Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar it-tnaqqis jew l-eliminazzjoni ta’ dazji doganali fuq oġġetti li joriġinaw fl-Ukraina /* COM/2014/0166 final - 2014/0090 (COD) */
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI 1. KUNTEST TAL-PROPOSTA Fil-21 ta’ Novembru 2013,
l-Ukraina ħabbret is-sospensjoni tat-tħejjijiet għall-iffirmar
tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni, li jinkludi Żona ta’ Kummerċ
Ħieles Approfondita u Komprensiva (DCFTA) mal-UE. Wara l-avvenimenti mingħajr
preċedent riċenti fil-pajjiż u l-isfidi ta' sigurtà, dawk
politiċi u ekonomiċi li qed taffaċċja l-Ukraina,
fis-6 ta’ Marzu 2014, il-Kunsill Ewropew iddikjara l-intenzjoni
tiegħu li jappoġġja l-istabbilizzazzjoni ekonomika tal-pajjiż
permezz ta’ pakkett ta’ miżuri, inkluż l-għoti ta’ preferenzi
kummerċjali awtonomi. Din il-miżura tippermetti t-tnaqqis
unilaterali tal-Unjoni jew l-eliminazzjoni ta’ dazji doganali fuq
oġġetti li joriġinaw mill-Ukraina, skont l-Iskeda ta’
konċessjonijiet stipulati fl-Anness I-A tal-Ftehim ta’
Assoċjazzjoni bejn l-UE u l-Ukraina. 2. RIŻULTATI
TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET INTERESSATI U L-VALUTAZZJONI TAL-IMPATT Mhux applikabbli. 3. ELEMENTI ĠURIDIĊI
TAL-PROPOSTA Il-bażi ġuridika
għall-proposta hi l-Artikolu 207(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament
tal-Unjoni Ewropea. 4. IMPLIKAZZJONI BAĠITARJA
L-Unjoni Ewropea se tara telf ta’ dħul
doganali li jikkorrispondi għal EUR 487 miljun (gross) kull
sena. Madankollu, dawn iċ-ċifri huma estimi, li jikkunsidraw
is-sitwazzjoni ekonomika tal-Ukraina u jistgħu jinbidlu. 2014/0090 (COD) Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U
TAL-KUNSILL dwar it-tnaqqis jew l-eliminazzjoni ta’ dazji
doganali fuq oġġetti li joriġinaw fl-Ukraina IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL
TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar
il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 207(2)
tiegħu, Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni
Ewropea, Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv
intbagħat lill-Parlamenti nazzjonali, Filwaqt li jaġixxu skont
il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, Billi: (1) L-Ukraina hija pajjiż
sieħeb ta' prijorità fil-Politika Ewropea tal-Viċinat (PEV) u
s-Sħubija tal-Lvant. L-Unjoni Ewropea kienet qed tfittex relazzjoni dejjem
aktar mill-viċin mal-Ukraina li tmur lil hinn minn sempliċi
kooperazzjoni bilaterali, li tinkludi progress gradwali lejn
l-assoċjazzjoni politika u l-integrazzjoni ekonomika. F’dan ir-rigward,
l-Unjoni Ewropea u l-Ukraina fl-2007-2011 innegozjaw Ftehim ta’ Assoċjazzjoni,
li jinkludi Żona ta’ Kummerċ Ħieles Approfondita u Komprensiva
(DCFTA), li kien ġie inizjalat miż-żewġ partijiet fl-2012.
