ir-riżultati ta’ dik l-analiżi
mwettqa mill-Kummissjoni juru li l-qafas ġuridiku tal-Unjoni li jirregola
l-produzzjoni organika għandu jittejjeb biex jipprevedi r-regoli li
jikkorrispondu għall-aspettattivi għoljin tal-konsumaturi u li
jiggarantixxu ċarezza suffiċjenti għal dawk li huma indirizzati
lejhom. Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 834/2007 għandu
jiġi rrevokat u sostitwit b’Regolament ġdid. (9) L-esperjenza miksuba sa issa
bl-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nri 834/2007 turi l-bżonn li
jiġi kkjarifikat għal liema prodotti japplika dan ir-Regolament.
Primarjament, għandu jkopri l-prodotti agrikoli, inklużi prodotti
tal-akkwakultura, elenkati fl-Anness I tat-Trattat dwar il-Funzjonament
tal-Unjoni Ewropea (‘it-Trattat’). Barra minn hekk, għandu jkopri l-prodotti
agrikoli pproċessati għall-użu bħala ikel jew għalf
minħabba li l-kummerċjalizzazzjoni ta’ tali prodotti bħala
prodotti organiċi jipprovdi suq disponibbli kbir għall-prodotti
agrikoli u jiżgura viżibbiltà għall-konsumaturi tan-natura
organika tal-prodotti agrikoli li minnhom huma pproċessati. Bl-istess mod,
dan ir-Regolament għandu jkopri ċerti prodotti oħrajn li huma
marbuta mal-prodotti agrikoli b’mod simili bħala prodotti agrikoli
pproċessati minħabba li dawk il-prodotti l-oħrajn jew jikkostitwixxu
suq disponibli kbir għall-prodotti agrikoli jew jiffurmaw parti integrali
tal-proċess ta’ produzzjoni. Fl-aħħar nett, il-melħ
tal-baħar għandu jiġi inkluż fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’
dan ir-Regolament minħabba li jiġi prodott billi jiġu applikati
tekniki ta’ produzzjoni naturali u l-produzzjoni tiegħu tikkontribwixxi
għall-iżvilupp ta’ żoni rurali, u għaldaqstant jaqa’ fi
ħdan l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament. Għal
raġunijiet ta’ ċarezza, dawk il-prodotti l-oħrajn, mhux elenkati
fl-Anness I tat-Trattat, għandhom jiġu elenkati f’Anness ma’ dan
ir-Regolament. (10) Sabiex jiġu
ssupplimentati jew emendati ċerti elementi mhux essenzjali ta’ dan
ir-Regolament, is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290
tat-Trattat għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq
konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha,
inkluż fil-livell ta' esperti. Il-Kummissjoni, meta tħejji u tfassal l-atti
ddelegati, għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, f'waqtha u
xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. (11) Sabiex jiġu kkunsidrati metodi
ġodda ta’ produzzjoni jew impenji materjali jew internazzjonali,
is-setgħa tal-adozzjoni ta' ċerti atti għandha tiġi
ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-emenda tal-lista ta’ prodotti
oħrajn li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Il-prodotti biss li huma marbuta mill-qrib mal-prodotti
agrikoli għandhom ikunu eliġibbli għall-inklużjoni f’dik
il-lista. (12) Minħabba n-natura lokali
ta’ operazzjonijiet ta’ forniment ta’ ikel għall-massa, il-miżuri li jitwettqu
mill-Istati Membri u l-iskemi privati f’dan il-qasam huma meqjusa adegwati
sabiex jiżguraw il-funzjonament tas-suq uniku. Għaldaqstant,
il-preparazzjoni tal-ikel minn fornituri tal-ikel għall-massa fil-bini
tagħhom, ma għandhiex tkun suġġetta għal dan
ir-Regolament. Daqstant ieħor, il-prodotti
tal-kaċċa u s-sajd ta’ annimali selvaġġi ma għandhomx
ikunu koperti minn dan ir-Regolament minħabba li l-proċess ta’ produzzjoni
ma jistax jiġi kkontrollat b’mod sħiħ. (13) Proġetti
ta’ riċerka wrew li l-fiduċja tal-konsumatur hija kruċjali
fis-suq tal-ikel organiku. Fuq perjodu ta’ żmien twil, ir-regoli li
mhumiex affidabbli jistgħu jipperikolaw il-fiduċja pubblika u jwasslu
għall-falliment tas-suq. Għaldaqstant, l-iżvilupp sostenibbli
tal-produzzjoni organika fl-Unjoni għandu jkun ibbażat fuq regoli ta’
produzzjoni sodi li huma armonizzati fil-livell tal-Unjoni. Barra minn hekk,
dawk ir-regoli ta’ produzzjoni għandhom jilħqu l-aspettattivi
tal-operaturi u tal-konsumaturi rigward il-kwalità tal-prodotti organiċi u
l-konformità mal-prinċipji u r-regoli stabbiliti f’dan ir-Regolament. (14) Dan ir-Regolament għandu
japplika mingħajr ħsara għal-leġiżlazzjoni relatata,
bħal fil-qasam tas-sikurezza tal-katina alimentari, is-saħħa u
t-trattament xieraq tal-annimali, is-saħħa tal-pjanti, il-materjal
tar-riproduzzjoni tal-pjanti, it-tikkettar u l-ambjent. B’mod iktar
speċifiku, fir-rigward tal-awtorizzazzjoni tal-prodotti u s-sustanzi li
jistgħu jintużaw għall-produzzjoni ta’ prodotti organiċi,
importanti li jiġi enfasizzat li l-ewwel it-tali prodotti u sustanzi jridu
jkunu awtorizzati fil-livell tal-Unjoni l-ewwel. Għalhekk, dan
ir-Regolament għandu japplika mingħajr ħsara għal dispożizzjonijiet
speċifiċi oħrajn tal-Unjoni relatati mal-awtorizzazzjoni u
t-tqegħid fis-suq ta’ dawk il-prodotti u s-sustanzi. (15) Fil-prinċipju, ir-regoli
ġenerali ta’ produzzjoni ta’ dan ir-Regolament għandhom jinkludu
projbizzjoni fuq l-użu ta’ radjazzjoni jonizzanti u fuq l-organiżmi modifikati
ġenetikament (OĠM) u prodotti magħmula mill-OĠM.
Minħabba li l-konsumaturi huma dejjem iktar ikkonċernati dwar
l-impatti ambjentali tal-ipproċessar u t-trasportazzjoni tal-ikel,
l-operaturi organiċi minbarra l-bdiewa u l-operaturi li jipproduċu
l-alka u l-annimali tal-akkwakultura għandhom ikunu meħtieġa li jiġġestixxu
l-prestazzjoni ambjentali tagħhom skont sistema armonizzata. Bl-għan ta’ minimizzazzjoni tal-piż regolatorju
ta’ mikroimpriżi kif iddefiniti fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/EC[27] involuti fil-produzzjoni organika, jixraq li dawn jiġu
eżentati minn dan ir-rekwiżit. Biex tiġi żgurata
l-applikazzjoni korretta tar-regoli ta’ produzzjoni ġenerali,
is-setgħa li jiġu adottati ċerti atti għandha tiġi
ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-istabbiliment tal-kriterji li
magħhom għandha tikkorrispondi s-sistema tal-ġestjoni ambjentali. (16) Ir-riskju
ta’ nuqqas ta’ konformità mar-regoli tal-produzzjoni organika huwa kkunsidrat
li huwa ogħla f’azjendi agrikoli li jinkludu unitajiet mhux ġestiti
skont regoli tal-produzzjoni organika. Għaldaqstant, wara perjodu ta’
konverżjoni xieraq, l-azjendi agrikoli kollha fl-Unjoni li għandhom
l-għan li jsiru organiċi għandhom jiġu ġestiti kollha
skont ir-rekwiżiti applikabbli għall-produzzjoni organika. L-ażjendi agrikoli organiċi
għandhom jgħaddu mill-istess perjodu ta’ konverżjoni fl-Istati
Membri kollha, irrispettivament minn jekk qabel aderexxewx jew le
mal-miżuri agro-ambjentali appoġġjati mill-fondi tal-Unjoni. Madankollu,
perjodu ta' konverżjoni mhuwiex meħtieġ fil-każ ta' art li
tkun qiegħda tisserraħ. Sabiex jiġu żgurati l-kwalità,
it-traċċabbiltà u l-konformità ma’ dan ir-Regolament u l-adattament
għall-iżviluppi tekniċi, is-setgħa li jiġu adottati
ċerti atti għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward
tal-istabbiliment ta’ regoli li jissupplimentaw ir-regoli ta’ konverżjoni
ġenerali jew li jissupplimentaw u li jemendaw ir-regoli ta’
konverżjoni speċifiċi. (17) Għandhom
jiġu stabbiliti regoli speċifiċi ta’ produzzjoni fir-rigward
tat-tkabbir tal-pjanti, it-trobbija tal-bhejjem u l-produzzjoni
tal-akkwakultura, inklużi r-regoli għall-ġbir tal-pjanti
selvaġġi u l-alka, u fir-rigward tal-produzzjoni tal-ikel u l-għalf
ipproċessat, kif ukoll tal-inbid u tal-ħmira biex jiġu
żgurati armonizzazzjoni u rispett tal-għanijiet u l-prinċipji
tal-produzzjoni organika. (18) Peress li l-produzzjoni
organika tal-pjanti hija bbażata fuq in-nutrizzjoni tal-pjanti
primarjament permezz tal-ekosistema tal-ħamrija, il-produzzjoni idroponika
ma għandhiex tiġi awtorizzata. Barra minn
hekk, il-produzzjoni organika tal-pjanti għandha tinvolvi l-użu ta’
tekniki ta’ produzzjoni li jevitaw jew jimminimizzaw kwalunkwe kontribuzzjoni
għall-kontaminazzjoni tal-ambjent. (19) Rigward il-ġestjoni u
l-fertilizzazzjoni tal-ħamrija, għandhom jiġu stabbiliti
kundizzjonijiet għall-użu ta’ prattiki ta’ kultivazzjoni permessi
fil-produzzjoni organika tal-pjanti u għall-użu ta’ fertilizzanti u
kundizzjonaturi. (20) L-użu ta' pestiċidi
għandu jkun ristrett b'mod sinifikanti. Għandha tingħata
preferenza għall-applikazzjoni ta’ miżuri li jipprevjenu kwalunkwe
ħsara minn pesti u minn ħaxix ħażin permezz ta’ tekniki li
ma jinvolvux l-użu ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti bħan-newba
tal-uċuħ. Il-preżenza ta’ pestiċidi u ħaxix
ħażin għandha tkun issorveljata biex jiġi deċiż
jekk hemmx raġuni ekonomika jew ekoloġika għal xi intervent.
L-użu ta’ ċerti prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti
għandu jiġi awtorizzat jekk tali tekniki ma jipprovdux protezzjoni
adegwata u biss jekk dawk il-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti
ġew awtorizzati skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament
Ewropew u tal-Kunsill[28],
wara li jkunu ġew ivvalutati bħala kompatibbli mal-għanijiet u
l-prinċipji tal-produzzjoni organika, inkluż mal-kundizzjonijiet
restrittivi tal-użu, u konsegwentement awtorizzati skont dan ir-Regolament. (21) Biex jiġu żgurati
l-kwalità, it-traċċabbiltà u l-konformità ma’ dan ir-Regolament u
l-adattament għall-iżviluppi tekniċi, il-Kummissjoni
għandha tingħata s-setgħa li tadotta ċerti atti fir-rigward
tal-istabbiliment tar-regoli li jemendaw jew li jissupplimentaw ir-regoli
tal-produzzjoni tal-pjanti rigward il-prattiki tal-kultivazzjoni,
il-ġestjoni tal-ħamrija u tal-fertilizzazzjoni, is-saħħa
tal-pjanti u l-ġestjoni ta’ organiżmi ta’ ħsara u tal-ħaxix
ħażin, il-ġestjoni tal-produzzjoni tal-faqqiegħ u ta' pjanti
speċifiċi oħrajn, u sistemi tal-produzzjoni tal-pjanti,
l-oriġini tal-produzzjoni tal-materjal riproduttiv tal-pjanti, u
l-ġbir ta’ pjanti selvaġġi. (22) Peress li t-trobbija
tal-bhejjem naturalment tinvolvi l-ġestjoni ta’ art agrikola, fejn
id-demel jintuża bħala nutrijent għall-produzzjoni ta’ prodotti
agrikoli, it-trobbija tal-bhejjem meta ma hemmx art agrikola għandha
tiġi pprojbita. L-għażla tar-razez għandha tikkunsidra
l-kapaċità tagħhom li jadattaw għall-kundizzjonijiet lokali,
il-vitalità tagħhom u r-reżistenza tagħhom għall-mard u
għandha tiġi inkoraġġuta diversità bijoloġika
wiesgħa. (23) It-trobbija organika
tal-bhejjem u l-akkomodazzjoni tal-produzzjoni tal-akkwakultura, inkluż
fejn relevanti l-midjum akkwatiku, għandhom jaqdu l-bżonnijiet tal-aġir
naturali tal-annimali. Għandhom jiġu stabbiliti kundizzjonijiet
speċifiċi ta’ akkomodazzjoni u prattiki ta’ trobbija tal-annimali
fir-rigward ta’ ċerti annimali, inkluż in-naħal. Dawn il-kundizzjonijiet u l-prattiki għandhom
jiżguraw livell għoli ta’ trattament tal-annimali, li f’ċerti
aspetti għandu jmur lil hinn mill-istandards tal-Unjoni dwar it-trattament
xieraq tal-annimali applikabbli għat-trobbija ġenerali tal-bhejjem.
Fil-biċċa l-kbira tal-każijiet il-bhejjem għandu jkollhom
aċċess permanenti għal spazji fil-beraħ fejn ikunu
jistgħu jirgħu u fil-prinċipju, dawn l-ispazji fil-beraħ
għandhom jiġu organizzati skont sistema xierqa ta’ rotazzjoni. (24) Biex jiġi evitat
it-tniġġis ambjentali ta' riżorsi naturali
bħall-ħamrija u l-ilma min-nutrijenti, għandhom jiġu stabbiliti
l-ogħla limiti tad-demel li jintuża fuq kull ettaru u tal-għadd
ta' bhejjem li jinżammu f'kull ettaru. Dak
il-limitu għandu jkun relatat għall-kontenut tan-nitroġenu
tad-demel. (25) Il-mutilazzjonijiet li jwasslu
għal stress, dannu, mard jew tbatija tal-annimali għandhom ikunu
pprojbiti. (26) Il-bhejjem għandhom jintgħalfu
b'materjali prodotti skont ir-regoli tal-produzzjoni organika, u
preferibbilment li ġejjin mill-istess azjenda, b’kunsiderazzjoni
għall-bżonnijiet fiżjoloġiċi tagħhom. Barra minn hekk, biex jiġu ssodisfatti
r-rekwiżiti bażiċi ta’ nutrizzjoni tal-bhejjem jista’ jkun
meħtieġ li jintużaw ċerti minerali, mikroelementi u
vitamini f'kundizzjonijiet iddefiniti b'mod ċar. (27) Il-ġestjoni
tas-saħħa tal-annimali għandha tkun primarjament ibbażata
fuq il-prevenzjoni tal-mard. Barra minn hekk għandhom jiġu applikati
miżuri addizzjonali speċifiċi ta' tindif u diżinfezzjoni.
L-użu preventiv ta’ prodotti mediċinali allopatiċi kimikament sintesizzati
ma għandhomx jiġu awtorizzati fil-produzzjoni organika, ħief
f’każ ta’ mard jew korriment tal-annimal li jkunu jirrikjedu trattament
immedjat u limitat għall-minimu meħtieġ biex jerġa’
jiġi stabbilit il-benessri tal-annimal. F’dawn
il-każijiet, sabiex tiġi garantita l-integrità tal-produzzjoni
organika għall-konsumaturi, għandu jkun possibbli li jittieħdu
miżuri ristrettivi bħall-irduppjar tal-perjodu tal-irtirar
uffiċjali wara l-użu ta’ tali prodotti mediċinali kif
speċifikat fil-leġiżlazzjoni relevanti tal-Unjoni. Rigward
it-trobbija tan-naħal, jeħtieġ li jiġu stabbiliti regoli
speċifiċi għall-prevenzjoni tal-mard u t-trattament veterinarju.
(28) Biex jiġu żgurati
l-kwalità, it-traċċabbiltà u l-konformità ma’ dan ir-Regolament u
l-adattament għall-iżviluppi tekniċi, is-setgħa li
jiġu adottati ċerti aspetti għandha tiġi ddelegata
lill-Kummissjoni fir-rigward tal-istabbiliment tar-regoli li jemendaw jew li
jissupplimentaw ir-regoli speċifiċi tat-trobbija tal-annimali
fir-rigward tal-oriġini tal-annimali, l-akkomodazzjoni tal-bhejjem,
inklużi l-erjas minimi tas-superfiċje fuq ġewwa u fuq barra u
n-numru massimu ta’ annimali għal kull ettaru, il-prattiki tat-trobbija
tal-annimali, l-għalf u l-alimentazzjoni, il-prevenzjoni tal-mard u
t-trattament veterinarju. (29) Dan ir-Regolament jirrifletti
l-għanijiet tal-Politika Komuni l-ġdida tas-Sajd rigward
l-akkwakultura, li għandha rwol fundamentali biex tiżgura sigurtà alimentari
sostenibbli, fit-tul kif ukoll tkabbir u impjiegi filwaqt li tonqos
il-pressjoni fuq l-istokkijiet tal-ħut salvaġġ f’kuntest ta’
domanda globali dejjem tikber għall-ikel akkwatiku. Il-Komunikazzjoni tal-2013
tal-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew dwar Linji Gwida
Strateġiċi għall-iżvilupp sostenibbli tal-akkwakultura
Ewropea[29]
tixħet dawl fuq l-isifidi ewlenin affaċċjati mill-akkwakultura
tal-Unjoni u l-potenzjal tagħha għal tkabbir. Tidentifika
l-akkwakultura organika bħala settur partikolarment promettenti, u
tixħet dawl fuq il-vantaġġi kompetittivi li jiġu
miċ-ċertifikazzjoni organika. (30) L-akkwakultura organika hija
qasam tal-produzzjoni organika pjuttost ġdid meta mqabbla mal-agrikultura
organika, fejn teżisti esperjenza twila fuq il-livell tal-irziezet.
Minħabba l-interess dejjem jikber tal-konsumaturi fil-prodotti
organiċi tal-akkwakultura, x’aktarx li se jkun hemm aktar żvilupp
fil-bidla tal-unitajiet tal-akkwakultura għall-produzzjoni organika. Dan
se jwassal għal iktar esperjenza, għarfien tekniku u żvilupp,
b’titjib fl-akkwakultura organika li għandu jiġi rifless fir-regoli
tal-produzzjoni. (31) Sabiex jiġi żgurat
fehim komuni, jiġu evitati l-ambigwitajiet u tkun iggarantita
applikazzjoni unformi tar-regoli tal-produzzjoni tal-akkwakultura organika
tal-annimali u tal-alka, ċerti definizzjonijiet relatati mal-akkwakultura
għandhom jakkumpanjaw dawk ir-regoli tal- produzzjoni. (32) Sabiex jiġu żgurati
l-kwalità, it-traċċabbiltà u l-konformità ma’ dan ir-Regolament u
l-adattament għall-iżviluppi tekniċi, is-setgħa li
jiġu adottati ċerti aspetti għandha tiġi ddelegata
lill-Kummissjoni fir-rigward tal-istabbiliment tar-regoli li jemendaw jew li
jissupplimentaw ir-regoli speċifiċi tal-produzzjoni tal-alka
fir-rigward tal-idoneità tal-mezz akkwatiku u l-pjan ta’ ġestjoni
sostenibbli, il-ħsad tal-alka selvaġġa, il-kultivazzjoni
tal-alka u miżuri ta’ antifouling u t-tindif tat-tagħmir u
l-faċilitajiet tal-produzzjoni u fir-rigward tal-istabbiliment tar-regoli
li jissupplimentaw regoli speċifiċi tal-produzzjoni għall-annimali
tal-akkwakultura fir-rigward tal-idoneità tal-mezz akkwatiku u l-pjan ta’
ġestjoni sostenibbli, l-oriġini tal-annimali tal-akkwakultura,
it-trobbija tal-annimali tal-akkwakutura, inklużi s-sistemi akkwatiċi
ta’ konteniment, is-sistemi ta’ produzzjoni u d-densità massima tal-ħżin,
it-tgħammir tal-annimali, il-ġestjoni tal-annimali tal-akkwakultura,
l-għalf u l-alimentazzjoni u l-prevenzjoni tal-mard u t-trattament
veterinarju. (33) L-operaturi li jipproduċu
ikel jew għalf organiku għandhom isegwu proċeduri xierqa
bbażati fuq identifikazzjoni sistematika ta’ passi kritiċi ta’
pproċessar sabiex jiġi żgurat li l-prodotti pproċessati
jikkonformaw mar-regoli tal-produzzjoni organika. Il-prodotti
organiċi pproċessati għandhom jiġu prodotti permezz
tal-metodi ta’ pproċessar li jiggarantixxu li l-integrità organika u
l-kwalitajiet vitali tal-prodotti jinżammu fl-istadji kollha
tal-produzzjoni organika. (34) Għandhom jiġu
stabbiliti dispożizzjonijiet li jikkonċernaw il-kompożizzjoni
ta’ ikel organiku pproċessat. B’mod partikolari, dan l-ikel għandu
jiġi prinċiparjament prodott minn ingredjenti agrikoli li huma
organiċi b’possibbiltà limitata li jintużaw ċerti ingredjenti
agrikoli mhux organiċi speċifikati f’dan ir-Regolament. Barra minn
hekk, ċerti sustanzi biss li huma awtorizzati skont dan ir-Regolament,
għandhom ikunu awtorizzati biex jintużaw fil-produzzjoni ta’ ikel
organiku pproċessat. (35) L-ikel ipproċessat
għandu jkun ittikkettat bħala organiku biss fejn l-ingredjenti kollha
jew kważi kollha ta' oriġini agrikola jkunu organiċi.
Madankollu, għandhom jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet
speċjali ta' ttikkettar għall-ikel ipproċessat li jinkludi
ingredjenti agrikoli li ma jistgħux jinkisbu b'mod organiku, kif inhu
l-każ għall-prodotti tal-kaċċa u tas-sajd. Barra minn hekk,
għall-finijiet ta' informazzjoni għall-konsumatur u ta' trasparenza
fis-suq, u sabiex jitħeġġeġ l-użu ta' ingredjenti
organiċi, għandha wkoll issir possibbli li wieħed jirreferi
għall-produzzjoni organika fil-lista ta' ingredjenti taħt ċerti
kondizzjonijiet. (36) Għandhom jiġu
stabbiliti d-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw il-kompożizzjoni
tal-ikel organiku pproċessat u l-użu ta’ ċerti sustanzi u
tekniċi fil-produzzjoni ta’ dak l-ikel. (37) Sabiex jiġu żgurati
l-kwalità, it-traċċabbiltà u l-konformità ma’ dan ir-Regolament u
l-adattament għall-iżviluppi tekniċi, is-setgħa li
jiġu adottati ċerti atti għandha tiġi ddelegata
lill-Kummissjoni fir-rigward tal-istabbiliment tar-regoli li jemendaw jew li
jissupplimentaw ir-regoli speċifiċi tal-produzzjoni għall-ikel u
l-għalf ipproċessat rigward il-proċeduri li għandhom
jiġu segwiti, il-miżuri preventivi li għandhom jittieħdu,
il-kompożizzjoni tal-ikel u l-għalf ipproċessat, il-miżuri
tat-tindif, it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti pproċessati, inkluż
it-tikkettar u l-identifikazzjoni tagħhom, is-separazzjoni ta’ prodotti
organiċi, ta' ingredjenti agrikoli u ta' materjali tal-ikel mill-prodotti
mhux organiċi, ingredjenti u materjali tal-ikel, il-lista ta’ ingredjenti
agrikoli mhux organiċi li, f’eċċezzjoni, jistgħu
jintużaw fil-produzzjoni ta’ prodotti organiċi pproċessati,
kalkolu tal-perċentwal tal-ingredjenti agrikoli u t-tekniki użati
fl-ipproċessar tal-ikel u tal-għalf. (38) L-inbid organiku għandu
jkun magħmul kollu kemm hu minn materjal organiku mhux ipproċessat u
ċerti sustanzi awtorizzati skont dan ir-Regolament biss għandhom
jiġu awtorizzati li jinżiedu miegħu. Ċerti
prattiċi, proċessi u trattamenti oneoloġiċi għandhom
jiġu pprojbiti fil-produzzjoni tal-inbid organiku. Prattiċi,
proċessi u trattamenti oħrajn għandhom jiġu awtorizzati
taħt kundizzjonijiet iddefiniti b'mod ċar. (39) Sabiex jiġu żgurati
l-kwalità, it-traċċabbiltà u l-konformità ma’ dan ir-Regolament u
l-adattament għall-iżviluppi tekniċi, is-setgħa li jiġu
adottati ċerti aspetti għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni
fir-rigward tal-istabbiliment tar-regoli li jemendaw jew li jissupplimentaw
ir-regoli speċifiċi tal-produzzjoni tal-inbid fir-rigward
tal-prattiki u r-restrizzjonijiet oneoloġiċi. (40) Għall-bidu, il-ħmira
ma kinetx ikkunsidrata bħala ingredjent agrikolu skont ir-Regolament (KE)
Nru 834/2007 u għaldaqstant ma kinetx tgħodd
għall-kompożizzjoni agrikola ta’ prodotti organiċi. Madankollu, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 889/2008[30] introduċa
l-kalkolu obbligatorju tal-ħmira u l-prodotti tal-ħmira bħala
ingredjenti agrikoli għall-finijiet ta’ produzzjoni organika mill-31 ta’
Diċembru 2013, li ta lill-industrija żmien biżżejjed biex
taġġusta ruħha għal dik ir-regola. Kif
xieraq, għandhom jintużaw is-sottostrati prodotti organikament biss
fil-produzzjoni tal-ħmira organika u ċerti sustanzi biss
għandhom jiġu awtorizzati biex jintuzaw fil-produzzjoni, fil-konfezzjoni
u fil-formulazzjoni tagħha. Barra minn hekk, il-ħmira organika ma
għandhiex tkun preżenti fl-ikel jew fl-għalf organiku flimkien
mal-ħmira mhux organika. (41) Sabiex jiġu żgurati
l-kwalità, it-traċċabbiltà u l-konformità ma’ dan ir-Regolament u
l-adattament għall-iżviluppi tekniċi, is-setgħa li
jiġu adottati ċerti atti għandha tiġi ddelegata
lill-Kummissjoni fir-rigward tal-istabbiliment tar-regoli li jemendaw jew li
jissupplimentaw ir-regoli speċifiċi għall-ħmira organika
fir-rigward tal-ipproċessar u s-sottostrati użati fil-produzzjoni
tagħha. (42) Sabiex jiġi kkunsidrat
kwalunkwe bżonn futur li jkun hemm regoli speċifiċi tal-produzzjoni
għal prodotti li l-produzzjoni tagħhom ma taqa’ f’ebda kategorija ta’
regoli speċifiċi tal-produzzjoni stabbiliti f’dan ir-Regolament, kif
ukoll biex jiġu żgurati l-kwalità, it-traċċabbiltà u
l-konformità ma’ dan ir-Regolament u sussegwentement, l-addattament
għall-iżviluppi tekniċi, is-setgħa li jiġu adottati
ċerti aspetti għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni
fir-rigward tal-istabbiliment tar-regoli speċifiċi tal-produzzjoni
għal tali prodotti, inklużi l-emendi jew is-supplimenti tagħhom. (43) Ir-Regolament (KE) Nru 834/2007
ippreveda eċċezzjonijiet differenti mir-regoli tal-produzzjoni
organika. L-esperjenza miksuba mill-applikazzjoni ta’ dawk
id-dispożizzjonijiet uriet li tali eċċezzjonijiet għandhom
impatt negattiv fuq il-produzzjoni organika. B’mod
partikolari, instab li l-eżistenza stess ta’ dawn
l-eċċezzjonijiet ixxekkel il-produzzjoni minn inputs f’forma organika
u li l-livell għoli tat-trattament tal-annimali assoċjat
mal-produzzjoni organika mhux żgurat. Barra minn hekk, il-ġestjoni u
l-kontroll tal-eċċezzjonijiet iwasslu għal piż
amministrattiv konsiderevoli, kemm għall-amministrazzjonijiet kif ukoll
għall-operaturi nazzjonali. Fl-aħħar nett, l-eżistenza ta’
eċċezzjonijiet ħolqot il-kundizzjonijiet għal
distorsjonijiet f’kompetizzjoni u heddet li ddgħajjef il-fiduċja
tal-konsumatur. Għaldaqstant, għandu jkompli jiġi ristrett l-ambitu
għall-awtorizzazzjoni ta’ eċċezzjonijiet mir-regoli tal-produzzjoni
organika u dawn għandhom jiġu limitati għal każijiet ta’
ċirkustanzi katastrofiċi. (44) Biex il-produzzjoni organika
tkun tista’ tissokta jew tibda mill-ġdid f’każijiet ta’
ċirkustanzi katastrofiċi, is-setgħa li jiġu adottati
ċerti atti għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward
tal-istabbiliment tal-kriterji biex ċerti każijiet ikunu
jikkwalifikaw bħala ċirkustanzi katastrofiċi, u biex
tistabbilixxi regoli speċifiċi biex dawn il-każijiet jiġu
indirizzati u għar-rekwiżiti tal-monitoraġġ u r-rappurtar
meħtieġa. (45) F'ċerti kundizzjonijiet,
il-prodotti organiċi u mhux organiċi jistgħu jinġabru u
jiġu trasportati fl-istess ħin. Sabiex, waqt il-ġestjoni u biex
jiġi evitat it-taħlit, il-prodotti organiċi jiġu separati
minn dawk li mhumiex, kif xieraq, għandhom jiġu stabbiliti
dispożizzjonijiet speċifiċi. (46) Sabiex tiġi żgurata
l-integrità tal-produzzjoni organika u l-adattament għall-iżviluppi
tekniċi, is-setgħa li jiġu adottati ċerti atti għandha
tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-istabbiliment ta’ regoli
li jemendaw jew jissupplimentaw ir-regoli speċifiċi dwar
il-ġbir, l-ippakkjar, it-trasport u l-ħżin ta’ prodotti
organiċi. (47) L-użu fil-produzzjoni
organika ta’ prodotti u sustanzi bħal prodotti għall-protezzjoni
tal-pjanti, fertilizzanti, kondizzjonaturi tal-ħamrija, nutrijenti,
komponenti tan-nutrizzjoni tal-annimali, addittivi tal-ikel jew tal-għalf,
għajnuniet tal-ipproċessar u prodotti għat-tindif u d-diżinfettazzjoni
għandhom jiġu limitati għall-minimu u skont il-kundizzjonijiet
speċifiċi stabbiliti f’dan ir-Regolament. Għandu
jiġi segwit l-istess approċċ rigward l-użu tal-prodotti u
s-sustanzi bħala addittivi tal-ikel u għajnuniet tal-ipproċessar
fil-produzzjoni ta’ ikel organiku ipproċessat. Għaldaqstant,
għandhom jiġu stabbiliti d-dispożizzjonijiet biex jiġi ddefinit
kull użu possibbli ta’ prodotti u sustanzi bħal dawn fil-produzzjoni
organika b’mod ġenerali u fil-produzzjoni ta’ ikel organiku
pproċessat b’mod partikolari, suġġett għall-prinċipji
stabbiliti f’dan ir-Regolament u għal ċerti kriterji. (48) Sabiex jiġu żgurati
l-kwalità, it-traċċabbiltà u l-konformità ma’ dan ir-Regolament
fir-rigward tal-produzzjoni organika b’mod ġenerali u l-produzzjoni
tal-ikel organiku pproċessat b’mod partikolari, u l-adattament
għall-iżviluppi tekniċi, is-setgħa li jiġu adottati
ċerti aspetti għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni biex tipprevedi
kriterji addizzjonali għall-awtorizzazzjoni jew l-irtirar
tal-awtorizzazzjoni ta’ prodotti u sustanzi għall-użu fil-produzzjoni
organika ġenerali u fil-produzzjoni ta’ ikel organiku pproċessat
b’mod partikolari, u rekwiżiti oħrajn għall-użu ta’ tali
prodotti u sustanzi awtorizzati. (49) Fin-nuqqas ta’ regoli
speċifiċi tal-Unjoni dwar il-miżuri li jridu jitwettqu meta jkun
hemm sustanzi jew prodotti mhux awtorizzati preżenti fi prodotti organiċi,
ġew żviluppati u implimentati approċċi differenti madwar
l-Unjoni. Din is-sitwazzjoni toħloq l-inċertezzi għall-operaturi,
u għall-awtoritajiet u l-korpi tal-kontroll fl-Unjoni u tista'
teħtieġ trattament differenti bejn operatur u ieħor fl-Unjoni u taffettwa
l-fiduċja tal-konsumaturi fil-prodotti organiċi. Għalhekk jixraq
li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet ċari u uniformi biex tkun
projbita l-kummerċjalizzazzjoni bħala organiċi ta' dawk
il-prodotti li fihom jeżistu prodotti jew sustanzi mhux awtorizzati li
jaqbżu livelli partikolari. Dawk il-livelli għandhom jiġu
stabbiliti filwaqt li tiġi kkunsidrata b’mod partikolari d-Direttiva
tal-Kummissjoni 2006/125/KE[31] dwar ikel
ipproċessat ibbażat fuq iċ-ċereali u ikel tat-trabi
għat-trabi u għat-tfal żgħar. (50) Sabiex jiġu żgurati
l-effikaċja, l-effiċjenza u t-trasparenza tas-sistema ta’ tikkettar u
produzzjoni organika, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa
li tadotta ċerti atti fir-rigward ta’ kriterji u kundizzjonijiet
speċifiċi għall-istabbiliment u l-applikazzjoni tal-livelli fil-prodotti
organiċi, ta' prodotti u sustanzi mhux awtorizzati, u jekk jinqabżu dawn
il-livelli, il-prodotti ma għandhomx jiġu kkummerċjalizzati
bħala organiċi; u fir-rigward tal-istabbiliment ta’ dawk il-livelli u
l-adattament tagħhom fid-dawl tal-iżviluppi tekniċi. (51) Il-produzzjoni organika hija
bbażata fuq il-prinċipju ġenerali ta’ restrizzjoni tal-użu
ta’ inputs esterni. Il-bdiewa huma meħtieġa jieħdu miżuri
biex jevitaw ir-riskju ta’ kontaminazzjoni minn prodotti jew sustanzi mhux
awtorizzati. Minkejja dawn il-miżuri, jistgħu jinqalgħu
każijiet fejn il-bdiewa ma jkunux jistgħu jikkummerċjalizzaw
il-prodotti agrikoli tagħhom bħala organiċi minħabba li
mingħajr intenzjoni, jkun hemm prodotti jew sustanzi mhux awtorizzati. Għalhekk
jixraq li tiġi prevista l-possibbiltà li l-Istati Membri jkunu
jistgħu, skont l-Artikolu 42 tat-Trattat, ikunu awtorizzati
mill-Kummissjoni biex jagħtu pagamenti nazzjonali biex jikkumpensaw
għat-telf imġarrab f'każijiet bħal dawn. L-Istati Membri jistgħu
jużaw ukoll l-istrumenti tal-Politika Agrikola Komuni biex ikopru dan
it-telf kompletament jew totalment. (52) It-tikkettar ta’ prodotti
agrikoli jew oġġetti tal-ikel għandu jkun suġġett
għar-regoli ġenerali stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1169/2011
tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[32]u
b’mod partikolari d-dispożizzjonijiet immirati biex jipprevjenu
t-tikkettar li jista’ jfixkel lill-konsumaturi jew iqarraq bihom. Barra minn hekk, għandhom jiġu stabbiliti f’dan
ir-Regolament dispożizzjonijiet speċifiċi relatati mat-tikkettar
ta’ prodotti organiċi. Huma għandhom jipproteġu kemm l-interessi
tal-operaturi li jkollhom il-prodotti tagħhom fis-suq identifikati b'mod
ċar u korrett u li jgawdu minn kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni
ġusti, kif ukoll dawk tal-konsumaturi li jippermettulhom li jagħmlu
għażliet infurmati. (53) Għaldaqstant,
it-termini użati biex jindikaw prodotti organiċi għandhom ikunu protetti
milli jintużaw fit-tikkettar ta' prodotti mhux organiċi fl-Unjoni
kollha u indipendentement mil-lingwa użata. Il-protezzjoni għandha
tapplika wkoll għad-derivattivi jew id-diminuttivi ta' dawk it-termini,
sew jekk jintużaw weħidhom kif ukoll jekk jintużaw flimkien. (54) Sabiex
ikun hemm ċarezza għall-konsumaturi fis-suq kollu tal-Unjoni,
l-użu tal-logo tal-produzzjoni organika tal-Unjoni Ewropea għandu
jsir obbligatorju għall-ikel organiku kollu ppakkjat minn qabel prodott
fl-Unjoni. Minbarra dan, għandu jkun possibbli
li jintuża dak il-logo fuq bażi volontarja fil-każ ta’ prodotti
organiċi mhux ippakkjati minn qabel prodotti fl-Unjoni, u fil-każ ta'
kwalunkwe prodott organiku importat minn pajjiżi terzi. Il-mudell tal-logo
tal-produzzjoni organika tal-Unjoni Ewropea għandu jiġi stabbilit
f’dan ir-Regolament. (55) Madankollu,
sabiex il-konsumaturi ma jitqarrqux dwar l-għamla organika tal-prodott
sħiħ, huwa kkunsidrat xieraq li l-użu ta’ dak il-logo jiġi
limitat għall-prodotti li jinkludu biss, jew kważi biss, ingredjenti
organiċi. Għaldaqstant, l-użu
tiegħu fl-ittikkettar ta’ prodotti f’konverżjoni, jew ta' prodotti
pproċessati li jkun fihom inqas minn 95 % tal-ingredjenti
tagħhom ta’ oriġini agrikola li jkunu organiċi, ma għandux
ikun awtorizzat. (56) Sabiex
tiġi evitata kull konfużjoni possibbli fost il-konsumaturi dwar jekk
il-prodotti joriġinawx mill-Unjoni jew le, kull meta jintuża l-logo
tal-produzzjoni organika tal-Unjoni Ewropea, il-konsumaturi għandhom
jiġu infurmati dwar il-post fejn ġew ikkultivati l-materjali agrikoli
mhux ipproċessati li minnhom huwa magħmul il-prodott. F’dan
il-kuntest, għandu jitħalla li ssir referenza għall-akkwakultura
fuq it-tikketta ta’ prodotti minn akkwakultura organika minflok ma ssir
referenza għall-agrikoltura. (57) Sabiex l-affarijiet
ikunu ċari għall-konsumaturi u biex ikun żgur li dawn
jingħataw informazzjoni korretta, il-Kummissjoni għandha
tingħata s-setgħa li tadotta ċerti atti fir-rigward
tal-adattament tal-lista tat-termini li jirreferu għall-produzzjoni
organika stabbilita f’dan ir-Regolament, rigward l-istabbiliment
tar-rekwiżiti speċifiċi ta’ ttikkettar u l-kompożizzjoni
applikabbli għall-ikel u l-ingredjenti tiegħu, rigward it-tfassil ta'
regoli ulterjuri dwar it-tikkettar u l-użu tal-indikazzjonijiet, minbarra
l-logo tal-produzzjoni organika tal-Unjoni Ewropea, stabbilit f’dan
ir-Regolament u l-emenda tal-logo tal-produzzjoni organika tal-Unjoni Ewropea u
r-regoli relatati miegħu. (58) Il-produzzjoni
organika hija kredibbli biss jekk tkun akkumpanjata minn verifika u kontrolli
effettivi fl-istadji kollha tal-produzzjoni, tal-ipproċessar u tad-distribuzzjoni.
Il-produzzjoni organika għandha tkun suġġetta għal
kontrolli uffiċjali jew attivitajiet uffiċjali oħra li jitwettqu
b’konformità mar-Regolament (UE) Nru (XXX/XXXX) tal-Parlament Ewropew u
tal-Kunsill[33]
biex tiġi vverifikata l-konformità mar-regoli dwar il-produzzjoni organika
u t-ttikkettar tal-prodotti organiċi. (59) Għandhom
jiġu stabbiliti rekwiżiti speċifiċi li jiżguraw il-konformità
mar-regoli li huma partikolari għall-produzzjoni organika. B’mod
partikolari, għandhom isiru dispożizzjonijiet għan-notifika
tal-attivitajiet tal-operaturi u għal sistema ta’ ċertifikazzjoni
biex jiġu identifikati l-operaturi li jikkonformaw mar-regoli li
jirregolaw il-produzzjoni organika u t-tikkettar tal-prodotti organiċi.
Dawk id-dispożizzjonijiet għandhom japplikaw ukoll għal kull sottokuntrattur
tal-operaturi kkonċernati. Għandha tkun żgurata
t-trasparenza tas-sistema ta’ ċertifikazzjoni billi l-Istati Membri
jintalbu jippubblikaw il-lista tal-operaturi li nnotifikaw l-attivitajiet
tagħhom u kull tariffa li tista’ tinġabar b’rabta mal-kontrolli għall-verifikazzjoni
tal-konformità mar-regoli tal-produzzjoni organika. (60) Il-bdiewa
ż-żgħar fl-Unjoni jaffaċċjaw, individwalment,
spejjeż ta’ spezzjoni relattivament għoljin u piż amministrattiv
marbut maċ-ċertifikazzjoni organika. Għandha
tiġi awtorizzata sistema ta’ ċertifikazzjoni ta’ grupp bl-għan
li jitnaqqsu l-ispejjeż ta’ spezzjoni u ċertifikazzjoni u l-piż
amministrattiv assoċjat, bl-għan li jissaħħu n-netwerks
lokali, li jikkontribwixxu għal swieq disponibbli aħjar u li
jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi ma’ operaturi f’pajjiżi terzi.
Għal dik ir-raġuni, il-kunċett ta’
‘grupp ta’ operaturi’ għandu jiġi introdott u ddefinit. (61) Sabiex
jiġu żgurati l-effikaċja, l-effiċjenza u t-trasparenza tas-sistema
tal-produzzjoni organika u t-tikkettar, il-Kummissjoni għandha
tingħata s-setgħa li tadotta ċerti atti fir-rigward
tar-rekwiżiti għaż-żamma tal-kotba minn operaturi u gruppi
ta’ operaturi, ir-rekwiżiti għall-pubblikazzjoni tal-lista ta’
operaturi, ir-rekwiżiti u l-proċeduri li għandhom jiġu
applikati għall-pubblikazzjoni tat-tariffi li jitsgħu jinġabru
b’rabta mal-kontrolli għall-verifikazzjoni tal-konformità mar-regoli
tal-produzzjoni organika, u għas-superviżjoni mill-awtoritajiet
kompetenti tal-applikazzjoni ta’ dawk it-tariffi, kif ukoll il-kriterji
għad-definizzjoni tal-gruppi ta’ prodotti li fir-rigward tagħhom
l-operaturi għandhom ikunu intitolati li jkollhom biss ċertifikat
organiku wieħed maħruġ mill-awtorità ta’ kontroll jew mill-korp
ta’ kontroll ikkonċernati. (62) Sabiex
jiġi żgurat li ċ-ċertifikazzjoni ta’ grupp ta’ operatuti
ssir b’mod effettiv u effiċjenti, is-setgħa li jiġu adottati
ċerti atti għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward
tar-responsabbiltajiet tal-membri individwali ta’ grupp ta’ operaturi,
il-kompożizzjoni u d-daqs ta’ dak il-grupp, il-kategoriji tal-prodotti li
għandhom jiġu mmanifatturati minn grupp ta’ operaturi,
il-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni fil-grupp, u
l-kompożizzjoni tal-grupp u l-iffunzjonar tas-sistema tal-grupp għal kontrolli
interni, inkluż l-iskop, il-kontenut, il-frekwenza tal-kontrolli li
għandhom jitwettqu. (63) Bl-arranġamenti
għall-importazzjoni ta’ prodotti organiċi fl-Unjoni skont
ir-Regolament (KE) Nru 834/2007, l-esperjenza wriet li hemm bżonn li
jiġu riveduti dawk l-arranġamenti sabiex ikun hemm reazzjoni
għall-aspettattivi tal-konsumaturi li l-prodotti organiċi importanti
jissodisfaw ir-regoli stretti tal-Unjoni, kif ukoll biex ikun żgurat
aħjar l-aċċess tal-prodotti organiċi tal-Unjoni
għas-suq internazzjonali. Barra minn hekk, jeħtieġ
li jkun hemm ċarezza rigward ir-regoli applikabbli
għall-esportazzjoni ta’ prodotti organiċi, b’mod partikolari billi
jiġi stabbilit ċertifikat ta’ esportazzjoni u li jiġu stabbiliti
dispożizzjonijiet dwar l-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi rikonoxxuti
għall-finijiet ta’ ekwivalenza skont ir-Regolament (KE) Nru 834/2007.
(64) Għandhom
jiġu msaħħa d-dispożizzjonijiet li jirregolaw
l-importazzjoni ta’ prodotti li jikkonformaw mar-regoli tal-Unjoni dwar
il-produzzjoni u t-tikkettar u li fir-rigward tagħhom l-operaturi ġew
suġġetti għall-kontrolli tal-awtoritajiet u l-korpi ta’ kontroll
rikonoxxuti mill-Kummissjoni bħala kompetenti biex iwettqu kontrolli u
ċertifikazzjoni fil-qasam tal-produzzjoni organika f’pajjiżi terzi. B'mod
partikolari, għandhom jiġu stabbiliti
mill-Kummissjoni r-rekwiżiti li jikkonċernaw lill-korpi ta’
akkreditazzjoni li jakkreditaw korpi ta’ kontroll għall-finijiet ta’
importazzjoni ta’ prodotti organiċi konformanti fl-Unjoni, bl-għan li
jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi għas-superviżjoni
tal-korpi ta’ kontroll mill-Kummissjoni. Barra minn hekk, jeħtieġ li
jkun hemm previżjoni għall-possibbiltà li l-Kummissjoni tikkuntattja
direttament lill-korpi ta’ akkreditazzjoni u lill-awtoritajiet kompetenti
f’pajjiżi terzi, biex is-superviżjoni tal-awtoritajiet u l-korpi ta’
kontroll rispettivament ikunu iktar effiċjenti. (65) Għandha
tinżamm il-possibbiltà li l-prodotti organiċi jiksbu aċċess
għas-suq tal-Unjoni meta dawn il-prodotti ma jikkonformawx mar-regoli tal-produzzjoni
organika tal-Unjoni, iżda jiġu minn pajjiżi terzi li
l-produzzjoni organika u s-sistemi ta’ kontroll tagħhom huma rikonoxxuti
bħala ekwivalenti għal dawk tal-Unjoni. Madankollu,
ir-rikonoxximent tal-ekwivalenza ta’ pajjiżi terzi, kif stabbilita fir-Regolament
(KE) Nru 834/2007, għandha tingħata biss permezz ta’ ftehim
internazzjonali bejn l-Unjoni u dawk il-pajjiżi terzi, fejn ir-rikonoxximent
reċiproku ta’ ekwivalenza jiġi segwit ukoll favur l-Unjoni. (66) Il-pajjiżi
terzi rikonoxxuti għall-finijiet tal-ekwivalenza skont ir-Regolament (KE)
Nru 834/2007 għandhom jibqgħu rikonoxxuti bħala tali skont
dan ir-Regolament, għal perjodu limitat ta’ żmien neċessarju
biex tiġi żgurata tranżizzjoni bla intoppi għall-iskema ta’
rikonoxximent permezz ta’ ftehim internazzjonali, sakemm huma jkomplu
jiżguraw l-ekwivalenza tal-produzzjoni organika tagħhom u r-regoli
ta’ kontroll mar-regoli tal-Unjoni rilevanti li huma fis-seħħ u li
huma jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha marbutin mas-superviżjoni
tar-rikonoxximent tagħhom mill-Kummissjoni Dik
is-superviżjoni għandha tiġi bbażata b’mod partikolari fuq
ir-rapporti annwali li l-pajjiżi terzi jibagħtu lill-Kummissjoni.
