Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL fuq it-taxxa AIEM applikabbli fil-Gżejjer Kanarji /* COM/2014/0171 final - 2014/0093 (CNS) */
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI 1. IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA It-Trattat dwar
il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), li japplika għar-reġjuni
ultraperiferiċi tal-UE, u li jinkludu l-Gżejjer Kanarji,
fil-prinċipju ma jawtorizza l-ebda differenza bejn it-tassazzjoni ta'
prodotti lokali u t-tassazzjoni ta' prodotti minn Spanja jew minn Stati Membri
oħra. Madanakollu, l-Artikolu 349 tat-TFUE (li qabel kien
l-Artikolu 299(2) tat-Trattat tal-KE) jistipula l-possibbiltà ta’
introduzzjoni ta’ miżuri speċifiċi għal dawk
ir-reġjuni minħabba l-eżistenza ta’ diffikultajiet permanenti li
jħallu impatt fuq il-kundizzjonijiet ekonomiċi u soċjali
tar-reġjuni ultraperiferiċi. Id-Deċiżjoni
tal-Kunsill 2002/546/KE tal-20 ta' Ġunju 2002[1], adottata abbażi
tal-Artikolu 299(2) tat-Trattat tal-KE, tawtorizza lil Spanja biex,
sat-30 ta’ Ġunju 2014, tapplika eżenzjonijiet
mit-taxxa magħrufa bħala 'Arbitrio sobre Importaciones y Entregas de
Mercancías en las Islas Canarias' (minn hawn 'il quddiem 'AIEM') jew tnaqqasha
għal ċerti oġġetti li huma prodotti lokalment
fil-Gżejjer Kanarji. L-Anness għal dik id-Deċiżjoni fih
il-lista ta' prodotti li għalihom jistgħu jiġu applikati
eżenzjonijiet jew tnaqqis fit-taxxa. Skont il-prodotti, id-differenza fl-impożizzjoni
fit-tassazzjoni bejn il-prodotti lokali u l-prodotti l-oħra ma tistax
taqbeż il-5, il-15 jew il-25 punti ta' perċentwali. Id-Deċiżjoni 2002/546/KE
tispjega r-raġunijiet tal-adozzjoni ta' miżuri speċifiċi,
li jinkludu l-iżolament, il-materja prima u d-dipendenza enerġetika,
l-obbligu li jinżammu ħażniet, id-daqs żgħir tas-suq
lokali u l-livell baxx tal-attività ta' esportazzjoni. Flimkien, dawn
l-iżvantaġġi jfissru żieda fil-kostijiet tal-produzzjoni,
li twassal għal żieda fil-prezz tal-kost ta' oġġetti lokali
li, mingħajr miżuri speċifiċi, ikunu anqas kompetittivi
meta mqabbla ma’ oġġetti minn postijiet oħrajn, anke jekk
jitqiesu l-kostijiet biex dawn il-prodotti jiġu ttrasportati lejn
il-Gżejjer Kanarji. Dan se jagħmliha iktar diffiċli biex tinżamm
il-produzzjoni lokali. Il-miżuri speċifiċi li huma koperti
mid-Deċiżjoni 2002/546/KE ġew għaldaqstant imfassla
bil-għan li tissaħħaħ l-industrija lokali billi ssir
iżjed kompetittiva. L-AIEM hi taxxa indiretta imposta mill-Istat f’stadju wieħed fuq
il-provvisti ta’ oġġetti fil-Gżejjer Kanarji. Il-bażi
taxxabbli għall-oġġetti importati hija bbażata fuq il-valur
doganali, u dik tal-provvisti tal-oġġetti minn produtturi
fil-Gżejjer Kanarji hija bbażata fuq l-ammont totali tal-kumpens.