Skont id-dispożizzjonijiet tad-DCFTA, l-Unjoni Ewropea u l-Ukraina għandhom
jistabbilixxu żona ta’ kummerċ ħieles tul perjodu
tranżitorju ta’ massimu ta' 10 snin li jibda mid-dħul
fis-seħħ tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni, skont
l-Artikolu XXIV tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ
tal-1994. (2) Fid-dawl tal-isfidi
mingħajr preċedent ta' sigurtà dawk politiċi u ekonomiċi li
qed taffaċċja l-Ukraina, u biex tiġi appoġġjata
l-ekonomija tagħha, huwa xieraq li ma jkunx mistenni d-dħul
fis-seħħ tad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni
fuq Żona ta’ Kummerċ Ħieles Approfondita u Komprensiva (DCFTA),
iżda li tkun antiċipata l-implimentazzjoni tiegħu permezz ta’
preferenzi kummerċjali awtonomi u biex jinbdew unilateralment it-tnaqqis
jew l-eliminazzjoni tad-dazji doganali tal-Unjoni fuq merkanzija li
toriġina mill-Ukraina, skont l-Iskeda ta’ konċessjonijiet stipulati
fl-Anness I-A mal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni. (3) Sabiex jiġi evitat kull
riskju ta' frodi, il-jedd għall-benefiċċji minn preferenzi
kummerċjali awtonomi għandu jkun kundizzjonali għall-konformità
mill-Ukraina mar-regoli rilevanti tal-oriġini tal-prodotti u l-proċeduri
relatati magħhom kif ukoll l-involviment f’kooperazzjoni amministrattiva
effettiva mal-Unjoni. Barra minn hekk, l-Ukraina għandha tastjeni milli
tintroduċi dazji ġodda jew imposti li jkollhom effett ekwivalenti jew
restrizzjonijiet kwantitattivi ġodda jew miżuri li jkollhom effett
ekwivalenti jew milli żżid livelli eżistenti ta’ dazji jew
imposti jew milli tintroduċi kull restrizzjoni oħra. Fil-każ ta’
nuqqas ta’ konformità ma’ kwalunkwe waħda minn dawn il-kundizzjonijiet
il-Kummissjoni għandha jkollha s-setgħa li tissospendi temporanjament
il-preferenzi kollha jew parti minnhom. (4) Huwa neċessarju li
jiġi pprovdut għall-introduzzjoni mill-ġdid tad-dazji
tat-Tariffa Doganali Komuni normali ta’ kwalunkwe prodott li jikkawża, jew
li jhedded li jikkawża, diffikultajiet serji għal produtturi
tal-Unjoni ta’ prodotti simili jew li jkunu f'kompetizzjoni diretta,
soġġetta għal investigazzjoni mill-Kummissjoni. (5) Il-miżuri
meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament
għandhom jiġu adottati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011
tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.[1] (6) Fid-dawl tal-urġenza
tal-kwistjoni, jeħtieġ li jsir provvediment għal
eċċezzjoni fuq il-perjodu ta’ tmien ġimgħat imsemmi
fl-Artikolu 4 tal-Protokoll Nru 1 dwar ir-rwol tal-Parlamenti
nazzjonali fl-Unjoni Ewropea, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u
mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Arranġamenti
preferenzjali Dazji doganali fuq oġġetti li
joriġinaw fl-Ukraina jitnaqqsu jew jiġu eliminati skont
l-Anness I ta’ dan ir-Regolament. Artikolu 2 Kundizzjonijiet
għad-dritt għall-arranġamenti preferenzjali Id-dritt għall-benefiċċju
mill-arranġamenti preferenzjali introdotti mill-Artikolu 1 ikun
soġġett għal: (a) konformità mar-regoli
tal-oriġini tal-prodotti u l-proċeduri relatati magħhom kif
previst fit-Titolu IV, Kapitolu 2, taqsima 2 tar-Regolament
(KEE) Nru 2454/93[2]; (b) konformità mal-metodi ta'
kooperazzjoni amministrattiva kif previst fl-Artikoli 121 u 122 tar-Regolament
(KEE) Nru 2454/93; (c) parteċipazzjoni mill-Ukraina
f’kooperazzjoni amministrattiva effettiva mal-Unjoni sabiex jiġi evitat
kull riskju ta’ frodi; (d) astensjoni mill-Ukraina milli
tintroduċi dazji ġodda jew imposti li jkollhom effett ekwivalenti u
restrizzjonijiet kwantitattivi ġodda jew miżuri li jkollhom effett
ekwivalenti għal importazzjonijiet li joriġinaw mill-Unjoni jew milli
żżid livelli eżistenti ta’ dazji jew imposti jew milli
tintroduċi kull restrizzjoni oħra mid-data tad-dħul
fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. Artikolu 3 Aċċess
għal kwoti tariffarji 1. Prodotti elenkati
fl-Annessi II u III jiġu aċċettati għall-importazzjoni