(67) L-esperjenza
bl-iskema tal-awtoritajiet u l-korpi ta’ kontroll rikonoxxuti bħala
kompetenti li jwettqu l-kontrolli u joħorġu ċ-ċertifikati
f’pajjiżi terzi għall-finijiet tal-importazzjoni ta’ prodotti li
jipprovdu garanziji ekwivalenti, turi li r-regoli applikati minn dawk
l-awtoritajiet u korpi huma differenti u jistgħu jkunu diffiċli biex jitqiesu
bħala ekwivalenti għar-regoli rispettivi tal-Unjoni. Barra minn hekk, il-multiplikazzjoni tal-istandards
tal-awtoritajiet u l-korpi ta’ kontroll ixxekkel is-superviżjoni adegwata
mill-Kummissjoni. Għaldaqstant, dik l-iskema ta’ rikonoxximent
tal-ekwivalenza għandha titneħħa. Madankollu, għandu
jingħata żmien biżżejjed lil dawk l-awtoritajiet u korpi
ta’ kontroll biex ikunu jistgħu jippreparaw ruħhom għall-kisba
tar-rikonoxximent għall-finijiet tal-importazzjoni ta’ prodotti li
jikkonformaw mar-regoli tal-Unjoni. (68) It-tqegħid fis-suq
bħala prodott organiku ta’ kwalunkwe prodott organiku impurtat fl-Unjoni,
skont kwalunkwe ftehim tal-importazzjoni previst f’dan ir-Regolament,
għandu jkun suġġett għad-disponibbiltà tal-informazzjoni neċessarja
sabiex tiġi żgurata t-traċċabbiltà tal-prodott fil-katina
tal-ikel. (69) Biex tiġi żgurata l-kompetizzjoni
ġusta fost l-operaturi, it-traċċabbiltà tal-prodotti impurtati
maħsuba biex jiġu kkummerċjalizzati fl-Unjoni bħala
organiċi, jew it-trasparenza tal-proċedura ta’ rikonoxximent u
superviżjoni għall-awtoritajiet u l-korpi ta’ kontroll fil-kuntest tal-importazzjoni
ta’ prodotti organiċi konformi, u sabiex tiġi żgurata
l-ġestjoni tal-lista ta’ pajjiżi terzi rikonoxxuti għall-finijiet
tal-ekwivalenza skont ir-Regolament (KE) Nru 834/2007, il-Kummissjoni
għandha tingħata s-setgħa li tadotta ċerti atti rigward
id-dokumenti maħsuba għall-awtoritajiet doganali f’pajjiżi
terzi, b’mod partikolari ċertifikat ta’ esportazzjoni organika, f’format
elettroniku meta jkun possibbli, id-dokumenti neċessarji
għall-finijiet tal-importazzjoni, f’format elettroniku wkoll meta dan ikun
possibbli, il-kriterji għar-rikonoxximent jew għall-irtirar
tar-rikonoxximent tal-awtoritajiet tal-kontroll jew tal-korpi ta’ kontroll
fil-kuntest tal-importazzjoni ta’ prodotti organiċi konformi, u
fir-rigward tal-informazzjoni meħtieġa għas-superviżjoni
tar-rikonoxximent tagħhom u l-eżerċizzju ta’ dik
is-superviżjoni mill-Kummissjoni, inkluż eżami fuq il-post, li
għandha tintbagħat mill-pajjiżi terzi rikonoxxuti skont dak
ir-Regolament. (70) Għandha ssir
dispożizzjoni li tiżgura li l-moviment tal-prodotti organiċi li
kienu suġġetti għall-kontroll fi Stat Membru wieħed u li
jikkonformaw ma’ dan ir-Regolament ma jistax jiġi ristrett fi Stat Membru
ieħor. Sabiex jiġi żgurat
il-funzjonament xieraq tas-suq uniku u l-kummerċ bejn l-Istati Membri, il-Kummissjoni
għandha tingħata s-setgħa li tistabbilixxi r-regoli marbutin mal-moviment
liberu tal-prodotti organiċi. (71) Biex tinkiseb l-informazzjoni
affidabbli meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ dan
ir-Regolament, l-Istati membri għandhom jgħaddu l-informazzjoni
meħtieġa lill-Kummissjoni kull sena. Għal
raġunijiet ta’ ċarezza u trasparenza, l-Istati Membri għandhom
iżommu listi aġġornati tal-awtoritajiet kompetenti, l-awtoritajiet
ta’ kontroll u l-korpi ta’ kontroll. Il-listi tal-awtoritajiet ta’ kontroll u l-korpi
ta’ kontroll għandhom jiġu ppubblikati mill-Istati Membri u jiġu
ppubblikati kull sena mill-Kummissjoni. (72) Jeħtieġ li jiġu
stabbiliti miżuri li jiżguraw tranżizzjoni mingħajr intoppi
għal xi bidliet fil-qafas ġuridiku li jirregola l-importazzjoni tal-prodotti
organiċi fl-Unjoni, kif introdotti minn dan ir-Regolament. B’mod
partikolari, biex tiġi żgurata tranżizzjoni mingħajr
intoppi mill-qafas ġuridiku l-antik għall-qafas ġuridiku
l-ġdid, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta
ċerti atti għandha fir-rigward tar-regoli relatati mal-perjodi ta’
konverżjoni li jibdew skont ir-Regolament (KE) Nru 834/2007, b’deroga
mir-regola ġenerali li ebda perjodu preċedenti ma jista’ jiġi
rikonoxxut b’mod retroattiv bħala parti mill-perjodu ta’ konverżjoni.
(73) Barra minn hekk, għandha
tiġi stabbilita data għall-iskadenza tar-rikonoxximent
tal-awtoritajiet ta’ kontroll u l-korpi ta’ kontroll għall-finijiet tal-ekwivalenza,
u għandhom jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet li jindirizzaw
is-sitwazzjoni sal-iskadenza tar-rikonoxximent tagħhom. Għandhom jiġu stabbiliti wkoll
dispożizzjonijiet rigward applikazzjonijiet minn pajjiżi terzi
għall-finijiet ta’ ekwivalenza li tressqu skont ir-Regolament (KE) Nru 834/2007
u li huma pendenti fiż-żmien tad-dħul fis-seħħ ta’ dan
ir-Regolament. (74) Sabiex tiġi żgurata
l-ġestjoni tal-lista tal-awtoritajiet ta’ kontroll u l-korpi ta’ kontroll rikonoxxuti
għall-finijiet ta’ ekwivalenza skont ir-Regolament (KE) Nru 834/2007
u biex tkun iffaċilitata t-tlestija tal-eżaminazzjoni tal-applikazzjonijiet
għar-rikonoxximent tal-ekwivalenza minn pajjiżi terzi li jkunu
pendenti fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni
għandha tingħata s-setgħa li tadotta ċerti atti fir-rigward
tal-informazzjoni li għandha tintbagħat minn dawk l-awtoritajiet ta’
kontroll jew mill-korpi ta’ kontroll, li hija neċessarja
għas-superviżjoni ta’ dan ir-rikonoxximent u fir-rigward tal-eżerċizzju
ta’ dik is-superviżjoni mill-Kummissjoni, kif ukoll fir-rigward ta’ kull regola
proċedurali għall-eżaminazzjoni tal-applikazzjonijiet pendenti
minn pajjiżi terzi. (75) Sabiex jiġu żgurati
kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni
għandha tingħata s-setgħat ta’ implimentazzjoni rigward id-dettalji
tekniċi għall-istabbiliment tal-bażi tad-dejta
għall-elenkar tal-varjetajiet li għalihom huwa disponibbli materjal
riproduttiv tal-pjanti miksub bil-metodu ta’ produzzjoni organiku; rigward
l-awtorizzazzjoni jew l-irtirar tal-awtorizzazzjoni tal-prodotti u s-sustanzi
li jistgħu jintużaw fil-produzzjoni organika b’mod ġenerali, u
fil-produzzjoni tal-ikel organiku pproċessat b’mod partikolari,
inklużi l-proċeduri li għandhom jiġu segwiti
għall-awtorizzazzjoni, u l-listi ta’ dawk il-prodotti u s-sustanzi u, fejn
xieraq, id-deskrizzjoni tagħhom, ir-rekwiżit kompożizzjonali u
l-kundizzjonijiet għall-użu; rigward il-modalitajiet
speċifiċi u prattiċi tal-preżentazzjoni, il-kompożizzjoni
u d-daqs tal-indikazzjonijiet li jirreferu għan-numru tal-kodiċi
tal-awtoritajiet ta’ kontroll u l-korpi ta’ kontroll, u tal-indikazzjoni
tal-post fejn il-materja prima agrikola tkun tkabbret; rigward id-dettalji u
l-ispeċifikazzjonijiet tal-kontenut, tal-forma u tal-mod li bihom l-operaturi
u l-gruppi ta’ operaturi għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet
kompetenti bl-attività tagħhom, u l-forma tal-pubblikazzjoni tat-tariffi
li jistgħu jinġabru fuq il-kontrolli; rigward l-iskambju
tal-informazzjoni bejn gruppi ta’ operaturi u awtoritajiet kompetenti,
awtoritajiet ta’ kontroll, u korpi ta’ kontroll, u bejn l-Istati Membri u
l-Kummissjoni; rigward ir-rikonoxximent jew l-irtirar tar-rikonoxximent
tal-awtoritajiet ta’ kontroll jew tal-korpi ta’ kontroll li huma kompetenti
biex iwettqu l-kontrolli f’pajjiżi terzi, u l-istabbiliment tal-lista ta’
dawk l-awtoritajiet ta’ kontroll u l-korpi ta’ kontroll, u r-regoli li
jiżguraw l-applikazzjoni ta’ miżuri b’rabta mal-każijiet ta’
nuqqas ta’ konformità, jew suspett tiegħu, li jaffettwaw l-integrità
tal-prodotti organiċi importati; rigward
l-istabbiliment ta’ lista ta’ pajjiżi terzi rikonoxxuti skont
l-Artikolu 33(2) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007 u l-emenda ta’ dik
il-lista, kif ukoll regoli li jiżguraw
l-applikazzjoni ta’ miżuri għal każijiet ta’ nuqqas ta’
konformità jew suspett tiegħu, li jaffettwaw l-integrità ta’ prodotti
organiċi importati minn dawk il-pajjiżi; rigward is-sistema li
għandha tintuża għat-trażmissjoni tal-informazzjoni
neċessarja għall-implimentazzjoni u l-monitoraġġ ta’ dan
ir-Regolament; u rigward l-istabbiliment tal-lista tal-awtoritajiet ta’
kontroll u l-korpi ta’ kontroll rikonoxxuti skont l-Artikolu 33(3)
tar-Regolament (KE) Nru 834/2007, u l-emenda ta’ dik il-lista. Dawk is-setgħat għandhom jiġu
eżerċitati skont ir-Regolament (KE) Nru 182/2011 tal-Parlament
Ewropew u tal-Kunsill[34]. (76) Il-Kummissjoni għandha
tingħata s-setgħa li tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jkunu
applikabbli minnufih meta, f’każijiet ġustifikati relatati
mal-protezzjoni kontra prattiki inġusti jew prattiki li huma inkompatibbli
mal-prinċipji u r-regoli dwar il-produzzjoni organika, jew relatati mal-protezzjoni
tal-fiduċja tal-konsumaturi jew mal-protezzjoni tal-kompetizzjoni
ġusta bejn l-operaturi, ikun hemm raġunijiet importanti ferm ta’
urġenza li jirrikjedu hekk biex jiżguraw l-applikazzjoni ta’
miżuri b’rabta mal-każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità, jew is-suspett
tiegħu, li jaffettwaw l-integrità ta’ prodotti organiċi importati
taħt il-kontroll ta’ awtoritajiet ta’ kontroll rikonoxxuti jew ta' korpi
ta’ kontroll. (77) Biex tiġi żgurata
tranżizzjoni bla intoppi bejn minn naħa r-regoli stipulati
fir-Regolament (KE) Nru 834/2007, dwar l-oriġini organika tal-materjal
tar-riproduzzjoni tal-pjanti, ir-regoli dwar l-annimali għal skopijiet ta’
tgħammir, u l-eċċezzjoni għar-regoli dwar il-produzzjoni
adottati skont l-Artikolu 22 ta’ dak ir-Regolament, u min-naħa l-oħra
r-regoli l-ġodda tal-produzzjoni dwar il-pjanti u l-prodotti tal-pjanti, u
dwar il-bhejjem,t stipulati f’dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha
tingħata s-setgħa li tadotta ċerti atti rigward l-għoti ta’
eċċezzjonijiet, fejn l-eċċezzjonijiet jitqiesu li jkunu
meħtieġa biex jiżguraw l-aċċess għall-materjal
ta’ riproduzzjoni tal-pjanti u għall-annimali ħajjin għal
skopijiet ta’ tgħammir, li jistgħu jintużaw fil-produzzjoni
organika. Peress li dawk l-atti huma transitorji fl-għamla tagħhom,
għandhom japplikaw għal perjodu ta’ żmien limitat. (78) Il-Kummissjoni għandha
tqis is-sitwazzjoni tad-disponibbiltà ta’ materjal organiku tar-riproduzzjoni
tal-pjanti u tal-annimali ħajjin għal finijiet ta’ tgħammir, u
tippreżenta rapport għal dan l-għan lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill
fl-2021. (79) Għandha ssir
dispożizzjoni biex ikun permess l-użu sħiħ tal-istokkijiet
ta’ prodotti li ġew prodotti skont ir-Regolament (KE) Nru 834/2007 u tqiegħdu
fis-suq, qabel ma jibda japplika dan ir-Regolament. (80) Ir-reviżjoni tal-qafas
leġiżlattiv għall-produzzjoni organika u għat-tikkettar ta’
prodotti organiċi wriet li l-ħtiġijiet speċifiċi
relatati mal-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħrajn
imwettqin skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX (ir-Regolament dwar il-kontrolli
uffiċjali) jeħtieġu dispożizzjonijiet li jindirizzaw
aħjar każi ta’ nuqqas ta’ konformità. Barra minn hekk,
id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament dwar
il-kontrolli uffiċjali] relatati mal-kompiti u r-responsabbiltajiet
tal-awtoritajiet kompetenti, mal-approvazzjoni u s-superviżjoni ta’ korpi
delegati, maċ-ċertifikazzjoni uffiċjali, mal-obbligi ta’ rapportar
u mal-assistenza amministrattiva, għandhom jiġu addattati
għall-ħtiġijiet speċifiċi tas-settur tal-produzzjoni
organika. Għalhekk, ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [Regolament dwar
il-kontrolli uffiċjali] għandu jiġi emendat kif xieraq. (81) Minħabba li
l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, b’mod partikolari l-kompetizzjoni
ġusta u t-tħaddim tajjeb tas-suq intern tal-prodotti organiċi,
kif ukoll l-iżgurar tal-fiduċja tal-konsumatur f’dawk il-prodotti u
fil-logo tal-produzzjoni organika tal-Unjoni Ewropea, ma jistgħux jinkisbu
b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri waħedhom, iżda
minħabba l-armonizzazzjoni tar-regoli meħtieġa dwar
il-produzzjoni organika, jistgħu jinkisbu aħjar fil-livell
tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, b’konformità
mal-prinċipju tas-sussidjarjetà, kif stipulat fl-Artikolu 5
tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont
il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan
ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex
jinkisbu dawn l-għanijiet. (82) Jixraq li tingħata data
ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament li tagħti l-possibbiltà lill-operaturi
li jaddattaw għar-rekwiżiti l-ġodda. ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT: Kapitolu I Suġġett, kamp ta’ applikazzjoni u
definizzjonijiet Artikolu 1 Is-suġġett Dan ir-Regolament jistabbilixxi
l-prinċipji tal-produzzjoni organika u jistabbilixxi r-regoli li
jikkonċernaw il-produzzjoni organika u l-użu ta’ indikazzjonijiet li
jirreferu għalih fit-tikkettar u r-reklamar. Artikolu 2 Il-kamp ta'
applikazzjoni 1. Dan ir-Regolament għandu
japplika għall-prodotti agrikoli elenkati fl-Anness I tat-Trattat dwar
il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (‘It-Trattat’) u għal xi prodotti
oħrajn elenkati fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament, safejn dawk il-prodotti
agrikoli u dawk il-prodotti l-oħrajn huma maħsubin li jiġu
prodotti, ippreparati, distribwiti, kummerċjalizzati, importati jew
esportati bħala
organiċi. Il-prodotti tal-kaċċa u tas-sajd ta’
annimali selvaġġi ma għandhomx jiġu kkunsidrati bħala
prodotti organiċi. 2. Dan ir-Regolament għandu
japplika għal kull operatur involut f’kull stadju tal-attivitajiet ta' produzzjoni,
preparazzjoni u distribuzzjoni, marbutin mal-prodotti msemmija fil-paragrafu 1. L-operazzjonijiet ta’ forniment tal-ikel
għall-massa mwettqa minn fornitur tal-ikel għall-massa kif iddefinit
fil-punt (d) tal-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011
tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[35]
ma għandhomx ikunu suġġetti għal dan ir-Regolament. L-Istati Membri jistgħu japplikaw regoli
nazzjonali jew, fin-nuqqas tagħhom, standards privati dwar it-tikkettar u
l-kontroll ta’ prodotti li joriġinaw minn operazzjonijiet ta’ forniment
tal-ikel għall-massa. 3. Dan ir-Regolament għandu
japplika mingħajr ħsara għal leġiżlazzjoni relatata
tal-Unjoni fl-oqsma ta’, inter alia, is-sikurezza tal-katina alimentari,
is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, is-saħħa
tal-pjanti, u l-materjal ta’ riproduzzjoni tal-pjanti, u b’mod partikolari
għar-Regolament (UE) Nru XX/XXX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[36] (materjal ta’
riproduzzjoni tal-pjanti) u r-Regolament (UE) Nru XX/XXXX tal-Parlament Ewropew
u tal-Kunsill[37]).
4. Dan ir-Regolament għandu
japplika mingħajr ħsara għal dispożizzjonijiet
speċifiċi oħrajn tal-Unjoni relatati mat-tqegħid
fis-suq ta’ prodotti u b’mod
partikolari, għar-Regolament
(UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[38]u r-Regolament (UE) Nru
1169/2011. 5. Sabiex
jiġu kkunsidrati informazzjoni ġdida dwar metodi ta’ produzzjoni jew
materjali jew impenji internazzjonali, il-Kummissjoni għandha
tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 36
li jemenda l-lista ta’ prodotti stabbilita fl-Anness I. Il-prodotti li huma
marbuta mill-qrib ma’ prodotti agrikoli biss għandhom ikunu eliġibbli
għall-inklużjoni f’dik il-lista. Artikolu 3 Definizzjonijiet Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament,
għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin: (1)
‘produzzjoni organika’ tfisser l-użu ta’
metodi ta’ produzzjoni li jikkonformaw ma’ dan ir-Regolament, fl-istadji kollha
tal-produzzjoni, tal-preparazzjoni u tad-distribuzzjoni; (2)
‘organiku’ tfisser ġej minn jew relatat ma'
produzzjoni organika; (3)
‘materja prima agrikola’ tfisser
prodott agrikolu li ma ġie suġġett għal ebda operazzjoni
ta’ preservazzjoni jew ipproċessar’; (4)
‘miżuri preventivi’
tfisser miżuri li għandhom jitwettqu biex jiżguraw il-kwalità
tal-ħamrija kif ukoll il-prevenzjoni u l-kontroll ta’ organiżmi ta’
ħsara u ħaxix ħażin, u li jipprevjenu l-kontaminazzjoni bi
prodotti jew sustanzi li mhumiex awtorizzati skont dan ir-Regolament; (5)
‘konverżjoni’
tfisser it-tranżizzjoni minn produzzjoni mhux organika għal
produzzjoni organika f’perjodu ta’ żmien speċifiku; (6)
‘operatur’ tfisser il-persuna naturali jew
ġuridika responsabbli biex tiżgura l-konformità ma’ dan ir-Regolament
fl-istadji kollha tal-produzzjoni, il-preparazzjoni u d-distribuzzjoni
taħt il-kontroll tagħhom; (7)
‘grupp ta’ operaturi’
tfisser grupp li fih kull operatur huwa bidwi li għandu azjenda sa
ħames ettari ta’ erja agrikola utilizzata u li jista’, minbarra
l-produzzjoni tal-ikel u tal-għalf, ikun involut fl-ipproċessar
tal-ikel jew tal-għalf; (8)
‘bidwi’ tfisser persuna fiżika jew
ġuridika, jew grupp ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi,
indipendentement mill-istatus ġuridiku mogħti lit-tali grupp u lill-membri
tiegħu mil-liġi nazzjonali, li jerżerċita attività agrikola.
(9)
‘żona agrikola’ tfisser żona agrikola
kif iddefinita fil-punt (e) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013; (10)
‘pjanti’ tfisser pjanti
kif iddefiniti fil-punt 5 tal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009; (11)
‘il-produzzjoni tal-pjanti’ tfisser il-produzzjoni
ta' prodotti tal-għelejjel agrikoli u tinkludi l-ħsad ta' prodotti
ta' pjanti slavaġ għal finijiet kummerċjali; (12)
‘il-prodotti tal-pjanti’
tfisser prodotti kif iddefiniti fil-punt 6 tal-Artikolu 3 tar-Regolament
(KE) Nru 1107/2009; (13)
‘pest’ tfisser pest kif iddefinit fl-Artikolu 1(1)
tar-Regolament (UE) Nru XX/XXXX (miżuri protettivi kontra pesti tal-pjanti);
(14)
‘prodotti
għall-protezzjoni tal-pjanti’ tfisser prodotti msemmija fl-Artikolu 2
tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009; (15)
‘il-produzzjoni tal-bhejjem’
tfisser il-produzzjoni ta' annimali terrestri domestiċi jew iddomestikati,
inklużi l-insetti; (16)
‘veranda’ tfisser parti
addizzjonali ma' bini għall-bhejjem li tkun imsaqqfa, mhux insulata u fuq
barra, li l-itwal parti tagħha ġeneralment tkun mgħammra
b’ċint tal-wajer jew tan-nett bil-klima ta’ barra, b’dawl naturali u
artifiċjali u art b’mifrex (demel u tiben) ta’ taħt il-bhejjem;
(17)
‘akkwakultura’ tfisser
akkwakultura kif iddefinita fil-punt (25) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament
(UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[39]; (18)
‘trattament veterinarju’ tfisser il-korsijiet
kollha ta' trattament ta' kura jew ta' prevenzjoni kontra okkorrenza waħda
ta' marda speċifika; (19)
‘prodotti mediċinali veterinarji’ tfisser
il-prodotti mediċinali veterinarji kif iddefiniti fil-punt 2
tal-Artikolu 1 tad-Direttiva 2001/82/KE tal-Parlament Ewropew u
tal-Kunsill[40]; (20)
‘preparazzjoni’ tfisser l-operazzjonijiet ta’
preservazzjoni jew l-ipproċessar ta’ prodotti organiċi, inklużi
l-qtil u t-tqattigħ ta' prodotti tal-annimali, l-ippakkjar, it-tikkettar
jew l-alterazzjonijiet li jsiru fit-tikkettar relatat mal-produzzjoni organika; (21)
‘ikel’ tfisser ikel kif iddefinit fl-Artikolu 2
tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[41]; (22)
‘għalf’ tfisser għalf kif iddefinit
fl-Artikolu 3(4) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002; (23)
‘materjal tal-għalf’ tfisser materjal
tal-għalf kif iddefinit fil-punt (g) tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE)
Nru 767/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[42]; (24)
‘għalf
f’konverżjoni’ tfisser għalf prodott matul perjodu ta’
konverżjoni, minbarra dak maħsud fit-12-il xahar wara l-bidu
tal-konverżjoni; (25)
‘tqegħid fis-suq’
tfisser tqegħid fis-suq kif iddefinit fil-punt 8 tal-Artikolu 3
tar-Regolament (KE) Nru 178/2002; (26)
‘traċċabbiltà’
tfisser traċċabbiltà kif iddefinita fil-punt 15 tal-Artikolu 3
tar-Regolament (KE) Nru 178/2002; (27)
‘stadji ta' produzzjoni,
preparazzjoni u distribuzzjoni" tfisser kull stadju li jinkludi u jibda
mill-produzzjoni primarja ta' prodott organiku sal-ħażna,
l-iproċessar, it-trasporta, il-bejgħ jew il-forniment, inklużi,
lill-konsumatur aħħari, u fejn relevanti, l-attivitajiet
tat-tikkettar, ir-reklamar, l-importazzjoni, l-esportazzjoni u
s-sottokuntrattar; (28)
‘ċirkustanzi katastrofiċi’ tfisser
ċirkustanzi li jirriżultaw minn ‘avvenimenti klimatiċi
negattivi’, ‘inċident ambjentali’, ‘diżastru naturali’ jew
‘avveniment katastrofiku’ kif iddefiniti rispettivament fil-punti (h), (j), (k)
u (l) tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013; (29)
‘ingredjent’ tfisser
ingredjent kif iddefinit fil-punt (f) tal-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE)
Nru 1169/2011; (30)
‘tikkettar’ tfisser
tikkettar kif iddefinit fil-punt (j) tal-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE)
Nru 1169/2011; (31)
‘reklamar’ tfisser kull preżentazzjoni
ta’ prodotti organiċi għall-pubbliku, bi kwalunkwe mezz minbarra
tikketta, li hija maħsuba biex tinfluwenza u tifforma attitudnijiet,
twemmin u imġibiet sabiex jiġi promoss direttament jew indirettament
il-bejgħ ta’ prodotti organiċi, jew li x'aktarx ikollha dan l-effett; (32)
‘awtoritajiet kompetenti’
tfisser awtoritajiet kompetenti kif iddefiniti fil-punt 5 tal-Artikolu 2
tar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament dwar il-Kontrolli
Uffiċjali]; (33)
‘awtorità ta’ kontroll’
tfisser awtorità ta’ kontroll tal-produzzjoni organika u tat-tikkettar ta’
prodotti organiċi kif iddefinit fil-punt 39 tal-Artikolu 2
tar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament dwar il-Kontrolli
Uffiċjali]; (34)
‘korp ta’ kontroll’ tfisser korp delegat kif iddefinit
fil-punt 38 tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru XXX/XXXX [ir-Regolament
dwar il-Kontrolli Uffiċjali], kif ukoll korp rikonoxxut
mill-Kummissjoni jew minn pajjiż terz li jkun rikonoxxut mill-Kummissjoni
biex iwettaq il-kontrolli f’pajjiżi terzi fuq l-importazzjoni ta’ prodotti
organiċi fl-Unjoni; (35)
‘nuqqas ta’ konformità’ tfisser nuqqas ta’
konformità ma’ dan ir-Regolament; (36)
‘organiżmu
ġenetikament immodifikat’ tfisser organiżmu ġenetikament
immodifikat kif iddefinit fil-punt (2) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2001/18/KE
tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[43]
li ma jinkisibx permezz ta’ tekniki ta’ modifikazzjonijiet ġenetiċi
elenkati fl-Anness I.B ta’ dik id-Direttiva, minn hawn ’il quddiem msemmija
bħala ‘OĠM’; (37)
‘prodott minn OĠM’ tfisser
idderivat kollu jew parti minnu minn OĠM iżda li ma jinkludix jew ma
jikkonsistix f’OĠM; (38)
‘prodott b’OĠM’ tfisser idderivat bl-użu
ta’ OĠM bħala l-aħħar organiżmu ħaj
fil-proċess tal-produzzjoni, iżda li ma fihx jew li ma jikkonsistix minn
OĠM u lanqas ma huwa prodott minn OĠM; (39)
‘addittiv tal-ikel’ tfisser addittiv kif iddefinit
fil-punt (a) tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008
tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[44]; (40)
‘addittiv tal-għalf’ tfisser addittiv
tal-għalf kif iddefinit fil-punt (a) tal-Artikolu 2(2) tar-Regolament
(KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[45]; (41)
‘ekwivalenza’ tfisser l-ilħuq tal-istess
għanijiet u prinċipji bl-applikazzjoni ta’ regoli li jiżguraw
l-istess livell ta’ garanzija ta’ konformità; ‘għajnuna
għall-ipproċessar’ tfisser għajnuna għall-ipproċessar
kif iddefinita fil-punt (b) tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008; (42)
‘enżima tal-ikel’ tfisser enżima tal-ikel
kif iddefinita fil-punt (a) tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1332/2008
tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[46]; (43)
‘radjazzjoni ionizzanti’
tfisser radjazzjoni ionizzanti kif iddefinita fl-Artikolu 1 tad-Direttiva
tal-Kunsill 96/29/Euratom[47]. Kapitolu II Il-prinċipji tal-produzzjoni organika Artikolu 4 Il-prinċipji
ġenerali Il-produzzjoni organika hija sistema ta’
ġestjoni sostenibbli għall-agrikoltura li hija bbażata fuq il-prinċipji
ġenerali li ġejjin: (a)
ir-rispett għas-sistemi u ċ-ċikli
tan-natura u s-sostenn u t-tisħiħ tal-qagħda tal-ħamrija, tal-ilma,
tal-ajru u tal-bijodiversità, tas-saħħa tal-pjanti u tal-annimali u
tal-bilanċ bejniethom; (b)
kontribut għal livell
għoli ta’ bijodiversità; (c)
l-użu responsabbli tal-enerġija
u r-riżorsi naturali bħall-ilma, il-ħamrija, il-materja organika
u l-arja; (d)
l-osservazzjoni ta’ standards
għoljin ta' trattament xieraq tal-annimali u b’mod partikolari
l-issodisfar tal-ħtiġijiet speċifiċi għall-ispeċi
tal-imġiba tal-annimali; (e)
it-tfassil u l-ġestjoni xierqa ta'
proċessi bijoloġiċi bbażati fuq sistemi ekoloġiċi
bl-użu ta' riżorsi naturali li huma interni fis-sistema b'metodi li: (i) jużaw organiżmi ħajjin u
metodi mekkaniċi ta’ produzzjoni; (ii) jipprattikaw kultivazzjoni ta’ prodotti
tar-raba’ u trobbija tal-annimali relatati mal-art jew jipprattikaw
akkwakultura li tikkonforma mal-prinċipju ta’ esplojtazzjoni sostenibbli
tas-sajd; (iii) jeskludu
l-użu ta’ OĠM u prodotti magħmula minn OĠM bl-eċċezzjoni
ta’ prodotti mediċinali veterinarji; (iv) huma
bbażati fuq l-użu ta’ miżuri preventivi, fejn xieraq; (f)
ir-restrizzjoni tal-użu ta' inputs esterni.
Meta jkunu meħtieġa inputs esterni jew meta l-prattiki u l-metodi
xierqa ta’ ġestjoni msemmija fil-punt (e) ma jkunux jeżistu, dawn
għandhom jiġu limitati għal: (i) inputs minn produzzjoni organika; (ii) sustanzi naturali jew sustanzi dderivati
b’mod naturali; (iii) fertilizzanti minerali b’sollubbiltà
baxxa; (g)
l-adattament, fejn meħtieġ, u fi
ħdan il-qafas ta’ dan ir-Regolament, tal-proċess ta’ produzzjoni
b’kunsiderazzjoni tal-istatus sanitarju, id-differenzi reġjonali
fil-bilanċ ekoloġiku, il-klima u l-kundizzjonijiet lokali, l-istadji
ta’ żvilupp u l-prattiki speċifiċi tat-trobbija tal-annimali. Artikolu 5 Prinċipji
speċifiċi applikabbli għal attivitajiet agrikoli u tal-akkwakultura Fil-kuntest ta’ attivitajiet agrikoli u tal-akkwakultura,
il-produzzjoni organika għandha tkun b’mod partikolari bbażata fuq
il-prinċipji speċifiċi li ġejjin: (a)
iż-żamma u t-titjib tal-ħajja
tal-ħamrija u l-fertilità naturali tal-ħamrija, l-istabbilità
tal-ħamrija u ż-żamma tal-ilma mill-ħamrija u
l-bijodiversità tal-ħamrija, il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-telf
ta’ materja organika fil-ħamrija, it-tirsis u l-erożjoni
tal-ħamrija, u n-nutriment tal-pjanti primarjament permezz tal-ekosistema
tal-ħamrija; (b)
il-limitazzjoni tal-użu
ta’ riżorsi li ma jiġġeddux u l-minimu possibbli ta' inputs
esterni; (c)
ir-riċiklaġġ
tal-iskart u tal-prodotti sekondarji li joriġinaw mill-pjanti jew mill-annimali
bħala input għall-produzzjoni tal-pjanti u tal-annimali; (d)
il-manteniment tas-saħħa
tal-pjanti permezz ta’ miżuri preventivi, b’mod partikolari
l-għażla ta’ speċijiet, varjetajiet jew materjali eteroġeni
xierqa, reżistenti għall-organiżmi ta’ ħsara jew għall-mard,
newba xierqa tal-uċuħ tar-raba’, metodi mekkaniċi u
fiżiċi u l-protezzjoni tal-għedewwa naturali tal-pesti; (e)
l-għażla ta’ razez
b’kunsiderazzjoni għall-kapaċità tal-annimali biex jaddattaw
għal kundizzjonijiet lokali, il-vitalità tagħhom u r-reżistenza
tagħhom għall-mard u l-problemi tas-saħħa; l-applikazzjoni
ta’ prattiki ta’ trobbija tal-annimali addattati skont il-lokalità u relatati
mal-art, li jtejbu s-sistema ta’ immunizzazzjoni u li jsaħħu
d-difiża naturali kontra l-mard, inkluż, b’mod partikolari,
l-eżerċizzju regolari u l-aċċess għal spazji fil-miftuħ
u mergħat, fejn xieraq; (f)
l-osservanza ta' livell
għoli ta' trattament tal-annimali filwaqt li jiġu rrispettati
l-ħtiġijiet speċifiċi tal-ispeċijiet; (g)
l-għalf tal-bhejjem
magħmul minn għalf organiku kompost minn ingredjenti agrikoli minn
produzzjoni organika u minn sustanzi naturali mhux agrikoli; (h)
l-esklużjoni ta’
inġinerija ġenetika, il-klonazzjoni ta’ annimali, il-poliplojdi
indotti artifiċjalmet u r-radjazzjoni ionizzanti mill-katina kollha tal-ikel
organiku; (i)
l-issoktar tas-saħħa tal-ambjent
akkwatiku u l-kwalità tal-ekosistemi akkwatiċi u terrestri tal-madwar; (j)
it-tagħlif tal-organiżmi akkwatiċi
b’għalf minn esplojtazzjoni sostenibbli tas-sajd skont ir-Regolament (UE)
Nru 1380/2013 jew b’għalf organiku kompost minn ingredjenti agrikoli minn
produzzjoni organika, inkluża l-akkwakultura organika, u minn sustanzi
naturali mhux agrikoli. Artikolu 6 Prinċipji
speċifiċi applikabbli għall-ipproċessar tal-ikel u
l-għalf organiku Il-produzzjoni tal-ikel u l-għalf organiċi
pproċessati għandha b’mod partikolari tkun ibbażata fuq
il-prinċipji speċifiċi li ġejjin: (a)
il-produzzjoni tal-ikel organiku minn ingredjenti
agrikoli organiċi; (b)
il-produzzjoni tal-għalf organiku minn
materjali ta’ għalf organiku; (c)
il-limitazzjoni tal-użu ta’ addittivi
tal-ikel, ta' ingredjenti mhux organiċi b’funzjonijiet partikolarment
teknoloġiċi u sensorji u ta’ mikronutrijenti u għajnuniet
għall-ipproċessar, sabiex dawn jintużaw għal limitu minimu
u f’każijiet biss ta’ bżonn teknoloġiku essenzjali u għal
finijiet nutrittivi partikolari; (d)
il-limitazzjoni tal-użu
ta’ addittivi tal-għalf u għajnuniet għall-ipproċessar sa
limitu minimu u f’każijiet ta’ ħtiġijiet teknoloġiċi
jew zootekniċi essenzjali biss jew għal finijiet nutrittivi partikolari; (e)
l-esklużjoni ta' sustanzi
u metodi ta' pproċessar li jistgħu jqarrqu fir-rigward tan-natura
vera tal-prodott; (f)
l-ipproċessar għaqli
tal-ikel jew tal-għalf, preferibbilment bl-użu ta’ metodi
bijoloġiċi, mekkaniċi u fiżiċi. Kapitolu III Ir-regoli dwar il-produzzjoni Artikolu 7 Regoli
ġenerali tal-produzzjoni 1. L-operaturi għandhom
jikkonformaw mar-regoli ta’ produzzjoni ġenerali li ġejjin: (a)
l-azjenda agrikola kollha jew l-operazzjoni
tal-akkwakultura għandha tiġi ġestita skont ir-rekwiżiti
applikabbli għall-produzzjoni organika; (b)
sakemm ma jkunx stipulat mod ieħor fil-punt 2.2
tal-Parti IV u l-punt 1.3 tal-Parti VI tal-Anness II, huma biss prodotti u
sustanzi awtorizzati skont l-Artikolu 19 li jistgħu jintużaw
fl-agrikoltura u fl-akkwakultura organiċi, sakemm il-prodott jew
is-sustanza inkwistjoni jkunu ġew awtorizzati għall-użu
fl-agrikoltura u l-akkwakultura skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-liġi
tal-Unjoni u, fejn hemm bżonn, fl-Istati Membri kkonċernati, skont
id-dispożizzjonijiet nazzjonali bbażati fuq il-liġi tal-Unjoni; (c)
l-użu tar-radjazzjoni
ionizzanti għat-trattament tal-ikel jew tal-għalf organiku jew ta’
materja prima użata fl-ikel jew fl-għalf organiku għandu
jiġi pprojbit; (d)
l-operaturi organiċi
minbarra l-mikroimpriżi, il-bdiewa u operaturi li jipproduċu l-alka
jew l-annimali tal-akkwakultura, għandhom jistabbilixxu sistema ta’
ġestjoni ambjentali bl-għan li jtejbu l-prestazzjoni ambjentali
tagħhom. 2. Sabiex tiġi żgurata
l-applikazzjoni korretta tar-regoli ġenerali tal-produzzjoni, il-Kummissjoni
għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont
l-Artikolu 36 li jipprevedi l-kriterji li tikkorrispondi għalihom
is-sistema ta’ ġestjoni ambjentali msemmija fil-punt (d) tal-paragrafu 1. Dawk
il-kriterji għandhom iqisu l-ispeċifiċitajiet tal-impriżi
żgħar u medji. Artikolu 8 Il-konverżjoni 1. Il-bdiewa u l-operaturi li
jipproduċu l-alka jew l-annimali tal-akkwakultura għandhom josservaw
perjodu ta’ konverżjoni. Matul il-perjodu kollu tal-konverżjoni, huma
għandhom japplikaw ir-regoli dwar il-produzzjoni organika stabbiliti f’dan
ir-Regolament u, b’mod partikolari, ir-regoli speċifiċi dwar
il-konverżjoni stabbiliti fl-Anness II. 2. Il-perjodu tal-konverżjoni
ma jistax jibda qabel ma l-bdiewa jew l-operaturi li jipproduċu l-alka jew
l-annimali tal-akkwakultura jkunu nnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti bl-attività
tagħhom skont dan ir-Regolament. (2a) Bħala deroga mill-paragrafu 2, f'każijiet
meta l-art tkun tħalliet tistrieħ qabel in-notifika msemmija
fl-Artikolu 24(1) għal mill-inqas il-perjodu ta' żmien
meħtieġ għall-konverżjoni, u sakemm ikunu sodisfatti
r-rekwiżiti meħtieġa l-oħra, ma jkunx meħtieġ
perjodu ta' konverżjoni għal din l-art li tħalliet
tisserraħ. 3. Ma jista’ jiġi
rikonoxxut ebda perjodu preċedenti b’mod retroattiv bħala parti
mill-perjodu ta’ konverżjoni. 4. Il-prodotti magħmula
matul il-perjodu tal-konverżjoni ma għandhomx jiġu
kkummerċjalizzati bħala prodotti organiċi. 5. B’deroga mill-Artikolu 7(1)(a),
matul il-perjodu tal-konverżjoni, l-azjenda agrikola tista’ tinqasam
f’unitajiet separati b’mod ċar li mhux kollha jiġu ġestiti skont
il-produzzjoni organika. Fir-rigward tal-bhejjem, għandhom jiġu
involuti speċijiet differenti fil-produzzjoni organika matul il-perjodu tal-konverżjoni.