Il-miżuri speċifiċi koperti
mid-Deċiżjoni 2002/546/KE jistabbilixxu forma ta’ tassazzjoni
differenzjata, li tibbenefika l-produzzjoni lokali ta’ ċerti prodotti. Dan
il-benefiċċju fuq it-taxxa jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat li
teħtieġ l-approvazzjoni tal-Kummissjoni, li ngħatat permezz
tad-Deċiżjoni dwar l-Għajnuna mill-Istat NN 22/2008. Fis-16 ta' Novembru 2010,
Spanja ressqet talba quddiem il-Kummissjoni biex testendi l-perjodu
tal-applikazzjoni tad-Deċiżjoni 2002/546/KE b'sentejn, sabiex
id-data tal-iskadenza tkun tikkoinċidi ma' dik tal-Linji Gwida dwar
l-għajnuna reġjonali nazzjonali għall-perjodu bejn l-2007 u
l-2013[2]. Barra minn hekk,
Spanja introduċiet ukoll talba għall-estensjoni b'sentejn tal-perjodu
ta' applikazzjoni tad-Deċiżjoni dwar l-Għajnuna mill-Istat
NN 22/2008. Skont din id-Deċiżjoni, l-għajnuna
mogħtija mill-awtoritajiet Spanjoli, fir-rigward tal-AIEM, kienet
kompatibbli mas-suq komuni. Il-Kummissjoni awtorizzat din l-estensjoni
għal sentejn permezz tad-Deċiżjoni tagħha dwar
l-Għajnuna mill-Istat SA 31950 (N 544/2010)[3], li estendiet
il-perjodu tad-Deċiżjoni dwar l-Għajnuna mill-Istat
NN 22/2008 sal-31 ta’ Diċembru 2013. Fir-rigward
tat-talba għall-estensjoni tal-perjodu tal-applikazzjoni
tad-Deċiżjoni 2002/546/KE, il-Kummissjoni vvalutatha fid-dawl
tad-daqs tal-iżvantaġġi li jaffettwaw lill-Gżejjer Kanarji
u waslet għall-konklużjoni li kien iġġustifikat li
tagħti l-estensjoni mitluba. Fil-fatt,
ir-rapport mill-Kummissjoni lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni
tal-arranġamenti speċjali dwar it-taxxa AIEM applikabbli
għall-Gżejjer Kanarji, li ġie adottat
fit-28 ta' Awwissu 2008, ikkonferma li l-AIEM kienet
qiegħda taħdem b'mod sodisfaċenti u ma kien hemm l-ebda
ħtieġa li jsiru emendi għad-dispożizzjonijiet
tad-Deċiżjoni 2002/546/KE. Għaldaqstant,
id-Deċiżjoni tal-Kunsill 895/2011/UE
tad-19 ta’ Diċembru 2011[4]
emendat id-Deċiżjoni 2002/546/KE, billi estendiet il-perjodu ta’
applikazzjoni tagħha sal-31 ta’ Diċembru 2013. Fl-4 ta’
Marzu 2013, l-awtoritajiet Spanjoli talbu lill-Kummissjoni biex
tħejji Deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lil Spanja biex tapplika
eżenzjonijiet jew tnaqqis fl-AIEM għal ċerti prodotti li huma
prodotti lokalment fil-Gżejjer Kanarji għall-perjodu 2014-2020,
bl-immodifikar tal-lista ta’ prodotti u tar-rati massimi applikabbli għal
xi wħud minnhom. Fit-28 ta’ Ġunju 2013,
il-Kummissjoni adottat Linji Gwida ġodda dwar l-għajnuna
reġjonali għall-perjodu 2014-2020[5].
Dawn il-Linji Gwida huma parti minn strateġija usa’ biex jiġi
mmodernizzat il-kontroll tal-għajnuna mill-Istat, bil-għan li
jitrawwem it-tkabbir fis-Suq Uniku billi jiġu nkoraġġiti
miżuri ta' għajnuna aktar effettivi u l-infurzar tal-Kummissjoni jkun
iffokat fuq il-każijiet li għandhom l-ikbar impatt fuq
il-kompetizzjoni. Meta wieħed
jikkunsidra li dawn il-Linji Gwida ser jidħlu fis-seħħ
fl-1 ta’ Lulju 2014, jidher iġġustifikat li l-perjodu
ta' applikazzjoni tad-Deċiżjoni 2002/546/KE, kif emendat
bid-Deċiżjoni 895/2011/UE, jiġi estiż għal sitt
xhur, biex b’hekk id-data tal-iskadenza tkun tikkoinċidi mal-iskadenza
tal-Linji Gwida attwalment fis-seħħ.
Id-Deċiżjoni 2002/546/KE ġiet emendata kif xieraq
bid-Deċiżjoni 1413/2013/UE[6]
li estendiet l-applikazzjoni tagħha sat-30 ta’ Ġunju 2014. Il-Kummissjoni
analizzat it-talba li waslet mill-awtoritajiet Spanjoli, kif ukoll
l-informazzjoni pprovduta minn ħafna partijiet interessati differenti li
ħadu l-inizjattiva biex jikkuntattjaw lill-Kummissjoni. Din l-analiżi
tikkonferma li l-karatteristiċi speċjali tal-Gżejjer Kanarji
jirrestrinġu l-iżvilupp tagħhom u huma responsabbli għal
kostijiet addizzjonali għall-operaturi li jinsabu hemmhekk. Għalhekk
huwa ġġustifikat li tinżamm l-eżenzjoni tal-AIEM għal
lista ta’ prodotti industrijali prodotti lokalment. Din il-miżura hija
meħtieġa u proporzjonata u ma’ tpoġġix fil-periklu
l-intergrità u l-koerenza tal-ordni legali tal-Unjoni. 2. ANALIŻI TAT-TALBA
SPANJOLA U TAL-PROPORZJONALITÀ TAD-DEĊIŻJONI TAD-DEROGA Skont l-Artikolu 110 TFUE l-ebda Stat
Membru ma għandu japplika, direttament jew indirettament, fuq il-prodotti
ta’ Stati Membri oħra taxxi interni ta' kull deskrizzjoni, ogħla minn
dawk applikati direttament jew indirettament fuq prodotti simili nazzjonali.
Barra dan, ebda Stat Membru ma għandu japplika fuq il-prodotti ta' Stati
Membri oħra taxxi interni ta' tali natura li jagħtu protezzjoni
indiretta lill-produzzjoni ta' prodotti oħrajn. Madankollu, abbażi tal-Artikolu 349
TFUE l-Kunsill jista’ jawtorizza Stati Membri b’reġjuni u dipartimenti
ultraperiferiċi li jidderogaw mid-dispożizzjonijiet
tal-Artikolu 110 tat-TFUE sabiex jittieħed kont tas-sitwazzjoni strutturali
soċjali u ekonomika ta’ dawn ir-reġjuni u li hija aktar ikkumplikata
minħabba fatturi oħra li jirrestrinġu bi kbir l-iżvilupp
tagħhom. Din id-deroga ma għandhiex tfixkel l-integrità u l-koerenza
tal-ordni legali tal-Unjoni, inklużi s-suq intern u l-politika komuni,
bħalma huma l-politika fiskali komuni bbażata fuq l-Artikolu 113
tat-TFUE. B’hekk, dawn id-derogi għandhom jibqgħu proporzjonali,
jiġifieri ma jmorrux lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex
jindirizzaw kundizzjonijiet oqfsa ħżiena li jfixklu l-iżvilupp
ekonomiku ta’ dawn ir-reġjuni u ma jridux ifixklu b'mod eċċessiv
il-kompetizzjoni fis-suq uniku. B’konsegwenza ta’ dan, kull deroga
mill-Artikolu 110 TFUE għandha tibqa’ limitata għall-kumpens
komplet jew parzjali tal-kost tal-iżvantaġġ minn produtturi
f’dawn ir-reġjuni li jsofru. L-ekonomija tal-Gżejjer Kanarji hija
dipendenti ħafna fuq it-turiżmu. Din id-dipendenza hija theddida
serja għall-iżvilupp tal-Gżejjer Kanarji minħabba tibdil
fit-togħma, diżastri naturali jew ta’ riċessjoni ekonomika
jista' jkollha impatt kbir fis-sitwazzjoni ekonomika u soċjali
tal-arċipelagu. Dan kien preċiżament dak li seħħ waqt
il-kriżi finanzjarja globali tal-2008 u l-2009 li kellha impatt qawwi
fl-għadd ta’ turisti li qed iżuru l-Gżejjer u, konsegwentement,
fl-ekonomija tagħha. It-tnaqqis f’turisti wassal għal żieda
kbira fil-livelli tal-qgħad, bir-rata tal-qgħad issir ogħla
milli fi Spanja kontinentali, li hija, flimkien mal-Greċja, wieħed
miż-żewġ Stati Membri bl-ogħla rata ta’ qgħad fl-Unjoni
Ewropea. It-tkabbir kien saħansitra aktar viżibbli fir-rata
tal-qgħad fost iż-żgħażagħ, li jista’ jiġi
spjegat minn għadd kbir ta’ żgħażagħ li jiddependu fuq
impjiegi staġjonali maħluqa mit-turiżmu. Is-suq tal-Gżejjer Kanarji huwa
kkaratterizzat ukoll mid-dimensjoni mnaqqsa tagħha li jipprevjeni l-industriji
milli jilħqu l-aħjar punt ta’ produzzjoni. Il-biċċa l-kbira
tal-magni industrijali huma iddisinjati biex jipproduċu fuq skala kbira,
sabiex tiżdied il-produttività u l-qligħ. Dawn il-magni mhumiex
iddisinjati għal suq iżgħar, li jiġġeneraw
kapaċità produttiva mhux użata, li jfisser li l-industriji huma
mġiegħla jaħdmu f’livell ta’ produzzjoni aktar baxx minn dak
meħtieġ biex jitnaqqsu l-kostijiet ta’ produzzjoni, li jillimitaw
l-opportunitajiet għal ekonomiji ta’ skala. Il-pajjiżi u t-territorji qrib
il-Gżejjer Kanarji (il-Marokk, is-Saħara tal-Punent u l-Mawritanja)
naqqsu l-kapaċità akkwistattiva, u d-differenza konsiderevoli
fl-iżvilupp jillimita l-possibbiltajiet għall-esportazzjonijiet
tal-Gżejjer Kanarji. Karatteristika oħra tal-Gżejjer
Kanarji b’effett importanti b'kostijiet addizzjonali li ntefqu minn operaturi
stabbiliti hemm, hi l-frammentazzjoni territorjali u d-distanza lejn is-sorsi
tal-biċċa l-kbira tal-materja prima, li tiġġenera kostijiet
ogħla tat-trasport. Il-problema ġiet aggravata minn żieda
fil-prezzijiet taż-żejt li kellha impatt importanti
fiż-żieda tal-kostijiet tat-trasport. L-ilma huwa riżors skars fil-Gżejjer
Kanari. L-insuffiċjenza ta’ ilma għandha impatt evidenti fil-kost, li
joħloq żvantaġġ kompetittiv lejn industriji li jinsabu
f’partijiet oħra ta’ Spanja jew l-Unjoni Ewropea. Dan huwa partikolarment
importanti għall-industriji li jużaw l-ilma bħala materja prima
importanti (eż. l-ikel, il-kimika, il-karta) iżda wkoll dawk li
jeħtieġu livelli għolja ta’ refriġerazzjoni. Hemm proġetti għall-introduzzjoni