Fir-rigward tal-akkwakultura, tista’ tkun involuta l-istess speċi, dment
li jkun hemm separazzjoni adegwata bejn is-siti ta’ produzzjoni. Fir-rigward
tal-pjanti, varjetajiet differenti li jistgħu jiġu distinti
faċilment għandhom jiġu involuti fil-produzzjoni organika matul
il-perjodu tal-konverżjoni. 6. Sabiex jiġu żgurati
l-kwalità, it-traċċabbiltà u l-konformità ma’ dan ir-Regolament
fir-rigward tal-produzzjoni organika u l-adattament għall-iżviluppi
tekniċi, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li
tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 36 li jissupplimentaw ir-regoli
stabbiliti f’dan l-Artikolu jew li jissupplimentaw u jemendaw ir-regoli
stabbiliti fl-Anness II fir-rigward tal-konverżjoni. Artikolu 9 Projbizzjoni
tal-użu tal-OĠM 1. L-OĠM u l-prodotti
magħmula mill-OĠM ma għandhomx jintużaw fl-ikel jew
fl-għalf jew bħala ikel, għalf jew għajnuniet
għall-ipproċessar, prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti,
fertilizzanti, kundizzjonaturi tal-ħamrija, materjal ta’ riproduzzjoni
tal-pjanti, mikroorganiżmi u annimali fil-produzzjoni organika. 2. Għall-finijiet
tal-paragrafu 1, fir-rigward tal-OĠM jew prodotti magħmula mill-OĠM
għall-ikel jew għall-għalf, l-operaturi jistgħu jiddependu
fuq it-tikketti ta’ prodott jew kwalunkwe dokument ieħor ta’
akkumpanjament mehmuż jew ipprovdut skont id-Direttiva 2001/18/KE,
ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[48] jew ir-Regolament (KE)
Nru 1830/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[49]. 3. L-operaturi jistgħu
jassumu li ebda OĠM jew prodotti magħmula mill-OĠM ma
ntużaw fil-manifattura tal-ikel jew tal-għalf mixtrija meta tali
prodotti ma jkunux ittikkettati, jew akkumpanjati minn dokument, skont
ir-Regolamenti msemmija fil-paragrafu 2, sakemm ma jkunux kisbu informazzjoni
oħra li tindika li t-tikkettar tal-prodotti kkonċernati mhuwiex
konformi ma’ dawk ir-Regolamenti. Artikolu 10 Ir-regoli
għall-produzzjoni tal-pjanti 1. L-operaturi li
jipproduċu l-pjanti jew il-prodotti tal-pjanti għandhom b’mod
partikolari jikkonformaw mar-regoli speċifiċi ta’ produzzjoni
stabbiliti fil-Parti I tal-Anness II. 2. Kull Stat Membru għandu
jiżgura li tiġi stabbilita bażi ta’ dejta kompjuterizzata
għall-elenkar tal-varjetajiet u l-materjal eteroġenu, skont
ir-Regolament (UE) Nru XX/XXX (il-liġi dwar il-materjal riproduttiv
tal-pjanti) li għalihom huma disponibbli fit-territorju tiegħu
materjal riproduttiv tal-pjanti miksub mill-metodu ta’ produzzjoni organika. 3. Sabiex jiġu żgurati
l-kwalità, it-traċċabbiltà jew il-konformità ma’ dan ir-Regolament
fir-rigward tal-produzzjoni ta’ pjanti organiċi u l-adattament
għall-iżviluppi tekniċi, il-Kummissjoni għandha
tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 36
li jemendaw jew jissupplimentaw ir-regoli speċifiċi
għall-produzzjoni tal-pjanti fir-rigward ta’: (a)
prattiki ta’ kultivazzjoni; (b)
il-ġestjoni tal-ħamrija u
l-fertilizzazzjoni; (c)
is-saħħa tal-pjanti u
l-ġestjoni tal-pesti u tal-ħaxix ħażin; (d)
il-ġestjoni
tal-produzzjoni tal-faqqiegħ u ta' pjanti speċifiċi oħrajn,
u tas-sistemi tal-produzzjoni tal-pjanti; (e)
l-oriġini tal-materjal riproduttiv
tal-pjanti; (f)
il-ġbir ta’ pjanti slavaġ. 4. Il-Kummissjoni għandha
tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu d-dettalji tekniċi
għall-istabbiliment tal-bażi tad-dejta msemmija fil-paragrafu 2. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu
adottati skont il-proċedura ta’ analiżi msemmija fl-Artikolu 37(2). Artikolu 11 Ir-regoli
tat-trobbija tal-bhejjem 1. L-operaturi tat-trobbija
tal-bhejjem għandhom b’mod partikolari jikkonformaw mar-regoli
speċifiċi tal-produzzjoni stabbiliti fil-Parti II tal-Anness II. 2. Sabiex jiġu żgurati
l-kwalità, it-traċċabbiltà u l-konformità ma’ dan ir-Regolament
fir-rigward tat-trobbija organika tal-bhejjem u l-addattament
għall-iżviluppi tekniċi, il-Kummissjoni għandha
tingħata s-setgħa li tadotta l-atti ddelegati skont l-Artikolu 36
li jemendaw jew jissupplimentaw ir-regoli speċifiċi tat-trobbija
tal-bhejjem rigward: (a)
l-oriġini tal-annimali; (b)
l-akkomodazzjoni tal-bhejjem, inklużi l-erjas
minimi tal-art fuq ġewwa u fuq barra u n-numru massimu ta’ annimali
għal kull ettaru; (c)
il-prattiki tat-trobbija
tal-bhejjem; (d)
it-tnissil; (e)
l-għalf u t-tagħlif; (f)
il-prevenzjoni tal-mard u
t-trattament veterinarju. Artikolu 12 Ir-regoli
tal-produzzjoni għall-alka u l-annimali tal-akkwakultura 1. L-operaturi li
jipproduċu l-alka u l-annimali tal-akkwakultura għandhom b’mod
partikolari jikkonformaw mar-regoli speċifiċi tal-produzzjoni
stabbiliti fil-Parti III tal-Anness II. 2. Sabiex jiġu żgurati
l-kwalità, it-traċċabbiltà u l-konformità ma’ dan ir-Regolament
fir-rigward tat-trobbija organika tal-bhejjem u l-addattament
għall-iżviluppi tekniċi, il-Kummissjoni għandha
tingħata s-setgħa li tadotta l-atti ddelegati skont l-Artikolu 36
li jemendaw jew jissupplimentaw ir-regoli speċifiċi tal-produzzjoni
tal-alka fir-rigward ta’: (a)
l-idoneità tal-mezz akkwatiku u l-pjan ta’
ġestjoni sostenibbli; (b)
il-ħsad tal-alka salvaġġa; (c)
il-kultivazzjoni tal-alka; (d)
il-miżuri antifouling u
t-tindif tat-tagħmir u l-faċilitajiet tal-produzzjoni. 3. Sabiex jiġu żgurati
l-kwalità, it-traċċabbiltà u l-konformità ma’ dan ir-Regolament fir-rigward
tal-produzzjoni organika tal-annimali tal-akkwakultura u l-addattament
għall-iżviluppi tekniċi, il-Kummissjoni għandha
tingħata s-setgħa li tadotta l-atti ddelegati skont l-Artikolu 36
li jemendaw jew jissupplimentaw ir-regoli speċifiċi tal-produzzjoni
għall-annimali tal-akkwakultura fir-rigward ta’: (a)
l-idoneità tal-mezz akkwatiku u l-pjan ta’
ġestjoni sostenibbli; (b)
l-oriġini tal-annimali
tal-akkwakultura; (c)
it-trobbija tal-annimali
tal-akkwakultura, inklużi s-sistemi ta’ konteniment akkwatiku, is-sistemi
ta’ produzzjoni, id-densità massima tal-istokkijiet u, fejn rilevanti, id-densità
minima tal-istokkijiet; (d)
it-tnissil; (e)
il-ġestjoni tal-annimali
tal-akkwakultura; (f)
l-għalf u t-tagħlif; (g)
il-prevenzjoni tal-mard u
t-trattament veterinarju. Artikolu 13 Ir-regoli
tal-produzzjoni għall-ikel u l-għalf ipproċessati 1. L-operaturi li
jipproduċu l-ikel u l-għalf ipproċessati għandhom b’mod
partikolari jikkonformaw mar-regoli speċifiċi tal-produzzjoni
stabbiliti fil-Parti IV tal-Anness II. 2. Sabiex jiġu żgurati
l-kwalità, it-traċċabbiltà u l-konformità ma’ dan ir-Regolament
fir-rigward tl-produzzjoni tal-ikel u l-għaf organiċi
pproċessati, u l-addattament għall-iżviluppi tekniċi,
il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti
ddelegati skont l-Artikolu 36 li jemendaw jew jissupplimentaw ir-regoli
speċifiċi tal-produzzjoni għall-ikel u l-għalf ipproċessati
rigward: (a)
il-proċeduri li għandhom jiġu
segwiti; (b)
il-miżuri preventivi li għandhom jittwettqu; (c)
il-kompożizzjoni u
l-kundizzjonijiet tal-użu tal-ikel u l-għalf ipproċessati,
inklużi l-prodotti u s-sustanzi awtorizzati għall-użu fl-għalf
u fl-ikel ipproċessati; (d)
il-miżuri tat-tindif; (e)
il-kummerċjalizzazzjoni
ta’ prodotti pproċessati, inkluż it-tikkettar u l-identifikazzjoni
tagħhom; (f)
is-separazzjoni ta’ prodotti organiċi,
ingredjenti agrikoli u materjali tal-għalf minn prodotti mhux
organiċi, ingredjenti agrikoli u materjali tal-għalf; (g)
il-lista ta’ ingredjenti
agrikoli mhux organiċi li, f’eċċezzjoni, jistgħu
jintużaw għall-produzzjoni ta’ prodotti organiċi pproċessati; (h)
il-kalkolu tal-perċentwal
tal-ingredjenti agrikoli msemmija fl-Artikolu 21(3)(a)(ii) u (b); (i)
it-tekniki użati
fl-ipproċessar tal-ikel jew tal-għalf. Artikolu 14 Ir-regoli tal-produzzjoni
tal-inbid 1. L-operaturi li
jipproduċu prodotti fis-settur tal-inbid għandhom b’mod partikolari
jikkonformaw mar-regoli speċifiċi tal-produzzjoni stabbiliti
fil-Parti V tal-Anness II. 2. Sabiex jiġu żgurati
l-kwalità, it-traċċabbiltà u l-konformità ma’ dan ir-Regolament
fir-rigward tal-produzzjoni organika tal-inbid u l-addattament
għall-iżviluppi tekniċi, il-Kummissjoni għandha
tingħata s-setgħa li tadotta l-atti ddelegati skont l-Artikolu 36
li jemendaw jew jissupplimentaw ir-regoli speċifiċi tal-produzzjoni tal-inbid
fir-rigward tal-prattiki u r-restrizzjonijiet enoloġiċi. Artikolu 15 Ir-regoli tal-produzzjoni
tal-ħmira użata bħala ikel jew għalf 1. L-operaturi li
jipproduċu l-ħmira maħsuba biex tintuża bħala ikel jew
għalf għandhom b’mod partikolari jikkonformaw mar-regoli
speċifiċi tal-produzzjoni stabbiliti fil-Parti VI tal-Anness II. 2. Sabiex jiġu żgurati
l-kwalità, it-traċċabbiltà u l-konformità ma’ dan ir-Regolament
fir-rigward tal-produzzjoni organika tal-ħmira u l-addattament
għall-iżviluppi tekniċi, il-Kummissjoni għandha
tingħata s-setgħa li tadotta l-atti ddelegati skont l-Artikolu 36
li jemendaw jew jissupplimentaw ir-regoli speċifiċi tal-produzzjoni tal-ħmira
fir-rigward tal-ipproċessar u s-sottostrati użati. Artikolu 16 Ir-regoli tal-produzzjoni
ta' prodotti oħrajn Sabiex tiġi kkunsidrata kwalunkwe
ħtieġa possibbli fil-ġejjieni li jkun hemm regoli
speċifiċi tal-produzzjoni għal prodotti oħrajn minbarra
dawk imsemmija fl-Artikoli 10 sa 15, u sabiex jiġu żgurati l-kwalità,
it-traċċabbiltà u l-konformità ma’ dan ir-Regolament fir-rigward tal-produzzjoni
organika ta' prodotti oħrajn addizzjonali u, sussegwentement, biex ikun
żgurat l-adattament għall-iżviluppi tekniċi, il-Kummissjoni
għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti ddelegati skont
l-Artikolu 36 li jemendaw jew jissupplimentaw l-Anness II fir-rigward tar-regoli
speċifiċi tal-produzzjoni ta' dawk il-prodotti. Artikolu 17 L-adozzjoni
ta’ regoli eċċezzjonali tal-produzzjoni Sabiex il-produzzjoni organika tkun tista’
tissokta jew terġa’ tibda fil-każ ta’ ċirkustanzi
katastrofiċi u suġġett għall-prinċipji stabbiliti
fil-Kapitolu II, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li
tadotta l-atti ddelegati skont l-Artikolu 36 li jipprevedi l-kriterji
għall-kwalifika tat-tali sitwazzjonijiet bħala katastrofiċi u li
jistabbilixxi regoli speċifi dwar kif jiġu indirizzati, dwar
il-monitoraġġ u dwar ir-rekwiżiti għar-rappurtar. Artikolu 18 Il-ġbir,
l-ippakkjar, it-trasportazzjoni u l-ħżin 1. Il-prodotti organiċi għandhom
jiġu miġbura, ippakkjati, ittrasportati u maħżuna skont
ir-regoli stabbiliti fl-Anness III. 2. Sabiex tiġi żgurata l-integrità
tal-produzzjoni organika u l-addattament għall-iżviluppi
tekniċi, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li
tadotta l-atti ddelegati skont l-Artikolu 36 li jemendaw u jissupplimentaw
ir-regoli stabbiliti fl-Anness III. Artikolu 19 L-awtorizzazzjoni
ta’ prodotti u sustanzi użati fil-produzzjoni organika 1. Il-Kummissjoni tista’
tawtorizza ċerti prodotti u sustanzi għall-użu fil-produzzjoni
organika u tinkludihom f’listi ristretti, għall-finijiet li ġejjin: (a)
bħala prodotti għall-protezzjoni
tal-pjanti; (b)
bħala fertilizzanti, kundizzjonaturi
tal-ħamrija u nutrijenti; (c)
bħala materjali għall-għalf; (d)
bħala addittivi mal-għalf u
għajnuniet għall-ipproċessar; (e)
bħala prodotti
għat-tindif u d-diżinfettar ta' għadajjar, gaġeġ, tankijiet,
trejqiet tal-ġiri, bini u installazzjonijiet li jintużaw fil-produzzjoni
tal-annimali; (f)
bħala prodotti
għat-tindif u d-diżinfettar ta’ bini u installazzjonijiet użati
għall-produzzjoni tal-pjanti, inkluż il-ħżin f’azjendi
agrikoli. B’mod partikolari, il-Kummissjoni tista’ tawtorizza ċerti prodotti
u sustanzi għall-użu fil-produzzjoni ta’ ikel organiku
pproċessat u tinkludihom f’listi ristretti, għall-finijiet li
ġejjin: (a)
bħala addittivi tal-ikel, enżimi tal-ikel
u għajnuniet għall-ipproċessar; (b)
bħala għajnuniet għall-ipproċessar
fil-produzzjoni tal-ħmira u ta' prodotti tal-ħmira. 2. L-awtorizzazzjoni ta’
prodotti u sustanzi msemmija fl-ewwel sottoparagrafu tal-paragrafu 1
għall-użu fil-produzzjoni organika, għandha tkun
suġġetta għall-prinċipji stabbiliti fil-Kapitolu II u
għall-kriterji li ġejjin li għandhom jiġu evalwati
bħala totalità: (a)
l-użu tagħhom huwa meħtieġ
għall-produzzjoni kontinwa, u essenzjali għall-użu maħsub
tagħha; (b)
il-prodotti u s-sustanzi kollha
jkunu joriġinaw mill-pjanti jew mill-annimali jew ta' oriġini
mikrobjali jew minerali, minbarra meta prodotti jew sustanzi minn tali sorsi
mhumiex disponibbli fi kwantitajiet jew kwalitajiet suffiċjenti jew jekk ma
jkunx hemm alternattivi disponibbli; (c)
fil-każ ta’ prodotti
msemmija fil-punt (a) tal-ewwel sottoparagrafu tal-paragrafu 1, għandu
japplika dan li ġej: (i) l-użu
tagħhom huwa essenzjali għall-kontroll ta’ pest li għalih ma
jkunx hemm disponibbli alternattivi bijoloġiċi, fiżiċi jew
ta’ tnissil jew prattiki ta’ kultivazzjoni jew prattiki effettivi oħra ta’
ġestjoni; (ii) jekk
il-prodotti ma joriġinawx mill-pjanti jew mill-annimali jew mill-mikrobi
jew mill-minerali u mhumiex identiċi għall-forma naturali
tagħhom, huma jistgħu jiġu awtorizzati biss jekk
il-kundizzjonijiet għall-użu tagħhom jipprekludu kull kuntatt
dirett mal-partijiet li jistgħu jittieklu tal-prodott agrikolu; (d)
fil-każ ta’ prodotti msemmija fil-punt (b)
tal-ewwel sottoparagrafu tal-paragrafu 1, l-użu tagħhom huwa
essenzjali għall-kisba u ż-żamma tal-fertilità tal-ħamrija
jew sabiex jiġu ssodisfatti r-rekwiżiti ta’ nutrizzjoni tal-prodotti
agrikoli, jew għal skopijiet speċifiċi tal-ikkundizzjonar
tal-ħamrija; (e)
fil-każ ta’ prodotti
msemmija fil-punti (c) u (d) tal-ewwel sottoparagrafu tal-paragrafu 1,
għandu japplika dan li ġej: (i) l-użu
tagħhom huwa meħtieġ sabiex jinżammu s-saħħa
tal-annimali, il-benessri u l-vitalità tal-annimali u biex jikkontribwixxu
għal dieta xierqa li tissodisfa l-bżonnijiet
fiżjoloġiċi u tal-imġiba tal-ispeċijiet
ikkonċernati, jew l-użu tagħhom huwa meħtieġ għall-produzzjoni
u l-preżervazzjoni tal-għalf minħabba li l-produzzjoni u l-preżervazzjoni
tal-għalf mhumiex possibbli mingħajr rikors għal dawn
is-sustanzi; (ii) l-għalf ta’ oriġini minerali, il-mikronutrijenti,
il-vitamini jew il-provitamini għandhom ikunu ta’ oriġini naturali,
minbarra meta ma jkunx hemm disponibbli prodotti jew sustanzi minn tali sorsi
fi kwantitajiet suffiċjenti u ta' kwalità tajba biżżejjed, jew
jekk ma jeżistux alternattivi disponibbli. L-awtorizzazzjoni tal-prodotti u tas-sustanzi msemmija fit-tieni sottoparagrafu
tal-paragrafu 1 għall-użu fil-produzzjoni ta’ ikel organiku
pproċessat għandha tkun suġġetta għall-prinċipji
stabbiliti fil-Kapitolu II u għall-kriterji li ġejjin li
għandhom jiġu evalwati bħala totalità: (a)
mhumiex disponibbli alternattivi awtorizzati skont
dan l-Artikolu ; (b)
ikun imposibbli li jiġi prodott jew
ippreservat l-ikel jew li jiġu ssodisfatti r-rekwiżiti tad-dieta
previsti abbażi tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni mingħajr ma
jkun hemm bżonn ta’ rikors għal dawk il-prodotti u s-sustanzi; (c)
jistgħu jinstabu
fin-natura u setgħu jkunu għaddew minn proċessi mekkaniċi,
fiżiċi, bijoloġiċi, enżimatiċi jew mikrobjali
biss, minbarra meta ma jkunux disponibbli prodotti u sustanzi minn tali sorsi
fi kwantitajiet suffiċjenti jew ta' kwalità tajba biżżejjed. L-awtorizzazzjoni għall-użu ta’ prodotti jew sustanzi
sintesizzati kimikament għandha tkun limitata strettament għal
każijiet fejn l-użu ta’ inputs esterni msemmija fl-Artikolu 4(f)
ikun jikkontribwixxi għal impatti ambjentali mhux aċċettabbli. 3. Sabiex jiġu żgurati
l-kwalità, it-traċċabbiltà u l-konformità ma’ dan ir-Regolament
fir-rigward tal-produzzjoni organika b’mod ġenerali u l-produzzjoni ta’
ikel organiku pproċessat b’mod partikolari, u l-addattament għal
żviluppi tekniċi, il-Kummissjoni għandha tingħata
s-setgħa li tadotta l-atti ddelegati skont l-Artikolu 36 li
jipprevedu kriterji addizzjonali għall-awtorizzazzjoni jew l-irtirar
tal-awtorizzazzjoni ta’ prodotti jew sustanzi msemmija fil-paragrafu 1
għall-użu fil-produzzjoni organika b’mod ġenerali u
fil-produzzjoni tal-ikel organiku pproċessat b’mod partikolari, u
rekwiżiti u kundizzjonijiet oħrajn għall-użu ta’ tali
prodotti u sustanzi awtorizzati. 4. Meta Stat Membru jqis li
prodott jew sustanza għandhom, jinżiedu jew jiġu rtirati mil-listi
ta’ prodotti jew sustanzi msemmija fil-paragrafu 1, jew li
l-ispeċifikazzjonijiet tal-użu msemmija fir-regoli tal-produzzjoni
għandhom jiġu emendati, l-Istat Membru kkonċernat għandu
jiżgura li jintbagħat uffiċjalment lill-Kummissjoni u
lill-Istati Membri l-oħrajn, dossier li jinkludi r-raġunijiet
għall-inklużjoni, l-irtirar jew l-emendar. It-talbiet għall-emendar jew għall-irtirar għandhom
jiġu ppublikati mill-Istati Membri. 5. Il-Kummissjoni
għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jawtorizzaw jew li jirtiraw
l-awtorizzazzjoni ta’ prodotti u sustanzi li jistgħu jintużaw fil-produzzjoni
organika b’mod ġenerali, u prodotti u sustanzi li jistgħu
jintużaw fil-produzzjoni ta’ ikel organiku pproċessat b’mod
partikolari, u li jistabbilixxu l-proċeduri li għandhom jiġu
segwiti għall-awtorizzazzjoni u l-listi ta’ dawk il-prodotti u s-sustanzi
u, fejn rilevanti, id-deskrizzjoni tagħhom, ir-rekwiżiti
kompożizzjonali u l-kundizzjonijiet għall-użu. Dawk l-atti ta’
implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ analiżi
msemmija fl-Artikolu 37(2). Artikolu 20 Il-preżenza
ta’ prodotti jew sustanzi mhux awtorizzati 1. Prodotti li fihom tinstab
il-preżenza ta’ prodotti jew sustanzi li ma ġewx awtorizzati skont
l-Artikolu 19 lil hinn mil-livelli stabbiliti filwaqt li tiġi kkunsidrata
b’mod partikolari d-Direttiva 2006/125/KE, ma għandhomx jiġu
kummerċjalizzati bħala organiċi. 2. Sabiex jiġu żgurati
l-effikaċja, l-effiċjenza u t-trasparenza tas-sistema ta’ tikkettar u
produzzjoni organika, il-Kummissjoni se tingħata s-setgħa li tadotta l-atti
ddelegati skont l-Artikolu 36 rigward il-kriterji u l-kundizzjonijiet
speċifiċi għall-applikazzjoni tal-livelli msemmijin
fil-paragrafu 1 u rigward l-istabbiliment ta’ dawk il-livelli u l-addattament
tagħhom fid-dawl tal-iżviluppi tekniċi. 3. Bħala deroga
mill-Artikolu 211(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, u
suġġett għal awtorizzazzjoni mill-Kummissjoni adottata
mingħajr l-applikazzjoni tal-proċedura msemmija fl-Artikolu 37(2)
jew (3) ta' dan ir-Regolament, l-Istati Membri jistgħu jagħtu
pagamenti nazzjonali biex jikkumpensaw lill-bdiewa għat telf li jkunu
ġarrbu minħabba l-kontaminazzjoni tal-prodotti agrikoli tagħhom
bi prodotti jew sustanzi mhux awtorizzati li jwaqqafhom milli jikkummerċjalizzaw
dawk il-prodotti bħala organiċi, bil-kundizzjoni li l-bdiewa jkunu
wettqu l-miżuri kollha xierqa biex jevitaw dan ir-riskju ta'
kontaminazzjoni. L-Istati Membri jistgħu wkoll jużaw l-istrumenti
tal-Politika Agrikola Komuni biex ikopru dan it-telf kompletament jew
parzjalment. Kapitolu IV It-tikkettar Artikolu 21 L-użu
ta' termini li jirreferu għall-produzzjoni organika 1. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, prodott għandu jitqies li jinkludi
t-termini li jirreferu għall-produzzjoni organika meta, fuq it-tikketta, fil-materjal
tar-reklamar jew f'dokumenti kummerċjali, tali prodott, l-ingredjenti
tiegħu jew il-materjali tal-għalf jiġu deskritti f’termini li
jissuġġerixxu lix-xerrej li l-prodott, l-ingredjenti tiegħu jew
il-materjali tal-għalf ikunu nkisbu skont dan ir-Regolament. B’mod partikolari, it-termini elenkati fl-Anness IV,
id-derivattivi tagħhom jew id-diminuttivi, bħal ‘bio’, u ‘eko’,
waħidhom jew ikkombinati, jistgħu jintużaw fl-Unjoni kollha u fi
kwalunkwe lingwa elenkata f’dak l-Anness għat-tikkettar u r-reklamar ta’
prodotti li jikkonformaw ma’ dan ir-Regolament. 2. Għall-prodotti
msemmijin fl-Artikolu 2(1), it-termini msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ma għandhomx
jintużaw imkien fl-Unjoni, fl-ebda lingwa elenkata fl-Anness IV
għat-tikkettar, ir-reklamar u d-dokumenti kummerċjali ta’ prodott li
ma jikkonformax ma’ dan ir-Regolament. Barra minn hekk, kwalunkwe terminu, inklużi termini f’marki
kummerċjali, jew prattiki użati fit-tikkettar jew fir-reklamar, li
jista’ jfixkel lill-konsumatur jew lill-utent billi jissuġġerixxi li
prodott jew l-ingredjenti tiegħu jikkonformaw ma’ dan ir-Regolament, ma
għandux jintuża. 3. Fir-rigward ta' ikel ipproċessat, it-termini
msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jintużaw: (a)
fid-deskrizzjoni tal-bejgħ, dment li: (i) l-ikel ipproċessat jikkonforma
mar-regoli tal-produzzjoni stabbiliti fil-Parti IV tal-Anness II; (ii) tal-inqas 95% f’piż tal-ingredjenti
agrikoli tiegħu ikun organiku; (b)
fil-lista tal-ingredjenti biss, fejn inqas minn 95%
tal-ingredjenti agrikoli huma organiċi u sakemm dawk l-ingredjenti
jikkonformaw mar-regoli tal-produzzjoni stabbiliti f’dan ir-Regolament. Il-lista tal-ingredjenti msemmija fil-punt (b) tal-ewwel sottoparagrafu
għandha tindika liema ingredjenti huma organiċi. Ir-referenzi għall-produzzjoni
organika jistgħu jidhru biss b’rabta mal-ingredjenti organiċi. Dik il-lista ta’ ingredjenti għandha tinkludi
indikazzjoni tal-perċentwal totali ta’ ingredjenti organiċi
bħala proporzjon tal-kwantità totali ta’ ingredjenti agrikoli. It-termini msemmija fil-paragrafu 1 u
l-indikazzjoni tal-perċentwal msemmija fil-punt (b) tal-ewwel sottoparagrafu
ta’ dan il-paragrafu għandhom jidhru bl-istess kulur, b’daqs u stil ta’
kitba identiċi bħall-indikazzjonijiet l-oħrajn fil-lista
tal-ingredjenti. 4. Biex kollox ikun ċar għall-konsumaturi
u biex ikun żgurat li dawn jingħataw informazzjoni xierqa,
il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti
ddelegati skont l-Artikolu 36 dwar l-addattament tal-lista tat-termini stabbiliti
fl-Anness IV b’kunsiderazzjoni għall-iżviluppi lingwistiċi
fl-Istati Membri u li jikkonċernaw l-istabbiliment ta’ tikkettar
speċifiku u rekwiżiti tal-kompożizzjoni applikabbli
għall-għalf u l-ingredjenti tiegħu. Artikolu 22 Indikazzjonijiet
obbligatorji 1. Fejn jintużaw termini kif imsemmija fl-Artikolu 21(1): (a)
in-numru tal-kodiċi tal-awtorità ta’ kontroll
jew tal-korp ta’ kontroll li għalihom hu suġġett l-operatur li
wettaq l-aħħar produzzjoni jew preparazzjoni, għandu jidher
ukoll fuq it-tikketta; (b)
il-logo tal-produzzjoni organika tal-Unjoni Ewropea
msemmi fl-Artikolu 23 fir-rigward tal-ikel ippreparat minn qabel kif iddefinit
fil-punt (e) tal-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011
għandu jidher ukoll fuq il-pakkett. 2. Meta jintuża l-logo tal-produzzjoni organika tal-Unjoni Ewropea, fl-istess
qasam viżwali tiegħu għandha tidher ukoll indikazzjoni tal-post
fejn tkabbret il-materja prima agrikola li minnha huwa kompost il-prodott , u
għandu jkollha waħda mill-forom li ġejjin, kif rilevanti: (a)
‘Agrikoltura tal-UE’, meta l-materja prima agrikola
tkun tkabbret fl-Unjoni; (b)
‘Agrikoltura mhux tal-UE’, meta
l-materja prima agrikola tkun tkabbret f’pajjiżi terzi; (c)
‘Agrikoltura tal-UE/mhux
tal-UE’, meta parti mill-materja prima agrikola tkun ġiet imkabbra
fl-Unjoni u parti oħra tkun tkabbret f’pajjiż terz. Il-kelma ‘Agrikoltura’ tista’ tiġi sostitwita bil-kelma
‘Akkwakultura’ fejn rilevanti. L-indikazzjonji ‘UE’ jew ‘mhux tal-UE’ tista’
tiġi sostitwita jew issupplimentata bl-isem ta’ pajjiż jekk
il-materja prima agrikola kollha li minnha huwa kompost il-prodott tkun
tkabbret f’dak il-pajjiż. Għall-indikazzjoni ‘UE’ jew ‘mhux tal-UE’,
kwantitajiet ta' ingredjenti ta' piż baxx jistgħu ma jiġux
ikkunsidrati sakemm il-kwantità totali tal-ingredjenti mhux ikkunsidrati ma
taqbiżx il-5% tal-kwantità totali fil-piż tal-materja prima agrikola. L-indikazzjoni ‘UE’ u mhux tal-UE ma għandhiex
tidher b’kulur, daqs u stil iktar prominenti mill-isem tal-ikel. 3. L-indikazzjonijiet imsemmija
fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu u tal-Artikolu 23(3) għandhom
jiġu mmarkati f’post li jidher b’tali mod li jkun viżibbli
faċilment, jinqara b’mod ċar u li ma jitħassarx. 4. Biex ikun hemm ċarezza għall-konsumaturi
u biex ikun żgurat li dawn qegħdin jingħataw informazzjoni korretta
, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti
ddelegati skont l-Artikolu 36 li jistabbilixxu regoli ulterjuri dwar
it-tikkettar u l-użu tal-indikazzjoni msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1
u fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu u fl-Artikolu 22(3). 5. Il-Kummissjoni għandha
tadotta atti ta’ implimentazzjoni relatati ma’ dan li ġej: (a)
modalitajiet speċifiċi u prattiċi
fir-rigward tal-preżentazzjoni, il-kompożizzjoni u d-daqs
tal-indikazzjonijiet imsemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1 u fil-paragrafu 2
ta’ dan l-Artikolu u fl-Artikolu 23(3); (b)
l-assenjar tan-numri
tal-kodiċi għall-awtoritajiet ta’ kontroll u għall-korpi ta’
kontroll; (c)
l-indikazzjoni tal-post fejn tkabbret
il-materja prima agrikola, skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu u
l-Artikolu 232(3). Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont
il-proċedura ta’ analiżi msemmija fl-Artikolu 37(2). Artikolu 23 Il-logo
tal-produzzjoni organika tal-Unjoni Ewropea 1. Il-logo tal-produzzjoni
organika tal-Unjoni Ewropea jista’ jintuża fit-tikkettar, fil-preżentazzjoni
u fir-reklamar ta’ prodotti li jikkonformaw ma’ dan ir-Regolament. 2. Il-logo tal-produzzjoni
organika tal-Unjoni Ewropea huwa attestazzjoni uffiċjali skont l-Artikoli 85
u 90 tar-Regolament (UE) Nru XXX/XXXX [ir-Regolament dwar il-Kontrolli
Uffiċjali]. 3. L-użu tal-logo tal-produzzjoni
organika tal-Unjoni Ewropea għandu jkun fakultattiv għall-prodotti
importati minn pajjiżi terzi. Barra minn hekk, meta l-logo jidher fuq
it-tikketta, l-indikazzjoni msemmija fl-Artikolu 22(2) għandha tidher
ukoll fuq it-tikketta. 4. Il-logo tal-produzzjoni
organika tal-Unjoni Ewropea għandu jsegwi l-mudell stabbilit fl-Anness V u
għandu jikkonforma mar-regoli stabbiliti f’dak l-Anness. 5. Jistgħu jintużaw
logos nazzjonali u privati fit-tikkettar, fil-preżentazzjoni u
fir-reklamar ta' prodotti li jikkonformaw ma' dan ir-Regolament. 6. Biex l-affarijiet ikunu
ċari għall-konsumaturi u biex ikun żgurat li dawn qed
jingħataw informazzjoni korretta, il-Kummissjoni għandha
tingħata s-setgħa li tadotta l-atti ddelegati skont l-Artikolu 36
li jemendaw il-logo tal-prodozzjoni organika tal-Unjoni Ewropea u r-regoli
relatati miegħu stabbiliti fl-Anness V. Kapitolu V Iċ-ċertifikazzjoni organika Artikolu 24 Organic
certification system 1. Operaturi jew gruppi ta’
operaturi li jipproduċu, jippreparaw jew jaħżnu prodotti
organiċi, u li jimportaw tali prodotti minn pajjiż terz jew jesportaw
tali prodotti lil pajjiż terz jew li jikkummerċjalizzaw tali
prodotti, għandhom, qabel ma jikkummerċjalizzawhom bħala
prodotti organiċi, jew qabel il-konverżjoni, jinnotifikaw l-attività
tagħhom lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i fejn titwettaq
l-attività. 2. Meta l-operaturi jew
il-gruppi ta’ operaturi jagħtu b’sottokuntratt xi waħda
mill-attivitajiet tagħhom lil parti terza, kemm l-operaturi kif ukoll
il-gruppi ta’ operaturi u l-parti terza li lilhom jingħataw
b’sottokuntratt l-attivitajiet, għandhom jikkonformaw mal-paragrafu 1. 3. L-operaturi jew il-gruppi ta’
operaturi għandhom iżommu rekords dwar attivitajiet differenti tagħhom
skont dan ir-Regolament. 4. L-awtoritajiet kompetenti
għandhom iżommu lista aġġornata li tinkludi l-ismijiet u
l-indirizzi ta’ operaturi jew ta' gruppi ta’ operaturi li nnotifikaw
l-attivitajiet tagħhom skont il-paragrafu 1 u għandhom jippubblikaw
dik il-lista, flimkien mal-informazzjoni relatata maċ-ċertifikati
organiċi tagħhom kif imsemmija fl-Artikolu 25(1). L-awtoritajiet
kompetenti għandhom josservaw ir-rekwiżiti tal-protezzjoni tad-dejta
personali skont id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[50]. 5. L-Istati Membri għandhom
jiżguraw li t-tariffi li jistgħu jinġabru mill-awtoritajiet
kompetenti, mill-awtoritajiet ta’ kontroll jew mill-korpi ta’ kontroll skont
l-Artikolu 76 tar-Regolament (UE) Nru XX/XXXX (ir-Regolament dwar
il-kontrolli uffiċjali), jiġu ppubblikati. 6. Sabiex jiġu żgurati
l-effikaċja, l-effiċjenza u t-trasparenza tal-produzzjoni organika u tas-sistema
ta’ tikkettar, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li
tadotta l-atti ddelegati skont l-Artikolu 36 dwar ir-rekwiżiti
għaż-żamma tar-rekords, ir-rekwiżiti
għall-pubblikazzjoni tal-lista msemmija fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu
u r-rekwiżiti u l-proċeduri li għandhom jiġu applikati
għall-pubblikazzjoni tat-tariffi msemmija fil-paragrafu 5 ta’ dan
l-Artikolu, u għas-superviżjoni mill-awtoritajiet kompetenti
tal-applikazzjoni ta’ dawk it-tariffi. 7. Il-Kummissjoni tista’ tadotta
l-atti ta’ implimentazzjoni u tipprovdi dettalji u speċifikazzjonijiet
rigward il-kontenut, il-forma u l-mod ta’ notifika msemmija fil-paragrafu 1 u
l-forma tal-pubblikazzjoni tat-tariffi msemmija fil-paragrafu 5. Dawk l-atti
ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura
ta’ analiżi msemmija fl-Artikolu 37(2). Artikolu 25 Iċ-ċertifikat
organiku 1. L-operaturi u l-gruppi ta’
operaturi li nnotifikaw l-attività tagħhom skont l-Artikolu 24(1) u
jikkonformaw ma’ dan ir-Regolament għandhom ikunu intitolati li jingħataw
ċertifikat organiku. Iċ-ċertifikat
organiku, maħruġ f’forma elettronika fejn hu possibbli, għandu
tal-inqas jippermetti l-identifikazzjoni tal-operatur jew tal-grupp ta’
operaturi, it-tip jew il-firxa ta’ prodotti koperti miċ-ċertifikat u
l-perjodu ta’ validità tiegħu. 2. Iċ-ċertifikat
organiku huwa ċertifikazzjoni uffiċjali skont it-tifsira tal-Artikoli
85 u 86 tar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX (ir-Regolament dwar kontrolli
uffiċjali). 3. L-operaturi u l-gruppi ta’
operaturi ma għandhomx ikunu intitolati li jingħataw ċertifikat
organiku minn awtoritajiet ta’ kontroll differenti jew korpi ta’ kontroll differenti
għall-istess grupp ta’ prodotti, inkluż meta dawk l-operaturi u
l-gruppi ta’ operaturi jkunu attivi fi stadji differenti ta’ produzzjoni,
tħejjija u distribuzzjoni. 4. Il-membri ta’ grupp ta’
operaturi ma għandhomx ikunu intitolati li jingħataw ċertifikat
organiku individawli għal kwalunkwe waħda mill-attivitajiet koperti
miċ-ċertifikazzjoni tal-grupp. 5. L-operaturi għandhom
sistematikament jivverifikaw iċ-ċertifikat organiku tal-operaturi li
huma l-fornituri tagħhom. 6. Sabiex
jiġu żgurati l-effikaċja, l-effiċjenza u
t-trasparenza tas-sistema ta’ tikkettar u produzzjoni organika, il-Kummissjoni
għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti ddelegati skont
l-Artikolu 36 dwar il-kriterji għad-definizzjoni tal-gruppi ta’ prodotti
msemmijin fil-paragrafu 3. Artikolu 26 Grupp ta’
operaturi 1. Kull grupp ta’ operaturi
għandu jistabbilixxi sistema għall-kontrolli interni. Dik is-sistema
għandha tikkonsisti f’sett iddokumentat ta’ attivitajiet u proċeduri
tal-kontroll, li skontu persuna jew korp identifikat huwa responsabbli
għall-verifika tal-konformità ma’ dan ir-Regolament ta’ kull membru
tal-grupp. 2. In-nuqqasijiet
fl-organizzazzjoni jew fil-funzjonament tas-sistema tal-kontrolli interni
msemmija fil-paragrafu 1, b’mod partikolari rigward nuqqasijiet fl-identifikazzjoni
jew fl-indirizzar ta' nuqqasijiet ta’ konformità, minn membri individwali
tal-grupp ta’ operaturi li jaffettwaw l-integrità tal-prodotti organiċi,
jista’ jirriżulta fl-irtirar taċ-ċertifikazzjoni organika
għall-grupp kollu. 3. Biex ikun żgurat
il-funzjonament effikaċi u effiċjenti taċ-ċertifikazzjoni
ta’ grupp ta’ operaturi, il-Kummissjoni għandha tingħata
s-setgħa li tadotta l-atti ddelegati skont l-Artikolu 36 dwar
ir-responsabbiltajiet tal-membri individwali ta’ grupp ta’ operaturi, dwar il-kompożizzjoni
u d-dimensjoni ta’ grupp ta’ operaturi, dwar il-kategoriji ta' prodotti li
għandhom jiġu prodotti minn grupp ta’ operaturi, dwar il-kundizzjonijiet
għall-parteċipazzjoni fi grupp ta’ operaturi, dwar l-organizzazzjoni
u l-funzjonament tas-sistema tal-grupp għall-kontrolli interni, inklużi
l-ambitu, il-kontenut u l-frekwenza tal-kontrolli li għandhom jitwettqu. 4. Il-Kummissjoni tista’ tadotta
atti ta’ implimentazzjoni dwar l-iskambju ta’ informazzjoni bejn grupp ta’
operaturi u l-awtorità jew l-awtoritajiet, l-awtoritajiet ta’ kontroll jew il-korpi
ta’ kontroll kompetenti u bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni. Dawk l-atti ta’
implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ analiżi
msemmija fl-Artikolu 37 (2). Kapitolu VI Il-kummerċ ma’ pajjiżi terzi Artikolu 27 L-esportazzjoni
ta’ prodotti organiċi 1. Prodott jista’ jiġi
esportat mill-Unjoni bħala organiku u jkollu fuqu l-logo tal-produzzjoni
organika tal-Unjoni Ewropea jekk jikkonforma ma’ dan ir-Regolament. Madankollu, prodott maħsub għall-esportazzjoni
bħala organiku lejn pajjiż terz li huwa rikonoxxut skont
l-Artikolu 31 jista’ jiġi esportat lejn dak il-pajjiż terz jekk
jikkonforma mar-rekwiżiti ta’ dak il-pajjiż terz biex jiġi
kkummerċjalizzat f’dak il-pajjiż terz bħala prodott organiku. 2. Sabiex jiġi evitat li
jinħolqu kundizzjonijiet mhux ekwi għall-operaturi meta jesportaw
lejn pajjiżi terzi, il-Kummissjoni għandha tingħata
s-setgħa li tadotta l-atti ddelegati skont l-Artikolu 36 dwar ir-regoli
speċifiċi għall-esportazzjoni ta’ prodotti organiċi lejn
pajjiż terz li huwa rikonoxxut skont l-Artikolu 31. 3. Sabiex tiġi żgurata
kompetizzjoni ġusta fost l-operaturi, il-Kummissjoni għandha
tingħata s-setgħa li tadotta l-atti ddelegati skont l-Artikolu 36
dwar dokumenti maħsubin għall-awtoritajiet doganali ta’ pajjiż
terz, b’mod partikolari fir-rigward ta’ ċertifikat ta’ esportazzjoni
organika maħruġ f’forma elettronika kull meta possibbli u li
jipprovdi assigurazzjoni li l-prodotti organiċi esportati jikkonformaw ma’
dan ir-Regolament. Artikolu 28 L-importazzjoni
ta’ prodotti organiċi 1. Prodott jista’ jiġi
impurtat minn pajjiż terz sabiex jiġi kkummerċjalizzat fl-Unjoni
bħala organiku jekk jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin: (a)
il-prodott huwa prodott organiku kif imsemmi
fl-Artikolu 2(1); (b)
il-prodott: (i) jikkonforma mal-Kapitoli II, III u IV u
l-operaturi kollha, inklużi l-esportaturi fil-pajjiż terz
ikkonċernat, ġew suġġetti għall-kontroll
tal-awtoritajiet tal-kontroll jew tal-korpi tal-kontroll skont l-Artikolu 29;
jew (ii) jiġi minn
pajjiż terz li huwa rikonoxxut skont: –
l-Artikolu 30; jew –
l-Artikolu 31; (c)
l-operaturi f’pajjiżi terzi jistgħu
jipprovdu fi kwalunkwe ħin, lill-importaturi jew lill-awtoritajiet
nazzjonali, informazzjoni li tippermetti l-identifikazzjoni tal-operatur li
wettaq l-aħħar operazzjoni bl-għan li tiġi żgurata
t-traċċabbiltà tal-prodott organiku. 2. Sabiex tiġi żgurata
t-traċċabbiltà tal-prodotti impurtati maħsuba għall-kkummerċjalizzati
fl-Unjoni bħala organiċi, il-Kummissjoni għandha tingħata
s-setgħa li tadotta l-atti ddelegati skont l-Artikolu 36 dwar
dokumenti, maħruġin f’forma elettronika kull meta possibbli, li huma
neċessarji għall-finijiet tal-importazzjoni.
3. L-osservanza
tal-kundizzjonijiet u l-miżuri għall-importazzjoni ta’ prodotti
organiċi fl-Unjoni għandha tkun żgurata fil-postijiet ta’
kontroll fuq il-fruntiera, skont l-Artikolu 45(1) tar-Regolament (UE) Nru
XXX/XXX (ir-Regolament dwar il-kontrolli uffiċjali). Il-kontrolli
fiżiċi msemmijin fl-Artikolu 47(3) ta’ dak ir-Regolament
għandhom isiru bi frekwenza li tiddependi mir-riskju ta’ nuqqas ta’
konformità ma’ dan ir-Regolament. Artikolu 29 Rikonoxximent
tal-awtoritajiet ta’ kontroll u korpi ta’ kontroll 1. Il-Kummissjoni tista’ tadotta
atti ta’ implimentazzjoni li jirrikonoxxu, jew li jirtiraw ir-rikonoxximent ta’
awtoritajiet tal-kontroll jew ta' korpi tal-kontroll li jissodisfaw il-kriterji
stabbiliti f’att iddelegat adottat skont il-paragrafu 7 u li huma kompetenti li
jwettqu l-kontrolli f’pajjiżi terzi, u tistabbilixxi lista ta’ dawk
l-awtoritajiet tal-kontroll jew tal-korpi tal-kontroll. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont
il-proċedura ta’ analiżi msemmija fl-Artikolu 37(2). 2. Il-korpi tal-kontroll
għandhom jiġu akkreditati għall-istandard armonizzat rilevanti għall-‘Valutazzjoni
tal-konformità – Rekwiżiti għall-korpi li jiċċertifikaw il-prodotti,
il-proċessi u s-servizzi’, li r-referenza għalih ġiet
ippubblikata f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
3. L-akkreditazzjoni msemmija
fil-paragrafu 2 tista’ tingħata biss minn: (a)
korp ta’ akkreditazzjoni nazzjonali fl-Unjoni skont
ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[51], jew (b)
korp ta’ akkreditazzjoni barra l-Unjoni li jkun
firmatarju ta’ ftehim multilaterali ta’ rikonoxximent taħt
il-patroċinju tal-Forum Internazzjonali tal-Akkreditazzjoni. 4. Meta teżamina talbiet
għar-rikonoxximent, il-Kummissjoni għandha tistieden lill-awtorità tal-kontroll
jew lill-korp tal-kontroll biex jipprovdu l-informazzjoni kollha
meħtieġa. Il-korpi tal-kontroll jew l-awtoritajiet tal-kontroll
rikonoxxuti għandhom jipprovdu ċertifikati maħruġa
mill-korp ta’ akkreditazzjoni jew, rispettivament, ir-rapport ta' valutazzjoni
maħruġ mill-awtorità kompetenti, u, skont il-każ, rapporti dwar
l-evalwazzjoni għal għarrieda regolari, is-sorveljanza u l-valutazzjoni
mill-ġdid pluriennali tal-attivitajiet tagħhom. 5. Abbażi tal-informazzjoni
msemmija fil-paragrafu 4, il-Kummissjoni għandha tiżgura
superviżjoni xierqa tal-awtoritajiet tal-kontroll u tal-korpi tal-kontroll
rikonoxxuti billi tirrevedi r-rikonoxximent tagħhom regolarment.
Għall-finijiet ta’ dik is-superviżjoni, il-Kummissjoni tista’ titlob
informazzjoni addizzjonali mingħand il-korpi ta’ akkreditazzjoni jew, skont
ir-rilevanza, l-awtoritajiet kompetenti. 6. In-natura
tas-superviżjoni għandha tiġi stabbilita abbażi
tal-valutazzjoni tar-riskju ta’ nuqqas ta’ konformità. 7. Sabiex tiġi żgurata
t-trasparenza tal-proċeduri ta’ rikonoxximent u superviżjoni,
il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti
ddelegati skont l-Artikolu 36 dwar il-kriterji li għandhom jiġu
applikati għar-rikonoxximent, jew l-irtirar tar-rikonoxximent,
tal-awtoritajiet tal-kontroll jew tal-korpi tal-kontroll imsemmija
fil-paragrafu 1, kif ukoll dwar l-eżerċizzju tas-superviżjoni
mill-Kummissjoni, inkluż permezz ta' verifika fuq il-post. 8. Il-Kummissjoni tista’ tadotta
atti ta’ implimentazzjoni biex tiżgura l-applikazzjoni tal-miżuri
b’rabta mal-każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità li jaffettwaw l-integrità
ta’ prodotti organiċi impurtati skont ir-rikonoxximent previst f’dan l-Artikolu
jew fejn hemm suspett ta' tali każijiet. Tali miżuri jistgħu
jikkonsistu b’mod partikolari fil-verifika tal-integrità tal-prodotti
organiċi qabel ma l-prodotti jiġu kkummerċjalizzati fl-Unjoni u,
fejn xieraq, is-sospensjoni tal-awtorizzazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni
fl-Unjoni ta’ tali prodotti bħala organiċi. Dawk l-atti ta’
implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ analiżi
msemmija fl-Artikolu 37(2). 9. Għal raġunijiet
iġġustifikati u importanti ferm ta’ urġenza relatati mal-protezzjoni
kontra prattiki inġusti jew prattiki li huma inkompatibbli
mal-prinċipji u r-regoli dwar il-produzzjoni organika, il-protezzjoni
tal-fiduċja tal-konsumaturi jew il-protezzjoni ta’ kompetizzjoni
ġusta bejn l-operaturi, il-Kummissjoni għandha tadotta immedjatament l-atti
ta’ implimentazzjoni applikabbli skont il-proċedura msemmija
fl-Artikolu 37(3) sabiex tieħu l-miżuri msemmija fil-paragrafu 8
ta’ dan l-Artikolu jew sabiex tiddeċiedi dwar l-irtirar tar-rikonoxximent
tal-awtoritajiet tal-kontroll jew tal-korpi tal-kontroll imsemmija
fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. Artikolu 30 L-ekwivalenza
skont ftehim kummerċjali Pajjiż terz rikonoxxut imsemmi fl-ewwel
inċiż tal-Artikolu 28(1)(b) (ii) huwa pajjiż terz li
l-Unjoni rrikonoxxiet skont ftehim kummerċjali, li għandu sistema ta’
produzzjoni li tilħaq l-istess għanijiet u prinċipji
bl-applikazzjoni tar-regoli li jiżguraw l-istess livell ta’ garanzija ta’
konformità bħal dawk tal-Unjoni. Artikolu 31 L-ekwivalenza
skont ir-Regolament (KE) Nru 834/2007 1. Pajjiż terz rikonoxxut
imsemmi fit-tieni inċiż tal-Artikolu 28(1)(b)(ii) huwa
pajjiż terz li ġie rikonoxxut għall-finijiet tal-ekwivalenza skont
l-Artikolu 33(2) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007, inklużi dawk
rikonoxxuti skont il-miżuri transitorji stipulati fl-Artikolu 40. Ir-rikonoxximent tal-pajjiżi terzi msemmijin
fl-ewwel sottoparagrafu għandu jiskadi fi [trid tiddaħħal id-data
li tikkorrispondi għal 5 snin wara d-data ta’ applikazzjoni tar-Regolament]. 2. Abbażi ta’ rapporti
annwali li għandhom jintbagħtu lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Marzu ta’
kull sena mill-pajjiżi terzi msemmija fil-paragrafu 1 rigward
l-implimentazzjoni u l-infurzar tal-miżuri ta’ kontroll stabbiliti
minnhom, il-Kummissjoni, megħjuna mill-Istati Membri, għandha
tiżgura superviżjoni xierqa tal-pajjiżi terzi rikonoxxuti billi
tirrevedi regolarment ir-rikonoxximent tagħhom. In-natura
tas-superviżjoni għandha tiġi stabbilita abbażi ta' valutazzjoni
tar-riskju ta’ nuqqas ta’ konformità. 3. Il-korpi ta’ kontroll li
jwettqu l-kontrolli fil-pajjiżi terzi msemmija fil-paragrafu 1,
għandhom jiġu akkreditati għall-istandard armonizzat rilevanti għall-‘Valutazzjoni
tal-konformtià – Rekwiżiti għall-korpi li jiċċertifikaw
il-prodotti, il-proċessi u s-servizzi’, li r-referenza għalih
ġiet ippubblikata f' Il-Ġurnata Uffiċjali tal-Unjoni
Ewropea. Jekk l-akkreditazzjoni ma tingħatax minn korp nazzjonali ta’
akkreditazzjoni fl-Unjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 765/2008, tista’
tingħata biss minn korp ta’ akkreditazzjoni barra l-Unjoni li jkun firmatarju
tal-ftehim ta’ rikonoxximent multilaterali taħt il-patronċinju
tal-Forum Internazzjonali ta’ Akkreditazzjoni. 4. Il-Kummissjoni għandha,
permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni, tistabbilixxi lista ta’ pajjiżi
terzi msemmija fil-paragrafu 1 u tista’ temenda dik il-lista permezz ta’ atti
ta’ implimentazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu
adottati skont il-proċedura ta’ analiżi msemmija fl-Artikolu 37(2). 5. Sabiex tiġi żgurata
l-ġestjoni tal-lista ta’ pajjiżi terzi msemmija fil-paragrafu 4,
il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti
ddelegati skont l-Artikolu 36 dwar l-informazzjoni li għandha
tintbagħat minn dawk il-pajjiżi terzi, li hija neċessarja
għas-superviżjoni tar-rikonoxximent tagħhom mill-Kummissjoni,
kif ukoll l-eżerċizzju ta’ dik is-supervizjoni mill-Kummissjoni,
inkluż permezz ta’ analiżi fuq il-post. 6. Il-Kummissjoni tista’ tadotta
atti ta’ implimentazzjoni li jiżguraw l-applikazzjoni ta’ miżuri
b’rabta mal-każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità li jaffettwaw l-integrità
ta’ prodotti organiċi impurtati minn pajjiżi terzi msemmija f’dan
l-Artikolu jew fejn hemm suspett ta' tali każijiet. Tali miżuri
jistgħu jikkonsistu b’mod partikolari fil-verifika tal-integrità
tal-prodotti organiċi qabel ma l-prodotti jiġu kkummerċjalizzati
fl-Unjoni u, fejn xieraq, is-sospensjoni tal-awtorizzazzjoni
għall-kummerċjalizzazzjoni fl-Unjoni ta’ tali prodotti bħala
organiċi. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu
adottati skont il-proċedura ta’ analiżi msemmija fl-Artikolu 37(2). Kapitolu VII Dispożizzjonijiet ġenerali Taqsima 1 Il-moviment liberu ta' prodotti
organiċi Artikolu 32 Nonprojbizzjoni
u nonrestrizzjoni tal-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti organiċi 1. L-awtoritajiet kompetenti,
l-awtoritajiet tal-kontroll u l-korpi tal-kontroll ma jistgħux, fuq motivi
marbutin mal-produzzjoni, mat-tikkettar jew mal-preżentazzjoni
tal-prodotti, jipprojbixxu jew jirristrinġu l-kummerċjalizzazzjoni
ta’ prodotti organiċi kkontrollati minn awtorità kompetenti oħra, minn
awtorità tal-kontroll jew minn korp tal-kontroll li jinsabu fi Stat Membru
ieħor, jekk dawk il-prodotti jikkonformaw ma’ dan ir-Regolament. B’mod
partikolari, ma jistgħu jitwettqu ebda kontrolli uffiċjali u
attivitajiet uffiċjali oħrajn minbarra dawk skont ir-Regolament (UE)
Nru XXX/XXX (ir-Regolament dwar il-kontrolli uffiċjali) u ma tista’
tinġabar ebda tariffa għal kontrolli uffiċjali u attivitajiet
uffiċjali oħrajn minbarra dawk skont l-Artikolu 76
tar-Regoalment. 2. Sabiex jiġi żgurat
il-funzjonament xieraq tas-suq uniku u l-kummerċ bejn l-Istati Membri,
il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti
ddelegati skont l-Artikolu 36 li jistabbilixxu r-regoli relatati
mal-moviment liberu ta’ prodotti organiċi għall-finijiet
tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. Taqsima 2 informazzjoni u rapportar Artikolu 33 Informazzjoni
relatata mas-settur organiku u l-kummerċ 1. Kull
sena l-Istati Membri għandhom
jittrażmettu lill-Kummissjoni l-informazzjoni neċessarja
għall-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-applikazzjoni ta’ dan
ir-Regolament. 2. Il-Kummissjoni għandha tadotta l-atti ta’
implimentazzjoni fir-rigward tas-sistema li għandha
tintuża għat-trażmissjoni ta’ informazzjoni msemmija
fil-paragrafu 1, id-dettalji tal-informazzjoni li għandha tiġi
trażmessa, u sa liema data għandha tiġi trażmessa dik
l-informazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni
għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ analiżi msemmija
fl-Artikolu 37(2). Artikolu 34 Informazzjoni
relatata mal-awtoritajiet kompetenti, l-awtoritajiet tal-kontroll u l-korpi tal-kontroll 1. L-Istati Membri għandhom
iżommu lista aġġornata regolarment li jkun fiha: (a)
l-ismijiet u l-indirizzi tal-awtoritajiet
kompetenti; (b)
l-ismijiet u l-indirizzi tal-awtoritajiet tal-kontroll
u tal-korpi tal-kontroll, u n-numri tal-kodiċi tagħhom. L-Istati Membri għandhom jippubblikaw
il-lista msemmija fil-punt (b) tal-ewwel sottoparagrafu. 2. Kull sena l-Kummissjoni
għandha tippubblika fuq l-internet il-lista tal-awtoritajiet tal-kontroll
u l-korpi tal-kontroll imsemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1. Artikolu 35 Rapport Sal-31 ta’ Diċembru 2021, il-Kummissjoni
għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill
dwar id-disponibbiltà ta’ materjal organiku ta’ riproduzzjoni tal-pjanti u
l-annimali għal skopijiet ta’ tgħammir. Kapitolu VIII Dispożizzjonijiet proċedurali,
tranżizzjonali u finali Taqsima 1 Dispożizzjonijiet proċedurali Artikolu 36 L-eżerċitu
tad-delega 1. Is-setgħa
li jkunu adottati atti ddelegati tingħata lill-Kummissjoni
suġġetta għall-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu. 2. Id-delega tas-setgħa
msemmija fil-[….] tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin
mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Id-deċiżjoni
ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik
id-deċiżjoni. Hija jkollha effett fil-jum wara
dak tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal
Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard
speċifikata fiha. Hija ma għandhiex taffettwa l-validità ta' ebda att
iddelegat diġà fis-seħħ. 3. Hekk kif tadotta att
iddelegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament
lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. 4. Att
iddelegat adottat skont […….] għandu jidħol fis-seħħ biss jekk
ma jkun hemm ebda oġġezzjoni espressa kemm mill-Parlament Ewropew kif
ukoll mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att
lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk,
qabel l-iskadenza ta’ dak il-perjodu,
il-Parlament Ewropew u l-Kunsill it-tnejn ikunu infurmaw lill-Kummissjoni li huma ma joġġezzjonawx. Dak il-perjodu għandu
jiġi estiż b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament
Ewropew jew tal-Kunsill. Artikolu 37 Committee
procedure 1. Il-Kummissjoni
għandha tiġi assistita mill-Kumitat imsejjaħ ‘Il-Kumitat
għall-Produzzjoni Organika’. Dak il-kumitat
għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. 2. Fejn
issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika
l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. 3. Fejn issir referenza
għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 8
tar-Regolament (UE) Nru 182/2011, flimkien mal-Artikolu 5 tiegħu. Taqsima 2 Revoka, emendi, dispożizzjonijiet
transizzjonali u finali Artikolu 38 Revoka Ir-Regolament (KE) Nru 834/2007 huwa rrevokat. Madankollu, ir-Regolament (KE) Nru 834/2007
għandu jibqa’ japplika għall-finijiet tat-tlestija tal-analiżi tal-applikazzjonijiet
pendenti minn pajjiżi terzi, kif stipulat fl-Artikolu 42 ta’ dan
ir-Regolament. Artikolu 39 Miżuri
tranżizzjonali relatati mal-konverżjoni għall-biedja organika Sabiex tiġi żgurata
tranżizzjoni mingħajr intoppi mill-qafas ġuridiku l-antik
għall-qafas ġuridiku l-ġdid, il-Kummissjoni għandha
tingħata s-setgħa li tadotta l-atti ddelegati skont l-Artikolu 36
li jikkonċernaw regoli li jipprevedu deroga mill-Artikolu 8(3)
b’rabta mal-perjodi ta’ konverżjoni għall-bdiewa li jibdew il-konverżjoni
qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolament. Artikolu 40 Miżuri tranżizzjonali
relatati mal-oriġini tal-materjal riproduttiv tal-pjanti, tal-annimali
għat-tnissil u tal-istokkijiet żgħażagħ ta' annimali
tal-akkwakultura Sabiex tiġi żgurata transizzjoni bla
intoppi bejn ir-regoli dwar l-oriġini organika tal-materjal riproduttiv tal-pjanti
stipulati fl-Artikolu 12(1)(i) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007 u dwar
l-annimali għat-tnissil stipulati fl-Artikolu 14(1)(a)(ii) ta’ dak
ir-Regolament u dwar l-istokkijiet żgħażagħ ta' annimali
tal-akkwkultura stipulati fl-Artikolu 15(1)(a)(ii) ta' dak ir-Regolament u
l-eċċezzjoni għar-regoli dwar il-produzzjoni li l-Kummissjoni
adottat skont l-Artikolu 22 tar-Regolament (KE) Nru 834/2007, u r-regoli
l-ġodda dwar il-produzzjoni għal pjanti u l-prodotti tal-pjanti u l-bhejjem
u l-alki u l-annimali tal-akkwakultura stipulati fl-Artikoli 10(1) u 11(1),
rispettivament, ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha
tingħata s-setgħa li tadotta l-atti ddelegati skont l-Artikolu 36 li jipprevedu
eċċezzjonijiet meta l-għoti ta’ eċċezzjonijiet jitqies
li huwa meħtieġ sabiex jiġi żgurat aċċess
għal materjal riproduttiv tal-pjanti u għal annimali ħajjin
għal skopijiet ta’ tnissil u stokkijiet żgħażagħ ta'
annimali tal-akkwakultura li jistgħu jintużaw fil-produzzjoni
organika. L-atti ddelegati adottati skont dan l-Artikolu għandhom jieqfu
japplikaw fil-31 ta’ Diċembru 2021. Artikolu 41 Miżuri
tranżizzjonali relatai mal-awtoritajiet tal-kontroll u l-korpi tal-kontroll
rikonoxxuti skont l-Artikolu 33(3) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007 1. Ir-rikonoxximent ta’
awtoritajiet tal-kontroll u ta' korpi tal-kontroll mogħti skont
l-Artikolu 33(3) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007 għandu jiskadi mhux
iktar tard mill-[31 ta’ Diċembru 2018]. 2. Il-Kummissjoni għandha,
permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni, tistabbilixxi lista tal-awtoritajiet tal-kontroll
u korpi tal-kontroll rikonoxxuti skont l-Artikolu 33(3) tar-Regolament
(KE) Nru 834/2007 u tista’ temenda dik il-lista permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni.
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont
il-proċedura ta’ analiżi msemmija fl-Artikolu 37(2). 3. Sabiex tiġi żgurata
l-ġestjoni tal-lista tal-awtoritajiet tal-kontroll u l-korpi tal-kontroll
imsemmija fil-paragrafu 2, il-Kummissjoni għandha tingħata
s-setgħa li tadotta l-atti ddelegati skont l-Artikolu 36 dwar
l-informazzjoni li għandha tintbagħat minn dawk l-awtoritajiet tal-kontroll
u l-korpi tal-kontroll li hija neċessarja għas-superviżjoni
tar-rikonoxximent tagħhom mill-Kummissjoni, kif ukoll għall-eżerċizzju
ta’ dik is-superviżjoni mill-Kummissjoni, inkluża analiżi fuq
il-post. Artikolu 42 Miżuri
tranżizzjonali relatati mal-applikazzjonijiet minn pajjiżi terzi
sottomessi skont l-Artikolu 33(2) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007 1. Il-Kummissjoni għandha tlesti
l-analiżi tal-applikazzjonijiet minn pajjiżi terzi ppreżentati skont
l-Artikolu 33(2) tar-Regolament Nru 834/2007, li jkunu pendenti fid-data
tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. Ir-Regolament (KE) Nru 834/2007
għandu japplika għall-analiżi ta' dawn l-applikazzjonijiet. 2. Sabiex tkun iffaċilitata
t-tlestija tal-analiżi tal-applikazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1,
il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti
ddelegati skont l-Artikolu 36 dwar ir-regoli ta’ proċedura neċessarji
għall-analiżi, inkluż dwar l-informazzjoni li għandha
titressaq mill-pajjiżi terzi. Artikolu 43 Miżuri tranżizzjonali
għall-ħażniet ta’ prodotti organiċi prodotti skont
ir-Regolament (KE) Nru 834/2007 Il-prodotti maħluqa skont ir-Regolament
(KE) Nru 834/2007 u mqegħdin fis-suq qabel l-1 ta’ Lulju 2017 jistgħu
jibqgħu jitqiegħdu fis-suq wara dik id-data sakemm
jispiċċaw il-ħażniet. Artikolu 44 Emendi
għar-Regolament (UE) Nru
[…][dwar kontrolli uffiċjali] Ir-Regolament (UE)
Nru XXX/XXXX (ir-Regolament dwar il-kontrolli uffiċjali) huwa emendat kif
ġej: 1. Fl-Artikolu 2,
il-punti 38 u 39 huma sostitwiti b'dan li ġej: "38.‘korp iddelegat’ tfisser parti terza li
lilha l-awtoritajiet kompetenti ddelegaw kompiti ta’ kontroll uffiċjali speċifiċi
jew attivitajiet uffiċjali oħra; 39. ‘awtorità ta’ kontroll għall-produzzjoni
organika u għat-tikkettar ta’ prodotti organiċi’ tfisser
organizzazzjoni amministrattiva pubblika ta’ Stat Membru li lilha
l-awtoritajiet kompetenti taw, bis-sħiħ jew b’mod parzjali,
il-kompetenzi tagħhom fir-rigward tal-applikazzjoni
tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fil-qasam imsemmi fl-Artikolu 1(2)(j),
inkluża, fejn xieraq, l-awtorità korrispondenti ta’ pajjiż terz jew
li topera f’pajjiż terz;”; 2. L-Artikolu 3 huwa emendat
kif ġej: (a) Il-paragrafu 3 huwa sostitwit minn dan li
ġej: "3. L-awtoritajiet kompetenti responsabbli
għall-verifika tal-konformità mar-regoli msemmija fil-punt (j)
tal-Artikolu 1(2) jistgħu jagħtu kompiti ta’ kontroll
uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħrajn lil awtorità tal-kontroll
waħda jew lil iktar minn awtorità waħda, għall-produzzjoni
organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi F'tali każijiet,
għandhom jallokaw numru tal-kodiċi lil kull waħda minnhom."; (b) Fil-paragrafu 4, il-punt (c) huwa sostiwit
minn dan li ġej: " (c) l-awtoritajiet tal-kontroll
għall-produzzjoni organika u għat-tikkettar ta’ prodotti
organiċi msemmija fil-paragrafu 3;"; 3. L-Artikolu 23 jiġi
sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 23 Regoli speċifiċi dwar il-kontrolli
uffiċjali u dwar l-azzjoni li għandha titwettaq mill-awtoritajiet
kompetenti b’rabta mal-prodotti organiċi u mad-denominazzjonijiet
tal-oriġini protetti, l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti u l-ispeċjalitajiet
tradizzjonali ggarantiti 1. B’rabta mar-regoli msemmija fil-punt (j)
tal-Artikolu 1(2), l-awtoritajiet kompetenti għandhom: (a) f’każ ta’
nuqqas ta’ konformità li jaffettwa l-integrità ta’ prodotti organiċi fi
kwalunkwe stadju ta’ produzzjoni, preparazzjoni u distribuzzjoni u
esportazzjoni, b’mod partikolari minħabba l-użu ta’ sustanzi u
tekniki li huma pprojbiti u mhux awtorizzati jew taħlit ma’ prodotti li
mhumiex organiċi, jiżguraw li ma ssir ebda referenza għal
produzzjoni organika fit-tikkettar u r-reklamar tal-lott kollu jew tat-tiratura
kkonċernata; (b) f’każ ta’
nuqqas ta’ konformità repetittiv jew issoktat, jiżguraw li l-operaturi jew
il-grupp ta’ operaturi kkonċernati, kif iddefinit fil-punti (6) u (7)
tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru [produzzjoni organika] tal-Parlament
Ewropew u tal-Kunsill*, minbarra l-miżuri msemmija fil-punt (a) ta’ dan
il-paragrafu, jiġu pprojbiti milli jikkummerċjalizzaw prodotti li
jirreferu għall-produzzjoni organika u li ċ-ċertifikat organiku
tagħhom jiġi sospiż jew irtirat kif ikun xieraq. 2. Il-Kummissjoni
għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti ddelegati skont
l-Artikolu 139, rigward ir-regoli għat-twettiq ta’ kontrolli
uffiċjali u attivitajiet kummerċjali oħra li jivverifikaw il-konformità
mar-regoli msemmija fil-punti (j) u (k) tal-Artikolu 1(2) u dwar azzjoni
li għandha titwettaq mill-awtoritajiet kompetenti wara tali kontrolli
uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħrajn. 3. B’rabta mar-regoli
msemmija fil-punt (j) tal-Artikolu 1(2), l-atti ddelegati msemmija
fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar: (a) ir-responsabbiltajiet
u l-kompiti speċifiċi tal-awtoritajiet kompetenti, minbarra dawk
previsti fl-Artikoli 4, 8, 9 10(1), 11 sa 13, 34(1) u (2), u 36, u minbarra
l-Artikoli 25, 26, 28, 29, 30 u 32 għall-approvazzjoni u s-superviżjoni
tal-korpi ddelegati u għall-Artikoli 85 sa 90 dwar
iċ-ċertifikazzjoni uffiċjali; (b) rekwiżiti
addizzjonali għal dawk imsemmija fl-Artikolu 8(1)
għall-valutazzjoni tar-riskju, u għall-istabbiliment tal-frekwenza tal-kontrolli
uffiċjali, u għat-teħid ta' kampjuni kif xieraq,
b’kunsiderazzjoni għar-riskju tal-okkorrenza tan-nuqqas ta’ konformità; (c) il-frekwenza
tal-kontrolli uffiċjali fuq l-operaturi, u l-każijiet meta u
l-kundizzjonijiet li taħthom ċerti operaturi għandhom jiġu
eżentati minn ċerti kontrolli uffiċjali; (d) metodi u tekniki ta'
kontrolli uffiċjali addizzjonali għal dawk imsemmija fl-Artikolu 13 u
l-Artikolu 33(1) sa (5) u rekwiżiti speċifiċi għat-twettiq
ta’ kontrolli uffiċjali mmirati biex jiżguraw
it-traċċabbiltà tal-prodotti organiċi fl-istadji kollha
tal-produzzjoni, il-preparazzjoni u d-distribuzzjoni, u sabiex jiġu
pprovduti assigurazzjonijiet rigward il-konformità mar-regoli msemmija fil-punt
(j) tal-Artikolu 1(2); (e) azzjonijiet u miżuri
addizzjonali għal dawk previsti fl-Artikolu 134(2) u (3) f’każ
ta’ suspett ta’ nuqqas ta’ konformità, kriterji addizzjonali għal dawk
imsemmija fit-tieni sottoparagrafu tal-Artikolu 135(1), u kriterji u
miżuri addizzjonali għal dawk previsti fl-Artikolu 135(2) u
fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu f’każ ta’ okkorrenza ta’ nuqqas ta’
konformità; (f) rekwiżiti addizzjonali għal dawk
previsti fil-punt (f) tal-Artikolu 4(1) b’rabta mal-faċilitajiet u
t-tagħmir neċessarji għat-twettiq tal-kontrolli uffiċjali u
kundizzjonijiet u obbligi speċifiċi u addizzjonali għal dawk
imsemmija fl-Artikoli 25, 26, 28, 29 u 30 sa 32 għad-delegazzjoni ta’
kompiti ta’ kontroll uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħrajn lil
korpi ddelegati; (g) obbligi ta’
rappurtar addizzjonali għal dawk imsemmija fl-Artikoli 12, 28 u 31
għall-awtoritajiet kompetenti, l-awtoritajiet ta’ kontroll, u l-korpi
ddelegati inkarigati mill-kontrolli uffiċjali u attivitajiet
uffiċjali oħrajn; (h) kriterji u
kundizzjonijiet speċifiċi għall-attivazzjoni u l-funzjonament
tal-mekkaniżmi ta’ assistenza amministrattiva prevista fit-Titolu IV u,
inkluż, l-iskambju ta’ informazzjoni dwar każi ta’ nuqqas ta’
konformità jew il-probabbiltà ta’ nuqqas ta’ konformità, bejn l-awtoritajiet
kompetenti, l-awtoritajiet tal-kontroll u korpi ddelegati. 4. B’rabta mar-regoli
msemmija fil-punt (k) tal-Artikolu 1(2), l-atti ddelegati msemmija
fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu għandhom jistabbilixxu regoli dwar: (a) rekwiżiti,
metodi u tekniki addizzjonali għal dawk imsemmija fl-Artikoli 11 u 13
għall-kontrolli uffiċjali mwettqa għall-verifikazzjoni tal-konformità
mal-ispeċifikazzjonijiet ta’ prodott u rekwiżiti tat-tikkettar; (b) metodi u tekniki
addizzjonali għal dawk imsemmija fl-Artikolu 13 għat-twettiq ta’
kontrolli uffiċjali mmirati biex jiżguraw it-traċċabbiltà
ta’ prodotti li jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tar-regoli
msemmija fil-punt (k) tal-Artikolu 1(2) fl-istadji kollha tal-produzzjoni,
il-preparazzjoni u d-distribuzzjoni, u biex jipprovdu l-assigurazzjonijiet
rigward il-konformità ma’ dawk ir-regoli; (c) kriterji
addizzjonali speċifiċi u kontenut addizzjonali speċifiku
għal dawk previsti fl-Artikolu 108, għall-preparazzjoni
tal-partijiet rilevanti tal-pjan ta’ kontroll nazzjonali pluriennali previst
fl-Artikolu 107(1) u kontenut addizzjonali speċifiku tar-rapport
previst fl-Artikolu 112; (d) kriterji u
kundizzjonijiet speċifiċi għall-attivazzjoni tal-mekkaniżmi
tal-assistenza amministrattiva prevista fit-Titolu IV; (e) miżuri
speċifiċi li għandhom jitwettqu, minbarra dawk imsemmija
fl-Artikolu 135(2) f’każ ta’ nuqqas ta’ konformità u ta’ nuqqas ta’
konformità serju u rikorrenti. 5. Fejn xieraq, l-atti
ddelegati msemmija fil-paragrafi 3 u 4 għandhom jidderogaw
mid-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament imsemmija f'dawk il-paragrafi. * ĠU L …, p. …” 4. Fl-Artikolu 128, il-paragrafu
1 huwa sostitwit b'dan li ġej: "1. Fl-oqsma rregolati mir-regoli
msemmija fl-Artikolu 1(2), minbarra l-punti (d), (e), (g), (h) u (j)
tal-Artikolu 1(2), il-Kummissjoni, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni,
tista’ tirrikonxxi li l-miżuri applikati f’pajjiż terz, jew f'xi reġjuni
ta' pajjiż terz, huma ekwivalenti għar-rekwiżiti stabbiliti
f’dawk ir-regoli, fuq il-bażi ta’: (a) analiżi dettaljata tat-tagħrif u
d-dejta pprovduti mill-pajjiż terz ikkonċernat skont l-Artikolu 124(1); (b) fejn xieraq, l-eżitu sodisfaċenti
ta’ kontroll imwettaq skont l-Artikolu 119(1); Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni
għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ analiżi
msemmija fl-Artikolu 141(2)." 5. Fl-Artikolu 141, il-paragrafu
1 huwa sostitwit b'dan li ġej: "1. Il-Kummissjoni għandha tkun
assistita mill-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u
l-Għalf imwaqqaf mill-Artikolu 58(1) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002. Dak
il-Kumitat għandu jkun Kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
Għal miżuri li jaqgħu taħt il-qasam imsemmi fl-Artikolu 1(2)(j)
ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat
dwar il-produzzjoni organika mwaqqaf mill-Artikolu 37(1) tar-Regolament (UE)
Nru [produzzjoni organika]." Artikolu 45 Id-dħul
fis-seħħ u l-applikazzjoni Dan ir-Regolament għandu jidħol
fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal
Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2017[52]. Dan
ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament
fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill Il-President Il-President
[…] […] Dikjarazzjoni finanzjarja
leġiżlattiva 1. QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA 1.1. Titolu
tal-proposta/inizjattiva 1.2. Qasam/oqsma
tal-politika kkonċernat(i) fl-istruttura tal-ABM/ABB 1.3. Għamla
tal-proposta/inizjattiva 1.4. Għan(ijiet) 1.5. Raġunijiet
għall-proposta/inizjattiva 1.6. Durata u impatt
finanzjarju 1.7. Mod(i) ta’ ġestjoni
previst(i) 2. MIŻURI TA’ ĠESTJONI 2.1. Regoli
dwar il-monitoraġġ u r-rapportar 2.2. Sistema
ta’ ġestjoni u kontroll 2.3. Miżuri
għall-prevenzjoni ta’ frodi u irregolaritajiet 3. IMPATT FINANZJARJU STMAT
TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA 3.1. Intestatura/i
tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linja/i baġitarja/i tan-nefqa
affettwati 3.2. Impatt
stmat fuq in-nefqa 3.2.1. Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa 3.2.2. Impatt
stmat fuq approprjazzjonijiet operazzjonali 3.2.3. Impatt
stmat fuq approprjazzjonijiet ta’ għamla amministrattiva 3.2.4. Kompatibbiltà
mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali 3.2.5. Kontribuzzjonijiet
ta’ partijiet terzi 3.3. Impatt stmat fuq id-dħul DIKJARAZZJONI
FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA 1. QAFAS
TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA 1.1. Titolu tal-proposta/inizjattiva Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar tal-prodotti organiċi li jemenda
r-Regolament (UE) Nru XXX/XXX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
[ir-Regolament dwar il-kontrolli uffiċjali] u li jirrevoka r-Regolament (KE)
Nru 834/2007 1.2. Qasam/oqsma tal-politika
kkonċernat(i) fl-istruttura tal-ABM/ABB[53] 1.3. Għamla
tal-proposta/inizjattiva ¨ Il-proposta/inizjattiva hija relatata ma’ azzjoni
ġdida ¨ Il-proposta/inizjattiva hija relatata ma’ azzjoni ġdida li
ssegwi proġett pilota/azzjoni preparatorja[54] ¨ Il-proposta/inizjattiva hija relatata mal-estensjoni ta’ azzjoni
eżistenti X Il-proposta/inizjattiva
hija relatata ma’ azzjoni ridiretta lejn azzjoni ġdida 1.4. Għan(ijiet) 1.4.1. L-għan(ijiet)
strateġiku/strateġiċi pluriennali tal-Kummissjoni fil-mira
tal-proposta/inizjattiva Il-proposta
għandha fil-mira kif ir-regoli dwar il-produzzjoni organika
jikkontribwixxu għall-ilħuq tal-prijoritajiet politiċi
tal-istrateġija Ewropa 2020 għal tkabbir intelliġenti,
sostenibbli u inklużiv, b’mod partikolari l-kisba ta’ ekonomija
kompetittiva msejsa fuq l-għarfien u l-innovazzjoni, it-trawwim ta’
ekonomija b’rata għolja ta’ okkupazzjoni li tipprovdi koeżjoni
soċjali u territorjali u ssostni l-mixja lejn ekonomija effiċjenti
fir-riżorsi u b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju. Għan(ijiet)
speċifiku/speċifiċi u attività(jiet) ikkonċernata/i
tal-ABM/ABB. L-għanijiet
speċifiċi tal-proposta huma: -
li jitneħħa x-xkiel għall-iżvilupp tal-produzzjoni organika
fl-Unjoni, -
li tiġi ggarantita kompetizzjoni ġusta għall-bdiewa u
l-operaturi u li jittejjeb il-funzjonament tas-suq intern, -
li tinżamm jew tittejjeb il-fiduċja tal-konsumaturi fil-prodotti
organiċi. B’konformità
mal-Qafas Komuni ta’ Monitoraġġ u Evalwazzjoni (CMEF) 2014-2020
għall-Politika Agrikola Komuni (PAK)[55],
il-proposta tikkontribwixxi għall-għanijiet ġenerali:
“Ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi naturali u azzjoni klimatika” billi
tipprovdi prodotti pubbliċi (fil-parti l-kbira ambjentali) u billi timmira
lejn “il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih” u
“Produzzjoni vijabbli tal-ikel” billi “tilħaq l-aspettattivi
tal-konsumaturi” u billi “ttejjeb il-kompetittività tas-settur agrikolu u
ssaħħaħ is-sehem fil-katina alimentari”, skont l-ewwel Pilastru
tal-PAK. Barra
minn hekk, il-proposta tikkontribwixxi għall-għan ġenerali
“ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi naturali u azzjoni klimatika” billi
tirrestawra, tippreserva u ssaħħaħ l-ekosistemi (prijorità 4)
skont il-Pilastru II tal-PAK. Il-proposta
hija relatata ma’ miżuri sostnuti kemm mill-Pilastru I (pagamenti diretti
u swieq) u l-Pilastru II tal-PAK. L-attività
tal-ABB ikkonċernata: 05 04 Żvilupp Rurali (u 05 02 Interventi fi
swieq agrikoli u 05 03 Għajnuniet diretti). 1.4.2. Riżultat(i) mistenni(ja)
u impatt Speċifika
l-effetti li l-proposta/inizjattiva għandu jkollha fuq
il-benefiċjarji/gruppi fil-mira. Futur
pożittiv tas-suq, bis-saħħa ta’ aktar fiduċja mill-konsumaturi,
huwa mistenni jsostni l-prezzijiet tal-prodotti organiċi u jattira nies
ġodda. It-tneħħija
tal-eċċezzjonijiet għar-regoli hija mistennija tikkontribwixxi
għall-iżvilupp ta’ inputs organiċi, b’mod partikolari
żrieragħ. Regoli
dwar il-produzzjoni iktar ċari u sempliċi se jagħmlu s-settur
iktar attraenti. Il-kompetizzjoni
ġusta se tittejjeb b’mod partikolari permezz ta’ aktar armonizzazzjoni,
regoli iktar sempliċi u ċari u l-bidla minn ekwivalenza għal
konformità għar-rikonoxximent ta’ korpi tal-kontroll f’pajjiżi terzi.
Il-fiduċja
tal-konsumaturi se tiġi indirizzata b’regoli dwar il-produzzjoni
armonizzati filwaqt li jitqies it-tħassib tas-soċjetà li qed jevolvi
(it-trattament xieraq tal-annimali, sistema ta’ ġestjoni ambjentali
għall-proċessuri u n-negozjanti). Approċċ
ibbażat fuq ir-riskji huwa mistenni jtejjeb l-effikaċja u
l-effiċjenza tal-kontrolli u, flimkien ma’ skema ta’ importazzjoni iktar
affidabbli, jikkontribwixxi għall- prevenzjoni ta’ frodi Speċifika
l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni
tal-proposta/inizjattiva. L-indikaturi tar-riżultati ewlenin fil-Qafas Komuni
dwar il-Monitoraġġ u l-Evalwazzjoni huma: - Proporzjon taż-żona organika fl-erja agrikola
użata sħiħa (EAU); - Proporzjon ta' bhejjem organiċi fit-totalità-tal-bhejjem
imrobbijin. U l-indikaturi ewlenin tal-output huma: - Erja ta’ art organika (f’konverżjoni u kompletament
konvertita); - Numru ta’ operaturi organiċi ċċertifikati. L-indikaturi komplimentari li ġejjin se jiġu
ssorveljati wkoll fi ħdan il-kuntest ta’ dan ir-Regolament: - Bhejjem (għadd ta’ annimali organiċi u prodotti
li joriġinaw mill-annimali); - Produzzjoni u pproċessar ta’ għelejjel (għadd
ta’ operaturi u l-valur/volum ta’ produzzjoni skont it-tip ta’ attività
ekonomika); - Għadd ta’ eċċezzjonijiet użati u għadd
ta’ eċċezzjonijiet imwarrbin, - Għarfien tal-logo organiku tal-Unjoni, u fiduċja
fih (stħarriġ tal-Ewrobarometru). 1.5. Raġunijiet
għall-proposta/inizjattiva 1.5.1. Rekwiżit(i) li jrid(u)
jiġi/u ssodisfatt(i) fit-terminu qasir jew fit-tul L-għan
ġenerali tal-qafas leġiżlattiv, li huwa l-iżvilupp
sostenibbli tal-produzzjoni organika, bħalissa għadu mhuwiex
milħuq għal kollox. Dan iwassal għal opportunitajiet mitlufin
għall-bdiewa u għall-operaturi fl-Unjoni (l-erja tal-art organika
fl-Unjoni rduppjat biss fl-aħħar 10 snin, filwaqt li s-suq sar erba’
darbiet ikbar), riskju ta’ limitazzjoni għat-tkabbir tas-suq organiku u
riskju ta’ limitazzjoni għall-benefiċċji ambjentali
assoċjati mal-produzzjoni organika. Il-kaġuni
ewlenin huma: ostakoli regolatorji u mhux regolatorji għall-iżvilupp
tal-produzzjoni organika fl-Unjoni; riskju ta’ telf ta’ fiduċja tal-konsumaturi,
b’mod partikolari minħabba l-ħafna eċċezzjonijiet li qegħdin
idgħajjfu r-regoli dwar il-produzzjoni organika u minħabba l-każijiet
ta’ frodi li żviluppaw b’rabta man-nuqqasijiet fis-sistema tal-kontroll u
fl-iskema tal-importazzjoni; kompetizzjoni inġusta bejn l-operaturi
fl-Unjoni u f’Pajjiżi Terzi; u problemi fit-tfassil u l-infurzar
tad-dispożizzjonijiet legali, b’mod partikolari problemi bil-funzjonament
tas-suq intern, minħabba distakki fil-leġiżlazzjoni u
approċċi differenti fl-implimentazzjoni. 1.5.2. Valur miżjud tal-involviment
tal-UE Il-proposta
attwali hija aġġornament ta’ skema tal-kwalità eżistenti
stipulata fi ħdan il-Politika Agrikola Komuni. Il-produzzjoni
u l-kummerċ tal-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel fis-suq
intern u l-iżgurar tal-funzjonament tas-suq intern huma kwistjonijiet li
jaqgħu taħt il-kompetenza tal-UE. It-tnejn huma kompetenzi maqsumin
mal-SM. Skema
li tkopri l-Unjoni sħiħa hija iktar effiċjenti minn 28 skema
differenti u tagħti lok għal politika iktar b’saħħitha u
konsistenti dwar il-kummerċ fir-rigward tal-imsieħba fil-kummerċ
globali, b’mod partikolari billi jsaħħu s-setgħa ta’ negozjar
tal-Unjoni. Il-logo
organiku tal-Unjoni Ewropea għandu jkopri l-prodotti li jikkonformaw ma’
sett komuni ta’ regoli li huma applikati madwar l-Unjoni sħiħa. L-oqsma
fejn hemm bżonn iktar armonizzazzjoni jinkludu: eċċezzjonijiet
għar-regoli u azzjoni biex tiġi ppreservata l-integrità
tal-produzzjoni organika, inkluż approċċ komuni biex tiġi
indirizzata l-preżenza ta’ reżidwi ta’ sustanzi mhux awtorizzati fi
prodotti organiċi. 1.5.3. Lezzjonijiet mitgħallma
minn esperjenzi simili fl-imgħoddi Evalwazzjoni
esterna tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-biedja organika tlestiet
fl-2013[56].
Fuq kollox, analizzat l-adegwatezza tar-regoli dwar il-produzzjoni u tar-regoli
dwar il-kontrolli, l-importazzjonijiet u t-tikkettar tal-prodotti
organiċi. L-evalwazzjoni kkonkludiet li l-maġġoranza tar-regoli
stipulati fil-qafas leġiżlattiv organiku huma ġeneralment
adegwati biex jintlaħqu l-għanijiet globali tiegħu. Madankollu
identifikat ukoll numru ta’ nuqqasijiet u pproponiet rakkomandazzjonijiet għat-titjib
tal-leġiżlazzjoni. Dawn ir-rakkomandazzjonijiet tqiesu fil-proposta
attwali. Il-Qorti
Ewropea tal-Awdituri awditjat l-effettività tas-sistema tal-kontroll li
tirregola l-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u
l-importazzjonijiet ta’ prodotti organiċi kif stipulat fir-Regolament
tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007. Ir-riżultati, ippubblikati fir-Rapport
Speċjali tal-QEA Nru 9/2012, juru għadd ta’ dgħjufijiet u
jinkludu r-rakkomandazzjonijiet għal titjib li tqiesu f’din il-proposta. 1.5.4. Kompatibbiltà u sinerġija
possibbli ma’ strumenti xierqa oħrajn Il-proposta
hija konsistenti mal-PAK il-ġdida, eż. mar-Regolament il-ġdid
dwar il-Pagamenti Diretti[57],
li fih azjendi agrikoli organiċi jibbenefikaw ipso facto minn
pagament “ekoloġiku” ġdid, u mar-Regolament il-ġdid dwar
l-Iżvilupp Rurali[58],
li jipprevedi miżuri speċifiċi li jibbenefikaw il-biedja
organika, u l-Politika Komuni tas-Sajd il-ġdida. Il-proposta
hija konsistenti wkoll mal-proposta għal Regolament ġdid dwar
kontrolli uffiċjali fuq l-Ikel u l-Għalf u mal-prinċipji ta' Regolamenti
intelliġenti. 1.6. Tul u impatt finanzjarju ¨ Proposta/inizjattiva ta’ tul limitat –
¨ Proposta/inizjattiva b’effett minn [JJ/XX]SSSS sa [JJ/XX]SSSS –
¨ Impatt finanzjarju minn SSSS sa SSSS X Proposta/inizjattiva b’tul mhux
limitat –
Implimentazzjoni b’perjodu ta’ bidu minn SSSS sa
SSSS, –
segwita minn operazzjoni fuq skala sħiħa. 1.7. Mod(i) ta’ ġestjoni
ppjanat(i)[59] Ġestjoni diretta
mill-Kummissjoni –
X mid-dipartimenti
tagħha, inkluż mill-persunal tagħha fid-delegazzjonijiet
tal-Unjoni; –
¨ mill-aġenziji eżekuttivi; X Ġestjoni konġunta mal-Istati
Membri ¨ Ġestjoni indiretta b’delega tal-kompiti ta’ implimentazzjoni lil: –
¨ pajjiżi terzi jew il-korpi li għażlu; –
¨ organizzazzjonijiet internazzjonali u l-aġenziji tagħhom
(iridu jiġu speċifikati); –
¨ il-BEI u l-Fond Ewropew tal-Investiment; –
¨ korpi msemmijin fl-Artikoli 208 u 209 tar-Regolament Finanzjarju; –
¨ korpi regolati mil-liġi pubblika; –
¨ korpi regolati mil-liġi privata b’missjoni ta’ servizz pubbliku safejn
jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati; –
¨ korpi regolati mil-liġi privata ta’ Stat Membru u li huma
inkarigati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika-privata u li jipprovdu
garanziji finanzjarji adegwati; –
¨ persuni inkarigati mill-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet
speċifiċi fis-CFSP skont it-Titolu V tat-TUE, u identifikati fl-att
bażiku rilevanti. – Jekk jiġi indikat iktar minn mod ta’
ġestjoni wieħed, jekk jogħġbok ipprovdi d-dettalji
fit-taqsima “Kummenti”. Kummenti 2. MIŻURI TA’
ĠESTJONI 2.1. Regoli dwar
il-monitoraġġ u r-rapportar Speċifika
l-frekwenza u l-kundizzjonijiet. Darba
fis-sena, l-Istati Membri għandhom jipprovdu t-tagħrif
meħtieġ għall-implimentazzjoni u l-monitoraġġ
tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament lill-Kummissjoni. L-Istati Membri
għandhom ukoll jipprovdu lill-Kummissjoni tagħrif annwali dwar
il-kontrolli mwettqin biex jiżguraw konformità mar-rekwiżiti fuq
il-produzzjoni organika, bħala parti mill-pjanijiet ta’ kontroll
nazzjonali Pluriennali u r-Rapporti Annwali msemmijin fir-Regolament dwar
il-Kontrolli Uffiċjali. Pajjiżi
Terzi li huma rikonoxxuti bħala ekwivalenti, u Korpi ta’ Kontroll jew
Awtoritajiet ta’ Kontroll li huma rikonoxxuti bħala konformi
għall-importazzjoni ta’ prodotti organiċi fl-Unjoni għandhom
jissottomettu lill-Kummissjoni rapporti annwali bit-tagħrif
meħtieġ għall-implimentazzjoni tar-rekwiżiti skont dan ir-Regolament. 2.2. Sistema ta’ ġestjoni u
kontroll 2.2.1. Riskju/i identifikat(i) Ir-riskji
ġenerali fir-rigward tar-regoli fil-proposta li jistgħu jiġu
identifikati huma relatati mal-effettività tal-proposta, u mhux fir-rigward
tan-nefqa tal-UE minħabba l-ammonti relattivament insinifikanti li huma
involuti: Għall-ewwel,
regoli armonizzati dwar il-produzzjoni li jneħħu
l-eċċezzjonijiet jistgħu joħolqu l-problemi għal xi
operaturi u jaqtgħulhom qalbhom milli jużaw l-iskema organika. Il-perjodu
ta’ tranżizzjoni għall-bidla mill-ekwivalenza għas-sistema ta’
konformità, fir-rigward ta’ importazzjonijiet ta’ prodotti organiċi
fl-Unjoni, jaf ma jiżgurax kundizzjonijiet kompletament ekwi. Is-sostituzzjoni
tal-ispezzjoni fiżika annwali tal-operaturi kollha, ikun xi jkun il-profil
ta’ riskju tagħhom, b’approċċ għall-kontrolli kompletament
ibbażat fuq ir-riskji, tista’ titqies li mhijiex addattata minn xi
partijiet interessati u/jew awtoritajiet jew korpi ta’ kontroll fl-Istati
Membri. Riskji
oħrajn jistgħu jkunu marbutin ma’ nuqqasijiet fl-infurzar:
jiġifieri, l-implimentazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti u
l-awtoritajiet ta’ kontroll jew il-korpi ta’ kontroll fl-Istati Membri u
l-Pajjiżi Terzi, u superviżjoni mill-Kummissjoni. L-esperjenza
miksuba bl-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 834/2007 - inkluż
permezz tar-riżultati tal-awditjar, il-kontribut tal-partijiet interessati
fil-qafas tal-valutazzjoni tal-impatt, u r-rakkomandazzjonijiet minn studji
esterni, u l-evalwazzjoni esterna, tqiesu kif xieraq fit-tfassil tal-proposta
biex jiġu mitigati mtaffijin dawn ir-riskji. Ingħatat attenzjoni
partikolari wkoll għall-mitigazzjoni tar-riskju marbut ma’ nuqqasijiet
possibbli fl-infurzar permezz ta’ sforzi biex ir-regoli jkunu iktar ċari,
iktar sempliċi biex jiġu ġestiti u kkontrollati 2.2.2. Tagħrif li
jikkonċerna s-sistema ta’ kontroll intern In-nefqa
li tirriżulta ma’ din il-proposta għandha tiġi implimentata
mill-Kummissjoni taħt ġestjoni diretta, skont il-prinċipji
stipulati fl-Artikolu 32 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 dwar
ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali
tal-Unjoni – ir-Regolament Finanzjarju. Kif
meħtieġ mir-Regolament Finanzjarju, id-Direttur Ġenerali
għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali daħħal
fis-seħħ l-istruttura organizzazzjonali u l-proċessi
tal-kontroll intern xierqa għall-kisba tal-għanijiet tal-politika u
ta’ kontroll, skont l-istandards ta’ kontroll intern adottati mill-Kummissjoni
u wara li ġew ikkunsidrati r-riskji marbutin mal-ambjent li fihom topera
l-politika. 2.2.3. Stima tal-kostijiet u
l-benefiċċji tal-kontrolli u valutazzjoni tal-livell mistenni ta’
riskju ta’ żball In-nefqa
li tirriżulta minn din il-proposta mhijiex se twassal għal żieda
fir-rata ta’ żball għall-Fond Agrikolu Ewropew
għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), filwaqt li jitqiesu l-ammonti
relattivament insinifikanti involuti. 2.3. Miżuri
għall-prevenzjoni ta’ frodi u irregolaritajiet Speċifika
miżuri ta’ prevenzjoni u protezzjoni eżistenti jew previsti. Il-Kummissjoni
għandha twettaq miżuri xierqa biex tiżgura li, meta jiġu
implimentati azzjonijiet iffinanzjati skont dan ir-Regolament, l-interessi
finanzjarji tal-Unjoni jkunu protetti bl-applikazzjoni ta’ miżuri
preventivi kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kull attività illegali oħra,
bit-twettiq ta’ verifiki effettivi u, jekk jiġu identifikati
irregolaritajiet, bl-irkupru tal-ammonti li ma kellhomx jitħallsu kif
ukoll, fejn xieraq, b’penali effettivi, proporzjonali u deterrenti,
b’konformità mal-Artikolu 325 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni
Ewropea, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2988/95 dwar il-protezzjoni
tal-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej, u t-titolu IV
tar-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali
tal-Unjoni. Il-Kummissjoni
jew ir-rappreżentanti tagħha u l-Qorti tal-Awdituri se jkollhom
is-setgħa li jawditjaw, fuq il-bażi tad-dokumenti u fuq il-post, fuq
il-kuntratturi u s-sottokuntratturi kollha li rċivew fondi mill-Unjoni.