ta’ gass naturali fiż-żewġ gżejjer ewlenin tal-Gżejjer
Kanarji, iżda mhuwiex ċar meta dan il-fjuwil jista' jintuża
b’mod effettiv. In-nuqqas ta’ gass naturali jiġġenera element
importanti ta’ telf ta’ kompetittività, hekk kif il-kost tal-ġenerazzjoni
tas-sħana u l-enerġija bl-użu ta’ sorsi oħra hija
konsiderevolment aktar għalja. Peress li ma hemm l-ebda impjant ta’
riċiklaġġ u l-iskart irid jiġi ttrasportat lejn
il-kontinent u skart tossiku għandu jiġi ttrattat barra l-Gżejjer
Kanarji, ir-rimi ta’ skart industrijali u t-trattament ta’ skart tossiku
jwassal għal kostijiet ambjentali ogħla. Il-karatteristiċi tal-Gżejjer
Kanarji deskritti qabel sa ċertu punt kollha jaffettwaw il-produzzjoni
domestika. Huwa għalhekk xieraq li jiġi verifikat x’kien l-effett ta’
tassazzjoni differenzjata eżistenti fis-sehem tas-suq tal-produzzjoni
lokali u li din it-tassazzjoni differenzjata tiġi aġġustata
sabiex tiżgura li ma jkunx hemm distorsjoni eċċessiva
fil-kompetizzjoni. L-analiżi li saret sabiex tikkonkludi
dwar ir-rati differenzjati aċċettati qieset mhux biss is-sehem
tas-suq medju tal-produzzjoni lokali fil-perjodu 2008-2011, iżda wkoll
l-evoluzzjoni tiegħu u informazzjoni oħra pprovduta mill-partijiet
interessati li kkuntattjaw lill-Kummissjoni biex jipprovdu l-informazzjoni
rilevanti. Għal industriji li jipproduċu prodotti b’tariffi doganali
komuni differenti ġie analizzat l-evoluzzjoni tas-sehem kombinat fis-suq
għall-prodotti kollha u mhux biss l-ishma tas-suq individwali. Dawn
ir-raġunijiet jispjegaw għaliex prodotti b’ishma tas-suq simili medju
tal-produzzjoni lokali ma jkollhomx l-istess rata massima ta’ tassazzjoni
differenzjata. Fil-każ ta’ tabakk, huwa
ssuġġerit li tinżamm ir-rata differenzjata għal 25 % u
jiġi aġġornat il-minimu għal 1000 sigarett minn EUR 6
għal EUR 18 kif mitlub mill-awtoritajiet Spanjoli. L-awtoritajiet Spanjoli inkludew fil-lista ta’
prodotti li huma soġġetti għal tassazzjoni differenzjata xi
prodotti b’sehem estremament żgħir fis-suq tal-produzzjoni lokali. Il-ġustifikazzjoni
ppreżentata mill-awtoritajiet Spanjoli hija li hemm pjanijiet li
jżidu l-produzzjoni lokali ta’ dawn il-prodotti, żieda li mhux se
tkun possibbli mingħajr tassazzjoni differenzjata. B’kollox, mill-139 prodott imsemmi fit-talba
li waslet mill-awtoritajiet Spanjoli, il-Kummissjoni taċċetta r-rata
kif mitlub għal 119 minn dawn, filwaqt li għall-20 li għad baqa'
il-Kummissjoni tikkunsidra li r-rata differenzjata għandha tkun aktar
baxxa, biex tipprevjeni każijiet possibbli ta’ distorsjoni tal-kompetizzjoni.
Mill-analiżi dettaljata li saret
mill-Kummissjoni, huwa possibbli li jiġu stabbiliti listi differenti ta’
prodotti skont ir-rati ta’ taxxa differenzjata, is-settur u t-Tariffa Doganali
Komuni: 5% Prodotti
agrikoli u tas-sajd: 0207
11/0207 13 Minerali: 2516 90 00
00/6801/6802 Materjali
tal-bini: 3816/3824
40 00 00/3824 50/3824 90 45 00/3824 90 70 00/ 3824 90 97 99/ 6809 Sostanzi
kimiċi: 2804 30 00
00/2804 40 00 00/3105 20 90 00/3208/3209/3210/3212 90 00 00/3213/3214/3304 99
00 00/3925 90 80 00/ 3401/3402/3406/3814 00 90/3923 90 00 00/4012 11 00/4012 12
00/4012 13/4012 19 L-industriji tax-xogħol tal-ħadid: 7604/7608 L-industrija tal-ikel: 0210 12 11 00/0210 12 19 00/0210 19 40 00/0210 19 81/0305 41 00/0305 43
00 90/ 0901
22 00 00/1101/1102/1601/1602/1704 90 30 00/1704 90 51 00/1704 90 55 00/ 1704
90 75 00/1704 90 71 00/1806/1901 20 00 00/1901 90 91 00/1901 90 99/ 1904
10 10/1905/2005 20 20/2006 00 31 00/2008 11 96 00/2008 11 98 00/2008 19 92/ 2008
19 93/2008 19 95/2008 19 99/2309 Xorb: 2009 11/2009 12 00/2009 19/2009 41/2009