L-OLAF għandu jkun awtorizzat iwettaq verifiki fuq il-post u spezzjonijiet
għand l-operaturi kkonċernati direttament jew indirettament mit-tali
finanzjament skont il-proċeduri stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill Nru 2185/96
tal-11 ta’ Novembru 1996 bil-għan li jiġi stabbilit li seħħ
frodi. Deċiżjonijiet, ftehimiet u kuntratti li jirriżultaw
mill-implimentazzjoni tar-Regolament għandhom jintitolaw b’mod
espliċitu lill-Kummissjoni, inkluż lill-OLAF, u l-Qorti Ewropea
tal-Awdituri li jwettqu t-tali awditjar, verifiki fuq il-post u spezzjonijiet. 3. IMPATT FINANZJARJU STMAT
TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA 3.1. Intestatura/i tal-qafas
finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa · Linji baġitarji eżistenti Fl-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju
pluriennali u tal-linji baġitarji. Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali || Linja baġitarja || Tip ta’ nefqa || Kontribuzzjoni Numru […]Intestatura………………………………………...……….] || Diff./mhux diff. ([60]) || minn pajjiżi tal-EFTA[61] || minn pajjiżi kandidati[62] || minn pajjiżi terzi || skont it-tifsira tal-Artikolu 21 (2)(b) tar-Regolament Finanzjarju 2 || 05 04 60 02 Assistenza teknika operattiva || Diff. || /LE || /LE || LE || LE 3.2. Impatt stmat fuq in-nefqa 3.2.1. Sommarju tal-impatt stmat fuq
in-nefqa miljuni ta’ EUR Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali || 2 || Tkabbir sostenibbli : riżorsi naturali DĠ: AGRI || || || 2015 || 2016 || 2017 || 2018 || 2019 || 2020 || TOTAL Approprjazzjonijiet operazzjonali || || || || || || || 05 04 60 02 Assistenza teknika operattiva * || Impenji || (1) || 0,800 || 0,230 || 0,170 || 0,170 || 0,170 || 0,170 || 1,710 Pagamenti || (2) || 0,800 || 0,230 || 0,170 || 0,170 || 0,170 || 0,170 || 1,710 Approprjazzjonijiet ta’ għamla amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi[63] || || || || || || || || || (3) || || || || || || || TOTAL ta’ approprjazzjonijiet ** għad-DĠ AGRI || Impenji || =1+1a +3 || 0,800 || 0,230 || 0,170 || 0,170 || 0,170 || 0,170 || 1,710 Pagamenti || =2+2a +3 || 0,800 || 0,230 || 0,170 || 0,170 || 0,170 || 0,170 || 1,710 *
Bħalissa, il-kontroll tal-importazzjonijiet ta’ prodotti organiċi
jseħħ permezz ta’ TRACES li hija parzjalment iffinanzjata minn din
il-linja u l-proposta mhijiex mistennija żżid il-ħtiġijiet
għal din il-miżura. Minbarra l-għodda diġà eżistenti
għall-importazzjonijiet, ir-Regolament jipprevedi li l-produzzjoni
organika kollha mqiegħda fis-suq fl-UE tkun soġġetta għal
ċertifikat elettroniku, u għalhekk hemm bżonn li
ċ-ċertifikat elettroniku jiġi estiż
għall-importazzjoni sabiex ikopri prodotti fi ħdan l-Unjoni. Se jkun hemm
bżonn li tiġi żviluppata għodda informatika fi ħdan
l-arkitettura ta’ Traces stmata għal EUR 500 000
għaċ-ċertifikat elettroniku għall-produzzjoni organika
interna prevista fl-Artikolu 23 tal-proposta tal-Kummissjoni sabiex jiġi
żgurat li tkun operazzjonali mill-01.01.2016. Il-manutenzjoni hija stmata
għal EUR 110 000 fis-sena. * Barra minn hekk, l-armonizzazzjoni tad-dejtabase għal
żrieragħ organiċi hija prevista fl-Artikolu 10 tal-proposta:
Biex jiġi żgurat l-iżvilupp ta’ din id-dejtabase separata
taż-żrieragħ, trid tiġi ffinanzjata minn din il-linja barra
TRACES assistenza teknika mill-Unjoni stmata għal EUR 300 000. Il-manutenzjoni hija stmata għal EUR 120 000
għall-ewwel sena wara l-iżvilupp u għal EUR 60 000 għas-snin
ta’ wara. || || || 2015 || 2016 || 2017 || 2018 || 2019 || 2020 || Total TOTAL ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali || Impenji || (4) || 0,800 || 0,230 || 0,170 || 0,170 || 0,170 || 0,170 || 1,710 Pagamenti || (5) || 0,800 || 0,230 || 0,170 || 0,170 || 0,170 || 0,170 || 1,710 TOTAL ta’ approprjazzjonijiet ta’ għamla amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi || (6) || || || || || || || TOTAL ta’ approprjazzjonijiet għall-INTESTATURA 2 tal-qafas finanzjarju pluriennali || Impenji || =4+ 6 || 0,800 || 0,230 || 0,170 || 0,170 || 0,170 || 0,170 || 1,710 Pagamenti || =5+ 6 || 0,800 || 0,230 || 0,170 || 0,170 || 0,170 || 0,170 || 1,710 ** L-għodod
informatiċi se jiġu ffinanzjati mill-assistenza teknika
għall-Kummisjoni skont l-Artikolu 58(2) tar-Regolament (UE) Nru XXX/2013
tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-appoġġ
għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew
għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolament
tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005. Dawn l-ammonti diġà huma
fis-seħħ fil-qafas Finanzjarju Pluriennali għall-2014-2020. Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali || 5 || Amministrazzjoni Miljuni ta’ EUR || || || 2015 || 2016 || 2017 || 2018 || 2019 || 2020 || TOTAL DĠ: AGRI || Riżorsi umani || - || - || - || - || - || - || - Nefqa amministrattiva oħra || 0,127 || 0,127 || 0,055 || 0,055 || 0,055 || 0,055 || 0,474 TOTAL DĠ AGRI || Approprjazzjonijiet || 0,127 || 0,127 || 0,055 || 0,055 || 0,055 || 0,055 || 0,474 TOTAL ta’ approprjazzjonijiet għall-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali || (Impenji totali = Pagamenti totali) || 0,127 || 0,127 || 0,055 || 0,055 || 0,055 || 0,055 || 0,474 TOTAL ta’ approprjazzjonijiet għall-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali || (Impenji totali = Pagamenti totali) || 0,127 || 0,127 || 0,055 || 0,055 || 0,055 || 0,055 || 0,474 Miljuni ta’ EUR || || || 2015 || 2016 || 2017 || 2018 || 2019 || 2020 || TOTAL TOTAL ta’ approprjazzjonijiet għall-INTESTATURI 1 sa 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali || Impenji || 0,927 || 0,357 || 0,225 || 0,225 || 0,225 || 0,225 || 2.184 Pagamenti || 0,927 || 0,357 || 0,225 || 0,225 || 0,225 || 0,225 || 2.184 3.2.2. Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet
operazzjonali –
¨ Il-proposta/inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’
approprjazzjonijiet operazzjonali –
¨ Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-użu ta’
approprjazzjonijiet operazzjonali, kif spjegat hawn taħt: Approprjazzjonijiet għall-impenji f’miljuni ta’
EUR Indika l-għanijiet u l-outputs || || || 2016 || 2017 || 2018 || 2019 || 2020 || TOTAL REALISATIONS (outputs) || Tip[64] || Kost medju || Nru || Kost || Nru || Kost || Nru || Kost || Nru || Kost || Nru || Kost || Nru || Kost GĦAN SPEĊIFIKU[65] || Biex jiġu pprovduti l-kundizzjonijiet għall-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi naturali li jsostnu l-bidla għal ekonomija effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u b’emissjonijiet baxxi ta’ karbonju || Output || Erja ta’ biedja organika (Numru ta’ ettari) || || || || || || || || || || || || || Output || Erja f’konverżjoni (Numru ta’ ettari) || || || || || || || || || || || || || Output || Numru ta’ operaturi organiċi ċċertifikati || || || || || || || || || || || || || Output || Numru ta’ produtturi organiċi ċċertifikati || || || || || || || || || || || || || KOST TOTALI || || || || || || || || || || || || 3.2.3. Impatt stmat fuq
approprjazzjonijiet ta’ għamla amministrattiva 3.2.3.1. Sommarju –
¨ Il-proposta/inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’
approprjazzjonijiet ta’ għamla amministrattiva –
x Il-proposta/inizjattiva teħtieġ
l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ għamla amministrattiva, kif spjegat
hawn taħt: miljuni ta’ EUR (sa
tliet postijiet deċimali) || 2015 || 2016 || 2017 || 2018 || 2019 || 2020 || TOTAL INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali || || || || || || || Riżorsi umani || - || - || - || - || - || - || - Nefqa amministrattiva oħra || 0,127 || 0,127 || 0,055 || 0,055 || 0,055 || 0,055 || 0,474 Sottototal INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju plurienali || 0,127 || 0,127 || 0,055 || 0,055 || 0,055 || 0,055 || 0,474 Barra l-INTESTATURA 5[66] tal-qafas finanzjarju plurienali || || || || || || || Riżorsi umani || || || || || || || Nefqa oħra ta’ għamla amministrattiva || || || || || || || Sottobtotal barra l-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju plurienali || 0,127 || 0,127 || 0,055 || 0,055 || 0,055 || 0,055 || 0,474 TOTAL || 0,127 || 0,127 || 0,055 || 0,055 || 0,055 || 0,055 || 0,474 L-approprjazzjonijiet
tar-riżorsi umani meħtieġa se jiġu ssodisfatti minn
approprjazzjonijiet mid-DĠ li diġà huma assenjati
għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li ġew skjerati mill-ġdid
fi ħdan id-DĠ, jekk hemm bżonn, flimkien ma’ kull allokazzjoni
addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni
bil-proċedura ta’ allokazzjoni annwali u filwaqt li jitqiesu r-restrizzjonijiet
baġitarji. 3.2.3.2. Rekwiżiti stmati
tar-riżorsi umani –
¨ Il-proposta/inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’
riżorsi umani. –
X Il-proposta/inizjattiva teħtieġ
l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt: Stima li trid tingħata f’unitajiet
ekwivalenti għal full time || 2015 || 2016 || 2017 || 2018 || 2019 || 2020 XX 01 01 01 (kwartieri ġenerali u rappreżentanti tal-Kummissjoni) || 18 || 18 || 18 || 18 || 18 || 18 XX 01 01 02 (Delegi) || || || || || || XX 01 05 01 (Riċerka indiretta) || || || || || || 10 01 05 01 (Riċerka diretta) || || || || || || XX 01 02 01 (CA, ENS, INT mill-“pakkett globali”) || 3 || 3 || 3 || 3 || 3 || 3 XX 01 02 02 (CA, LA, ENS, INT u JED fid-delegi) || || || || || || XX 01 04 yy || - fil-kwartieri ġenerali || || || || || || - delegi || || || || || || XX 01 05 02 (CA, ENS, INT – riċerka indiretta) || || || || || || 10 01 05 02 (CA,SNE, INT – riċerka diretta) || || || || || || Linji baġitarji oħrajn ( speċifika) || || || || || || TOTAL (*) || 21 || 21 || 21 || 21 || 21 || 21 XX huwa l-qasam
tal-politika jew it-titlu tal-baġit ikkonċernat. Ir-riżorsi umani
meħtieġa se jiġu ssodisfatti minn persunal tad-DĠ li
diġà huma assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li ġew
skjerati mill-ġdid fi ħdan id-DĠ, jekk hemm bżonn flimkien
ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ
amministrattiv skont il-proċedura ta’ allokazzjoni annwali u fid-dawl ta’
restrizzjonijiet baġitarji. Deskrizzjoni
tal-kompiti li jridu jitwettqu: Uffiċjali u persunal temporanju || Żvilupp tal-politika Implimentazzjoni tal-politika Ippjanar, programmar, monitoraġġ u superviżjoni Relazzjonijiet mal-Istati Membri u l-partijieti interessati Negozjar, u rappreżentazzjoni tal-Kummissjoni, ma’ Pajjiżi Terzi Relazzjonijiet ma’ istituzzjonijiet u korpi oħrajn tal-Unjoni Persunal estern || Assistenza fl-implimentazzjoni tal-politika, il-monitoraġġ u l-kuntatti mal-Istati Membri u l-partijiet interessati 3.2.4. Kompatibbiltà mal-qafas
finanzjarju pluriennali attwali –
X Il-proposta/inizjattiva
hija kompatibbli mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali. –
¨ Il-proposta/inizjattiva se tinvolvi programmar mill-ġdid tal-intestatura
rilevanti fli-qafas finanzjarju pluriennali. –
¨ Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-applikazzjoni
tal-istrument ta’ flessibbiltà jew reviżjoni tal-qafas finanzjarju
pluriennali. 3.2.5. Kontribuzzjonijiet ta’
partijiet terzi –
X Il-proposta/inizjattiva
ma tipprevedix kofinanzjament minn partijiet terzi. –
Il-proposta/inizjattiva tipprevedi l-kofinanzjament
stmat hawn taħt 3.3. Impatt stmat fuq id-dħul –
X Il-proposta/inizjattiva
ma għandha ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul. –
¨ Il-proposta/inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej: –
¨ fuq ir-riżorsi proprji –
¨ fuq dħul mixxelanju [1] Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 tat-28 ta’ Ġunju 2007
dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta' prodotti organiċi u li
jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2092/91 (ĠU L189, 20.07.2007, p. 1), [2] COM (2012) 212 finali tal-11 ta’ Mejju 2012
Rapport mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropoew u lill-Kunsill dwar
l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar
il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta' prodotti organiċi [3] 8906/13 AGRILEG 56 – Il-Produzzjoni Organika: Applikazzjoni tal-qafas regolatorju u żvilupp
tas-settur [4] Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-Idoneità
Regolatorja tal-UE tat-12 ta’ Diċembru 2012 – COM(2012)746. [5] Ir-Regolament
(KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004
dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata
l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi dwar l-għalf u l-ikel,
mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare tal-annimali
(ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1). [6] Ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament
Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li
jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lill-bdiewa taħt skemi
ta' appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament
tal-Kunsill (KE) Nru 637/2008 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009
(ĠU L 347, 20.12.2013, p. 608); ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013
tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013
li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li
jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79,
(KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 347, 20.12.2013,
p. 671); ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar appoġġ
għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew
għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolament
tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 487);
ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’
Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u
l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar
ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98,
(KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (ĠU L 347, 20.12.2013,
p. 549). [7] Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u
tal-Kunsill dwar kontrolli uffiċjali u attivitajiet kummerċjali
oħrajn imwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi dwar
l-ikel u l-għalf, ir-regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq
tal-annimali, is-saħħa tal-pjanti, il-materjal riproduttiv
tal-pjanti, prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u r-Regolamenti ta’
emenda (KE) Nru 999/2001, 1829/2003, 1831/2003, 1/2005, 396/2005, 834/2007,
1099/2009, 1069/2009, 1107/2009, ir-Regolamenti (UE) Nru 1151/2012, [...]/2013
[Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet, jekk jogħġbok
daħħal in-numru tar-Regolament li jistabbilixxi
d-dispożizzjonijiet għall-ġestjoni tan-nefqa relatata mal-katina
alimentari, is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, u dwar
is-saħħa tal-pjanti u materjal riproduttiv tal-pjanti], u
d-Direttivi 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE, 2008/120/KE u 2009/128/KE
(Regolament dwar il-kontrolli uffiċjali), COM(2013)265 final tas-6 ta’
Mejju 2013. [8] Ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament
Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi ta’ kwalità
għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 343, 14.12.2012,
p. 1). [9] ĠU C , , p. . [10] ĠU C , , p. . [11] COM (2009) 234 finali. [12] Ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament
Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità
għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 343, 14.12.2012,
p. 1). [13] Ir-Regolament (UE) Nru 228/2013 tal-Parlament Ewropew
u tal-Kunsill tat-13 ta' Marzu 2013 li jistabbilixxi miżuri
speċifiċi għall-agrikoltura fir-reġjuni
ultraperiferiċi tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill
(KE) Nru 247/2006 (ĠU L 78, 20.3.2013, p.23). [14] Ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u
tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi regoli għal
pagamenti diretti lill-bdiewa taħt skemi ta' appoġġ fil-qafas
tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE)
Nru 637/2008 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 (ĠU L 347, 20.12.2013,
p.608) [15] Ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u
tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar l-appoġġ
għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew
għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolament
tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 (ĠU L 347, 20.12.2013, p.487). [16] COM(2011) 244 finali, ‘L-assigurazzjoni ta' ħajjitna,
il-kapital naturali tagħna: strateġija tal-UE
għall-bijodiversità sal-2020’. [17] SWD(2013) 155 finali, ‘Green Infrastructure (GI) –
Enhancing Europe's Natural Capital’. [18] COM(2006) 231 finali, ‘Strateġija Tematika
għall-Ħarsien tal-Ħamrija’. [19] Id-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u
tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar
selvaġġi (ĠU L 20, 26.1.2010, p.7). [20] Id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar
il-konservazzjoni ta’ l-habitat naturali u tal-fawna u l-flora
selvaġġa (ĠU L 206, 22.7.1992, p.7). [21] Id-Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE tat-12 ta’
Diċembru 1991 dwar il-protezzjoni ta’ l-ilma kontra t-tniġġis
ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli (ĠU L 375, 31.12.1991, p.1). [22] Id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u
tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2000 li tistabilixxi qafas għal azzjoni
Komunitarja fil-qasam tal-politika ta' l-ilma (ĠU L 327, 22.12.2000, p.1). [23] Id-Direttiva 2001/81/KE tal-Parlament Ewropew u
tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2001 dwar il-livelli nazzjonali massimi ta'
l-emissjonijiet ta' ċerti inkwinanti atmosferiċi (ĠU L 309, 27.11.2001,
p. 22). [24] Id-Direttiva 2009/18/KE tal-Parlament Ewropew u
tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni
Komunitarja biex jinkiseb użu sostenibbli tal-pestiċidi (ĠU L 309,
24.11.2009, p. 71) [25] COM (2010)2020 final [26] Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 tat-28 ta’ Ġunju 2007
dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi u li
jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2092/91 (ĠU L 189, 20.7.2007,
p. 1). [27] Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE tas-6 ta’
Mejju 2003 concerning the definition of micro, small and medium-sized
enterprises (dwar id-definizzjoni ta' impriżi mikro, żgħar u ta'
daqs medju) (ĠU L 124, tal-20.05.2003, p. 36). [28] Ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u
tal-Kunsill tal-21 ta Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti
għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE
u 91/414/KEE (ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1). [29] COM(2013) 229 tad-29.4.2013. [30] Regolament tal-Kummissjoni (KE) NRU 889/2008 tal-5 ta'
Settembru 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni
tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar il-produzzjoni organika u
t-tikkettar ta' prodotti organiċi fir-rigward tal-produzzjoni,
it-tikkettar u l-kontroll organiku ( ĠU
L 250, 18.9.2008, p.1) [31] Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/125/KE tal-5 ta’
Diċembru 2006 dwar ikel ipproċessat ibbażat fuq
iċ-ċereali u ikel tat-trabi għat-trabi u għat-tfal
żgħar (ĠU L 339, 6.12.2006, p. 16). [32] Ir-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u
tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar l-għoti ta’ informazzjoni dwar
l-ikel lill-konsumaturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1924/2006 u (KE) Nru
1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva
tal-Kummissjoni 87/250/KEE, id-Direttiva tal-Kunsill 90/496/KEE, id-Direttiva
tal-Kummissjoni 1999/10/KE, id-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u
tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kummissjoni 2002/67/KE u 2008/5/KE u r-Regolament
tal-Kummissjoni (KE) Nru 608/2004 (ĠU L 304, 22.11.2011, p.18).– [33] Ir-Regolament (UE) Nru XX/XXX tal-Parlament Ewropew u
tal-Kunsill ta’ […] dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet
uffiċjali oħra mwettqa biex tiġi żgurata l-applikazzjoni
tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, tar-regoli dwar is-saħħa u t-trattament
xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti, il-prodotti
għall-protezzjoni tal-pjanti u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001,
1829/2003, 1831/2003, 1/2005, 396/2005, 834/2007, 1099/2009, 1069/2009, 1107/2009,
u r-Regolamenti (UE) Nru 1151/2012, […]/2013[Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet,
jekk jogħġbok daħħal in-numru tar-Regolament li
jistabbilixxi dispożizzjonijiet għall-ġestjoni tan-nefqa
relatata mal-katina tal-ikel, is-saħħa tal-annimali u l-benessri
tal-annimali u li huma relatati mas-saħħa tal-pjanti u materjal
riproduttiv tal-pjanti], u d-Direttivi 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE,
2008/120/KE u 2009/128/KE (ir-Regolament dwar il-kontrolli uffiċjali)
(ĠU L …). [34] Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011
tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi
r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll
mill-Istati Membri tal-eżerċizzju tas-setgħat ta’
implimentazzjoni tal-Kummissjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p.13). [35] Ir-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u
tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar l-għoti ta’ informazzjoni dwar
l-ikel lill-konsumaturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1924/2006 u
(KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar
id-Direttiva tal-Kummissjoni 87/250/KEE, id-Direttiva tal-Kunsill 90/496/KEE,
id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/10/KE, id-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament
Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kummissjoni 2002/67/KE u 2008/5/KE u
r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 608/2004 (ĠU L 304, 22.11.2011, p.18).
[36] [titlu sħiħ] (ĠU L,…). [37] [titlu sħiħ] (ĠU L,…). [38] Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u
tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni
komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti
tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007
(ĠU L 347, 20.12.2013, p.671). [39] Ir-Regolament (EU) Nru 1380/2013 tal-Parlament
Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni
tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE)
Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u
(KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354,
28.12.2013, p. 22). [40] Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2001/82/KE
tas-6 ta' Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità rigward
il-prodotti mediċinali veterinarji (ĠU L 311, 28.11.2001, p.1). [41] Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew
u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabbilixxi
l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar
l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u
jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel (ĠU
L 31 1.2.2002, p. 1). [42] Ir-Regolament (KE) Nru 767/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu ta’ għalf,
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 79/373/KEE, id-Direttiva
tal-Kummissjoni 80/511/KEE, id-Direttivi tal-Kunsill 82/471/KEE, 83/228/KEE, 93/74/KEE,
93/113/KE u 96/25/KE u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/217/KE
(ĠU L 229, 1.9.2009, p. 1). [43] Id-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u
tal-Kunsill tat-12 ta' Marzu 2001 dwar ir-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta'
organiżmi modifikati ġenetikament u li tħassar id-Direttiva
tal-Kunsill 90/220/KEE (ĠU L 106, tas-17.4.2001, p.1). [44] Ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament
Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-addittivi tal-ikel
(ĠU L 354, 31.12.2008, p.16). [45] Ir-Regolament (KE) Nru1831/2003 tal-Parlament Ewropew u
tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-additivi għall-użu
fl-għalf tal-annimali (ĠU L 268, 18.10.2003, p.29). [46] Ir-Regolament (KE) Nru 1332/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-enżimi tal-ikel u li jemenda
d-Direttiva tal-Kunsill 83/417/KEE, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999,
id-Direttiva 2000/13/KE, id-Direttiva tal-Kunsill 2001/112/KE u r-Regolament
(KE) Nru 258/97 (ĠU L 354, 31.12.2008, p. 7) [47] Id-Direttiva tal-Kunsill 96/29/Euratom tat-13 ta’ Mejju 1996
li tistabbilixxi standards bażiċi ta’ sigurtà għall-ħarsien
tas-saħħa tal-ħaddiema u l-pubbliku ġenerali kontra
l-perikli li jiġu minn radjazzjoni ionizzanti (ĠU L 159, 29.6.1996,
p.1). [48] Ir-Regolament (KE) 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u
tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar ikel u għalf modifikat
ġenetikament (ĠU L 268, 18.10.2003, p.1). [49] Ir-Regolament (KE) Nru 1830/2003 tal-Parlament Ewropew u
tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar it-traċċabbiltà u
l-ittikkettar ta’ organiżmi modifikati ġenetikament u
t-traċċabbiltà ta’ prodotti tal-ikel u għalf manifatturati minn
organiżmi modifikati ġenetikament u li jemenda d-Direttiva 2001/18/KE
(ĠU L 268, 18.10.2003, p.24). [50] Id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward
tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' dik
id-data (ĠU L 281, 23.11.1995, p.31). [51] Ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew
u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 li jistabbilixxi
r-rekwiżiti għall-akkreditament u għas-sorveljanza tas-suq
relatati mal-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti, u li jħassar
ir-Regolament (KEE) Nru 339/93 (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 30). [52] Tal-inqas 6 xhur wara d-dħul fis-seħħ. [53] ABM: ġestjoni bbażata fuq l-attività – ABB: ibbaġitjar
ibbażat fuq l-attività. [54] Kif imsemmi fl-Artikolu 54(2)(a) jew (b)
tar-Regolament Finanzjarju. [55] L-Artikolu 110 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament
Ewropew u tal-Kunsill dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u
l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni. [56] Sanders, J (ed.) 2013: Evaluation of the EU legislation on
organic farming, Thünen Institute of Farm Economics http://ec.europa.eu/agriculture/evaluation/market-and-income-reports/organic-farming-2013_en.htm [57] Ir-Regolament UE Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li
jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lill-bdiewa taħt skemi
ta' appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni u li jħassar
ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 637/2008 u r-Regolament tal-Kunsill
(KE) Nru 73/2009. [58] Ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u
tal-Kunsill dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond
Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar
ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005. [59] Dettalji tal-modi ta’ ġestjoni u referenzi
għar-Regolament Finanzjarju jistgħu jinstabu fuq il-websajt tal-BudgWeb:http://www.cc.cec/budg/man/budgmanag/budgmanag_en.html [60] Diff. = Approprjazzjonijiet differenzjati / Mhux Diff. = Approprjazzjonijiet
mhux differenzjati. [61] EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ
Ħieles. [62] Pajjiżi kandidati u, fejn applikabbli, pajjiżi
kandidati potenzjali mill-Balkani tal-Punent. [63] Assistenza teknika u/jew amministrattiva u nefqa
b’appoġġ tal-implimentazzjoni tal-programmi tal-UE u/jew azzjonijiet
(eks linji “BA”), riċerka indiretta, riċerka diretta. [64] Outputs huma prodotti u servizzi li jridu jiġu
forniti (eż.: in-numru ta’ skambji ta’ studenti ffinanzjati, in-numru ta’ km
ta’ toroq mibnija, eċċ.) [65] B’konformtià mal-qafas Komuni
għall-Monitoraġġ u l-Evalwazzjoni tal-PAK, qafas komuni
għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni se jiġi stabbilit mill-2014
’il quddiem u għalhekk it-tabelli tal-indikaturi se jimtlew kif xieraq
iktar tard [66] Assistenza teknika u/jew amministrattiva u nefqa
b’appoġġ tal-implimentazzjoni tal-programmi tal-UE u/jew azzjonijiet
(eks linji “BA”), riċerka indiretta, riċerka diretta. ANNESS I PRODOTTI
OĦRAJN IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 2(1) –
ħmira użata bħala ikel jew
għalf, –
birra, –
matè, –
estratti, essenzi u konċentrati tal-kafè,
tat-te jew tal-matè u preparazzjonijiet b’bażi ta’ dawn il-prodotti jew
b’bażi ta’ kafè, te u matè; ċikwejra inkaljata u sostituti oħra
tal-kafè inkaljati, u estratti, essenzi u konċentrati minnhom, –
nektars tal-frott, –
pejst, butir, xaħam, żejt u trab
tal-kawkaw; ċikkulata, u preparazzjonijiet oħra tal-ikel li fihom
il-kawkaw, –
ħelu magħmul biz-zokkor, –
preparazzjonijiet ta’ ċereali, dqiq, lamtu jew
ħalib; prodotti tal-koki tal-għaġina, –
sopop, –
zlazi, –
ikliet imsajrin lesti, –
ġelat, –
jogurt b'togħmiet miżjudin, jogurt
bil-frott, il-ġewż jew il-kawkaw miżjuda miegħu, –
melħ tal-baħar, –
gomma u reżina naturali, –
trab tad-dakra, –
xama’ tan-naħal, –
żjut essenzjali, –
xarbiet alkoħoliċi, sakemm l-alkoħol
etiliku li jkun intuża fil-produzzjoni tagħhom ikun
esklużivament ta' oriġini agrikola. ANNESS II IR-REGOLI
SPEĊIFIĊI TAL-PRODUZZJONI MSEMMIJIN FIL-KAPITOLU III Parti I:
Regoli għall-produzzjoni tal-pjanti Minbarra r-regoli tal-produzzjoni stabbiliti
fl-Artikoli 7 sa 10, ir-regoli stabbiliti f'din il-Parti għandhom
japplikaw għall-produzzjoni organika tal-pjanti. 1.
Rekwiżiti ġenerali 1.1.
Il-produzzjoni idroponika, li hija metodu ta'
tkabbir tal-pjanti bl-għeruq tagħhom f'soluzzjoni ta' nutrijenti
waħedha, jew f'midjum inert li tinżied miegħu soluzzjoni ta'
nutrijenti, hija pprojbita. 1.2.
It-teknika kollha tal-produzzjoni tal-pjanti
użata għandha tevita jew timminimizza kull kontribuzzjoni għal
kontaminazzjoni tal-ambjent. 1.3.
Konverżjoni 1.3.1.
Biex il-pjanti u l-prodotti mill-pjanti jkunu
kkunsidrati organiċi, ir-regoli tal-produzzjoni stabbiliti f'dan
ir-Regolament iridu jkunu ntużaw fuq biċċiet agrikoli matul
perjodu ta' konverżjoni ta' mill-inqas sentejn qabel
iż-żrigħ, jew, fil-każ ta' art miżrugħa
bil-ħaxix jew għalf perenni, mill-inqas sentejn qabel dan
jintuża bħala għalf minn produzzjoni organika, jew, fil-każ
ta' għelejjel perenni li mhumiex għalf, mill-inqas tliet snin qabel
l-ewwel ħsad ta' prodotti organiċi. 1.3.2.
L-awtorità kompetenti tista' tiddeċiedi, f'xi
każijiet, meta l-art tkun ġiet ikkontaminata bi prodotti mhux
awtorizzati għal produzzjoni organika, li testendi l-perjodu ta'
konverżjoni lil hinn mill-perjodu msemmi fil-punt 1.3.1. 1.3.3.
Fil-każ ta' trattament bi prodott li ma jkunx
awtorizzat għall-produzzjoni organika, l-awtorità kompetenti tkun
teħtieġ perjodu ta' konverżjoni ġdid, b'konformità
mal-punt 1.3.1. Dan il-perjodu
jista' jitqassar fiż-żewġ każijiet li ġejjin: (a)
it-trattament bi prodott li ma jkunx awtorizzat
għall-produzzjoni organika bħala parti minn miżura obbligatorja
ta' kontroll ta' pesti jew ħaxix ħażin, fosthom organiżmi
li jeħtieġu kwarantina jew speċijiet invażivi, imposta
mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru; (b)
trattament bi prodott mhux awtorizzat għal
produzzjoni organika bħala parti minn testijiet xjentifiċi approvati
mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru. 1.3.4.
Fil-każijiet imsemmijin fil-punti 1.3.2.
u 1.3.3., it-tul tal-perjodu ta' konverżjoni għandu jkun iffissat
filwaqt li jitqiesu l-fatturi li ġejjin: (a)
il-proċess ta' degradazzjoni tal-prodott
ikkonċernat għandu jiggarantixxi, fl-aħħar tal-perjodu ta'
konverżjoni, livell insinifikanti ta' residwi fil-ħamrija u,
fil-każ ta' għelejjel perenni, fil-pjanta; (b)
l-għelejjel li jinħsadu wara t-trattament
ma jistgħux jinbiegħu bħala prodotti organiċi. 1.3.5.
Ir-regoli speċifiċi tal-konverżjoni
ta' art assoċjata mat-trobbija ta' bhejjem organiċi għandhom
ikunu kif jidher hawn taħt: 1.3.5.1.
Ir-regoli tal-konverżjoni għandhom
japplikaw għaż-żona kollha tal-unità ta' produzzjoni li fiha
jiġi prodott l-għalf tal-annimali. 1.3.5.2.
Minkejja l-punt 1.3.5.1., il-perjodu
tal-konverżjoni jista' jitnaqqas għal sena fil-mergħat u
fl-ispazji fil-miftuħ użati minn speċijiet mhux erbivori. 1.4.
L-oriġini tal-pjanti, inkluż il-materjal
riproduttiv tal-pjanti 1.4.1.
Għall-produzzjoni ta' pjanti u prodotti
tal-pjanti, għandu jintuża biss materjal riproduttiv tal-pjanti li
jkun prodott b'mod organiku. Għaldaqstant, il-pjanta li tkun maħsuba
għall-produzzjoni ta' materjal riproduttiv tal-pjanti, u fejn hu
rilevanti, il-pjanta omm tkun ġiet prodotta b'konformità ma' dan
ir-Regolament għal mill-inqas ġenerazzjoni waħda, jew,
fil-każ tal-għelejjel perenni, għal mill-inqas ġenerazzjoni
waħda tul żewġ staġunijiet ta' trobbija. 1.4.2.
L-użu ta' materjal riproduttiv tal-pjanti li
ma jkunx riżultat ta' produzzjoni organika. Il-materjal
riproduttiv tal-pjanti li ma jkunx riżultat ta' produzzjoni organika
jista' jintuża biss meta jkun ġej minn unità tal-produzzjoni fi stat
ta' konverżjoni għall-produzzjoni organika, jew, fejn ikun
ġustifikat għall-użu fir-riċerka, għall-ittestjar waqt
provi fuq il-post fuq skala żgħira, jew bil-għan li jiġu
kkonservati riżorsi ġenetiċi bil-qbil tal-awtorità kompetenti tal-Istat
Membru. 1.5.
Il-ġestjoni tal-ħamrija u
l-fertilizzazzjoni 1.5.1.
Il-produzzjoni ta' pjanti organiċi
għandha tuża prattiki ta' tħaddim tar-raba' u ta' kultivazzjoni
li jżommu jew iżidu l-massa organika fil-ħamrija, itejbu
l-istabbiltà u l-bijodiversità tal-ħamrija, u jevitaw it-trassis u
l-erożjoni tal-ħamrija. 1.5.2.
L-attività ta' fertilità u bijoloġika
tal-ħamrija għandha tinżamm u tinżied permezz ta'
rotazzjoni pluriennali tal-għelejjel li tinkludi legumi u għelejjel
ħodor oħrajn użati biex idemmlu, u bl-applikazzjoni tad-demel
tal-bhejjem jew materjal organiku, preferibbilment ikkompostjati, minn
produzzjoni organika. 1.5.3.
Fejn ma jistgħux jintlaħqu
l-bżonnijiet nutrittivi tal-pjanti bil-miżuri previsti
fil-punti 1.5.1. u 1.5.2., jistgħu jintużaw biss fertilizzanti u
tejjieba tal-ħamrija awtorizzati biex jintużaw fil-produzzjoni organika
skont l-Artikolu 19, u dan biss safejn ikun jeħtieġ. 1.5.4.
L-ammont totali ta’ demel tal-bhejjem, kif
iddefinit fid-Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE[1],
applikat fl-azjenda agrikola, ma għandux jaqbeż il-170 kg ta’
nitroġenu għal kull ettaru taż-żona agrikola użata,
fis-sena. Dan il-limitu għandu japplika biss għall-użu ta' demel
tal-irziezet, demel tal-irziezet imnixxef u demel tat-tjur diżidrat,
ħmieġ ikkompostjat tal-annimali, inkluż id-demel tat-tjur,
id-demel tal-irziezet ikkompostjat u l-eskrementi likwidi tal-annimali. 1.5.5.
L-azjendi agrikoli tal-produzzjoni organika
jistgħu jistabbilixxu ftehimiet ta' kooperazzjoni bil-miktub
esklużivament ma' azjendi u impriżi agrikoli oħrajn li
jikkonformaw mar-regoli tal-produzzjoni organika, bl-intenzjoni li jixxerred
id-demel żejjed mill-produzzjoni organika. Il-limitu massimu kif imsemmi
fil-punt 1.5.4., għandu jiġi ikkalkulat abbażi
tal-unitajiet kollha tal-produzzjoni organika involuti f'din il-kooperazzjoni. 1.5.6.
Jistgħu jintużaw preparati xierqa ta'
mikroorganiżmi biex itejbu l-kundizzjoni ġenerali tal-art jew
iżidu n-nutrijenti fl-art jew fl-għelejjel. 1.5.7.
Għall-attivazzjoni tal-kompost jistgħu
jintużaw preparati addattati bbażati fuq il-pjanti, jew preparati ta'
mikroorganiżmi. 1.5.8.
Ma għandhomx jintużaw fertilizzanti
nitroġeni minerali. 1.6.
Il-ġestjoni ta' pesti u ħaxix
ħażin 1.6.1.
Il-prevenzjoni tal-ħsara li jikkawżaw
il-pesti u l-ħaxix ħażin se tkun ibbażata primarjament fuq
il-protezzjoni permezz ta': –
għedewwa naturali, –
l-għażla ta' speċijiet, varjetajiet
u materjal eteroġenu, –
ir-rotazzjoni tal-uċuħ tar-raba’, –
teknika ta' kultivazzjoni bħall-fumigazzjoni
bijoloġika, u –
proċessi termali bħas-solarizzazzjoni u
t-trattament tal-wiċċ tal-ħamrija bil-fwar (sa fond massimu ta' 10 cm). 1.6.2.
Fejn il-pjanti ma jkunux jistgħu jiġu
protetti b'mod adegwat mill-pesti bil-miżuri previsti fil-punt 1.6.1.,
jew f'każ ta' periklu stabbilit għall-għelejjel, jistgħu
jintużaw biss prodotti awtorizzati għall-użu fil-produzzjoni
organika skont l-Artikolu 19, u dawn biss kemm ikun hemm bżonn. 1.6.3.
In-nases u d-distributuri awtomatiċi ta'
prodotti mhux feromoni, għandhom iżommu s-sustanzi milli jiġu
rilaxxati fl-ambjent u jipprevjenu l-kuntatt bejn is-sustanzi u
l-għelejjel li jkunu qegħdin jiġu kkoltivati. In-nases
għandhom jinġabru wara li jintużaw u jintremew b'mod sigur. 1.7.
Il-prodotti għat-tindif u
għad-diżinfezzjoni Rigward it-tindif
u d-diżinfezzjoni, għandhom jintużaw biss il-prodotti
awtorizzati għat-tindif u d-diżinfezzjoni fil-produzzjoni organika,
skont l-Artikolu 19. 2.
Rekwiżiti għal pjanti jew prodotti
tal-pjanti speċifiċi 2.1.
Ir-regoli dwar il-produzzjoni tal-faqqiegħ Għall-produzzjoni
tal-faqqiegħ, jistgħu jintużaw is-substrati, jekk dawn ikunu
komposti biss mill-komponenti li ġejjin: (a)
demel tal-irziezet u ħmieġ tal-annimali: (i) jew mill-azjendi agrikoli li l-produzzjoni
tagħhom hija skont ir-regoli tal-produzzjoni organika; jew (ii) imsemmijin fil-punt 1.5.3., biss
meta ma jkunx disponibbli l-prodott imsemmi fil-punt (i), sakemm
il-kwantità tad-demel tal-irziezet u tal-ħmieġ tal-annimali ma
taqbiżx il-25% tal-piż tat-total tal-komponenti tas-substrat, barra
l-materjal ta' kopertura u xi ilma li jinżied qabel l-ikkompostjar; (b)
prodotti ta' oriġini agrikola, ta'
xort'oħra minn dawk imsemmija fil-punt (a), minn azjendi agrikoli li
l-produzzjoni tagħhom hija skont ir-regoli tal-produzzjoni organika; (c)
pît mhux ittrattat bil-kimika; (d)
injam, mhux ittrattat bi prodotti kimiċi wara
t-tqaċċit; (e)
prodotti minerali msemmija fil-punt 1.5.3.,
ilma u ħamrija. 2.2.
Ir-regoli dwar il-ġbir ta' pjanti slavaġ Il-ġbir ta'
pjanti slavaġ u tal-partijiet tagħhom, li jikbru b'mod naturali
f'żoni naturali, foresti u żoni agrikoli huwa meqjus bħala
metodu ta' produzzjoni organika dment li: (a)
għal perjodu ta' mill-anqas tliet snin qabel
il-ġbir, dawk iż-żoni ma ġewx ittrattati bi prodotti
għajr dawk awtorizzati għall-użu fil-produzzjoni organika skont
l-Artikolu 19; (b)
il-ġbir ma jaffettwax l-istabbiltà tal-abitat
naturali jew il-manteniment tal-ispeċijiet fiż-żona
tal-ġabra. Parti II:
Regoli tat-trobbija tal-bhejjem Minbarra r-regoli tal-produzzjoni stabbiliti fl-Artikoli 7,
8, 9 u 11, ir-regoli stabbiliti f'din il-Parti għandhom japplikaw
għat-trobbija tal-bhejjem. 1.
Rekwiżiti ġenerali 1.1.
Fejn il-bidwi li jrabbi l-bhejjem ma għandux
art agrikola x'jieħu ħsieb, u ma għandux ftehim ta'
kooperazzjoni bil-miktub ma' bidwi ieħor, it-trobbija ta' bhejjem
mingħajr art għandha tkun ipprojbita. 1.2.
Konverżjoni 1.2.1.
Il-perjodu ta' konverżjoni għandu jibda
mill-aktar fis meta l-bidwi jkun innotifika l-attività tiegħu
lill-awtoritajiet kompetenti u ssoġġetta l-azjenda tiegħu
għas-sistema ta' kontroll skont dan ir-Regolament. 1.2.2.
Il-perjodi ta' konverżjoni speċifiċi
għat-tip ta' trobbija tal-annimali qegħdin stabbiliti fil-punt 2. 1.2.3.
L-annimali u l-prodotti tal-annimali li jiġu
prodotti waqt il-perjodu ta' konverżjoni ma għandhomx ikunu
kkummerċjalizzati bħala organiċi. 1.2.4.
L-annimali u l-prodotti tal-annimali jistgħu
jitqiesu li huma organiċi fit-tmiem tal-perjodu ta' konverżjoni jekk
ikun hemm konverżjoni simultanja tal-unità tal-produzzjoni kollha, u dan
jinkludi l-bhejjem, il-mergħat, u kull art li tintuża
għat-tagħlif tal-annimali. 1.3.
L-oriġini tal-annimali 1.3.1.
Il-bhejjem organiċi għandhom jitwieldu u
jitrabbew f'azjendi agrikoli organiċi. 1.3.2.
L-annimali eżistenti fl-azjenda agrikola
fil-bidu tal-perjodu ta' konverżjoni u l-prodotti tagħhom
jistgħu jitqiesu li jkunu organiċi wara li jkun hemm konformità
mal-perjodu ta' konverżjoni msemmi fil-punt 2. 1.3.3.
Rigward it-trobbija tal-annimali organiċi: (a)
ir-riproduzzjoni għandha ssir b'metodi
naturali; iżda l-inseminazzjoni artifiċjali għandha tkun
permessa; (b)
ir-riproduzzjoni ma għandhiex tiġi
mħaffa bi trattament b'ormoni jew sustanzi simili, jekk mhux bħala
forma ta' trattament veterinarju terapewtiku fil-każ ta' annimal
individwali; (c)
ma għandhomx jintużaw forom oħra ta'
riproduzzjoni artifiċjali, bħall-ikklonjar u t-trasferimenti
tal-embrijuni; (d)
l-għażla tar-razez għandha tkun
xierqa u tikkontribwixxi għall-prevenzjoni ta' kull tbatija u biex tkun
evitata l-ħtieġa ta' mutilazzjoni tal-annimali. 1.3.4.
Fl-għażla tal-insla jew tar-razez,
għandha titqies il-kapaċità tal-annimali li jadattaw
għall-kundizzjonijiet lokali, mingħajr ħsara għall-benessri
tagħhom, għall-vitalità tagħhom u għar-reżistenza
tagħhom għall-mard. Barra minn hekk, għandhom
jintgħażlu insla jew razez ta' annimali biex jiġi evitat mard
speċifiku jew problemi tas-saħħa assoċjati ma' xi insla jew
razez li jintużaw fil-produzzjoni intensiva, bħas-sindrome
tal-istress tal-qżieqeż, is-Sindrome PSE (laħam pallidu, artab,
inixxi), mewt f'daqqa, abort spontanju u twelid diffiċli li jkun
jeħtieġ operazzjoni ċeżarja. Għandha tingħata
preferenza lil insla u razez indiġeni. 1.3.5.
Jistgħu jiddaħħlu annimali li ma
jkunux imrobbija b'mod organiku f'azjenda agrikola, meta jkun hemm il-periklu
li r-razez jintilfu għall-biedja kif stabbilit fl-Anness IV
tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1974/2006[2], u f’dak il-każ
l-annimali ta’ dawk ir-razez ma hemmx għalfejn bilfors ma jkunu qatt
welldu qabel. 1.4.
Nutrizzjoni 1.4.1.
Rekwiżiti ġenerali tan-nutrizzjoni Rigward
in-nutrizzjoni għandhom japplikaw ir-regoli li ġejjin: (a)
l-għalf tal-bejjem għandu jinkiseb
primarjarment mill-azjenda agrikola fejn jinżammu l-annimali jew minn
azjendi organiċi oħrajn fl-istess reġjun; (b)
il-bhejjem għandhom jintgħalfu
b'għalf organiku li jissodisfa l-ħtiġiet nutrittivi tal-annimali
fl-istadji varji tal-iżvilupp. It-tagħlif ristrett mhuwiex permess
fil-produzzjoni tal-bhejjem; (c)
huwa pprojbit li l-bhejjem jinżammu
f'kundizzjonijiet jew fuq dieta, li jistgħu jinkoraġġixxu
l-anemija; (d)
il-prattiki tat-tismin għandhom ikunu
reversibbli f'kull stadju tal-proċess tat-trobbija. It-tagħlif sfurzat
huwa pprojbit; (e)
bl-eċċezzjoni tan-naħal, il-bhejjem
għandu jkollhom aċċess permanenti għall-ħaxix jew
għall-għalf oħxon; (f)
ma għandhomx jintużaw promuturi
tat-tkabbir u aċidi amminiċi sintetiċi; (g)
l-annimali mhux miftumin għandhom
preferibbilment jingħataw il-ħalib tal-omm għal perjodu minimu; (h)
il-materjali tal-għalf ta' oriġinu
minerali, l-additivi tal-għalf; ċerti prodotti li jintużaw
fin-nutrizzjoni tal-annimali u għajnuniet għall-ipproċessar
għandhom jintużaw biss jekk ikunu ġew awtorizzati
għall-użu fil-produzzjoni organika skont l-Artikolu 19. 1.4.2.
Il-mergħa fuq art komuni u t-transumanza 1.4.2.1.
L-annimali organiċi jistgħu jimirħu
fuq art komuni, sakemm: (a)
l-art komuni tkun ġestita kompletament bi qbil
ma' dan ir-Regolament; (b)
kull annimal mhux organiku li juża din l-art
ikun ġej minn sistema ta' produzzjoni li tkun ekwivalenti għal
waħda minn dawk stipulati fl-Artikoli 28 u 30 tar-Regolament (UE)
Nru 1305/2013[3]; (c)
kull prodott tal-bhejjem minn annimali
organiċi, waqt li jkunu qed jużaw din l-art, ma jitqiesx bħala
prodott minn produzzjoni organika, sakemm ma tkunx tista' tiġi ppruvata
segregazzjoni adegwata minn annimali mhux organiċi. 1.4.2.2.
Matul il-perjodu ta' transumanza, l-annimali
jistgħu jimirħu fuq art mhux organika meta jkunu qed jitmexxew,
bil-pass, minn mergħa għal oħra. Huwa permess li l-annimali
jieklu għalf mhux organiku fl-għamla ta' ħxejjex
tal-mergħa, għal massimu ta' 35 jum li jkopru kemm il-vjaġġ
'il barra kif ukoll il-vjaġġ tar-ritorn. 1.4.3.
It-tagħlif waqt il-konverżjoni 1.4.3.1.
Fl-azjendi fi stat ta' konverżjoni, sa 15 %
tal-ammont medju totali ta’ prodotti tal-għalf mogħtija lill-bhejjem
jista’ jkun ġej mill-imrieħ jew mill-ħsad ta’ mergħat
permanenti, minn biċċiet agrikoli perenni tal-għalf jew
mill-għelejjel tal-proteini, miżrugħin skont ġestjoni
organika f’artijiet li jkunu fl-ewwel sena tal-konverżjoni tagħhom,
dejjem jekk dawn ikunu parti mill-istess azjenda. L-għalf prodott fl-ewwel
sena tal-konverżjoni ma jistax jintuża għall-produzzjoni ta'
għalf ipproċessat organiku. F’każ li jkunu qed jintużaw
kemm prodotti tal-għalf fil-fażi tal-konverżjoni kif ukoll
prodotti tal-għalf minn biċċiet agrikoli li jkunu fl-ewwel sena
tal-bidla tagħhom, il-perċentwal tal-ammont totali ta' dan
l-għalf ma għandux jaqbeż il-perċentwali massimi stabbiliti
fil-punt 1.4.3.2. 1.4.3.2.
Fl-azjendi agrikoli organiċi, sa 20%
tar-razzjon tal-formola tal-għalf bħala medja jista' jkun
magħmul minn għalf prodott waqt il-konverżjoni, jiġifieri
għalf prodott waqt it-tieni sena tal-konverżjoni. Għall-azjendi
agrikoli fil-konverżjoni, jekk l-għalf li jkun prodott waqt
il-konverżjoni jkun mill-istess azjenda, dan il-perċentwal jista'
jiżdied sa 100%. 1.4.3.3.
Iċ-ċifri fil-punti 1.4.3.1. u 1.4.3.2.
għandhom jiġu kkalkulati kull sena bħala perċentwali
tal-materja niexfa ta' prodotti tal-għalf ta' oriġini mill-pjanti. 1.4.4.
L-użu ta’ ċerti materji u sustanzi
fl-għalf Fl-ipproċessar
tal-għalf organiku u fit-tagħlif ta' annimali organiċi
jistgħu jintużaw biss materjali organiċi ta' oriġini
mill-annimali, kif ukoll materjali u addittivi tal-għalf awtorizzati
għall-użu fil-produzzjoni organika skont l-Artikolu 19. 1.5.
Il-kura tas-saħħa 1.5.1.
Il-prevenzjoni tal-mard 1.5.1.1.
Il-prevenzjoni tal-mard għandha tkun
ibbażata fuq l-għażla tal-insla u tar-razez, fuq il-prattiki ta'
ġestjoni tat-trobbija, fuq l-għalf ta' kwalità tajba u fuq
l-eżerċizzju, id-densitajiet ta' stokkijiet xierqa u l-akkomodazzjoni
adegwata u xierqa miżmuma f'kundizzjonijiet iġjeniċi. 1.5.1.2.
Għandu jkun permess l-użu ta' prodotti
mediċinali veterinarji immunoloġiċi. 1.5.1.3.
L-użu ta' prodotti mediċinali veterinarji
allopatiċi sintetizzati kimikament jew ta' antibijotiċi għal
trattament ta' prevenzjoni huwa pprojbit. 1.5.1.4.
L-użu ta' sustanzi li jippromwovu t-tkabbir
jew il-produzzjoni (inklużi l-antibijotiċi,
il-koċċidijostatiċi, u għajnuniet artifiċjali
oħra għall-iskop tal-promozzjoni tat-tkabbir) u l-użu ta' ormoni
jew sustanzi simili għall-kontroll tar-riproduzzjoni jew għal
għanijiet oħra (eż. l-induzzjoni jew is-sinkronizzazzjoni
tal-estru), huwa pprojbit. 1.5.1.5.
Meta l-bhejjem jinkisbu minn unitajiet li mhumiex
organiċi, jistgħu japplikaw miżuri speċjali bħal
testijiet ta' skrining jew perjodi ta' kwarantina, skont
iċ-ċirkostanzi lokali. 1.5.1.6.
Rigward it-tindif u d-diżinfezzjoni,
għandhom jintużaw biss il-prodotti awtorizzati għat-tindif u
d-diżinfezzjoni fil-produzzjoni organika, skont l-Artikolu 19. 1.5.1.7.
L-istrutturi tal-kenn, l-istalel, it-tagħmir u
l-aċċessorji għandhom jitnaddfu u jkunu diżinfettati tajjeb
biex jiġu evitati infezzjonijiet minn wieħed għall-ieħor u
ż-żieda tal-organiżmi li jġorru l-mard. Il-ħmieġ
tal-annimali, l-awrina u l-għalf li ma jkunx ittiekel jew li jkun waqa'
għandhom jitneħħew kemm-il darba jkun hemm bżonn biex
tonqos kemm jista' jkun ir-riħa u ma jiġux atratti insetti jew
ġrieden. Il-veleni tal-ġrieden (li għandhom jintużaw biss
fin-nases), u l-prodotti awtorizzati għall-użu fil-produzzjoni organika
skont l-Artikolu 19, jistgħu jintużaw għall-eliminazzjoni
ta' insetti u pesti oħra fi strutturi u f'installazzjonijiet oħra
fejn jinżammu l-bhejjem. 1.5.2.
It-trattament veterinarju 1.5.2.1.
F'każ li minkejja li jitwettqu miżuri
preventivi biex jiżguraw li l-annimali jibqgħu f'saħħithom,
dawn jimirdu jew iweġġgħu, għandhom jingħataw kura
minnufih. 1.5.2.2.
Il-mard għandu jiġi ttrattat minnufih
biex kemm jista' jkun l-annimal ma jsofrix; prodotti mediċinali
veterinarji allopatiċi sintetizzati kimikament, inklużi l-antibijotiċi
jistgħu jintużaw fejn jeħtieġ u f'kundizzjonijiet stretti u
taħt ir-responsabbiltà ta' veterinarju, fejn ma jkunx addattat l-użu
ta' prodotti fitoterapewtiċi, omeopatiċi u oħrajn. B'mod
partikolari għandhom jiġu ddefiniti r-restrizzjonijiet rigward korsijiet
ta' trattament u perjodi ta' rtirar. 1.5.2.3.
Materjali tal-għalf ta' oriġini minerali
u addittivi nutrittivi awtorizzati għall-użu fil-produzzjoni organika
skont l-Artikolu 19, u l-prodotti fitoterapewtiċi u omeopatiċi
għandhom jintużaw bi preferenza għal trattamenti veterinarji
allopatiċi sintetizzati kimikament, inklużi l-antibijotiċi,
dejjem jekk l-effett terapewtiku tagħhom ikun effettiv
għall-ispeċi ta' annimal, u għall-kundizzjoni li għaliha
huwa maħsub it-trattament. 1.5.2.4.
Bl-eċċezzjoni tat-tilqim, ta' trattamenti
għall-parassiti u skemi obbligatorji ta' eradikazzjoni meta annimal jew
grupp ta' annimali jirċievu iktar minn tliet korsijiet ta' trattamenti bi
prodotti mediċinali veterinarji allopatiċi sintetizzati kimikament,
fosthom l-antibijotiċi, fi żmien 12-il xahar, jew iktar minn kors
wieħed ta' trattament jekk iċ-ċiklu produttiv tal-ħajja
tagħhom huwa ta' inqas minn sena, il-bhejjem ikkonċernati, jew
il-prodotti dderivati minnhom, ma jistgħux jinbiegħu bħala prodotti
organiċi, u l-bhejjem għandhom joqogħdu għall-perjodi ta'
konverżjoni stabbiliti fil-punti 1.2 u 2. 1.5.2.5.
Il-perjodu tal-irtirar bejn l-aħħar
amministrazzjoni tal-prodott mediċinali veterinarju allopatiku lil
annimali f'kundizzjonijiet ta' użu normali, u l-produzzjoni ta' prodotti
tal-għalf iffabbrikati b'mod organiku minn dawn l-annimali, għandu
jkun darbtejn il-perjodu tal-irtirar imsemmi fl-Artikolu 11 tad-Direttiva 2001/82/KE
jew, f'każ fejn dan il-perjodu ma jkunx speċifikat, 48 siegħa. 1.5.2.6.
Għandhom ikunu permessi t-trattamenti marbutin
mal-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali, imposti
abbażi tal-leġislazzjoni tal-Unjoni. 1.6.
Il-kundizzjonijiet tal-akkomodazzjoni tal-bhejjem u
l-prattiki tat-trobbija 1.6.1.
L-insulazzjoni, it-tisħin u l-ventilazzjoni
tal-istruttura għandhom jassiguraw li ċ-ċirkolazzjoni tal-arja,
il-livell tat-trab, it-temperatura, l-umdità relattiva tal-arja u
l-konċentrazzjoni gassuża, jinżammu f'limiti li ma jkunux ta'
ħsara għall-benessri tal-annimali. L-istruttura għandha tkun
tippermetti li jidħol ħafna dawl naturali. 1.6.2.
L-istrutturi tal-kenn tal-bhejjem m'għandhomx
ikunu obbligatorji f'żoni b'kundizzjonijiet klimatiċi xierqa li
jippermettu li l-annimali jgħixu barra. Il-bhejjem għandu ikollhom
aċċess permanenti għal żoni fil-miftuħ,
preferibbilment għall-mergħa, kull meta jippermettu l-kundizzjonijiet
tat-temp u l-istat tal-art jippermetti, sakemm ma jiġux imposti,
abbażi tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, restrizzjonijiet u
l-obbligi marbutin mal-protezzjoni tas-saħħa tal-bnedmin u
tal-annimali. L-annimali għandu jkollhom aċċess għal strutturi
tal-kenn jew postijiet fid-dell li jipproteġuhom minn kundizzjonijiet
tat-temp ħżiena. 1.6.3.
Id-densità tal-istokkijiet fl-istruttura
għandha tipprovdi għall-kumdità, il-benessri u l-ħtiġiet
speċifiċi għall-ispeċi tal-annimali li, b'mod partikolari,
għandhom ikunu jiddependu fuq l-ispeċi, ir-razza u l-età
tal-annimali. Għandhom jitqiesu wkoll il-ħtiġiet tal-imġiba
tal-annimali li jiddependu b'mod partikolari fuq id-daqs tal-grupp u fuq
is-sess tal-annimali. Id-densità tal-popolazzjoni jrid ikun maħsub biex
jiżgura l-benessri tal-annimali billi dawn ikollhom biżżejjed
spazju biex joqogħdu bilwieqfa b'mod naturali, jimteddu faċilment,
iduru, jitnaddfu, joqgħodu f'kull pożizzjoni naturali u jagħmlu
l-movimenti naturali kollha, bħal jitmattru u jfarfru ġwinħajhom. 1.6.4.
L-erja minima tal-wiċċ fl-akkomodazzjoni
kemm ġewwa u barra, u karatteristiċi oħrajn tal-akkomodazzjoni
għal speċijiet u kategoriji differenti għandhom ikunu kif
stabbilit fil-punti 2.1.4., 2.2.4., 2.3.4. u 2.4.5. 1.6.5.
L-ispazji fil-miftuħ jistgħu jkunu parzjalment
msaqqfa. Il-verandi ma jitqisux bħala spazji fil-miftuħ. 1.6.6.
Id-densità totali tal-istokkijiet ma għandhiex
taqbeż il-limitu ta' 170 kg ta' nitroġenu organiku tal-ispazju
agrikolu kull ettaru fis-sena. 1.6.7.
Biex tiġi ddeterminata d-densità tal-bhejjem xierqa
msemmija fil-punt 1.6.6., l-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi
l-unitajiet ta' bhejjem ekwivalenti għal-limitu msemmi fil-punt 1.6.6.,
skont iċ-ċifri stabbiliti f'kull wieħed mir-rekwiżiti
speċifiċi għall-produzzjoni tal-annimali. 1.7.
It-trattament xieraq tal-annimali 1.7.1.
Kull persuna li żżomm l-annimali
għandu jkollha l-għarfien bażiku u l-kapaċitajiet
meħtieġa fir-rigward tas-saħħa u l-ħtiġijiet
tat-trattament xieraq tal-annimali. 1.7.2.
Il-prattiki tat-trobbija, inkluż
id-densitajiet tal-istokkijiet, u l-kundizzjonijiet tal-akkomodazzjoni
għandhom jiżguraw li jiġu sodisfatti l-ħtiġiet ta'
żvilupp, fiżjoloġiċi u etoloġiċi tal-annimali. 1.7.3.
Il-bhejjem għandu jkollhom aċċess
permanenti għal spazji fil-miftuħ, preferibbilment fil-mergħa,
kull meta jippermettu l-kundizzjonijiet tat-temp u l-istat tal-art, sakemm ma
jkunx hemm imposti restrizzjonijiet u l-obbligi relatati mal-protezzjoni
tas-saħħa tal-bnedmin u tal-annimali, abbażi
tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. 1.7.4.
L-għadd ta' bhejjem għandu jkun limitat
biex kemm jista' jkun ma jkunx hemm wisq bhejjem jirgħu,
tgħaffiġ tal-ħamrija, erożjoni, jew tniġġis
ikkawżat mill-annimali jew mit-tixrid tad-demel tagħhom. 1.7.5.
Fejn japplikaw l-Artikolu 8(5) u l-punt 1.4.2.2.
ta' din il-Parti, il-bhejjem organiċi għandhom jinżammu separati
minn bhejjem oħra. 1.7.6.
L-irbit jew l-iżolament tal-bhejjem
għandu jkun ipprojbit, jekk mhux għal annimali individwali għal
perjodu limitat ta' żmien sakemm dan ikun minħabba raġunijiet
veterinarji. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jawtorizzaw li l-bhejjem
fil-mikrointrapriżi jistgħu jintrabtu jekk ma jkunx possibbli li
jinżammu fi gruppi addattati għall-ħtiġiet tal-imġiba
tagħhom, dejjem jekk dawn ikollhom aċċess
għall-mergħat matul il-perjodu tar-ragħa, u għall-inqas
darbtejn fil-ġimgħa jkollhom aċċess għal spazji
fil-miftuħ meta r-ragħa ma jkunx possibbli. 1.7.7.
It-tul taż-żmien tat-trasportazzjoni
tal-bhejjem għandu jiġi minimizzat. 1.7.8.
Għandha tinżamm għall-minimu kull
tbatija tul il-ħajja kollha tal-annimal, anki fil-ħin tal-qatla. 1.7.9.
Il-mutilazzjoni tal-annimali hija pprojbita. 1.7.10.
Kull tbatija tal-annimali għandha titnaqqas
kemm jista' jkun billi jintuża l-loppju (anesteżija) u/jew
l-analġeżija adegwati u billi l-operazzjoni ssir biss fl-iktar età
addattata minn persunal ikkwalifikat. 1.7.11.
Il-kastrazzjoni fiżika għandha tkun permessa
biex tinżamm il-kwalità tal-prodotti u tal-prattiki tradizzjonali
tal-produzzjoni, iżda għandha ssir biss permezz tal-anesteżija
jew l-analġeżija xierqa u l-operazzjoni għandha ssir
fl-iżjed età xierqa u titwettaq minn persunal ikkwalifikat. 1.7.12.
It-tagħbija u l-ħatt tal-annimali
għandhom isiru mingħajr l-użu ta' ebda tip ta' stimolazzjoni
elettrika li tisforza lill-annimali jiċċaqilqu. L-użu ta'
kalmanti allopatiċi, qabel jew matul it-trasport, huwa pprojbit. 2.
Ir-rekwiżiti għal speċijiet
speċifiċi ta' bhejjem 2.1.
Il-produzzjoni ta' annimali bovini, ovini u kaprini 2.1.1.
Il-konverżjoni Biex l-annimali
bovini, ovini u kaprini u l-prodotti tagħhom jitqiesu bħala
organiċi, ir-regolamenti tal-produzzjoni stabbiliti f'dan ir-Regolament
iridu jkunu ġew applikati għal mill-inqas: (a)
12-il xahar fil-każ ta' annimali bovini,
għall-produzzjoni tal-laħam, u f'kull każ għal mill-inqas
tliet kwarti minn ħajjithom; (b)
sitt xhur fil-każ ta' annimali ovini u kaprini
u annimali għall-produzzjoni tal-ħalib. 2.1.2.
In-nutrizzjoni Rigward in-nutrizzjoni
għandhom japplikaw ir-regoli li ġejjin: (a)
l-annimali bovini, ovini u kaprini għandu
jkollhom aċċess għall-mergħa kull meta jippermettu
l-kundizzjonijiet; (b)
minkejja l-punt (a), il-barrin ta' iktar minn sena
għandu jkollhom aċċess għal mergħat jew għal spazju
fil-miftuħ; (c)
f'każijiet fejn l-annimali bovini, ovini u
kaprini jkollhom aċċess għall-mergħat matul il-perjodu
tar-ragħa u meta s-sistema tal-akkomodazzjoni matul ix-xitwa tagħti
libertà ta' moviment lill-annimali, l-obbligu li l-annimali jingħataw spazji
fil-miftuħ matul ix-xhur tax-xitwa jista' jitneħħa; (d)
minbarra waqt il-perjodu ta’ kull sena meta
l-annimali jkunu fi transumanza msemmija fil-punt 1.4.2.2., mill-inqas 90 %
tal-għalf għandu jiġi mill-azjenda agrikola stess jew f’każ
li dan ma jkunx jista’ jsir, dan għandu jkun prodott b’kooperazzjoni ma’
rziezet organiċi oħrajn fl-istess reġjun; (e)
is-sistemi tat-trobbija għall-annimali bovini,
ovini u kaprini għandhom ikunu bbażati fuq l-użu massimu ta'
mergħat skont id-disponibbiltà tal-mergħat f'perjodi differenti
tas-sena. Mill-inqas 60% tal-materja niexfa fir-razzjonijiet ta' kuljum
tal-annimali bovini, ovini u kaprini għandha tikkonsisti minn fibra,
għalf frisk jew imnixxef, jew għalf mill-ħaxix. Huwa permess
tnaqqis għal 50 % għal annimali fil-produzzjoni tal-ħalib
għal perjodu massimu ta’ tliet xhur fiż-żmien bikri
tat-treddigħ; (f)
l-annimali kollha bovini, ovini u kaprini li jkunu
qegħdin jerdgħu, għandhom preferibbilment jingħataw
il-ħalib tal-omm għal perjodu minimu ta' tliet xhur
għall-annimali bovini u 45 jum għall-annimali ovini u kaprini. 2.1.3.
Kundizzjonijiet speċifiċi
tal-akkomodazzjoni Rigward
l-akkomodazzjoni għandhom japplikaw ir-regoli li ġejjin: (a)
l-akkomodazzjoni ta' annimali bovini, ovini u
kaprini għandu jkollha art lixxa imma mhux li tiżloq. Mill-inqas nofs
l-erja tal-wiċċ tal-akkomodazzjoni ta' ġewwa għall-annimali
bovini, ovini u kaprini, irid ikun, kif stipulat fil-punt 2.1.4.,
sħiħ u mhux forma ta' pjanċi fi strixxi jew gradilja; (b)
l-akkomodazzjoni jrid ikun fiha żona tal-art
sħiħa, mhux magħmula minn pjanċi fi strixxi jew gradilja,
li tkun komda, nadifa u niexfa, u kbira biżżejjed biex l-annimali
jimteddu/jistrieħu fuqha. Għandu jitferrex biżżejjed tiben
niexef fiż-żona tal-mistrieħ. Il-mifrex għandu jkun
magħmul minn tiben jew materjal naturali addattat ieħor. Il-mifrex
jista' jittejjeb bi kwalunkwe prodott minerali awtorizzat
għall-produzzjoni organika bħala fertilizzant jew tejjieb
tal-ħamrija skont l-Artikolu 19; (c)
minkejja l-punt (a) tal-ewwel sottoparagrafu
tal-Artikolu 3(1) u t-tieni sottoparagrafu tal-istess Artikolu
tad-Direttiva tal-Kunsill 2008/119/KE[4],
iż-żamma ta' għoġġiela f'kaxxi individwali għandu
jkun ipprojbit wara l-età ta' ġimgħa, jekk mhux għal annimali
individwali għal perjodu ta' żmien limitat, u sakemm dan ikun
iġġustifikat għal raġunijiet veterinarji. 2.1.4.
Id-densità tal-istokkijiet L-għadd ta'
annimali bovini, ovini u kaprini għal kull ettaru għandu jirrispetta
l-limiti li ġejjin: Il-klassi jew l-ispeċi || L-għadd massimu ta’ annimali għal kull ettaru ekwivalenti għal 170 kg N/ettaru/sena Għoġġiela għat-tismin || 5 Annimali bovini oħra ta' inqas minn sena || 5 Annimali bovini rġiel minn sena sa inqas minn sentejn || 3,3 Annimali bovini nisa minn sena sa inqas minn sentejn || 3,3 Annimali bovini rġiel ta' sentejn jew iktar || 2 Erieħ għat-tgħammir || 2,5 Erieħ għat-tismin || 2,5 Baqar tal-ħalib || 2 Baqar tal-ħalib għall-qtil || 2 Baqar oħrajn || 2,5 Mogħoż || 13,3 Nagħaġ (nisa) || 13,3 L-erja minima
tal-art ta' ġewwa u ta' barra u karatteristiċi oħrajn
tal-akkomodazzjoni tal-annimali bovini, ovini u kaprini għandhom ikunu kif
ġej: || Spazju fuq ġewwa (spazju utli disponibbli għall-annimali) || Spazju fuq barra (spazju għall-eżerċizzju, minbarra l-mergħa) || Piż ħaj minimu (f'kg) || M2/ir-ras || M2/ir-ras It-trobbija u t-tismin ta' annimali bovini || sa 100 || 1,5 || 1,1 sa 200 || 2,5 || 1,9 sa 350 || 4,0 || 3 aktar minn 350 || 5 b'minimu ta' 1 m2/100 kg || 3,7 b'minimu ta' 0,75 m2/100 kg Baqar tal-ħalib || || 6 || 4,5 Barrin għar-riproduzzjoni || || 10 || 30 Annimali ovini u kaprini || || 1,5 nagħġa/mogħża || 2,5 || 0,35 ħaruf/gidi || 2,5 b'0,5 kull ħaruf/gidi 2.2.
Il-produzzjoni ta' annimali ekwini 2.2.1.
Il-konverżjoni Biex l-annimali ekwini u l-prodotti
tagħhom jitqiesu bħala organiċi, ir-regoli tal-produzzjoni
stabbiliti f'dan ir-Regolament iridu jkunu ġew applikati għal
mill-inqas: (a)
12-il xahar għall-produzzjoni tal-laħam,
u f'kull każ għal mill-inqas tliet kwarti minn ħajjithom; (b)
sitt xhur fil-każ ta' annimali għal
produzzjoni tal-ħalib. 2.2.2.
In-nutrizzjoni Rigward
in-nutrizzjoni għandhom japplikaw ir-regoli li ġejjin: (a)
l-annimali ekwini għandu jkollhom
aċċess għall-mergħa kull meta jippermettu
l-kundizzjonijiet; (b)
f'każijiet fejn l-annimali ekwini jkollhom
aċċess għal mergħat matul il-perjodu tar-ragħa u meta
s-sistema ta' kenn matul ix-xitwa tagħti l-libertà tal-moviment
lill-annimali, l-obbligu li jingħataw spazji fil-miftuħ matul ix-xhur
tax-xitwa jista' jitneħħa; (c)
ħlief matul il-perjodu ta’ kull sena meta
l-annimali jkunu fi transumanza kif imsemmi fil-punt 1.4.2.2., mill-inqas 90 %
tal-għalf għandu jiġi mill-azjenda agrikola stess, jew
f’każ li dan ma jkunx jista’ jsir, dan għandu jkun prodott
b’kooperazzjoni ma’ azjendi agrikoli organiċi oħrajn fl-istess
reġjun; (d)
is-sistemi tat-trobbija għall-annimali ekwini
għandhom ikunu bbażati fuq l-użu massimu ta' mergħat biex
fihom jimirħu l-annimali skont id-disponibbiltà tal-mergħat f'perjodi
differenti tas-sena. Mill-inqas 60 % tal-materja niexfa fir-razzjonijiet
tal-annimali ekwini għandha tikkonsisti minn fibra, għalf frisk jew
imnixxef, jew għalf mill-ħaxix; (e)
l-annimali ekwini kollha mhux miftumin
għandhom preferibbilment jingħataw il-ħalib tal-omm għal
perjodu minimu ta' tliet xhur. 2.2.3.
Kundizzjonijiet speċifiċi
tal-akkomodazzjoni Rigward
l-akkomodazzjoni għandhom japplikaw ir-regoli li ġejjin: (a)
l-akkomodazzjoni tal-annimali ekwini għandu
jkollha art lixxa imma mhux li tiżloq. Mill-inqas nofs l-erja
tal-wiċċ tal-akkomodazzjoni ta' ġewwa kif speċifikat
fit-tabella dwar l-erjas tal-wiċċ minimi għall-annimali ekwini,
irid ikun, kif stipulat fil-punt 2.2.4., sħiħ u mhux forma ta'
pjanċi fi strixxi jew gradilja; (b)
l-akkomodazzjoni jrid ikun fiha żona tal-art
sħiħa, mhux magħmula minn pjanċi fi strixxi jew gradilja,
li tkun komda, nadifa u niexfa, u kbira biżżejjed biex l-annimali
jimteddu/jistrieħu fuqha. Għandu jitferrex biżżejjed tiben
niexef fiż-żona tal-mistrieħ. Il-mifrex għandu jkun
magħmul minn tiben jew materjal naturali addattat ieħor. Il-mifrex
jista' jittejjeb bi kwalunkwe prodott minerali awtorizzat
għall-produzzjoni organika bħala fertilizzant jew tejjieb
tal-ħamrija skont l-Artikolu 19. 2.2.4.
Id-densità tal-istokkijiet L-għadd ta'
annimali ekwini għal kull ettaru għandu jirrispetta l-limitu li
ġej: Il-klassi jew l-ispeċi || L-għadd massimu ta’ annimali għal kull ettaru ekwivalenti għal 170 kg N/ettaru/sena Ekwini ta' iktar minn sitt xhur || 2 L-erja minima
tal-art ta' ġewwa u ta' barra u karatteristiċi oħrajn
tal-akkomodazzjoni tal-annimali ekwini għandhom ikunu kif ġej: || Spazju fuq ġewwa (spazju utli disponibbli għall-annimali) || Spazju fuq barra (spazju għall-eżerċizzju, minbarra l-mergħa) || Piż ħaj minimu (f'kg) || M2/ir-ras || M2/ir-ras It-trobbija u t-tismin ta' annimali ekwini || sa 100 || 1,5 || 1,1 sa 200 || 2,5 || 1,9 sa 350 || 4,0 || 3 aktar minn 350 || 5 b'minimu ta' 1 m2/100 kg || 3,7 b'minimu ta' 0,75 m2/100 kg 2.3.
Il-produzzjoni ta' annimali suwini 2.3.1.
Il-konverżjoni Biex l-annimali
suwini u l-prodotti tagħhom jitqiesu bħala organiċi, ir-regoli
tal-produzzjoni stabbiliti f'dan ir-Regolament iridu jkunu ġew applikati
għal mill-inqas sitt xhur. 2.3.2.
In-nutrizzjoni Rigward
in-nutrizzjoni għandhom japplikaw ir-regoli li ġejjin: (a)
mill-inqas 60% tal-għalf għandu jkun
mill-azjenda agrikola stess jew, jekk dan ma jkunx possibbli, irid ikun prodott
fl-istess reġjun b'kooperazzjoni ma' rziezet jew operaturi tal-għalf
organiċi oħrajn; (b)
l-annimali suwini kollha mhux miftumin
għandhom preferibbilment jingħataw il-ħalib tal-omm għal
perjodu minimu ta' 40 jum; (c)
għall-qżieqeż, mar-razzjonijiet ta'
kuljum għandhom jinżiedu l-fibra, l-għalf frisk jew imnixxef,
jew l-għalf mill-ħaxix. 2.3.3.
Kundizzjonijiet speċifiċi
tal-akkomodazzjoni Rigward
l-akkomodazzjoni għandhom japplikaw ir-regoli li ġejjin: (a)
l-akkomodazzjoni tal-annimali suwini għandu
jkollha art lixxa imma mhux li tiżloq. Mill-inqas nofs l-erja
tal-wiċċ tal-akkomodazzjoni ta' ġewwa għall-annimali
suwini, irid ikun, kif stipulat fil-punt 2.3.4., sħiħ u mhux forma
ta' pjanċi fi strixxi jew gradilja; (b)
l-akkomodazzjoni jrid ikun fiha żona tal-art
sħiħa, mhux magħmula minn pjanċi fi strixxi jew gradilja,
li tkun komda, nadifa u niexfa, u kbira biżżejjed biex l-annimali
jimteddu/jistrieħu fuqha. Għandu jitferrex biżżejjed tiben
niexef fiż-żona tal-mistrieħ. Il-mifrex għandu jkun
magħmul minn tiben jew materjal naturali addattat ieħor. Il-mifrex
jista' jittejjeb bi kwalunkwe prodott minerali awtorizzat
għall-produzzjoni organika bħala fertilizzant jew tejjieb
tal-ħamrija skont l-Artikolu 19; (c)
il-qżieqeż nisa għandhom
jinżammu fi gruppi, minbarra fl-aħħar stadji tat-tqala u matul
il-perijodu tat-treddigħ; (d)
il-ħnienes ma għandhomx jinżammu fuq
pjattaformi ċatti jew f'gaġeġ għall-ħnienes; (e)
iż-żoni għall-eżerċizzju
għandhom jippermettu li l-annimali suwini jħammġu u
jħaffru. Għall-iskopijiet ta' tħaffir jistgħu jintużaw
sottostrati differenti. 2.3.4.
Id-densità tal-istokkijiet L-għadd ta'
annimali suwini għal kull ettaru għandu jirrispetta l-limiti li
ġejjin: Il-klassi jew l-ispeċi || L-għadd massimu ta’ annimali għal kull ettaru ekwivalenti għal 170 kg N/ettaru/sena Ħnienes || 74 Qżieqeż femminili għat-tgħammir || 6,5 Annimali suwini għat-tismin || 14 Annimali suwini oħrajn || 14 L-erja minima
tal-art ta' ġewwa u ta' barra u karatteristiċi oħrajn
tal-akkomodazzjoni tal-annimali suwini għandhom ikunu kif ġej: || Spazju fuq ġewwa (spazju utli disponibbli għall-annimali) || Spazju fuq barra (spazju għall-eżerċizzju, minbarra l-mergħa) || Piż ħaj minimu (f'kg) || M2/ir-ras || M2/ir-ras Qżieqeż li jkunu qegħdin ireddgħu bi ħnienes ta' mhux iktar minn 40 jum || || 7,5 qażquża || 2,5 Annimali suwini għat-tismin || sa 50 || 0,8 || 0,6 sa 85 || 1,1 || 0,8 sa 110 || 1,3 || 1 Ħnienes || ta' iktar minn 40 jum u sa 30 kg || 0,6 || 0,4 Annimali suwini li qegħdin irabbu || || 2,5 qażquża || 1,9 || 6 qżieqeż irġiel Jekk l-imqajjel jintużaw għat-tgħammir naturali: 10 m2/qażquż || 8,0 2.4.
Il-produzzjoni tal-pollam 2.4.1.
Il-konverżjoni Biex il-pollam u
l-prodotti tiegħu jitqiesu bħala organiċi, ir-regoli
tal-produzzjoni stabbiliti f'dan ir-Regolament iridu jkunu ġew applikati
għal mill-inqas: (a)
10 ġimgħat għal tjur
għall-produzzjoni tal-laħam, li jkunu ddaħħlu qabel ma
kellhom tlett ijiem; (b)
sitt ġimgħat fil-każ ta' tjur
għall-produzzjoni tal-bajd. 2.4.2.
L-oriġini tal-pollam Il-pollam
għandu jew jitrabba sa ċerta età minima jew għandu jiġi
minn razez li jikbru bil-mod magħżulin mill-awtorità kompetenti. Meta
l-operatur ma jużax razez ta' pollam li jikbru bil-mod, l-età minima
għall-qatla għandha tkun: (a)
81 jum għat-tiġieġ; (b)
150 jum għall-ħosjien; (c)
49 jum għall-papri ta' Peking; (d)
70 jum għall-papri Muscovy nisa; (e)
84 jum għall-papri Muscovy rġiel; (f)
92 jum għall-papri Mallard; (g)
94 jum għall-farawni; (h)
140 jum għad-dundjani rġiel u
għall-wiżż għax-xiwi fil-forn; u (i)
100 jum għad-dundjani nisa. 2.4.3.
In-nutrizzjoni Rigward
in-nutrizzjoni għandhom japplikaw ir-regoli li ġejjin: (a)
mill-inqas 60% tal-għalf għandu jkun
mill-azjenda agrikola stess jew, jekk dan ma jkunx possibbli, irid ikun prodott
fl-istess reġjun b'kooperazzjoni ma' rziezet jew operaturi tal-għalf
organiċi oħrajn; (b)
għandhom jinżiedu l-fibra, l-għalf
frisk jew imnixxef, jew l-għalf mill-ħaxix mar-razzjonijiet ta'
kuljum. 2.4.4.
Kundizzjonijiet speċifiċi
tal-akkomodazzjoni Rigward
l-akkomodazzjoni għandhom japplikaw ir-regoli li ġejjin: (a)
il-pollam ma għandux jinżamm
fil-gaġeġ; (b)
il-pollam tal-ilma għandu jkollu
aċċess għal nixxiegħa, roqgħa ilma jew ħawt, lag
jew għadira kull meta jkunu jippermettu t-temp u l-kundizzjonijiet
tal-iġjene biex ikunu rispettati l-ħtiġiet speċifiċi
tal-ispeċi tagħhom u r-rekwiżiti għat-trattament xieraq
tal-annimali; meta t-temp ma jippermettix, dawn għandu jkollhom
aċċess għal biżżejjed ilma li jkunu jistgħu
jgħoddsu rashom ġo fih biex ikunu jistgħu jnaddfu rixhom; (c)
il-pollam għandu jkollu aċċess
għal spazju fil-miftuħ għal mill-inqas terz minn ħajtu.
L-art tal-ispazji barra fil-miftuħ għall-pollam għandha
fil-parti l-kbira tkun mgħottija bil-ħaxix u l-ispazju għandu
joffri l-protezzjoni u jippermettu li l-pollam irid ikun hemm
biżżejjed ħwat tal-ilma biex il-pollam ikollu aċċess
faċli biex jixrob; (d)
meta l-pollam jinżamm fuq ġewwa
minħabba restrizzjonijiet jew obbligi imposti abbażi ta'
leġiżlazzjoni tal-Unjoni, għandu jkollu aċċess
permanenti għal biżżejjed fibra u materjal addattat biex
jissodisfa l-ħtiġiet etoloġiċi tiegħu; (e)
l-istrutturi tal-kenn għall-pollam kollu
għandhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin: (i) mill-inqas terz tal-wiċċ
tal-art għandu jkun sħiħ, jiġifieri mhux magħmul minn
pjanċi fi strixxi jew gradilja, u għandu jkun mifrux b'materjal
bħal tiben, ċana, ramel jew terf; (ii) f'gallinari għal tiġieġ
li jkunu qegħdin ibidu, għandha tkun disponibbli parti sostanzjalment
kbira mis-superfiċi disponibbli għat-tiġieġ, biex
jinġabar fiha l-ħmieġ tal-għasafar; (iii) il-pollam għandu jkollu għadd
ta' passiġġieri ta' daqs li jkun addattat għall-għadd ta'
għasafar, kif stipulat fit-tabella dwar l-erji tal-wiċċ ta'
ġewwa u ta' barra u karatteristiċi oħrajn tal-akkomodazzjoni
għall-produzzjoni tal-pollam stipulati fil-punt 2.4.5.; (iv) il-ħajt ta' barra tal-gallinar, dan
jinkludi l-possibbiltà ta' veranda, għandu jkollu t-toqob biex
l-għasafar ikunu jistgħu jidħlu u joħorġu, ta’ daqs
adegwat għalihom, u dawn it-toqob għandu jkollhom tul ikkumbinat ta’
mill-inqas 4 m għal kull żona ta’ 100 m² tal-gallinar
disponibbli għall-għasafar. Fejn ikun hemm veranda, it-toqob
tan-naħa ta' ġewwa bejn il-gallinar u l-veranda għandu jkollhom
tul ikkombinat ta' 2 m għal kull 100 m² ta' gallinar.
L-għasafar għandu jkollhom aċċess għall-veranda
l-ħin kollu; (v) il-gallinari jridu jinbnew b'mod li
jippermettu li l-għasafar ikunu jistgħu joħorġu
għan-naħa ta' barra faċilment, jiġifieri d-distanza massima
minn kwalunkwe punt fin-naħa ta' ġewwa tal-gallinar sal-iżjed
toqba qrib ma għandux ikun aktar minn 15-il metru; (vi) gallinari mibnija fuq sistema ta' sulari
ma għandux ikollhom iktar minn tliet sulari ta' arja li jużaw
l-għasafar, dan jinkludi s-sular ta' isfel. Ma għandux ikun hemm
aktar minn metru wieħed bejn is-sulari jew bejn iż-żoni
intermedji, bħalma huma ż-żoni fejn ikun hemm il-bejtiet.
Is-sulari ta' fuq għandu jkollhom il-possibbiltà li jkollhom sistemi
awtomatiċi li jneħħu l-ħmieġ tal-għasafar; (f)
id-dawl naturali jista' jiġi ssupplimentat
b'mezzi artifiċjali biex ikun hemm massimu ta' 16-il siegħa dawl
kuljum b'perjodu notturn kontinwu ta' mistrieħ mingħajr dawl
artifiċjali ta' mill-inqas tmien sigħat; (g)
il-gallinari għandhom jiġu żvujtati
mill-għasafar bejn kull lott ta' pollam imrobbi. L-istrutturi u l-armar
għandhom jitnaddfu u jkunu diżinfettati matul dan iż-żmien.
Barra minn hekk, meta t-trobbija ta' kull lott ta' pollam tkun lesta,
il-passaġġi għandhom jitħallew vojta għal perjodu li
t-tul tiegħu jiġi stabbilit mill-Istati Membri, biex terġa'
tikber il-veġetazzjoni. Dawn ir-rekwiżiti ma għandhomx japplikaw
meta t-tjur ma jitkabbrux f'lottijiet, ma jinżammux f'passaġġi u
huma liberi li jiġru fejn iridu matul il-jum. 2.4.5.
Id-densità tal-istokkijiet L-għadd
massimu ta' annimali għal kull ettaru għandu jirrispetta l-limiti li
ġejjin: Il-klassi jew l-ispeċi || L-għadd massimu ta’ annimali għal kull ettaru ekwivalenti għal 170 kg N/ettaru/sena Brojlers || 580 Qrejjaq || 230 L-erja minima
tal-art ta' ġewwa u ta' barra u karatteristiċi oħrajn
tal-akkomodazzjoni tal-għasafar tal-ispeċi Gallus gallus
għandhom ikunu kif ġej: || Għasafar tat-trobbija/li qegħdin irabbu || Stokk ta' għasafar żgħar || Għasafar għat-tismin || Ħasjien || Qrejjaq Età || Għasafar li qegħdin irabbu || Tiġieġ li għadhom ma bdewx ibidu ta' 0-8 ġimgħat || Tiġieġ li għadhom ma bdewx ibidu ta' 9-18-il ġimgħa || Ġwież żgħir 0 - 21 jum || Ġwież kbir 22 - 81 jum || 22 - 150 jum || Tiġieġ li jbidu minn 19-il ġimgħa Ir-rata ta' stokkjar fil-gallinari (l-għadd ta' għasafar għal kull metru kwadru ta' erja utilizzata) għall-gallinari fissi u mobbli || 6 għasafar || 24 għasfur b’massimu ta’ 21 kg piż ħaj/m² || 15-il għasfur b’massimu ta’ 21 kg piż ħaj/m2 || 20 għasfur b’massimu ta’ 21 kg piż ħaj/m2 || 10 għasafar b’massimu ta’ 21 kg piż ħaj/m2 || 10 għasafar b’massimu ta’ 21 kg piż ħaj/m2 || 6 għasafar Spazju fuq il-passiġġiera (cm) || || || || || 18 Limiti addizzjonali għal kull metru kwadru ta' erja tal-art f'sistemi b'għadd ta' sulari (jinkludi l-veranda jekk din tkun aċċessibbli lejl u nhar) || 9 għasafar || 36 għasfur mingħajr l-erja tal-veranda || 22 għasfur || Mhux applikabbli normalment || 9 għasafar Il-limiti tad-daqs tal-qatgħa || 3,000 inkluż l-irġiel || 10 000* || 3 300 || 10 000* || 4 800 || 2 500 || 3 000 Ir-rati tal-istokkjar ta' spazji barra (m2/kull għasfur), sakemm ma jinqabiżx il-limitu ta' 170 kg ta' N/ettaru/sena || 4 || 1 || 4 || 1 || 4 || 4 || 4 * rediviżibbli biex jipproduċu 3x3000
jew 2x4800 lott L-erja minima
tal-art ta' ġewwa u ta' barra u karatteristiċi oħrajn
tal-akkomodazzjoni ta' għasafar mhux tal-ispeċi Gallus gallus
għandhom ikunu kif ġej: || Dundjani || Wiżż || Papri || Farawni Tip || Maskili || Femminili || Kollha || Peking || Muscovy Irġiel || Muscovy Nisa || Kuluvert || Kollha Ir-rata ta' stokkjar fil-gallinari (l-għadd ta' għasafar għal kull metru kwadru ta' erja utilizzata) għall-gallinari fissi u mobbli || 10 b’massimu ta’ 21 kg piż ħaj/m² || 10 b’massimu ta’ 21 kg piż ħaj/m² || 10 b’massimu ta’ 21 kg piż ħaj/m² || 10 b’massimu ta’ 21 kg piż ħaj/m² || 10 b’massimu ta’ 21 kg piż ħaj/m² || 10 b’massimu ta’ 21 kg piż ħaj/m² || 10 b’massimu ta’ 21 kg piż ħaj/m² || 10 b’massimu ta’ 21 kg piż ħaj/m² Spazju fuq il-passiġġiera (cm) || 40 || 40 || Mhux applikabbli normalment || Mhux applikabbli normalment || 40 || 40 || Mhux applikabbli normalment || 20 Il-limiti tad-daqs tal-qatgħa || 2 500 || 2 500 || 2 500 || 4 000 nisa 3 200 irġiel || 3 200 || 4 000 || 3 200 || 5 200 Ir-rati tal-istokkjar ta' spazji barra fil-miftuħ (m2/kull għasfur), sakemm ma jinqabiżx il-limitu ta' 170 kg ta' N/ettaru/sena || 10 || 10 || 15 || 4,5 || 4,5 || 4,5 || 4,5 || 4 2.4.6.
L-aċċess għal spazji barra
fil-miftuħ Rigward
l-akkomodazzjoni barra fil-miftuħ għandhom japplikaw ir-regoli li
ġejjin: (a)
it-tjur għandu jkollhom aċċess
għal spazju fil-miftuħ għal mill-inqas terz minn ħajjithom.
B'mod partikolari, għandu jkollhom aċċess kontinwu matul
il-ġurnata minn kemm jista' jkun kmieni f'ħajjithom, meta jippermettu
l-kundizzjonijiet fiżjoloġiċi u fiżiċi, minbarra
f'każ ta' restrizzjonijiet temporanji imposti mil-leġiżlazzjoni
tal-Unjoni; (b)
l-ispazji fil-miftuħ għall-pollam
għandhom fil-parti l-kbira tagħhom ikunu mgħottija
bil-ħxejjex ta' firxa kbira ta' pjanti u jkollhom faċilitajiet ta'
kenn u jippermettu li l-pollam ikollu aċċess faċli għal
għadd adegwat ta' ħwat minn fejn jistgħu jixorbu.
Il-ħxejjex fl-ispazju ta' barra jridu jinħasdu u jitneħħew
b'mod regolari biex jitnaqqas il-potenzjal li jinġemgħu
eċċessi ta' nutrijenti. L-ispazji ta' barra ma għandhomx ikunu
ikbar minn raġġ ta' 150 m mill-iktar toqba qrib fil-gallinar.
Madankollu tkun permessa estensjoni sa massimu ta' 350 m mill-aktar toqba
qrib fil-gallinar sakemm ikun hemm għadd biżżejjed ta' strutturi
tal-kenn u ħwat tal-ilma mqassmin b'mod ugwali madwar l-ispazju kollu,
b'mill-inqas erba' strutturi tal-kenn għal kull ettaru; (c)
f'kundizzjonijiet meta jkun limitat l-għalf
naturali mill-art, pereżempju minħabba li l-art iddum mgħottija
b'xi borra, jew jekk ikun hemm nixfa, il-pollam irid bilfors jingħata
l-fibra supplimentari bħala parti mill-ikel; (d)
meta l-pollam irid jinżamm fuq ġewwa
minħabba restrizzjonijiet jew obbligi imposti abbażi
tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, għandhom b'mod permanenti jkollhom
aċċess għal biżżejjed fibra u materjal addattat biex
jissodisfa l-ħtiġiet etoloġiċi tagħhom. 2.4.7.
Trattament xieraq tal-annimali It-tnittif tar-rix mill-għasafar meta dawn
ikunu għadhom ħajjin huwa pprojbit. 2.5.
Żamma tan-naħal 2.5.1.
Il-konverżjoni Il-prodotti
għat-trobbija tan-naħal jistgħu jinbiegħu b'referenza għall-metodu
ta' produzzjoni organika biss meta jkun hemm konformità mar-regoli ta'
produzzjoni organika stabbiliti f'dan ir-Regolament, għal mill-inqas sena. Matul il-perjodu
ta' konverżjoni ix-xama' għandu jkun sostitwit b'xama' li jkun
ġej minn trobbija tan-naħal organika. 2.5.2.
L-oriġini tan-naħal Għan-naħal,
għandha tingħata preferenza lill-użu tal-Apis mellifera u
l-ekotipi lokali tagħhom. 2.5.3.
In-nutrizzjoni Rigward
in-nutrizzjoni għandhom japplikaw ir-regoli li ġejjin: (a)
fl-aħħar tal-istaġun
tal-produzzjoni, fid-doqqajsa għandhom jitħallew biżżejjed
riżervi ta' għasel u trab tad-dakra biex ifornuhom tul ix-xitwa; (b)
l-għalfien tal-kolonji tan-naħal huwa
permess biss meta n-naħal fid-duqqajsa jkun fil-periklu minħabba
l-kundizzjonijiet klimatiċi. In-naħal għandhom jingħalfu
bl-għasel organiku, bil-ġulepp taz-zokkor organiku jew biz-zokkor
organiku. 2.5.4.