49/2009 50/2009 61/2009 71/2009 79/2009 89/ 2009 90/2201/2202/2204 It-tessuti u l-ġilda: 6112 31/6112 41 Karta: 4818 90 90 00/4823 90 85 90 L-arti grafika u l-pubblikazzjoni: 4910 10 % Prodotti agrikoli u tas-sajd: 0203 11/0203 12/0203 19/0701 90/0703 Materjali tal-bini: 2523 29 00 00/ L-industrija tal-ikel: 0210 11 11 00/0210 11 31 00/1905/2105 Karta: 4808/4819/4823 90 40 00/ 15 % Prodotti agrikoli u tas-sajd: 0407 21 00 00/0407 29 10 00/0407 90 10 00 Materjali tal-bini: 2523 90/7010 Sostanzi kimiċi: 3809 91 00/3917 21/3917 23/3917 32 00/ 3917 33
00/3917 39 00/3917 40 00/3923 10 00/39 23 21 00/3923 30 10/3924 10 00 L-industriji tax-xogħol
tal-ħadid: 7309 00/7610 10 00 00/9403 20 80 90 L-industrija tal-ikel: 0403/0901 21/1902/2103 20 00 00/2103 30/2103
90 90/2106 90 98/ Xorb: 2203/2208 40 It-tessuti u l-ġilda: 6302 Karta: 4818 10/4818 20/4818 30/4821 L-arti grafika u l-pubblikazzjoni: 4909/4911 25 % It-tabakk: 2402 Dawn il-listi ta’ prodotti jindirizzaw
l-għan tal-Artikolu 349 biex jiġu adottati miżuri
speċifiċi biex jikkunsidraw il-karatteristiċi speċjali
tal-Gżejjer Kanarji bħala reġjuni ultraperiferiċi, filwaqt
li fl-istess ħin, ma ssirx distorsjoni tal-kompetizzjoni b’mod li jista'
jiġi pperikolat is-suq intern. Meta l-awtoritajiet Spanjoli jissottomettu
r-rapport previst fl-Artikolu 2 ta’ din id-Deċiżjoni tal-Kunsill
ikun ta’ min li l-Kummissjoni tevalwa l-effetti tar-rati differenzjati u
tevalwa l-ħtieġa ta’ bidliet. Ikun ukoll importanti f’dak
iż-żmien biex jiġi verifikat jekk kien hemm żieda
fil-produzzjoni lokali ta’ dawk il-prodotti li għalihom hi mitluba
tassazzjoni differenzjata iżda li m’għandhomx produzzjoni lokali
sinifikanti fil-mument. 3. L-ELEMENTI LEGALI
TAL-PROPOSTA Sommarju
tal-miżuri proposti Li tawtorizza lil
Spanja li tapplika eżenzjonijiet jew tnaqqis tat-taxxa magħrufa
bħala AIEM għal ċerti prodotti li huma prodotti lokalment
fil-Gżejjer Kanarji. Bażi
ġuridika L-Artikolu 349
TFUE. Prinċipju
tas-sussidjarjetà Il-Kunsill biss
għandu s-setgħa li jadotta, abbażi tal-Artikolu 349 TFUE,
miżuri speċifiċi favur ir-reġjunijiet ultraperiferiċi
għall-adattament tal-applikazzjoni tat-Trattati għal dawn
ir-reġjuni, inkluża l-politika komuni, minħabba l-iżvantaġġi
permanenti li jħallu impatt fuq il-kundizzjonijiet ekonomiċi u
soċjali tar-reġjuni l-aktar imbiegħda. Għaldaqstant,
il-proposta hija konformi mal-prinċipju tas-sussidjarjetà. Prinċipju
tal-proporzjonalità Il-proposta
tikkonforma mal-prinċipju tal-proporzjonalità għar-raġunijiet li
ġejjin. L-għażla
ta’ strument L-istrument li qed
jiġi propost: Deċiżjoni tal-Kunsill. Strumenti
oħrajn ma jkunux adegwati minħabba r-raġuni li ġejja: Id-derogi mogħtija skont
l-Artikolu 349 TFUE jinsabu fid-deċiżjonijiet tal-Kunsill. 4. IMPLIKAZZJONI BAĠITARJA
Il-proposta ma
għandha l-ebda impatt fuq il-baġit tal-Unjoni Ewropea. 2014/0093 (CNS) Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL fuq it-taxxa AIEM applikabbli
fil-Gżejjer Kanarji IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat dwar
il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 349
tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni
Ewropea, Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament
Ewropew[7],
Filwaqt li jaġixxi skont proċedura
leġislattiva speċjali, Billi: (1) Skont l-Artikolu 349
tat-TFUE, il-Kunsill, filwaqt li jqis is-sitwazzjoni strutturali soċjali u
ekonomika tar-reġjuni ultraperiferiċi, li hija aggravata
mid-distanza, l-insularità, id-daqs żgħir, it-topografija u l-klima
diffiċli u d-dipendenza ekonomika fuq ftit prodotti, għandu jadotta miżuri
speċifiċi mmirati, b’mod partikolari, li jistabbilixxu l-kondizzjoni
tal-applikazzjoni tat-Trattati għal dawk ir-reġjuni, inklużi
l-politiki komuni. (2) Għaldaqstant
għandhom jiġu adottati miżuri speċifiċi sabiex
jistabbilixxu l-kondizzjonijiet għall-applikazzjoni tat-Trattat għal
dawk ir-reġjuni. Għandhom iqisu l-karatteristiċi u
r-restrizzjonijiet speċjali ta' dawn ir-reġjuni, bla preġudizzju
għall-integrità u l-koerenza tal-ordni ġuridiku Komunitarju, inklużi