Regoli speċifiċi dwar il-prevenzjoni
tal-mard u t-trattament veterinarju fit-trobbija tan-naħal Rigward
il-prevenzjoni tal-mard u t-trattament veterinarju għandhom japplikaw
ir-regoli li ġejjin: (a)
għall-protezzjoni tal-kaxxi tan-naħal,
tad-duqqajsa u tax-xehdiet, b'mod partikolari mill-pesti, huma permessi biss
ir-rodentiċidi (li għandhom jintużaw biss fin-nases), u prodotti
xierqa awtorizzati għall-użu fil-produzzjoni organika skont
l-Artikolu 19; (b)
huma permessi trattamenti fiżiċi
għad-diżinfezzjoni tad-duqqajsa, bħall-fwar jew fjamma diretta; (c)
il-prattika tal-qerda tal-popolazzjoni maskili hija
permessa biss biex tiġi iżolata l-infestazzjoni ta' Varroa
destructor; (d)
jekk minkejja l-miżuri kollha ta' prevenzjoni,
il-kolonji jimirdu jew ikunu infestati, għandhom jiġu trattati
minnufih, u, jekk ikun hemm bżonn, il-kolonji jistgħu jitqiegħdu
f'duqqajsa ta' iżolament; (e)
f'każijiet ta' infestazzjoni bil-Varroa
destructor jistgħu jintużaw l-aċidu formiku, l-aċidu
lattiku, l-aċidu aċetiku u l-aċidu ossaliku kif ukoll il-mentol,
it-timol, l-ewkaliptol jew il-ganfra; (f)
jekk ikun applikat trattament bi prodotti
allopatiċi kimikament sintetizzati, matul dan il-perjodu, il-kolonji
ttrattati għandhom jitqiegħdu f'duqqajsa iżolati u x-xama'
kollha għandha tiġi sostitwita minn xama' li tkun ġejja minn
trobbija organika tan-naħal. Sussegwentement, għal dawk il-kolonji
jkun japplika l-perjodu ta' konverżjoni ta' sena stabbilit fil-punt 2.5.1.; (g)
bi qbil mal-Artikolu 19, il-punt (f) ma
għandux japplika għall-prodotti awtorizzati għall-użu
fil-produzzjoni organika. 2.5.5.
Il-kundizzjonijiet għall-istrutturi tal-kenn
speċifiċi għat-trobbija tan-naħal Rigward
il-kundizzjonijiet tal-akkomodazzjoni għandhom japplikaw ir-regoli li
ġejjin: (a)
id-duqqajsa għandhom jitpoġġew
f'żoni li jiżguraw sorsi ta' nektar u trab tad-dakra li jikkonsistu
essenzjalment f'uċuħ tar-raba' prodotti organikament jew, kif
rilevanti, fi ħxejjex slavaġ jew foresti mhux ġestiti
organikament jew uċuħ tar-raba' li jkunu ttrattati biss b'metodi li
għandhom impatt ambjentali baxx; (b)
id-duqqajsa għandhom jinżammu f'distanza
biżżejjed minn sorsi li jistgħu jwasslu
għall-kontaminazzjoni ta' prodotti tat-trobbija tan-naħal jew li
jkunu ta' periklu għas-saħħa tan-naħal; (c)
l-għażla tas-sit tad-duqqajsa
għandha tkun tali li, f’radju ta’ 3 km mis-sit tad-duqqajsa, is-sorsi
ta’ nektar u tat-trab tad-dakra jkunu jikkonsistu essenzjalment minn
għelejjel prodotti b’mod organiku jew ħxejjex spontanji jew
għelejjel ittrattati b’metodi li jkollhom impatt ambjentali baxx,
ekwivalenti għal dawk deskritti fl-Artikoli 28 u 30 tar-Regolament
(UE) Nru 1305/2013l li ma jistgħux jeffettwaw il-kwalifika
tat-trobbija tan-naħal bħala organika. Ir-rekwiżiti msemmija fuq
ma japplikawx meta ma jkunx żmien il-fjuri, jew meta d-duqqajsa ma jkunux
attivi; (d)
id-duqqajsa u l-materjali li jintużaw
fit-trobbija tan-naħal għandhom ikunu magħmula bażikament
minn materjali naturali li ma jippreżentaw ebda riskju ta' kontaminazzjoni
għall-ambjent jew għall-prodotti tal-apikultura; 2.5.6.
Regoli speċifiċi għat-trobbija
tan-naħal Rigward il-prattiki
tal-apikultura għandhom japplikaw ir-regoli li ġejjin: (a)
ix-xama' tan-naħal għal oqfsa ġodda
għandha tiġi minn unitajiet ta' produzzjoni organika; (b)
fid-duqqajsa jistgħu jintużaw prodotti
naturali biss, bħaż-żaftura, ix-xama' u ż-żjut
tal-pjanti; (c)
l-użu ta' sustanzi kimiċi sintetiċi
li jkeċċu l-pesti huwa pprojbit matul l-operazzjonijiet
tal-estrazzjoni tal-għasel; (d)
l-estrazzjoni tal-għasel hija pprojbita
mix-xehdi fejn tbid ir-reġina; (e)
it-trobbija tan-naħal ma għandhiex
titqies bħala organika meta ssir f'reġjuni jew f'żoni li
l-Istati Membri jidentifikaw bħala mhux prattikabbli għall-apikultura
organika. 2.5.7.
It-trattament xieraq tal-annimali Rigward
it-trattament xieraq tal-annimali għandhom japplikaw ir-regoli li
ġejjin: (a)
il-qerda ta' naħal fix-xehdi bħala metodu
assoċjat mal-ħsad tal-prodotti tat-tkabbir tan-naħal hija
pprojbita; (b)
il-mutilazzjoni bħall-qtugħ
tal-ġwienaħ tal-irġejjen tan-naħal hija pprojbita. Parti
III: Ir-regoli tal-produzzjoni dwar l-alka u l-annimali tal-akkwakultura 1.
Definizzjonijiet Għall-finijiet
ta’ din il-Parti, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin: (1)
‘faċilità magħluqa
taċ-ċirkulazzjoni mill-ġdid tal-akkwakultura’ tfisser
faċilità li fiha l-akkwakultura sseħħ f’ambjent magħluq fuq
l-art jew fuq bastiment u li tinvolvi ċ-ċirkolazzjoni mill-ġdid
tal-ilma, u li tiddependi fuq kontribut permanenti estern tal-enerġija
sabiex ikun stabbilizzat l-ambjent tal-annimali tal-akkwakultura; (2)
‘l-enerġija minn sorsi rinnovabbli’ tfisser
sorsi ta’ enerġija rinnovabbli li mhumiex fossili: bħar-riħ,
ix-xemx, l-enerġija ġeotermali, il-mewġ, il-marea,
l-idroenerġija, il-gass mill-miżbliet, il-gass mill-impjanti li
jittrattaw id-drenaġġ u l-bijogassijiet; (3)
'mafqas' tfisser post għat-tgħammir,
it-tifqis u t-trobbija matul l-ewwel stadji tal-ħajja tal-annimali
tal-akkwakultura, b’mod partikulari tal-ħut tal-ġewnaħ u
tal-frott tal-baħar; (4)
'għadira tat-trobbija' tfisser post fejn
tintuża sistema ta' produzzjoni intermedja bejn il-mafqas u l-farm fejn
jinżammu l-adulti. L-istadju fl-għadira tat-trobbija jitlesta
fl-ewwel terz taċ-ċiklu tal-produzzjoni ħlief
għall-ispeċijiet li jkunu qed jgħaddu mill-proċess ta'
żmoltifikazzjoni (l-adattament tal-ħut mill-ilma ħelu
għall-ilma baħar); (5)
'tniġġis' tfisser l-introduzzjoni ta’
sustanzi jew ta’ enerġija, b’mod dirett jew indirett, fl-ambjent akkwatiku
kif imfisser fid-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[5] u fid-Direttiva 2008/56/KE
tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[6],
fl-ilmijiet fejn japplikaw rispettivament dawn id-Direttivi; (6)
'polikultura' tfisser
it-trobbija ta’ żewġ speċijiet jew iktar, li normalment ikunu
minn livelli trofiċi differenti, fl-istess unità ta’ kultura; (7)
'ċiklu tal-produzzjoni' tfisser it-tul
tal-ħajja ta' annimal jew alka prodotti fl-akkwakultura mill-aktar stadju
bikri tal-ħajja (fil-każ tal-annimali fl-akkwakultura dan ifisser
il-bajd iffertilizzat) sal-ħsad; (8)
'speċijiet imrobbijin lokalment' tfisser
speċijiet li mhumiex aljeni u lanqas mhuma speċijiet li ma jinstabux
lokalment, skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 708/2007[7], kif ukoll
l-ispeċijiet elenkati fl-Anness IV ta' dan ir-Regolament; (9)
‘id-densità tal-istokk’ tfisser il-piż
tal-annimali ħajjin għal kull metru kubu ta’ ilma fi kwalunkwe
ħin matul il-fażi tat-tkabbir għad-daqs tas-suq u, fil-każ
tal-ħut ċatt u l-gambli, il-piż għal kull metru kwadru
tal-wiċċ. 2.
Rekwiżiti ġenerali 2.1.
Il-ħidmiet għandhom iseħħu
f’postijiet li mhumiex suġġetti għat-tniġġis minn
prodotti jew sustanzi li mhumiex awtorizzati għall-produzzjoni organika,
jew minn pollutanti li jikkompromettu n-natura organika tal-prodotti. 2.2.
L-unitajiet tal-produzzjoni organika u mhux
organika għandhom ikunu separati sew u b'konformità mad-distanzi minimi
tas-separazzjoni stabbiliti mill-Istati Membri fejn dawn id-distanzi minimi ta'
separazzjoni huma stabbiliti. It-tali miżuri ta’ separazzjoni
għandhom jissejsu fuq il-qagħda naturali, fuq sistemi separati
tat-tixrid tal-ilma, fuq id-distanzi, il-flussi tal-marea u l-post tal-unità
organika tal-produzzjoni jkunx favur jew kontra l-kurrent. Il-produzzjoni
tal-alka ma għandhiex titqies bħala organika meta ssir f'postijiet
jew f'żoni identifikati mill-awtoritajiet tal-Istati Membri bħala
postijiet jew żoni li mhumiex addattati għall-akkwakultura jew
il-ħsad tal-alka organiċi. 2.3.
Għall-ħidmiet il-ġodda kollha li
jkunu qed japplikaw għall-produzzjoni organika u li jkunu qed
jipproduċu iktar minn 20 tunnellata ta’ prodotti tal-akkwakultura
fis-sena, għandha tkun meħtieġa valutazzjoni ambjentali li tkun
proporzjonata mal-unità tal-produzzjoni biex jiġu ddeterminati
l-kundizzjonijiet tal-unità tal-produzzjoni u tal-ambjent immedjat tagħha
u l-effetti li probabbli jkollha meta tibda titħaddem. L-operatur
għandu jipprovdi l-valutazzjoni ambjentali lill-korp jew lill-awtorità ta’
kontroll. Il-kontenut tal-valutazzjoni ambjentali għandu jkun ibbażat
fuq l-Anness IV tad-Direttiva 2011/92/UE tal-Parlament Ewropew u
tal-Kunsill[8].
Jekk l-unità tkun diġà suġġetta għal valutazzjoni
ekwivalenti, allura l-użu tagħha għandu jkun permess għal
dan il-għan. 2.4.
L-operatur għandu jipprovdi pjan dwar
il-ġestjoni sostenibbli tal-ħsad tal-akkwakultura u tal-qtugħ
tal-alka li jkun proporzjonat mal-unità tal-produzzjoni. 2.5.
Il-pjan għandu jkun aġġornat kull
sena u għandu jagħti dettalji dwar l-effetti ambjentali
tal-ħidma u dwar il-monitoraġġ ambjentali li għandu jsir, u
jelenka l-miżuri li għandhom jitwettqu biex jitnaqqsu kemm jista’
jkun l-impatti negattivi fuq l-ambjenti akkwatiċi u terrestri tal-madwar,
inkluż, fejn applikabbli, it-tnixxija ta’ nutrijenti fl-ambjent għal
kull ċiklu tal-produzzjoni jew fis-sena. Il-pjan għandu
jirreġistra s-sorveljanza u t-tiswija tat-tagħmir tekniku. 2.6.
Bħala parti mill-pjan għall-ġestjoni
sostenibbli, l-operaturi tan-negozji tal-akkwakultura u tal-alka għandhom
ifasslu skeda għat-tnaqqis tal-iskart li għandha tkun implimentata
meta jinbdew il-ħidmiet. Fejn ikun possibbli, l-użu tas-sħana
residwali għandu jkun limitat għall-enerġija minn sorsi
rinnovabbli. Għall-qtugħ tal-alka għandha ssir stima tal-bijomassa
ta’ darba fil-bidu. 3.
Kundizzjonijiet għall-alka Minbarra r-regoli
ġenerali tal-produzzjoni stabbiliti fl-Artikoli 7, 8, 9 u 12, u fejn
ikun rilevanti, fit-Taqsima 2, ir-regoli stabbiliti f'din it-Taqsima 3
għandhom japplikaw għat-tkabbir tal-alka. Dawn ir-regoli
għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-produzzjoni tal-algi
marini ta’ ħafna ċelloli kollha, jew tal-fitoplankton u tal-mikroalgi
għall-użu wara bħala għalf għall-annimali
tal-akkwakultura. 3.1.
Il-konverżjoni 3.1.1.
Għal sit għall-qtugħ tal-alka,
il-perjodu tal-konverżjoni għandu jkun ta’ sitt xhur. 3.1.2.
Għal unità għat-tkabbir tal-alka,
il-perjodu tal-konverżjoni għandu jkun jew ta’ sitt xhur jew ta’
ċiklu wieħed sħiħ tal-produzzjoni, skont liema minnhom ikun
l-itwal. 3.1.3.
Waqt il-perjodu tal-konverżjoni, l-impriża
tal-akkwakultura tista' tiġi separata f'għadd ta' unitajiet distinti
li ma jkunux ġestiti skont produzzjoni organika waħda. Fir-rigward
tal-akwakultura l-istess speċi tista' tkun involuta, dment li jkun hemm
separazzjoni xierqa bejn is-siti tal-produzzjoni. 3.2.
Ir-regoli tal-produzzjoni għall-alka 3.2.1.
Il-ħsad tal-alka salvaġġa li tikber
fil-baħar b'mod naturali, u ta' partijiet minnha, huwa kkunsidrat metodu
ta' produzzjoni organika dment li: (a)
iż-żoni fejn din tikber ikunu ta' status
ekoloġiku għoli kif iddefinit fid-Direttiva 2000/60/KE[9], u ma jkunux meqjusa
mhux addattati mil-lat tas-saħħa. (b)
il-ħsad ma jaffettwax b'mod sinifikanti
l-istabbiltà tal-ekosistema naturali jew il-manteniment tal-ispeċijiet
fiż-żona tal-ġabra. 3.2.2.
Il-kultivazzjoni tal-alka għandha ssir
f'żoni mal-kosta b'karatterisitiċi ambjentali u tas-saħħa
tal-anqas ekwivalenti għal dawk deskritti fil-punt 3.2.1(a) biex tkun
meqjusa bħala organika. Barra minn hekk, għandhom japplikaw ir-regoli
tal-produzzjoni li ġejjin: (a)
għandhom jintużaw prattiki sostenibbli
fl-istadji kollha tal-produzzjoni mill-ġbir tal-alka
żagħżugħa sal-ħsad; (b)
biex ikun żgurat li tinżamm ġabra
wiesgħa ta' ġeni, il-ġbir tal-alka żagħżugħa
għandu jsir b'mod regolari biex tiġi ssupplimentata l-ħażna
tal-istokkijiet li jitkabbru ġewwa; (c)
ma għandomx jintużaw fertilizzanti
ħlief f'faċilitajiet ta' ġewwa u biss jekk dawn ikunu ġew
awtorizzati għall-użu fil-produzzjoni organika għal dan
il-għan. 3.3.
It-tkabbir tal-alka 3.3.1.
Il-kultura tal-alka fil-baħar għandha
tuża biss nutrijenti li jinsabu b’mod naturali fl-ambjent, jew li jkunu
ġejjin mill-produzzjoni organika tal-annimali tal-akkwakultura, li
preferibbilment tkun tinsab fil-qrib bħala parti minn sistema ta’
polikultura. 3.3.2.
Fil-faċilitajiet fuq l-art fejn jintużaw
sorsi esterni ta’ nutrijenti, il-livelli tan-nutrijenti fl-ilma li jkun
ħiereġ 'il barra minnhom għandhom ikunu l-istess jew inqas minn
dawk fl-ilma li jkun dieħel, b’mod li jista’ jiġi vverifikat.
Jistgħu jintużaw biss nutrijenti ta' oriġini mill-pjanti jew minerali
li jkunu awtorizzati għall-użu fil-produzzjoni organika skont
l-Artikolu 19. 3.3.3.
Id-densità tal-kultura jew l-intensità operattiva
għandha tiġi rreġistrata u għandha żżomm
l-integrità tal-ambjent akkwatiku billi jkun żgurat li ma tinqabiżx
il-kwantità massima tal-alka li tista’ tiġi sostnuta mingħajr effetti
negattivi fuq l-ambjent. 3.3.4.
Il-ħbula u kull tagħmir ieħor
użat biex titkabbar l-alka għandu jerġa’ jintuża jew
jiġi rriċiklat fejn ikun possibbli. 3.4.
Il-ħsad sostenibbli tal-alka
selvaġġa 3.4.1.
Għandha ssir stima ta’ darba tal-bijomassa
fil-bidu tal-ħsad tal-alka 3.4.2.
Għandhom jinżammu kontijiet dokumentati
fl-unità jew fuq il-post u dawn għandhom jgħinu lill-operatur
jidentifika, u lill-awtorità jew lill-korp ta’ kontroll jivverifika li dawk li
jaħsdu l-alka jkunu fornew biss alka salvaġġa prodotta skont dan
ir-Regolament. 3.4.3.
Il-ħsad għandu jsir b’tali mod li
l-ammonti maħsuda ma joħolqux impatt sinifikanti fuq l-istat
tal-ambjent akkwatiku. Għandhom jittieħdu miżuri biex ikun
żgurat li l-alka tkun tista’ terġa’ ttella’, u li ma jkunx hemm qbid
sekondarju bħal pereżempju bit-teknika tal-ħsad li tintuża,
billi jkun hemm daqs, età, ċikli tar-riproduzzjoni minimi u d-daqs
tal-alka li jkun għad baqa’. 3.4.4.
Jekk l-alka tinqata’ minn żona komuni jew
maqsuma għall-qtugħ tal-alka, għandu jkun hemm evidenza
dokumentarja li l-ammont maqtugħ kollu huwa f’konformità ma’ dan
ir-Regolament. 4.
Ir-rekwiżiti dwar l-annimali
tal-akkwakultura Barra mir-regoli
ġenerali tal-produzzjoni stabbiliti fl-Artikoli 7, 8, 9 u 12,
ir-regoli stipulati f'din it-Taqsima 4 għandhom japplikaw
għall-ispeċijiet tal-ħut, tal-krustaċji, tal-ekinodermi u
tal-molluski kif imsemmi fil-punt 4.1.5.10. Dawn ir-regoli għandhom
japplikaw mutatis mutandis għaż-żooplankton,
għall-mikrokrustaċji, għar-rotiferi, għall-ħniex u
għall-annimali akkwatiċi l-oħra tal-għalf. 4.1.
Rekwiżiti ġenerali 4.1.1.
Il-konverżjoni 4.1.1.1.
Għandhom japplikaw il-perjodi
tal-konverżjoni li ġejjin għat-tipi ta’ unitajiet
tal-produzzjoni tal-akkwakultura li ġejjin, inklużi l-annimali
tal-akkwakultura li diġà jeżistu: (a)
perjodu ta' konverżjoni ta’ 24 xahar
għall-faċilitajiet li ma jistgħux jitbattlu mill-ilma, jitnaddfu
u jiġu ddiżinfettati; (b)
perjodu ta' konverżjoni ta’ 12-il xahar
għall-faċilitajiet li jkunu tbattlu mill-ilma jew li sserrħu; (c)
perjodu għall-bidla ta’ sitt xhur għall-faċilitajiet
li tbattlu mill-ilma, li tnaddfu u li ġew iddiżinfettati; (d)
għall-faċilitajiet fl-ilma miftuħ,
anki dawk li jipproduċu l-molluski bivalvi, perjodu ta' konverżjoni
ta' tliet xhur. 4.1.1.2.
Waqt il-perjodu tal-konverżjoni,
l-impriża tal-akkwakultura tista' tiġi separata f'għadd ta'
unitajiet distinti li ma jkunux kollha ġestiti skont il-produzzjoni
organika. Rigward l-akkwakultura tal-istess annimali, jistgħu jkunu
involuti l-istess speċijiet, dment li jkun hemm separazzjoni xierqa bejn
l-unitajiet tal-produzzjoni. 4.1.2.
L-oriġini tal-annimali tal-akkwakultura 4.1.2.1.
Rigward l-oriġini tal-annimali
tal-akkwakultura għandhom japplikaw ir-regoli li ġejjin: (a)
l-akkwakultura organika għandha tkun
ibbażata fuq it-trobbija ta' stokkijiet ta' età żgħira li
joriġina minn ġidd organiku u minn impriżi organiċi; (b)
għandhom jintużaw speċijiet
imkabbrin lokalment u t-trobbija għandha timmira li toħloq razez li
jkunu iktar addattati għall-kundizzjonijiet tal-produzzjoni, biex ikunu
żgurati s-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, u użu
tajjeb tar-riżorsi tal-għalf. Il-korp jew l-awtorità ta’ kontroll
għandhom jingħataw evidenza dokumentata dwar l-oriġini u
t-trattament tagħhom; (c)
għandhom jintgħażlu speċijiet
li jistgħu jitrabbew mingħajr ma ssir ħsara sinifikanti
lill-istokkijiet slavaġ; (d)
annimali tal-akkwakultura slavaġ maqbudin jew
annimali tal-akkwakultura mhux organika jistgħu jiddaħħlu
f'azjenda biex itejbu l-istokkijiet ġenetiċi. It-tali annimali
għandhom jinżammu skont ġestjoni organika għal mill-anqas
tliet xhur qabel ma jkunu jistgħu jintużaw għat-tgħammir. 4.1.2.2.
Għandhom japplikaw ir-regoli li ġejjin
rigward it-trobbija: (a)
l-użu tal-ormoni u tad-derivati tal-ormoni
għandu jkun ipprojbit; (b)
ma għandhomx jintużaw il-produzzjoni
artifiċjali ta' varjetajiet monosesswali ħlief permezz
tal-għażla magħmula bl-idejn, l-induzzjoni tal-poliplojdija,
l-ibridizzazzjoni u l-klonaġġ artifiċjali; (c)
għandhom jintgħażlu varjetajiet
addattati; (d)
għandhom jiġu stabbiliti kundizzjonijiet
speċifiċi skont l-ispeċi għall-ġestjoni, it-trobbija u
l-produzzjoni żgħażugħa ta' ġidd. 4.1.3.
In-nutrizzjoni 4.1.3.1.
Għandhom japplikaw ir-regoli li ġejjin
dwar l-għalf għall-ħut u l-krustaċji u l-ekinodermi: (a)
l-annimali għandhom jintgħalfu
b'għalf li jissodisfa l-ħtiġiet nutrizzjonali tagħhom
fl-istadji varji tal-iżvilupp tagħhom; (b)
ir-reġimi tat-tagħlif għandhom
jitfasslu bil-prijoritajiet li ġejjin: (i) is-saħħa tal-annimali u
l-ġid tal-annimali; (ii) kwalità għolja tal-prodotti,
inkluż tal-kompożizzjoni nutrizzjonali, li għandha tiżgura
kwalità għolja tal-prodott aħħari li jista’ jittiekel; (iii) impatt baxx fuq l-ambjent; (c)
il-frazzjoni tal-għalf mill-pjanti
għandha toriġina minn produzzjoni organika u l-frazzjoni
tal-għalf idderivata minn annimali akkwatiċi għandha
toriġina minn sfruttament sostenibbli tas-sajd; (d)
fil-każ ta' materjal tal-għalf mhux
organiku li joriġina mill-pjanti, materjal tal-għalf li joriġina
minn annimali u minerali, additivi tal-għalf; ċerti prodotti li
jintużaw fin-nutrizzjoni tal-annimali u għajnuniet
għall-ipproċessar għandhom jintużaw biss jekk ikunu
awtorizzati għall-użu fil-produzzjoni organika skont dan
ir-Regolament; (e)
ma għandhomx jintużaw promuturi ta'
tkabbir u aċidi amino sintentiċi; (f)
fl-akkwakultura organika jistgħu jintużaw
biss materjali tat-tagħlif ta' oriġini minerali li jkunu awtorizzati
għall-użu fil-produzzjoni organika skont l-Artikolu 19; (g)
fl-akkwakultura organika jistgħu jintużaw
biss additivi tal-ikel, ċerti prodotti li jintużaw
għan-nutrizzjoni tal-annimali u l-għajnuniet
għall-ipproċessar imsemmija fil-punt 1.4.4. tal-Parti II. 4.1.3.2.
Għandhom japplikaw ir-regoli li ġejjin
rigward il-molluski bivalvi u speċijiet oħra li ma jintgħalfux
mill-bniedem iżda jgħixu fuq il-plankton naturali: (a)
tali animali li huma filter-feeding għandhom
jirċievu l-ħtiġiet nutrizzjonali kollha tagħhom min-natura
ħlief fil-każ taż-żgħar imrobbija fl-imfaqas u
fl-għadajjar tat-trobbija; (b)
iż-żoni tat-trobbija għandhom ikunu
ta' status ekoloġiku għoli kif iddefinit mid-Direttiva 2000/60/KE. 4.1.3.3.
Ir-regoli speċifiċi dwar l-għalf
għall-annimali tal-akkwakultura li huma karnivori L-għalf
għall-annimali tal-akkwakultura li huma karnivori għandu jinġieb
skont il-prijoritajiet li ġejjin: (a)
għalf organiku li joriġina
mill-akkwakultura; (b)
mill-ħut mitħun u miż-żejt
tal-ħut idderivat mill-bċejjeċ maqtugħin tal-akkwakultura
organika ta' ħut, krustaċji jew molluski; (c)
mill-ħut mitħun u miż-żejt
tal-ħut u ingredjenti li ġejjin mill-ħut u li ġejjin
mill-bċejjeċ maqtugħin mill-ħut li jkun diġà nqabad
għall-konsum mill-bniedem permezz tas-sajd sostenibbli; (d)
mill-ħut mitħun u miż-żejt
tal-ħut u ingredjenti dderivati minn ħut, krustaċji jew molluski
sħaħ maqbudin permezz tas-sajd sostenibbli, li ma jintużawx
għall-konsum mill-bniedem; (e)
materjali tal-għalf organiku li joriġinaw
mill-pjanti jew mill-annimali; il-materjal mill-pjanti ma għandux
jaqbeż is-60% tat-total tal-ingredjenti. 4.1.3.4.
Ir-regoli speċifiċi dwar l-għalf
għal ċerti annimali tal-akkwakultura Il-ħut fil-korpi ta' ilma magħluqin,
il-gambli penaeidi u l-gambli tal-ilma ħelu u l-ħut tropikali
tal-ilma ħelu għandhom jintgħalfu kif ġej: (a)
b'għalf li jinsab naturali fl-għadajjar u
fil-lagi; (b)
fejn ma jkunx hemm kwantitajiet biżżejjed
ta' għalf naturali, kif imsemmi fil-punt (a), jistgħu
jintużaw jew għalf organiku li jkun ġej mill-pjanti li,
preferibbilment, ikunu tkabbru fl-istabbiliment stess, inkella alka.
L-operaturi għandhom iżommu evidenza dokumentata tal-ħtieġa
li jintuża għalf addizzjonali; (c)
fejn l-għalf naturali jiġi ssupplimentat
skont il-punt (b), ir-razzjon tal-għalf ta' kull speċi
għandu jkun kif imsemmi fil-punt 4.1.5.10. (g) u tas-siamese catfish
(Pangasius spp.) jista' jkun fih massimu ta' 10% ħut mitħun
jew żejt tal-ħut idderivat permezz tas-sajd sostenibbli. 4.1.4.
Il-kura tas-saħħa 4.1.4.1.
Il-prevenzjoni tal-mard Rigward
il-prevenzjoni tal-mard għandhom japplikaw ir-regoli li ġejjin: (a)
il-prevenzjoni tal-mard għandha tkun
ibbażata fuq iż-żamma tal-annimali f'kundizzjonijiet ottimali
permezz ta' ippostjar xieraq, li jqis, fost affarijiet oħra
l-ħtiġiet tal-ispeċijiet diversi ta': kwalità tajba tal-ilma,
tar-rata tal-fluss u t-tibdil, tat-tfassil ottimu tal-impriżi,
tal-applikazzjoni ta' prattiki ta' trobbija u ta' ġestjoni tajbin, li
jinkludu t-tindif u d-diżinfezzjoni regolari tal-postijiet, għalf ta'
kwalità tajba, densità ta' popolazzjonijiet xierqa, u selezzjoni xierqa
tar-razez u tal-varjetajiet; (b)
l-użu ta' mediċini veterinarji immunoloġiċi
huwa permess; (c)
il-pjan dwar il-ġestjoni tas-saħħa
tal-annimali għandu jagħti d-dettalji dwar il-prattiki
tal-bijosigurtà u tal-prevenzjoni tal-mard, inkluż ftehim bil-miktub dwar
konsulenza dwar is-saħħa li tkun proporzjonata mal-unità tal-produzzjoni,
minn servizzi kkwalifikati fis-saħħa tal-annimali tal-akkwakultura li
għandhom iżuru l-istabbiliment tal-inqas darba fis-sena u mhux inqas
minn darba kull sentejn fil-każ tal-frott tal-baħar bivalvi; (d)
is-sistemi fejn jinżammu l-annimali,
it-tagħmir u l-għodod għandhom jitnaddfu u jiġu
ddiżinfettati sewwa; (e)
l-organiżmi bijoloġiċi li jikbru
mat-tagħmir għandhom jitneħħew biss b’mezzi
fiżiċi jew bl-idejn u, fejn ikun xieraq, għandhom
jerġgħu jintefgħu fil-baħar 'il bogħod mill-azjenda agrikola; (f)
jistgħu jintużaw biss sustanzi tat-tindif
u tad-diżinfettar tat-tagħmir u tal-faċilitajiet li jkunu
awtorizzati għall-użu fil-produzzjoni organika skont l-Artikolu 19. (g)
rigward is-serħan tal-faċilitajiet
għandhom japplikaw ir-regoli li ġejjin: (i) l-awtorità kompetenti għandha
tiddeċiedi dwar jekk hux meħtieġ is-serħan, u dwar it-tul
ta’ żmien xieraq li għandu jkun applikat u ddokumentat wara kull
ċiklu ta’ produzzjoni fis-sistemi taż-żamma tal-ilma
miftuħin fil-baħar; (ii) dan ma għandux ikun obbligatorju
għat-tkabbir tal-molluski bivalvi; (iii) matul il-perjodu tas-serħan,
il-gaġġa jew l-istruttura l-oħra użata
għall-produzzjoni tal-annimali tal-akkwakultura titbattal, tiġi
ddiżinfettata u titħalla battala qabel ma terġa’ tintuża; (h)
fejn ikun xieraq, l-għalf tal-ħut li ma
jkunx ittiekel, il-ħmieġ tal-ħut u l-annimali mejtin
għandhom jitneħħew mill-ewwel biex ikun evitat kull riskju ta’
ħsara ambjentali sinifikanti f’dak li għandu x’jaqsam mal-kwalità
tal-ilma, biex jitnaqqsu r-riskji tal-mard, u biex ma jiġux attratti
insetti jew rodituri; (i)
id-dawl ultravjola u l-ożonu jistgħu
jintużaw biss fil-mafqsiet u fl-għadajjar tat-trobbija; (j)
għall-kontroll bijoloġiku
tal-ektoparassiti, għandha tingħata preferenza lill-użu ta’
ħut li jnaddaf. 4.1.4.2.
It-trattamenti veterinarji Għandhom japplikaw
ir-regoli li ġejjin rigward it-trattamenti veterinarji: (a)
il-mard għandu jiġi ttrattat minnufih
biex kemm jista' jkun l-annimal ma jsofrix; il-prodotti mediċinali
veterinarji allopatiċi sintetizzati kimikament, inklużi
l-antibijotiċi, jistgħu jintużaw fejn meħtieġ u
f'kundizzjonijiet stretti taħt ir-responsabbiltà ta' veterinarju, fejn ma
jkunx xieraq l-użu ta' prodotti fitoterapewtiċi, omeopatiċi u
oħrajn. Fejn jixraq għandhom jiġu ddefiniti r-restrizzjonijiet
rigward korsijiet ta' trattament u perjodi ta' rtirar; (b)
għandhom ikunu permessi trattamenti marbutin
mal-ħarsien tas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali imposti
abbażi tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni; (c)
meta titfaċċa problema
tas-saħħa minkejja l-miżuri preventivi biex jiżguraw
is-saħħa tal-annimali, skont il-punt 4.1.4.1., jistgħu
jintużaw it-trattamenti veterinarji li ġejjin f’din l-ordni ta’
preferenza: (i) sustanzi mill-pjanti, mill-annimali jew
mill-minerali f’sustanza dilwita omeopatika; (ii) pjanti u l-estratti tagħhom li ma
għandhomx effetti anestetiċi; u (iii) sustanzi bħal mikroelementi,
metalli, immunostimulanti naturali, jew probijotiċi awtorizzati; (d)
l-użu tat-trattamenti allopatiċi huwa
limitat għal żewġ korsijiet ta’ trattament fis-sena, ħlief
għat-tilqim u għall-iskemi obbligatorji ta’ qerda. Madanakollu,
fil-każijiet ta’ ċiklu ta’ produzzjoni ta’ inqas minn sena, japplika
limitu ta’ trattament allopatiku wieħed. Jekk jinqabżu l-limiti
msemmija għat-trattamenti allopatiċi, l-annimali tal-akkwakultura
kkonċernati ma jistgħux jinbiegħu bħala prodotti
organiċi; (e)
l-użu tat-trattamenti kontra l-parassiti, li
ma jinkludix l-iskemi obbligatorji tal-kontroll imħaddma mill-Istati
Membri, għandu jkun limitat għal darbtejn fis-sena inkella għal
darba fis-sena f’każ li ċ-ċiklu tal-produzzjoni jkun ta’ inqas
minn 18-il xahar; (f)
il-perjodu ta’ rtirar tat-trattamenti veterinarji
allopatiċi u tat-trattamenti kontra l-parassiti skont il-punt (d),
fosthom tat-trattamenti skont l-iskemi obbligatorji tal-kontroll u ta’ qerda,
għandu jkun id-doppju tal-perjodu legali ta’ rtirar kif imsemmi
fl-Artikolu 11 tad-Direttiva 2001/82/KE, jew, f’każ li dan il-perjodu
ma jkunx speċifikat, ta’ 48 siegħa; (g)
kull meta jintużaw prodotti mediċinali
veterinarji, dan l-użu għandu jiġi ddikjarat lill-korp jew
lill-awtorità tal-kontroll qabel ma jiġu kkummerċjalizzati bħala
annimali organiċi. L-istokk li jkun ġie ttrattat għandu jkun
identifikabbli faċilment. 4.1.5.
Il-kundizzjonijiet tal-akkomodazzjoni u l-prattiki
tat-trobbija 4.1.5.1.
Il-faċilitajiet magħluqa
taċ-ċirkulazzjoni mill-ġdid tal-produzzjoni tal-annimali
tal-akkwakultura ma għandhomx ikunu permessi, minbarra fil-każijiet
ta' mafqsiet u għadajjar tat-trobbija, u l-produzzjoni ta’ speċijiet
użati bħala organiżmi organiċi tal-għalf. 4.1.5.2.
It-tisħin u t-tberrid artifiċjali
tal-ilma għandu jkun permess biss fil-mafqsiet u fl-għadajjar
tat-trobbija. Għat-tisħin u t-tberrid tal-ilma fl-istadji kollha
tal-produzzjoni jista’ jintuża ilma naturali mill-ispieri. 4.1.5.3.
L-ambjent tat-trobbija tal-annimali
tal-akkwakultura għandu jitfassal b’tali mod li, skont il-ħtiġijiet
speċifiċi tal-ispeċi tagħhom, l-annimali tal-akkwakultura: (a)
għandu jkollhom biżżejjed spazju
għal raġunijiet tal-benessri tagħhom, u fejn rilevanti densità
minima ta' stokkijiet; (b)
għandhom jinżammu f'ilma fejn, fost
affarijiet oħra, il-kwalità tkun tajba, ikun hemm rata ta' ġiri u
tibdil tal-ilma xierqa, ikollhom biżżejjed ossiġenu u
jinżamm livell baxx ta' metaboliti; (c)
jinżammu f’temperatura u f’kundizzjonijiet
tad-dawl skont ir-rekwiżiti tal-ispeċi u filwaqt li jitqies il-post
ġeografiku. Fil-każ
tal-ħut tal-ilma ħelu, il-qiegħ għandu jkun joqrob kemm
jista’ jkun lejn il-kundizzjonijiet naturali. Fil-każ
tal-karpjun, il-qiegħ għandu jkun art naturali. 4.1.5.4.
It-tfassil u l-bini tas-sistemi akkwatiċi
taż-żamma għandhom jipprovdu rati ta’ ġiri tal-ilma u
parametri fiżjokimiċi li jissalvagwardjaw is-saħħa u
l-benessri tal-annimali u jissodisfaw il-ħtiġijiet ta’
mġibithom. 4.1.5.5.
L-unitajiet tat-trobbija fuq l-art għandhom
jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin: (a)
għal sistemi bl-ilma dieħel u
ħiereġ minnhom, għandu jkun possibbli li wieħed
jimmonitorja u jikkontrolla r-rata ta’ ġiri tal-ilma u l-kwalità kemm
tal-ilma li jkun dieħel fihom kif ukoll tal-ilma li jkun ħiereġ
'il barra minnhom; (b)
tal-anqas ħamsa fil-mija miż-żona
ta’ mad-dawra tal-istabbiliment ("iż-żona fejn jiltaqgħu
l-art u l-ilma") għandu jkollha veġetazzjoni naturali. 4.1.5.6.
Is-sistemi taż-żamma fil-baħar
għandhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin: (a)
ikunu jinsabu f’post fejn ir-rata ta’ ġiri
tal-ilma, il-fond tal-ilma u t-tibdil tal-ilma kollu jkunu addattati biex
jitnaqqas l-impatt fuq qiegħ il-baħar u fuq l-ammont tal-ilma
tal-madwar; (b)
ikollhom disinn, bini u manteniment
tal-gaġeġ li jkunu adegwati f’dak li għandu x’jaqsam
mal-esponiment tagħhom għall-ambjent ta’ ħidma. 4.1.5.7.
Is-sistemi taż-żamma għandhom
jitfasslu, jitqiegħdu u jitħaddmu b'mod li jitnaqqas kemm jista' jkun
ir-riskju ta’ inċidenti li fihom jaħarbu l-annimali. 4.1.5.8.
Jekk jaħarbu l-ħut jew il-krustaċji,
għandha tittieħed azzjoni xierqa biex jitnaqqas l-impatt fuq
l-ekosistema tal-post, inkluż il-qbid mill-ġdid, fejn ikun xieraq.
Għandha tinżamm evidenza dokumentata. 4.1.5.9.
Għall-produzzjoni tal-annimali
tal-akkwakultura fil-vaski tal-ħut, fit-tankijiet jew fil-korsi, l-azjendi
agrikoli għandhom ikunu mgħammra jew b’tankijiet jew vaski b’saff
naturali li jiffiltraw l-ilma, jew b’vaski fejn joqgħod in-naqal, jew
b’filtri bijoloġiċi jew mekkaniċi li jiġbru n-nutrijenti
skartati jew għandhom jużaw l-alka jew l-annimali (bivalvi u algi) li
jikkontribwixxu għat-titjib tal-kwalità tal-ilma li jkun ħiereġ
'il barra minnhom. Fejn ikun xieraq, għandu jkun hemm monitoraġġ
tal-ilma li jkun ħiereġ 'il barra minnhom f’perjodi regolari. 4.1.5.10.
Id-densità tal-istokkijiet Filwaqt li jitqiesu l-effetti tad-densità
tal-istokkijiet fuq il-benessri tal-ħut prodott, għandhom ikunu
ssorveljati l-kundizzjoni tal-ħut (bħall-ħsara
lill-ġwienaħ, feriti oħrajn, ir-rata tat-tkabbir, l-imġiba
espressa u s-saħħa ġenerali) u l-kwalità tal-ilma. Id-densità tal-istokkijiet għandha tkun kif
stabbilit hawn taħt skont l-ispeċi jew il-grupp ta' speċijiet: (a)
Il-produzzjoni organika ta' ħut tal-familja
tas-salamun fl-ilma ħelu: L-ispeċijiet
ikkonċernati: trota kannella (Salmo trutta) – trota qawsalla (Oncorhynchus
mykiss) – trota Amerikana tax-xmajriet (Salvelinus fontinalis) –
salamun (Salmo salar) – charr (Salvelinus alpinus) – grayling
(Thymallus thymallus) – trota Amerikana tal-lagi (jew trota griża) (Salvelinus
namaycush) – huchen (Huchohucho) Is-sistema tal-produzzjoni || Is-sistemi tat-tismin fl-istabbilimenti jridu jingħalfu minn sistemi miftuħin. Ir-rata ta’ ġiri tal-ilma trid tiżgura li jkun hemm mill-inqas 60 % ta' saturazzjoni bl-ossiġnu għall-istokk u trid tiżgura l-kumdità tagħhom u tiżgura t-tneħħija tal-ilma bin-naqal li jkun ħiereġ ’il barra mill-istabbiliment. Id-densità massima tal-istokk || L-ispeċijiet tal-familja tas-salamun mhux elenkati hawn taħt 15-il kg/m3 Salamun 20 kg/m3 It-trota kannella u t-trota qawsalla: 25 kg/m3 Charr tal-Artiku 20 kg/m3 (b)
Il-produzzjoni organika ta' ħut tal-familja
tas-salamun fl-ilma baħar: L-ispeċijiet
ikkonċernati: is-salamun (Salmo salar), It-trota kannella (Salmo
trutta) – it-trota qawsalla (Oncorhynchus mykiss) Id-densità massima tal-istokk || 10 kg/m3 fi xbieki taż-żamma (net pens) (c)
Il-produzzjoni organika tal-merluzz (Gadus
morhua) u ta’ Gadidae oħrajn, tal-ispnott (Dicentrarchus labrax),
tal-awrat (Sparus aurata), tal-gurbell (Argyrosomus regius),
tal-barbun imperjali (Psetta maxima [= Scopthalmus maximux]),
tal-pagru komuni (Pagrus pagrus [= Sparus pagrus]),
tal-pixxitanbur aħmar (Sciaenops ocellatus) u ta’ Sparidae oħrajn,
u tal-ispinefoot (Siganus spp.) Is-sistema tal-produzzjoni || F’sistemi taż-żamma tal-ilma miftuħin (xbieki taż-żamma/gaġeġ) b’veloċità minima tal-kurrent tal-baħar biex il-ħut jingħata l-aħjar trattament possibbli jew f'sistemi miftuħin fuq l-art. Id-densità massima tal-istokk || Għall-ħut kollu ħlief għall-barbun imperjali: 15 kg/m3 Għall-barbun imperjali: 25 kg/m² (d)
Il-produzzjoni organika tal-ispnott, tal-pagru,
tal-gurbell, tal-mulett (Liza, Mugil) u tas-sallur (Anguilla
spp) f’vaski tal-art f’żoni tal-marea u fil-laguni ta’ mal-kosta Is-sistema taż-żamma || Għadajjar tradizzjonali tas-salini mibdula f’unitajiet tal-produzzjoni tal-akkwakultura u vaski tal-art simili f’żoni tal-marea Is-sistema tal-produzzjoni || Għandu jkun hemm bdil adegwat tal-ilma biex ikun żgurat it-trattament xieraq tal-ispeċijiet. Tal-anqas 50 % mid-digi jridu jkunu mgħottija bil-pjanti Huma meħtieġa vaski għat-tisfija tal-impuritajiet ibbażati f'art mistagħdra Id-densità massima tal-istokk || 4 kg/m3 (e)
Il-produzzjoni organika tal-istorjun fl-ilma
ħelu: L-ispeċi
kkonċernata: Il-familja tal-istorjun (Acipenseridae) Is-sistema tal-produzzjoni || Ir-rata ta’ ġiri tal-ilma f’kull unità tat-trobbija għandha tkun biżżejjed biex tiżgura l-benessri tal-annimali L-ilma li jkun ħiereġ ’il barra minnhom għandu jkun tal-istess kwalità bħal dak li jkun dieħel fihom Id-densità massima tal-istokk || 30 kg/m3 (f)
Il-produzzjoni organika tal-ħut fl-ilmijiet
interni: L-ispeċi
kkonċernata: Il-familja tal-karpjun (Cyprinidae) u speċijiet
oħrajn relatati fil-kuntest tal-polikultura, inklużi l-ispnott,
il-lizz, il-‘catfish’, il-koregonidi (‘coregonids’) u l-istorjun. Is-sistema tal-produzzjoni || F’vaski tal-ħut li għandhom jitbattlu kompletament mill-ilma kull tant żmien, u fil-lagi. Il-lagi jridu jkunu ddedikati biss għall-produzzjoni organika, inkluż l-għelejjel li jitkabbru fiż-żoni nexfin. Iż-żona għall-qbid tal-ħut għandha tkun mgħammra b’kalanka ta’ ilma nadif u għandha tkun ta’ daqs li jipprovdi lill-ħut l-iktar kumdità possibbli. Il-ħut għandu jinħażen f'ilma nadif wara li jinqabad. Il-fertilizzazzjoni organika u minerali tal-għadajjar u l-lagi għandha ssir biss b'fertilizzanti u kundizzjonaturi tal-ħamrija awtorizzati għall-użu fil-produzzjoni organika skont l-Artikolu 19, b'applikazzjoni massima ta' 20 kg ta' nitroġenu kull ettaru. Mhumiex permessi t-trattamenti li fihom jintużaw sustanzi kimiċi sintetiċi għall-kontroll tal-idrofiti u hija pprojbita kopertura bil-pjanti fl-ilmijiet tal-produzzjoni. Għandhom jinżammu żoni tal-veġetazzjoni spontanja madwar l-unitajiet tal-ilmijiet interni bħala żoni ta’ lqugħ għaż-żoni tal-art esterni li ma jkunux involuti fil-ħidma tal-produzzjoni skont ir-regoli tal-akkwakultura organika. Għat-tkabbir għad-daqs tas-suq, għandha tintuża “l-polikultura” bil-kundizzjoni li l-kriterji stabbiliti f’dawn l-ispeċifikazzjonijiet għall-ispeċijiet l-oħrajn tal-ħut tal-lagi jinżammu kif dovut. Il-ġabra mill-produzzjoni || Il-produzzjoni totali tal-ispeċijiet hija llimitata għal 1500 kg. ta’ ħut għal kull ettaru fis-sena. (g)
Il-produzzjoni organika tal-gambli u tal-gambli
tal-ilma ħelu (Macrobrachium sp.): It-twaqqif tal-unità jew tal-unitajiet tal-produzzjoni || Dawn għandhom ikunu f’żoni tat-tafal moxa sabiex jitnaqqas kemm jista’ jkun l-impatt ambjentali tal-bini tal-vaska. Il-vaski għandhom jinbnew bit-tafal naturali li jkun hemm diġà. Mhix permessa l-qerda tal-mangrovja. It-tul taż-żmien għall-konverżjoni || Sitt xhur għal kull vaska, li jikkorrispondu mat-tul ta’ ħajja normali ta’ gamblu fl-istabbiliment. L-oriġini tal-istokk għar-riproduzzjoni || Wara tliet snin ta’ ħidma, tal-anqas nofs l-istokk għar-riproduzzjoni għandu jkun domestiku. In-nofs l-ieħor għandu jkun stokk għar-riproduzzjoni ħieles mill-patoġenu u li jkun ġej mis-sajd sostenibbli. Għandu jkun implimentat proċess ta’ eżaminazzjoni obbligatorja fuq l-ewwel u t-tieni ġenerazzjoni qabel ma dawn jiddaħħlu fl-istabbiliment. L-asportazzjoni taz-zokk jiċċaqlaq li fuqu jkollu l-għajn || Mhux permess. Id-densitajiet massimi tal-istokk u l-limiti massimi tal-produzzjoni fl-istabbiliment || Iż-żrigħ: massimu ta’ 22 larva li għadhom kemm għaddew mill-istadju tal-larvi imma li għad jonqoshom xi karatteristiċi, għal kull metru kwadru Il-bijomassa massima istantanja: 240 g/m2 (h)
Il-molluski u l-ekinodermi Is-sistemi tal-produzzjoni || Il-konzijiet, iċ-ċattri, it-tkabbir f’qiegħ il-baħar, ix-xbieki, il-gaġeġ, it-tilari, il-lampari, l-arbli ‘bouchot’ jew is-sistemi l-oħra taż-żamma. Għat-tkabbir tal-maskli fuq iċ-ċattri, l-għadd ta’ ħbula għall-kultivazzjoni tal-maskli ma għandux jaqbeż il-wieħed għal kull metru kwadru ta’ erja tal-wiċċ. It-tul massimu tal-ħbula ma għandux ikun iżjed minn 20m. Ma għandux ikun hemm traqqiq tal-ħbula għall-kultivazzjoni tal-maskli waqt iċ-ċiklu tal-produzzjoni. Madanakollu, il-ħbula għall-kultivazzjoni tal-maskli jistgħu jiġu sottodiviżi, dejjem jekk ma tiżdiedx id-densità tal-istokk tal-bidu. (i)
Ħut tal-ilma ħelu tropikali:
il-‘milkfish’ (Chanos chanos), it-tilapja (Oreochromis sp.),
is-‘siamese catfish’ (Pangasius sp.) Is-sistemi tal-produzzjoni || Il-vaski u n-nases Id-densità massima tal-istokk || Pangasius: 10 kg/m3 Oreochromis: 20 kg/m3 4.1.6.
Trattament xieraq tal-annimali 4.1.6.1.
Il-persunal kollu li jieħu ħsieb
l-annimali tal-akkwakultura għandu jkollu l-għarfien u
l-kapaċitajiet bażiċi meħtieġa fir-rigward
tas-saħħa u l-ħtiġijiet ta' trattament xieraq tal-annimali 4.1.6.2.
L-annimali tal-akkwakultura kemm jista' jkun
m'għandhomx jintmissu, iżda jekk dan ikun meħtieġ,
għandu jsir bl-ikbar attenzjoni u għandhom jintużaw
it-tagħmir u l-protokolli xierqa sabiex jiġu evitati l-istress u
l-ħsara fiżika assoċjati mal-proċeduri tat-tqandil.
L-istokk għar-riproduzzjoni għandu jitqandel b’mod li jitnaqqsu kemm
jista’ jkun il-ħsara fiżika u l-istress u, fejn ikun xieraq, billi
jingħata l-loppju. Il-ħidmiet tal-gradazzjoni għandhom ikunu
llimitati kemm jista’ jkun u għandhom jitwettqu skont il-bżonn biex
ikun żgurat it-trattament xieraq tal-ħut. 4.1.6.3.
Għandhom japplikaw ir-restrizzjonijiet li
ġejjin fuq l-użu tad-dawl artifiċjali: (a)
biex jittawwal il-ħin naturali
tal-ġurnata, dan ma għandux jaqbeż massimu li jirrispetta
l-ħtiġijiet etoloġiċi, il-kundizzjonijiet
ġeografiċi u s-saħħa ġenerali tal-annimali
fl-istabbiliment, u dan il-massimu ma għandux jaqbeż is-16-il
siegħa kuljum, ħlief għall-għanijiet tar-riproduzzjoni; (b)
għandhom ikunu evitati bidliet f’salt fl-intensità
tad-dawl waqt il-ħin tal-konverżjoni billi jintużaw bozoz li
jistgħu jitbaxxew bil-mod il-mod jew dawl fl-isfond. 4.1.6.4.
Għandha titħalla tingħata l-arja
sabiex ikunu żgurati l-benessri u s-saħħa tal-annimali skont
il-kundizzjoni li l-arjaturi mekkaniċi għandhom jitħaddmu
preferibbilment b’sorsi tal-enerġija rinnovabbli. 4.1.6.5.
L-ossiġnu likwidu jista’ jintuża biss
għall-użi marbutin mar-rekwiżiti tas-saħħa
tal-annimali u ma’ perjodi kritiċi tal-produzzjoni jew tal-ġarr,
fil-każijiet li ġejjin: (a)
f’każ li jkun hemm, b’mod
eċċezzjonali, żieda fit-temperatura, tnaqqis fil-pressjoni
tal-arja jew tniġġis bi żball; (b)
fil-każ ta’ proċeduri ta’ darba fil
tal-ġestjoni tal-istokk bħat-teħid ta’ kampjuni u
l-għażla; (c)
sabiex tkun żgurata s-sopravivenza tal-istokk
tal-istabbiliment. 4.1.6.6.
It-trasportazzjoni tal-annimali tal-akkwakultura
għandu b'mod attiv jinżamm għall-minimu kemm jista' jkun. 4.1.6.7.
Kull tip ta' sofferenza, għandha tinżamm
għal minimu matul il-ħajja sħiħa tal-annimal, inkluż
fil-ħin ta' qatla. 4.1.6.8.
It-tekniki tal-qatla għandhom jitilfu
lill-ħut minn sensihom u jneħħulhom il-ħila li jħossu
l-uġigħ mill-ewwel. It-tqandil tal-annimali qabel il-qatla
għandu jsir b'mod li jevita li jweġġagħhom u kemm jista'
jkun ma jikkawżalhomx stress u tbatija. Għandhom jitqiesu
d-differenzi fid-daqs tal-qbid, fl-ispeċijiet, u fis-siti tal-produzzjoni
meta jkunu qed jiġu kkunsidrati l-aqwa metodi għall-qatla. 4.2.
Ir-regoli speċifiċi għall-molluski 4.2.1.
Is-sorsi taż-żerriegħa Rigward is-sorsi
taż-żerriegħa, għandhom japplikaw ir-regoli li ġejjin: (a)
tista' tintuża żerriegħa ta' frott
tal-baħar salvaġ minn barra l-kunfini tal-unità tal-produzzjoni
fil-każ ta' molluski bivalvi, sakemm ma ssir ebda ħsara sinifikanti
għall-ambjent, dan il-ġbir ta' żerriegħa jkun permess
mil-liġijiet lokali, u ż-żerriegħa tkun ġejja minn: (i) irqajja’ ta’ frott tal-baħar li
wisq probabbli ma jifilħux għat-temp xitwi jew li jkunu żejda;
jew (ii) irqajja’ naturali ta’
żerriegħa tal-frott tal-baħar fit-tagħmir użat
għall-ġbir; (b)
fil-każ tal-gajdra tat-tip Crassostrea
gigas, għandha tingħata preferenza lil stokk li jkun
tgħammar b’mod selettiv sabiex jitnaqqas il-bidien fl-ambjent naturali; (c)
għandhom jinżammu reġistri dwar
meta, kif u minn fejn inġabret iż-żerriegħa
salvaġġa biex tkun tista’ tiġi ttraċċata lura
għaż-żona tal-ġbir. 4.2.2.
Il-kundizzjoni taż-żoni tal-għajxien
u l-prattiki tat-trobbija Rigward
il-kundizzjonijiet taż-żoni tal-għajxien u l-prattiki
tat-trobbija għandhom japplikaw ir-regoli li ġejjin: (a)
il-produzzjoni tista’ ssir fl-istess żona
tal-ilma tat-tkabbir organiku tal-ħut tal-ġewnaħ u tal-alka
f’sistema ta’ polikultura li għandha tiġi ddokumentata fil-pjan dwar
il-ġestjoni sostenibbli. Il-molluski bivalvi jistgħu jitkabbru wkoll
flimkien mal-molluski gasteropodi, bħall-brankutli, fil-polikultura; (b)
il-produzzjoni organika tal-molluski bivalvi
għandha ssir f’żoni ddelimitati b’żubruni, kannizzati jew
b’marki ċari oħrajn u għandha tkun ristretta, kif xieraq, bi
xbieki, gaġeġ jew mezzi oħra magħmulin mill-bniedem; (c)
l-istabbilimenti organiċi tal-frott
tal-baħar għandhom inaqqsu kemm jista’ jkun ir-riskju għal
speċijiet li huma ta’ interess għall-konservazzjoni. Jekk
jintużaw xbieki tal-predaturi, id-disinn tagħhom ma għandux
jippermetti li ssir ħsara lill-għasafar li jogħdsu. 4.2.3.
It-trobbija Rigward it-trobbija
għandhom japplikaw ir-regoli li ġejjin: (a)
it-trobbija fuq il-ħbula tal-maskli u b’metodi
oħrajn imniżżlin fil-punt 4.1.5.10 (h) tista’ tkun
eliġibbli għall-produzzjoni organika; (b)
il-molluski jistgħu jitkabbru f’qiegħ
il-baħar biss jekk dan ma jwassal għal ebda impatt ambjentali
sinifikanti fis-siti tal-ġbir u tat-trobbija. L-evidenza li l-impatt
ambjentali ta' din it-trobbija huwa minimu għandha tkun sostnuta bi
stħarriġ u b’rapport dwar iż-żona sfruttata li
għandhom jingħataw lill-korp jew lill-awtorità ta’ kontroll
mill-operatur. Ir-rapport għandu jiżdied mal-pjan dwar
il-ġestjoni sostenibbli bħala kapitolu separat. 4.2.4.
Il-ġestjoni Rigward il-ġestjoni għandhom japplikaw
ir-regoli li ġejjin: (a)
fil-produzzjoni għandha tintuża densità
tal-istokk li ma tkunx iktar minn dik użata fir-reġjun
għall-molluski mhux organiċi. L-aġġustamenti
tal-għażla, tat-tnaqqis u tad-densità tal-istokkijiet għandhom
isiru skont il-bijomassa u biex jiżguraw it-trattament xieraq tal-annimali
u l-kwalità tajba tal-prodotti; (b)
l-organiżmi bijoloġiċi li jikbru
mat-tagħmir għandhom jitneħħew b’mezzi fiżiċi jew
bl-idejn u, fejn xieraq, jerġgħu jintefgħu fil-baħar 'il
bogħod mill-istabbilimenti tal-molluski. Matul iċ-ċiklu
tal-produzzjoni, il-molluski jistgħu jiġu ttrattati darba
b’soluzzjoni tal-ġir biex jiġu kkontrollati organiżmi li jikbru
mat-tagħmir li jkunu qed jikkompetu magħhom. 4.2.5.
Ir-regoli speċifiċi dwar it-trobbija
tal-gajdri Huwa permess
it-tkabbir f’basktijiet fuq il-kavalletti. Dawn, jew strutturi oħrajn li
fihom jinżammu l-gajdri, għandhom jitpoġġew b’tali mod li
ma jiffurmawx barriera waħda sħiħa mal-kosta. L-istokk
għandu jitqiegħed b’attenzjoni kbira fl-irqajja’ skont il-flussi
tal-marea biex il-produzzjoni tittejjeb kemm jista’ jkun. Il-produzzjoni
għandha tissodisfa r-rekwiżiti stipulati fil-punt 4.1.5.10. (h). Parti IV:
Ir-regoli tal-produzzjoni ta' ikel u għalf ipproċessati Minbarra r-regoli ġenerali
tal-produzzjoni stabbiliti fl-Artikoli 7, 9 u 13, ir-regoli stabbiliti f'din
il-Parti għandhom japplikaw għall-produzzjoni tal-ikel u l-għalf
ipproċessati. 1.
Ir-rekwiżiti ġenerali
għall-produzzjoni tal-ikel u tal-għalf ipproċessati 1.1.
L-addittivi mal-ikel u mal-għalf,
l-għajnuniet għall-ipproċessar, u sustanzi u ingredjenti
oħra użati għall-ipproċessar ta' ikel jew għalf, u
kull prattika ta' pproċessar użata, bħall-iffumigazzjoni,
għandhom jirrispettaw il-prinċipji ta' prattika tajba ta' manifattura[10]. 1.2.
L-operaturi li jipproduċu għalf jew ikel
ipproċessat għandhom jistabbilixxu u jaġġornaw
proċeduri addattati ibbażati fuq identifikazzjoni sistematika ta'
stadji kritiċi tal-ipproċessar. 1.3.
L-applikazzjoni tal-proċeduri msemmija
fil-paragrafu 1.2 għandha tiggarantixxi f'kull ħin li l-prodotti
pproċessati ffabbrikati jikkonformaw ma' dan ir-Regolament. 1.4.
L-operaturi għandhom jikkonformaw
mal-proċeduri msemmija fil-paragrafu 1.2. u jimplimentawhom, u b'mod
partikolari għandhom: (a)
jieħdu miżuri ta' prekawzjoni biex
jevitaw ir-riskju ta' kontaminazzjoni minn sustanzi jew prodotti mhux
awtorizzati; (b)
jimplimentaw miżuri addattati ta' tindif,
jagħmlu monitoraġġ tal-effikaċja tagħhom u
jirreġistraw dawn l-operazzjonijiet; (c)
jiggarantixxu li ma jitqiegħdux prodotti mhux
organiċi fis-suq b'indikazzjoni li tirreferi għall-produzzjoni
organika. 1.5.
Il-preparazzjoni ta' ikel organiku pproċessat
għandha tinżamm separata fiż-żmien u fil-post mill-prodotti
li mhumiex organiċi. Meta jkunu ppreparati jew maħżuna prodotti
li mhumiex organiċi fl-unità ta' preparazzjoni kkonċernata,
l-operatur irid: (a)
jinforma lill-awtorità jew lill-korp tal-kontroll
dwar dan; (b)
jwettaq l-operazzjonijiet b'mod kontinwu sakemm
tkun ġiet ittrattata t-tiratura kollha, f'post jew fi żmien separat
minn operazzjonijiet simili mwettqa fuq prodotti mhux organiċi; (c)
jaħżen il-prodotti organiċi, qabel u
wara l-operazzjonijiet, f'post jew fi żmien separat minn prodotti mhux
organiċi; (d)
iżomm reġistru aġġornat tal-operazzjonijiet
kollha u tal-kwantitajiet ipproċessati; (e)
iwettaq il-miżuri meħtieġa biex
jiżgura l-identifikazzjoni tal-lottijiet u biex jevita t-taħlit jew
skambji ma' prodotti mhux organiċi; (f)
jwettaq l-operazzjonijiet fuq prodotti
organiċi biss wara tindif addattat tat-tagħmir tal-produzzjoni. 1.6.
Ma għandhomx jintużaw prodotti, sustanzi
u tekniki li jirrikostitwixxu l-proprjetajiet li jintilfu fl-ipproċessar u
fil-ħżin tal-ikel organiku, li jikkoreġu r-riżultati ta'
negliġenza fl-ipproċessar tal-ikel organiku jew li b'xi mod
jistgħu jqarrqu dwar in-natura vera ta' prodotti li huma maħsubin
biex jiġu kkummerċjalizzati bħala organiċi. 2.
Ir-rekwiżiti għall-produzzjoni
tal-ikel ipproċessat 2.1.
Il-kundizzjonijiet li ġejjin għandhom
japplikaw għall-kompożizzjoni ta' ikel organiku pproċessat: (a)
il-prodott għandu jiġi ffabrikat
prinċipalment minn ingredjenti agrikoli; biex jiġi ddeterminat jekk
prodott ikunx magħmul prinċipalment minn ingredjenti agrikoli ma
għandhomx jitqiesu l-ilma u l-melħ miżjudin; (b)
jistgħu jintużaw biss l-addittivi
tal-ikel, l-għajnuniet għall-ipproċessar, il-ħwawar,
l-ilma, il-melħ, il-preparati ta' mikroorganiżmi u enżimi
tal-ikel, il-minerali, il-mikroelementi, il-vitamini u l-aċidi
amminiċi u mikronutrijenti oħrajn fl-oġġetti tal-ikel
għall-użi nutrittivi partikolari li huma awtorizzati
għall-użu fil-produzzjoni organika skont l-Artikolu 19; (c)
ingredjent organiku ma għandux ikun
preżenti flimkien mal-istess ingredjent f'forma mhux organika jew
ingredjent minn konverżjoni; (d)
ikel prodott minn għelejjel ta' waqt
il-konverżjoni għandu jkun fih ingredjent tal-għelejjel
wieħed biss ta' oriġini agrikola. 2.2.
L-użu ta' ċerti prodotti u sustanzi
fl-ipproċessar tal-ikel 2.2.1.
Fl-ipproċessar tal-ikel għandhom
jintużaw biss il-prodotti u s-sustanzi msemmija fil-punt 2.1(b) u dawk
imsemmija fil-punti 2.2.2, 2.2.4. u 2.2.5., bl-eċċezzjoni ta'
prodotti u sustanzi mis-settur tal-inbid, li għalihom għandu japplika
l-punt 2 tal-Parti V, u tal-ħmira, li għaliha għandu japplika
l-punt 1.3 tal-Parti VI. 2.2.2.
Fl-ipproċessar tal-ikel, għandu jkun
permess l-użu tal-prodotti u sustanzi li ġejjin: (a)
preparati ta' mikroorganiżi u enżimi
tal-ikel normalment użati fl-ipproċessar tal-ikel; iżda
l-enżimi tal-ikel li jkunu maħsubin biex jintużaw bħala
addittivi tal-ikel iridu jkunu awtorizzati għall-użu fil-produzzjoni
organika skont l-Artikolu 19; (b)
is-sustanzi u l-prodotti ddefiniti fl-Artikolu 3(2)(b)
u (d) tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[11] li huma ttikkettati
bħala sustanzi naturali tat-taħwir jew preparati naturali tat-taħwir,
skont l-Artikoli 15(1)(e) u 16 ta' dak ir-Regolament; (c)
koloranti biex jiġu ttimbrati l-laħam u
l-qxur tal-bajd skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008
tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[12]; (d)
ilma għax-xorb u melħ (bil-klorur
tas-sodju jew bil-klorur tal-potassju bħala komponenti bażiċi)
ġenerlament użati fl-ipproċessar tal-ikel; (e)
minerali (mikroelementi inklużi), vitamini,
aċidi amminiċi u mikronutrijenti, awtorizzati biss sa fejn l-użu
tagħhom huwa meħtieġ legalment fl-oġġetti tal-ikel li
fihom ikunu inkorporati. 2.2.3.
Għall-finijiet tal-kalkolu stipulat
fl-Artikolu 21(3), għandhom japplikaw ir-regoli li ġejjin: (a)
ċerti addittivi tal-ikel li huma awtorizzati
għall-użu fil-produzzjoni organika skont l-Artikolu 19 għandhom
jiġu kkalkulati bħall-ingredjenti agrikoli; (b)
il-preparati u s-sustanzi msemmijin fil-punt 2.2.2.
ma għandhomx jiġu kkalkulati bħall-ingredjenti agrikoli; (c)
il-ħmira u l-prodotti tal-ħmira
għandhom jiġu kkalkulati bħall-ingredjenti agrikoli. 2.2.4.
L-ingredjenti agrikoli mhux organiċi li jidhru
hawn taħt jistgħu jintużaw fl-ipproċessar tal-ikel
organiku: (a)
prodotti minn annimali: (i) organiżmi akkwatiċi, li ma
joriġinawx mill-akkwakultura, u li huma permessi fil-preparazzjoni ta'
prodotti tal-ikel mhux organiċi; (ii) il-ġelatina; (iii) imsaren (Casings); (b)
prodotti veġetali mhux ipproċessati kif
ukoll prodotti dderivati minnhom permezz tal-ipproċessar ta': (i) frott, lewż u żrieragħ
għall-ikel: – il-lewż tal-kola Cola acuminata; (ii) ħwawar u ħxejjex
aromatiċi għall-ikel: – iż-żerriegħa tal-għerq mustarda Armoracia
rusticana; – il-fjuri tal-għosfor Carthamus tinctorius; – il-krexxuni Nasturtium officinale; (iii) mixxellanji: – l-alki, fosthom l-alka tal-baħar; (c)
prodotti ta' ħxejjex ipproċessati: (i) iz-zokkrijiet, il-lamtijiet u prodotti
oħrajn li ġejjin miċ-ċereali u mit-tuberi: – il-karta tal-ostji; – lamtu mir-ross u mill-qamħirrum tax-xama’, mhux immodifikat
kimikament; (ii) mixxellanji: – ir-rum, dak biss li hu miksub mill-meraq tal-kannamieli. 2.2.5.
Ix-xaħmijiet u ż-żjut irfinuti jew
le, iżda mhux immodifikati b'mod kimiku, jistgħu jintużaw
f'forma mhux organika jekk jittieħdu minn pjanti li ma jkunux: – il-kawkaw Theobroma cacao; – il-ġewż tal-Indi Cocos nucifera; – iż-żebbuġa Olea
europaea; – il-ġirasol Helianthus annuus; – il-palma Elaeis guineensis; – il-kolza Brassica napus, rapa; – l-għosfor Carthamus tinctorius; – il-ġunġlien Sesamum indicum; – is-soja Glycine max. 3.
Ir-rekwiżiti għall-produzzjoni
tal-għalf ipproċessat 3.1.
Materjali tal-għalf organiku, jew materjali
tal-għalf mill-produzzjoni f'konverżjoni, ma għandhomx
jidħlu fil-kompożizzjoni ta' prodott tal-għalf organiku
simultanjament mal-istess materjali tal-għalf prodotti b'mezzi mhux
organiċi. 3.2.
Kull materjal tal-għalf użat jew
ipproċessat fil-produzzjoni organika ma għandux ikun ġie
pproċessat bl-għajnuna ta' solventi sintetizzati kimikament. Parti
V: L-inbid 1.
Il-kamp ta' applikazzjoni 1.1.
Barra mir-regoli ġenerali tal-produzzjoni
stabbiliti fl-Artikoli 7, 8, 9 u 14, ir-regoli stabbiliti f'din il-Parti
għandhom japplikaw għall-produzzjoni organika tal-prodotti tas-settur
tal-inbid kif imsemmi fil-punt (1) tal-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013. 1.2.
Ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 606/2009[13] u (KE) Nru 607/2009[14] għandhom
japplikaw, sakemm ma jkunx hemm previst espliċitament mod ieħor f'din
il-Parti. 2.
L-użu ta’ ċerti prodotti u
sustanzi 2.1.
Il-prodotti tas-settur tal-inbid iridu jsiru minn
materja prima organika. 2.2.
Il-prodotti u s-sustanzi awtorizzati
għall-użu fil-produzzjoni organika skont l-Artikolu 19 biss
jistgħu jintużaw għall-fabbrikazzjoni ta' prodotti tas-settur
tal-inbid, inkluż waqt il-proċessi u l-prattiki enoloġiċi,
soġġett għall-kundizzjonijiet u r-restrizzjonijiet stipulati
fir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u r-Regolament (KE) Nru 606/2009, u
partikolarment fl-Anness IA ta' dak ir-Regolament. 3.
Prattiki enoloġiċi u
restrizzjonijiet 3.1.
Mingħajr ħsara għat-Taqsimiet 1. u 2.
u għall-projbizzjonijiet u restrizzjonijiet speċifiċi previsti
fil-punti 3.2 sa 3.5, il-prattiki, il-proċessi u t-trattamenti
enoloġiċi biss, inklużi r-restrizzjonijiet previsti fl-Artikolu 80
u 83(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u fl-Artikoli 3, 5 sa 9 u 11 sa 14
tar-Regolament (KE) Nru 606/2009 u fl-Annessi tagħhom, użati qabel l-1
ta’ Awwissu 2010, għandhom ikunu permessi. 3.2.
L-użu tal-prattiki, il-proċessi u
t-trattamenti enoloġiċi li ġejjin huma projbiti: (a)
il-konċentrazzjoni parzjali permezz ta’
tkessiħ skont il-punt (c) tat-Taqsima B.1 tal-Parti I tal-Anness VIII
tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013; (b)
l-eliminazzjoni tad-dijossidu tal-kubrit bi
proċessi fiżiċi skont il-punt 8 tal-Anness IA tar-Regolament
(KE) Nru 606/2009; (c)
it-trattament bl-elettrodijaliżi biex
tiġi żgurata l-istabbilizzazzjoni tartarika tal-inbid skont il-punt 36
tal-Anness IA tar-Regolament (KE) Nru 606/2009; (d)
id-dealkolizzazzjoni parzjali tal-inbid skont
il-punt 40 tal-Anness IA tar-Regolament (KE) Nru 606/2009; (e)
it-trattament bl-iskambjaturi tal-katjoni biex
tiġi żgurata l-istabbilizzazzjoni tartarika tal-inbid skont il-punt 43
tal-Anness IA tar-Regolament (KE) Nru 606/2009. 3.3.
L-użu tal-prattiki, il-proċessi u
t-trattamenti enoloġiċi li ġejjin huwa permess
fil-kundizzjonijiet li ġejjin: (a)
għal trattamenti bis-sħana skont il-punt 2
tal-Anness IA tar-Regolament (KE) Nru 606/2009, it-temperatura ma
għandhiex taqbeż is-70 °C; (b)
għaċ-ċentrifuġu u
l-filtrazzjoni b'aġent filtranti inert jew mingħajru skont il-punt 3
tal-Anness IA tar-Regolament (KE) Nru 606/2009, id-daqs tal-pori ma
għandux ikun iżgħar minn 0,2 mikrometru. 3.4.
L-użu tal-prattiki, il-proċessi u
t-trattamenti enoloġiċi li ġejjin għandu jiġi
analizzat mill-ġdid mill-Kummissjoni sal-1 ta' Awwissu 2015,
bil-ħsieb li jinqatgħu progressivament jew li tiżdied
ir-restrizzjoni tagħhom: (a)
it-trattamenti bis-sħana kif imsemmija
fil-punt 2 tal-Anness IA tar-Regolament (KE) Nru 606/2009; (b)
l-użu ta' reżini ta' skambju joniku kif
imsemmi fil-punt 20 tal-Anness IA tar-Regolament (KE) Nru 606/2009; (c)
l-ożmożi inversa skont il-punt (b)
tat-Taqsima B.1 tal-Parti VIII tar-Regolament (KE) Nru 1308/2013. 3.5.
Kull emenda mdaħħla wara l-1 ta’ Awwissu 2010,
rigward il-prattiki, il-proċessi u t-trattamenti enoloġiċi
previsti fir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jew ir-Regolament (KE) Nru 606/2009,
tista’ tkun applikabbli għall-produzzjoni organika tal-inbid biss wara
l-adozzjoni tal-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni
tar-regoli tal-produzzjoni previsti f'din it-Taqsima 3 u, fejn
meħtieġ, evalwazzjoni skont l-Artikolu 19 ta’ dan ir-Regolament. Parti
VI: Il-ħmira użata bħala ikel jew għalf Minbarra r-regoli ġenerali
tal-produzzjoni stabbiliti fl-Artikoli 7, 9 u 15, ir-regoli stabbiliti f'din
il-Parti għandhom japplikaw għall-produzzjoni tal-ħmira organika
li tintuża bħala ikel jew għalf. 1.
Rekwiżiti ġenerali 1.1.
Għall-produzzjoni tal-ħmira organika
għandhom jintużaw biss substrati organiċi prodotti b'mod
organiku. 1.2.
Il-ħmira organika ma għandhiex tkun
preżenti fl-ikel jew fl-għalf organiku flimkien ma' ħmira mhux
organika. 1.3.
Is-sustanzi li jidhru hawn taħt jistgħu
jintużaw fil-produzzjoni, fil-kunfezzjoni u fil-formulazzjoni
tal-ħmira organika: (a)
għajnuniet għall-ipproċessar
awtorizzati għall-użu fil-produzzjoni organika skont l-Artikolu 19; (b)
il-prodotti u s-sustanzi msemmijin fil-punt 2. 2.2.
(a) u (d) tal-Parti IV. ANNESS III IL-ĠBIR,
L-IMBALLAĠĠ, IT-TRASPORTAZZJONI U L-ĦAŻNA TAL-PRODOTTI 1.
Il-ġbir tal-prodotti u
t-trasportazzjoni lejn l-unitajiet ta' preparazzjoni L-operaturi jistgħu jwettqu ġbir
simultanju ta' prodotti organiċi u mhux organiċi, biss meta jkunu
twettqu miżuri xierqa għall-prevenzjoni ta' kull taħlit jew
skambju possibbli ma' prodotti mhux organiċi u biex tkun żgurata
l-identifikazzjoni tal-prodotti organiċi. L-operatur għandu
jżomm l-informazzjoni marbuta mal-jiem, is-sigħat u
ċ-ċirkwit tal-ġbir, kif ukoll id-data u l-ħin li fihom
ikunu waslu l-prodotti, disponibbli għall-awtorità jew għall-korp
tal-kontrol. 2.
L-imballaġġ u t-trasportazzjoni
ta' prodotti lejn operaturi jew unitajiet oħra 2.1.
L-operaturi għandhom jiżguraw li
l-prodotti organiċi jkunu ttrasportati lejn operaturi jew unitajiet
oħrajn, li jinkludu bejjiegħa bl-ingrossa u bejjiegħa bl-imnut,
biss f'imballaġġ, kontenituri jew vetturi addattati u magħluqa
b'tali mod li ma tkunx possibbli s-sostituzzjoni tal-kontenut mingħajr
manipulazzjoni jew ħsara lis-siġill u b'tikketta li tkun tiddikjara,
mingħajr ħsara għal kull indikazzjoni oħra
meħtieġa bil-liġi tal-Unjoni: (a)
l-isem u l-indirizz tal-operatur u, meta dawn ikunu
differenti, tas-sid jew tal-bejjiegħ tal-prodott; (b)
l-isem tal-prodott jew deskrizzjoni tal-prodott
tal-għalf kompost b'referenza miegħu għall-metodu ta'
produzzjoni organika; (c)
l-isem jew in-numru tal-kodiċi tal-awtorità
jew tal-korp tal-kontroll li l-operatur huwa soġġett għalih; u (d)
meta rilevanti, il-marka tal-identifikazzjoni
tal-lott skont sistema ta' mmarkar li tkun jew approvata f'livell nazzjonali
jew miftiehma mal-awtorità jew mal-korp tal-kontroll u li tippermetti li ssir
konnessjoni bejn il-lott u r-rekords imsemmija fl-Artikolu 24. L-informazzjoni msemmija fil-punti (a) sa (d)
tista' wkoll tkun ippreżentata fuq dokument ta' akkumpanjament, jekk dan
id-dokument jista' mingħajr ebda dubju jinvoka l-konnessjoni
mal-ippakkjar, mal-kontenitur jew mat-trasportazzjoni bil-vettura, tal-prodott.
Dan id-dokument ta' akkumpanjament għandu jinkludi informazzjoni dwar
il-fornitur jew it-trasportatur. 2.2.
Ma għandux ikun meħtieġ li
l-imballaġġ, il-kontenituri jew il-vetturi jkunu magħluqa meta: (a)
it-trasportazzjoni tkun diretta bejn operatur u
operatur ieħor li huma t-tnejn suġġetti għas-sistema
tal-kontroll organiku; (b)
il-prodotti jkollhom magħhom dokument li
jagħti l-informazzjoni meħtieġa skont il-punt 2.1; u (c)
kemm l-operaturi li jibagħtu kif ukoll dawk li
jirċievu għandhom iżommu rekords dokumentati ta' dawn
l-operazzjonijiet ta' trasport disponibbli għall-awtorità jew il-korp
tal-kontroll. 3.
Regoli speċjali
għat-trasportazzjoni tal-għalf lejn unitajiet oħrajn ta'
produzzjoni jew ta' preparazzjoni jew lejn postijiet tal-ħżin Meta l-għalf ikun qed jiġi
ttrasportat lejn unitajiet oħrajn tal-produzzjoni jew tal-preparazzjoni
jew lejn postijiet tal-ħżin, l-operaturi għandhom jiżguraw
li jkunu sodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin: (a)
matul it-trasportazzjoni, l-għalf prodott
b'mod organiku, l-għalf prodott waqt il-konverżjoni, u l-għalf
mhux organiku għandhom ikunu effettivament separati fiżikament; (b)
il-vetturi jew il-kontejners li jkunu ttrasportaw
prodotti mhux organiċi jistgħu jintużaw biex jittrasportaw
il-prodotti organiċi jekk: (i) ikunu twettqu miżuri addattati ta'
tindif, li l-effikaċja tagħhom tkun ġiet ivverifikata, qabel
il-bidu tat-trasportazzjoni tal-prodotti organiċi u dawn l-operazzjonijiet
ikunu ġew irreġistrati mill-operaturi; (ii) ikunu implimentati l-miżuri
addattati kollha, skont ir-riskji evalwati bi qbil mal-arranġamenti
tal-kontroll u, fejn jeħtieġ, l-operaturi għandhom jiggarantixxu
li prodotti mhux organiċi ma jistgħux jitqiegħdu fis-suq
b'indikazzjoni li tkun tirreferi għal produzzjoni organika; (iii) l-operatur iżomm rekords
dokumentati ta' dawn l-operazzjonijiet ta' trasportazzjoni
għad-disponibbiltà tal-awtorità jew tal-korp tal-kontroll; (c)
it-trasportazzjoni ta' għalf organiku li jkun
tlesta għandha ssir b'mod separat fiżikament jew fiż-żmien
mit-trasportazzjoni ta' prodotti lesti oħrajn; (d)
matul it-trasportazzjoni, il-kwantità ta' prodotti
fil-bidu u kull kwantità individwali kkonsenjata matul ir-ronda tal-konsenji
għandhom ikunu rreġistrati. 4.
Il-ġarr tal-ħut ħaj 4.1.
Il-ħut ħaj għandu jinġarr
f’tankijiet xierqa li jkun fihom ilma nadif li jissodisfa l-ħtiġijiet
fiżjoloġiċi tagħhom f’termini tat-temperatura u
tal-ossiġnu maħlul. 4.2.
Qabel ma jinġarru l-ħut u l-prodotti
tal-ħut organiċi, it-tankijiet għandhom jitnaddfu, jkunu
ddiżinfettati u jitlaħalħu sewwa. 4.3.
Għandhom jittieħdu prekawzjonijiet sabiex
jitnaqqas l-istress. Waqt il-ġarr, id-densità ma għandhiex
tilħaq livell li jkun ta’ ħsara għall-ispeċi. 4.4.
Għandha tinżamm evidenza dokumentata
tal-operazzjonijiet imsemmija fil-punti 4.1, 4.2 u 4.3. 5.
Meta jaslu prodotti minn operaturi ta'
unitajiet oħrajn Meta l-operatur jirċievi prodott
organiku, huwa għandu jivverifika l-għeluq tal-imballaġġ
jew tal-kontenitur meta dan ikun meħtieġ, u l-preżenza
tal-indikazzjonijiet previsti fit-Taqsima 2. L-operatur għandu jagħmel
kontroverifika tal-informazzjoni fuq it-tikketta msemmija fit-Taqsima 2
mal-informazzjoni fuq id-dokumenti ta' akkumpanjament. Ir-riżultat ta'
dawn il-verifiki għandu jissemma espliċitament fir-rekords imsemmija
fl-Artikolu 24. 6.
Regoli speċjali għal meta jaslu
prodotti minn pajjiż terz Meta l-prodotti organiċi jiġu
importati minn pajjiż terz, dawn għandhom jitwasslu
f'imballaġġ jew f'kontenituri addattati, magħluqa b'tali mod li
jevita s-sostituzzjoni tal-kontenut, u b'identifikazzjoni tal-esportatur u
b'kull marka u numru oħrajn li jservu biex ikun identifikat il-lott, u
biċ-ċertifikat ta' kontroll għall-importazzjoni minn
pajjiżi terzi kif xieraq. Malli tirċievi prodott organiku importat
minn pajjiż terz, il-persuna fiżika jew ġuridika li lilha
ntbagħtet il-konsenja u li tirċeviha biex tkompli l-preparazzjoni
tal-prodott jew biex tikkummerċjalizzah, għandha tivverifika li
l-imballaġġ jew il-kontenitur kienu magħluqin, u fil-każ
ta' prodotti importati skont l-Artikolu 28(1)(b)(ii), għandha tivverifika
li ċ-ċertifikat tal-ispezzjoni msemmi f'dak l-Artikolu jkopri t-tip
ta' prodott li hemm fil-konsenja. Ir-riżultat ta’ din il-verifika
għandu jkun espliċitament imsemmi fir-rekords imsemmija fl-Artikolu 24. 7.
Il-ħżin tal-prodotti 7.1.
Għall-ħżin tal-prodotti,
iż-żoni għandhom ikunu ġestiti b'tali mod li tkun
żgurata l-identifikazzjoni tal-lottijiet u jkun evitat kull taħlit
ma' prodotti jew sustanzi li ma jkunux jikkonformaw mar-regoli tal-produzzjoni
organika u kull kontaminazzjoni minnhom. Il-prodotti organiċi għandhom
ikunu identifikabbli b'mod ċar f'kull ħin. 7.2.
Fil-każ ta' unitajiet ta' produzzjoni ta'
pjanti u ta' bhejjem organiċi, il-ħażna ta' prodotti li
jidħlu, minbarra dawk awtorizzati għall-użu fil-produzzjoni
organika skont l-Artikolu 19, hija pprojbita fl-unità tal-produzzjoni. 7.3.
Il-ħżin ta' prodotti mediċinali
veterinarji allopatiċi u ta' antibijotiċi hija permessa fl-azjendi
agrikoli u tal-akkwakultura sakemm ikunu ġew preskritti minn veterinarju
b'konnessjoni mat-trattament imsemmi fil-punti 1.5.2.2 tal-Parti II u 4.1.4.2(a),
tal-Parti III tal-Anness II, u li jinħażnu f'post issorveljat u
jitniżżlu fir-reġistru tal-bhejjem kif imsemmi fl-Artikolu 24. 7.4.
F'każ fejn l-operaturi jittrattaw kemm
prodotti mhux organiċi kif ukoll prodotti organiċi u dawn
tal-aħħar jinħażnu f'faċilitajiet tal-ħżin
fejn ikun hemm maħżuna wkoll prodotti agrikoli jew oġġetti
tal-ikel: (a)
il-prodotti organiċi għandhom
jinżammu separati mill-prodotti agrikoli l-oħrajn u
mill-oġġetti tal-ikel; (b)
għandha tittieħed kull miżura biex
tkun żgurata l-identifikazzjoni tal-konsenji u biex ikunu evitati
t-taħlit jew l-iskambji ma' prodotti mhux organiċi; (c)
qabel il-ħżin ta' prodotti organiċi,
ikunu twettqu miżuri xierqa ta' tindif li l-effikaċja tagħhom
tkun ġiet ivverifikata, u l-operaturi għandhom jirreġistraw dawn
l-operazzjonijiet. ANNESS IV TERMINI
MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 21 BG:
биологичен. ES: ecológico, biológico. CS: ekologické, biologické. DA: økologisk. DE: ökologisch, biologisch. ET: mahe, ökoloogiline. EL:
βιολογικό. EN: organic. FR: biologique. GA: orgánach. HR: ekološki. IT: biologico. LV: bioloģisks, ekoloģisks. LT: ekologiškas. LU: biologësch. HU: ökológiai. MT: organiku. NL: biologisch. PL: ekologiczne. PT: biológico. RO: ecologic. SK: ekologické, biologické. SL: ekološki. FI: luonnonmukainen. SV: ekologisk. -------------------------------------------------- ANNESS V IL-LOGO
U N-NUMRI TAL-KODIĊI TAL-PRODUZZJONI ORGANIKA TAL-UNJONI EWROPEA 1.
Il-logo 1.1.
Il-logo tal-produzzjoni organika tal-Unjoni Ewropea
għandu jikkonforma mal-mudell ta' hawn taħt: Għandu jiddaħħal il-LOGO 1.2.
Il-kulur ta’ referenza fil-Pantone huwa Pantone
Aħdar bin-numru 376 u Aħdar (50 % Cyan + 100 %
Isfar), meta jintuża proċess ta’ erba’ kuluri. 1.3.
Il-logo tal-produzzjoni organika tal-Unjoni Ewropea
jista' jintuża wkoll bl-abjad u l-iswed kif muri, iżda biss fejn ma
jkunx prattikabbli li jsir bil-kulur: Għandu jiddaħħal il-LOGO 1.4.
Jekk il-kulur tal-isfond tal-imballaġġ
jew tat-tikketta jkun skur, is-simboli jistgħu jintużaw fil-format
negattiv, billi jintuża l-kulur tal-isfond tal-imballaġġ jew
tat-tikketta. 1.5.
Jekk simbolu jintuża bil-kulur fuq sfond
bil-kulur, li jagħmlu diffiċli biex jintgħaraf, għandu
jintuża ċirku estern ta’ delinjazzjoni madwar is-simbolu biex
jittejjeb il-kuntrast mal-kuluri tal-isfond. 1.6.
F’ċerti sitwazzjonijiet speċifiċi
fejn ikun hemm indikazzjonijiet b’kulur wieħed fuq l-imballaġġ,
il-logo tal-produzzjoni organika tal-Unjoni Ewropea jista’ jintuża
bl-istess kulur. 1.7.
Il-logo tal-produzzjoni organika tal-Unjoni Ewropea
jrid ikun ta' tul ta' mill-inqas 9 mm u ta' wisa' ta' mill-inqas 13,5 mm;
il-proporzjon bejn it-tul u l-wisa' dejjem għandu jkun 1:1,5.
F'każijiet eċċezzjonali d-daqs minimu jista' jitnaqqas għal
tul ta’ 6 mm għal imballaġġi żgħar ħafna. 1.8.
Il-logo tal-produzzjoni organika tal-Unjoni Ewropea
jista' jkun assoċjat ma' elementi grafiċi jew testwali li jirreferu
għall-produzzjoni organika, bil-kundizzjoni li dawn ma jimmodifikawx jew
ibiddlu l-karattru tal-logo tal-produzzjoni organika tal-Unjoni Ewropea, u
lanqas ta' ebda waħda mill-indikazzjonijiet iddefiniti skont l-Artikolu 22.
Meta l-logo tal-produzzjoni organika tal-Unjoni Ewropea jkun assoċjat ma’
logos nazzjonali jew privati li jużaw kulur aħdar differenti
mill-kulur ta’ referenza msemmi fil-punt 2, jista’ jintuża dak
il-kulur li mhuwiex ta’ referenza fil-logo. 2.
In-numri tal-kodiċi Il-format ġenerali tan-numri
tal-kodiċi huwa kif ġej: AB-CDE-999 Fejn: (a)
"AB" huwa l-kodiċi tal-ISO
għall-pajjiż fejn ikunu qegħdin jitwettqu l-kontrolli; (b)
"CDE" huwa terminu, indikat bi tliet
ittri, bħal "bio" jew “öko” jew “org” jew “eko” li jistabbilixxu
konnessjoni mal-produzzjoni organika, li jew tiddeċiedi dwarhom
il-Kummissjoni, jew kull Stat Membru; u (c)
"999" huwa n-numru ta' referenza indikat
b'massimu ta' tliet ċifri, li se jiġi assenjat minn: (i) l-awtorità kompetenti ta' kull Stat
Membru lill-awtoritajiet jew lill-korpi tal-kontroll li lilhom ikunu ddelegaw
kompiti ta' kontroll; (ii) mill-Kummissjoni: – lill-awtoritajiet u l-korpi tal-kontroll rikonoxxuti mill-Kummissjoni
skont l-Artikolu 29; – lill-awtoritajiet u l-korpi tal-kontroll ta' pajjiżi terzi rikonoxxuti
mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 31. [1] Id-Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE tat-12 ta' Diċembru 1991
dwar il-protezzjoni tal-ilma kontra t-tniġġis ikkawżat
min-nitrati minn sorsi agrikoli (ĠU L 375, 31.12.1991, p. 1). [2] Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1974/2006
tal-15 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati
għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005
dwar l-appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu
Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU L 368, 23.12.2006,
p. 15). [3] Ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament
Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar
appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew
għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolament
tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 487). [4] Id-Direttiva tal-Kunsill 2008/119/KE tat-18 ta’ Diċembru 2008
li tistabbilixxi standards minimi għall-protezzjoni
tal-għoġġiela (ĠU L 10, 15.1.2009, p. 7) [5] Id-Direttiva Nru 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u
tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2000 li tistabilixxi qafas
għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma (ĠU L 327,
22.12.2000, p. 1). [6] Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
tas-17 ta' Ġunju 2008 li tistabbilixxi Qafas għal Azzjoni Komunitarja
fil-qasam tal-Politika tal-Ambjent Marin (Direttiva Kwadru dwar
l-Istrateġija Marina) (ĠU L 164, 25.6.2008, p. 19). [7] Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 708/2007 tal-11 ta’ Ġunju 2007
dwar l-użu ta’ speċi aljeni u li ma jinstabux lokalment fl-akkwakultura
(ĠU L 168, 28.6.2007, p. 1). [8] Id-Direttiva 2011/92/UE tal-Parlament Ewropew u
tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar l-istima
tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent
(ĠU L 26, 28.1.2012, p. 1). [9] Id-Direttiva 2006/113/KE tal-Parlament Ewropew u
tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2006 dwar il-kwalità
meħtieġa ghall-ilmijiet tal-koltivazzjoni tal-molluski (ĠU
L 376, 27.12.2006, p. 14). [10] Il-prattika tajba tal-manifattura kif iddefinita
fl-Artikolu 3(a) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2023/2006 tat-22 ta'
Diċembru 2006 dwar prassi tajba ta’ manifattura għal materjali u
oġġetti maħsuba biex jiġu f’kuntatt mal-ikel (ĠU L 384,
29.12.2006, p. 75) [11] Ir-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u
tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar aromatizzanti u ċerti
ingredjenti tal-ikel bi proprjetajiet aromatizzanti għall-użu fl-ikel
u fuq l-ikel u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1601/91, ir-Regolamenti (KE)
Nru 2232/96 u (KE) Nru 110/2008 u d-Direttiva 2000/13/KE (ĠU L 354, 31.12.2008,
p. 34). [12] Ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament
Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-addittivi tal-ikel
(ĠU L 354, 31.12.2008, p. 16). [13] Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 606/2009 tal-10 ta’
Lulju 2009 li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni
tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2008 fir-rigward tal-kategoriji
tal-prodotti tad-dwieli, il-prattiċi enoloġiċi u
r-restrizzjonijiet applikabbli (ĠU L 193, 24.7.2009, p. 1). [14] Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 607/2009 tal-14
ta’ Lulju 2009 li jistabbilixxi ċerti regoli dettaljati
għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2008
fir-rigward tad-denominazzjonijiet tal-oriġini u l-indikazzjonijiet
ġeografiċi protetti, termini tradizzjonali, it-tikkettar u
l-preżentazzjoni ta’ ċerti prodotti fis-settur tal-inbid (ĠU L 193,
24.7.2009, p. 60):