s-suq intern u l-politiki komuni. (3) Fil-quċċata
tal-lista ta’ żvantaġġi identifikati fil-Gżejjer Kanarji
hija l-predominanza tas-settur tas-servizzi u b’mod partikolari t-turiżmu
fil-prodott reġjonali u wkoll id-dipendenza tal-ekonomija tal-Gżejjer
Kanarji fuq dan is-settur u s-sehem żgħir tal-industrija fil-PDG
tal-Gżejjer Kanarji. (4) Fit-tieni post huwa
l-iżolament inerenti f’arċipelagu li jfixkel il-moviment ħieles
ta’ persuni, oġġetti u servizzi. Id-dipendenza fuq ċerti modi
ta’ trasport, it-trasport bl-ajru u t-trasport marittimu tiżdied peress li
dawn huma mezzi ta’ trasport li għadhom ma ġewx liberalizzati
kompletament. Il-kostijiet tal-produzzjoni huma akbar minħabba li dawn
il-modi ta’ trasport huma inqas effiċjenti u aktar għalja milli
bit-triq jew bil-ferroviji. (5) Bħala konsegwenza
ulterjuri ta’ dan l-iżolament, tirriżulta żieda fil-kostijiet
ta’ produzzjoni minn dipendenza f’termini ta’ materja prima u enerġija,
l-obbligu li jinżammu ħażniet u diffikultajiet li jaffettwaw
il-forniment ta’ tagħmir ta’ produzzjoni. (6) Id-daqs żgħir
tas-suq u l-livell baxx ta’ attività ta’ esportazzjoni, il-frammentazzjoni
ġeografika tal-arċipelagu, u l-obbligu li jinżammu linji ta’
produzzjoni żgħar iżda diversifikati biss sabiex jissodisfaw
ir-rekwiżiti ta’ suq żgħir, jillimita l-opportunitajiet għal
ekonomiji ta’ skala. (7) F’ħafna każijiet
huwa aktar diffiċli jew aktar għali biex tikseb servizzi
speċjalizzati u ta’ manutenzjoni, u taħriġ għal
maniġers u tekniċi, jew li tissottokuntratta jew tippromwovi
l-espansjoni ta' negozju lil hinn mis-suq tal-gżejjer Kanarji. Il-firxa
dejqa ta’ metodi ta’ distribuzzjoni tirriżulta wkoll f’eċċess
ta' stokk. (8) Fir-rigward l-ambjent,
ir-rimi ta’ skart industrijali u t-trattament ta’ skart tossiku jagħti lok
għal kostijiet ambjentali ogħla. Dawn il-kostijiet huma ogħla
minħabba li ma hemmx impjanti tar-riċiklaġġ, ħlief
għal ċerti prodotti, u l-iskart irid ikun ittrasportat lejn
il-kontinent u l-iskart tossiku għandu jiġi ttrattat barra
l-Gżejjer Kanarji. (9) Fuq il-bażi ta’ din
l-informazzjoni kollha u n-notifika mill-awtoritajiet Spanjoli, huwa
rakkomandabbli li tiġġedded l-awtorizzazzjoni biex l-applikazzjoni
ta’ taxxa għal lista ta’ prodotti lokali li għalihom
eżenzjonijiet għal prodotti lokali tkun permessa. (10) Id-Deċiżjoni
tal-Kunsill 2002/546/KE tal-20 ta' Ġunju 2002[8], adottata abbażi
tal-Artikolu 299 tat-Trattat tal-KE, tawtorizza lil Spanja biex,
sal-31 ta’ Diċembru 2011, tapplika eżenzjonijiet
mit-taxxa magħrufa bħala ‘Arbitrio sobre Importaciones y Entregas de
Mercancías en las Islas Canarias’ (minn hawn 'il quddiem 'AIEM') jew tnaqqasha
għal ċerti oġġetti li huma prodotti lokalment
fil-Gżejjer Kanarji. L-Anness għal dik id-Deċiżjoni fih
il-lista ta' prodotti li għalihom jistgħu jiġu applikati eżenzjonijiet
jew tnaqqis fit-taxxa. Skont il-prodotti, id-differenza fl-impożizzjoni
bejn il-prodotti lokali u l-prodotti l-oħra ma tistax taqbeż il-5,
il-15 jew il-25 punti ta' perċentwali. (11) Id-Deċiżjoni
tal-Kunsill 895/2011/UE tad-19 ta’ Diċembru 2011[9] emendat
id-Deċiżjoni 2002/546/KE billi estendiet il-perjodu
tal-applikazzjoni tagħha sal-31 ta' Diċembru 2013. (12) Id-Deċiżjoni
tal-Kunsill 1413/2013/UE tas-17 ta’ Diċembru 2013[10] emendat
id-Deċiżjoni 2002/546/KE billi estendiet il-perjodu tal-applikazzjoni
tagħha sat-30 ta' Ġunju 2014. (13) It-taxxa AIEM qed isservi
l-għan tal-iżvilupp awtonomu tas-setturi ta’ produzzjoni industrijali
tal-Gżejjer Kanarji u għad-diversifikazzjoni tal-ekonomija
tal-Gżejjer. (14) L-eżenzjonijiet massimi
li jistgħu jkunu applikati għall-prodotti industrijali inkwistjoni
jvarjaw skont is-settur u l-prodott, minn 5 % għal 15 %. (15) L-eżenzjoni massima
applikabbli għal prodotti tat-tabakk lesti huwa madankollu ogħla,
għaliex is-settur tat-tabakk huwa każ eċċezzjonali.
L-industrija tat-tabakk, li kienet espandiet ħafna fil-Gżejjer Kanarji,
ilha tonqos b’mod sinifikanti ħafna għal għadd ta’ snin.
L-iżvantaġġi tradizzjonali tal-insularità deskritti hawn fuq
huma naturalment fl-oriġini tat-tnaqqis lokali għall-produzzjoni
tat-tabakk fil-Gżejjer Kanarji. Hemm raġunijiet
għaż-żamma ta’ eżenzjoni sostanzjali għat-tabakk.
Eżenzjoni mit-taxxa hija f’relazzjoni diretta mal-għan li
tinżamm il-produzzjoni fil-Gżejjer Kanarji. (16) L-għanijiet li
jippromwovu l-iżvilupp soċjo-ekonomiku tal-Gżejjer Kanarji huma
riflessi fil-livell nazzjonali għall-għan tat-taxxa u l-allokazzjoni
tad-dħul li hija tiġġenera. L-inkorporazzjoni tad-dħul minn
din it-taxxa fir-riżorsi tal-Gżejjer Kanarji tas-sistema ekonomika u
tat-taxxi u l-użu tagħha għal żvilupp ekonomiku u
soċjali tal-istrateġija li l-promozzjoni ta’ attivitajiet lokali hi
obbligu legali. (17) L-arranġamenti
għandhom japplikaw għal 6,5 snin. Madankollu se jkun
meħtieġ li jiġu evalwati r-riżultati tagħhom.
L-awtoritajiet Spanjoli għandhom b’hekk jippreżentaw lill-Kummissjoni
sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Settembru 2017 rapport dwar l-applikazzjoni
tal-arranġamenti msemmija fl-Artikolu 1, sabiex teżamina
l-impatt tal-miżuri meħuda u l-kontribuzzjoni tagħhom għal
promozzjoni jew iż-żamma ta’ attivitajiet ekonomiċi lokali,
billi jiġu kkunsidrati l-iżvantaġġi li jaffettwaw
ir-reġjuni ultraperiferiċi. Fuq din il-bażi, l-ambitu u
l-eżenzjonijiet awtorizzati skont regoli tal-Komunità għandhom b'hekk
jiġu riveduti jekk dan ikun meħtieġ. (18) Il-vantaġġ fiskali
li jkopri AIEM jeħtieġ li jibqa’ proporzjonat sabiex ma jfixkilx
l-integrità u l-koerenza tal-ordni legali tal-Unjoni, inklużi
l-protezzjoni ta’ kompetizzjoni mingħajr xkiel fis-suq intern u l-politiki
ta’ għajnuna mill-Istat. (19) Din id-Deċiżjoni
preżenti hija bla ħsara għall-applikazzjoni possibbli tal-Artikoli 107
u 108 tat-TFUE, ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 1. B’deroga mill-Artikoli 28, 30
u 110 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, l-awtoritajiet
Spanjoli għandhom jiġu awtorizzati sal-31 ta’ Diċembru 2020
li jistipulaw, fir-rigward ta’ prodotti elenkati fl-Anness li huma prodotti
lokalment fil-Gżejjer Kanari, eżenzjonijiet totali jew tnaqqis
parzjali tat-taxxa magħrufa bħala “Arbitrio sobre las Importaciones y
Entregas de mercancias en las islas Canarias (AIEM)”. Dawn l-eżenzjonijiet
għandhom jagħmlu parti mill-istrateġija għall-iżvilupp
ekonomiku u soċjali tal-Gżejjer Kanarji u jikkontribwixxu
għall-promozzjoni ta’ attivitajiet lokali. 2. L-applikazzjoni ta’
eżenzjonijiet jew tnaqqis totali msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu ma
jwasslux għal differenzi li jeċċedu: (a) 5 % għall-prodotti elenkati
fl-Anness, it-Taqsima A; (a) 10 % għall-prodotti elenkati
fl-Anness, it-Taqsima B; (a) 15 % għall-prodotti elenkati
fl-Anness, it-Taqsima C; (d) 25 % għall-prodotti elenkati
fl-Anness, it-Taqsima D. Madankollu, l-awtoritajiet Spanjoli jistgħu
jistabbilixxu taxxa minima fuq is-sigaretti ta’ mhux aktar minn EUR 18
għal kull 1 000 sigarett, applikabbli biss jekk it-taxxa AIEM li
tirriżulta mill-applikazzjoni ta’ tipi ġenerali ta’ tassazzjoni hija
taħt din iċ-ċifra. Artikolu 2 L-awtoritajiet Spanjoli għandhom b’hekk
jippreżentaw lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mit-30 ta’
Settembru 2017 rapport dwar l-applikazzjoni tal-arranġamenti msemmija
fl-Artikolu 1, sabiex teżamina l-impatt tal-miżuri meħuda u
l-kontribuzzjoni tagħhom għal promozzjoni jew iż-żamma ta’
attivitajiet ekonomiċi lokali, billi jiġu kkunsidrati
l-iżvantaġġi li jaffettwaw ir-reġjuni ultraperiferiċi. Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni
għandha tippreżenta rapport lill-Kunsill li tinkludi analiżi
sħiħa tal-aspetti ekonomiċi u soċjali u, fejn ikun xieraq,
proposta mmirata għall-adattament tad-dispożizzjonijiet ta’ din
id-Deċiżjoni. Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni għandha tkun
applikabbli mill-1 ta' Lulju 2014. Artikolu 4 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata
lir-Renju ta’ Spanja. Magħmul fi Brussell, Għall-Kunsill Il-President [1] ĠU L 179, 9.7.2002, p. 22-27. [2] ĠU C 54, 4.3.2006, p. 13. [3] ĠU C 237, 13.8.2011, p. 1. [4] ĠU L 345, 29.12.2011, p. 17. [5] ĠU C 209, 23.7.2013, p. 1. [6] ĠU L 353, 28.12.2013, p.13,14. [7] ĠU C […]. [8] ĠU L 179,9.7.2001, p. 22 [9] ĠU L 345, 29.12.2011, p. 17. [10] ĠU L 353, 28.12.2013, p.13,14. ANNESS A. Lista ta' prodotti li hemm referenza
għalihom fl-Artikolu 1(2)(a) skont il-klassifikazzjoni
tan-Nomenklatura tat-Tariffa Doganali Komuni Prodotti
agrikoli u tas-sajd: 0207
11/0207 13 Minerali: 2516 90 00
00/6801/6802 Materjali
tal-bini: 3816/3824
40 00 00/3824 50/3824 90 45 00/3824 90 70 00/ 3824 90 97 99/ 6809 Sostanzi
kimiċi: 2804 30 00
00/2804 40 00 00/3105 20 90 00/3208/3209/3210/3212 90 00 00/3213/3214/3304 99
00 00/3925 90 80 00/ 3401/3402/3406/3814 00 90/3923 90 00 00/4012 11 00/4012 12
00/4012 13/4012 19 L-industriji tax-xogħol tal-ħadid: 7604/7608 L-industrija tal-ikel: 0210 12 11 00/0210 12 19 00/0210 19 40 00/0210 19 81/0305 41 00/0305 43
00 90/ 0901
22 00 00/1101/1102/1601/1602/1704 90 30 00/1704 90 51 00/1704 90 55 00/ 1704
90 75 00/1704 90 71 00/1806/1901 20 00 00/1901 90 91 00/1901 90 99/ 1904
10 10/1905/2005 20 20/2006 00 31 00/2008 11 96 00/2008 11 98 00/2008 19 92/ 2008
19 93/2008 19 95/2008 19 99/2309 Xorb: 2009 11/2009 12 00/2009 19/2009 41/2009
49/2009 50/2009 61/2009 71/2009 79/2009 89/ 2009 90/2201/2202/2204 It-tessuti u l-ġilda: 6112 31/6112 41 Karta: 4818 90 90 00/4823 90 85 90 L-arti grafika u l-pubblikazzjoni: 4910 B. Lista ta' prodotti li hemm referenza
għalihom fl-Artikolu 1(2)(b) skont il-klassifikazzjoni
tan-Nomenklatura tat-Tariffa Doganali Komuni Prodotti agrikoli u tas-sajd: 0203 11/0203 12/0203 19/0701 90/0703 Materjali tal-bini: 2523 29 00 00/ L-industrija tal-ikel: 0210 11 11 00/0210 11 31 00/1905/2105 Karta: 4808/4819/4823 90 40 00 C. Lista ta' prodotti li hemm referenza
għalihom fl-Artikolu 1(2)(c) skont il-klassifikazzjoni
tan-Nomenklatura tat-Tariffa Doganali Komuni Prodotti agrikoli u tas-sajd: 0407 21 00 00/0407 29 10 00/0407 90 10 00 Materjali tal-bini: 2523 90/7010 Sostanzi kimiċi: 3809 91 00/3917 21/3917 23/3917 32 00/ 3917 33
00/3917 39 00/3917 40 00/3923 10 00/39 23 21 00/3923 30 10/3924 10 00 L-industriji tax-xogħol
tal-ħadid: 7309 00/7610 10 00 00/9403 20 80 90 L-industrija tal-ikel: 0403/0901 21/1902/2103 20 00 00/2103 30/2103
90 90/2106 90 98/ Xorb: 2203/2208 40 It-tessuti u l-ġilda: 6302 Karta: 4818 10/4818 20/4818 30/4821 L-arti grafika u l-pubblikazzjoni: 4909/4911 D. Lista ta' prodotti li hemm referenza
għalihom fl-Artikolu 1(2)(d) skont il-klassifikazzjoni
tan-Nomenklatura tat-Tariffa Doganali Komuni It-tabakk: 2402