fl-Unjoni fi ħdan il-limiti tal-kwoti tariffarji tal-Unjoni kif stabbilit
f’dawk l-Annessi. 2. Il-kwoti tariffarji msemmija
fil-paragrafu 1 ikunu ġestiti mill-Kummissjoni skont
l-Artikoli 308a, 308b u 308c tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93,
bl-eċċezzjoni tal-kwoti tariffarji għal prodotti agrikoli
speċifiċi msemmija fl-Anness III. 3. Kwoti tariffarji għal
prodotti agrikoli speċifiċi msemmija fl-Anness III jiġu
amministrati mill-Kummissjoni skont ir-regoli stabbiliti skont
l-Artikolu 184 tar- Regolament (UE) Nru 1308/2013[3]. Artikolu 4 Sospensjoni
temporanja Meta l-Kummissjoni ssib li jkun hemm
biżżejjed evidenza ta' nuqqas ta' konformità mal-kundizzjonijiet
stipulati fl-Artikolu 2 tista' tissospendi kompletament jew parzjalment
l-arranġamenti preferenzjali pprovduti f'dan ir-Regolament, skont
il-proċedura ta' eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 6(2). Artikolu 5 Klawżola
ta’ salvagwardja Fejn l-importazzjonijiet ta' prodott li
joriġina mill-Ukraina u inkluż fl-Anness I jikkawżaw jew
jheddu li jikkawżaw diffikultajiet serji lill-produtturi tal-Unjoni ta'
prodotti simili jew f'kompetizzjoni diretta, il-Kummissjoni tista'
tintroduċi mill-ġdid id-dazji tat-Tariffa Doganali Komuni normali
fir-rigward ta' tali importazzjonijiet soġġetti
għall-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 11 u 11a tar-Regolament
tal-Kunsill (KE) Nru 55/2008[4]
u skont il-proċeduri tal-istess Artikoli li japplikaw mutatis mutandis. Artikolu 6 Proċedura
tal-kumitat 1. Għall-implimentazzjoni
tal-Artikolu 3(2) u l-Artikolu 4 ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni
tkun megħjuna mill-Kumitat tal-Kodiċi Doganali stabbilit permezz
tal-Artikolu 248a tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92. Il-Kumitat ikun
kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. 2. Fejn issir referenza
għal dan il-paragrafu, japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE)
Nru 182/2011. Artikolu 7 Dħul
fis-seħħ u applikazzjoni Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ
l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal
Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Huwa japplika sakemm il-Ftehim ta'
Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn
naħa waħda, u l-Ukraina, min-naħa l-oħra, jidħol
fis-seħħ jew, fejn xieraq, japplika b'mod provviżorju. Huwa ma jibqax japplika mill-1 ta' Novembru 2014.
Il-Kummissjoni tippubblika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni
Ewropea avviż f’każ li dan ir-Regolament jieqaf japplika qabel l-1
ta' Novembru 2014. Magħmul fi Strasburgu, Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill Il-President Il-President [1] Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament
Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi
r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll
mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat
ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13). [2] Ir-Regolament tal-Kummissjoni
(KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jiffissa
d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill
(KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju
(ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1). [3] Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament
Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li
jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li
jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE)
Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (ĠU
L 347.20.12.2013, p. 671) [4] Ir-Regolament tal-Kunsill (KE)
Nru 55/2008 tal-21 ta’ Jannar 2008 li jintroduċi
l-preferenzi awtonomi għall-kummerċ għar-Repubblika tal-Moldova
u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 980/2005 u d-Deċiżjoni
tal-Kummissjoni 2005/924/KE (ĠU L 20, 24.1.2008, p. 1). ANNESS III Kwoti tar-rata
tariffarja għall-prodotti agrikoli speċifiċi msemmija
fl-Artikolu 3(3) Prodott || Klassifikazzjoni tariffarja || Kwantità Laħam taċ-ċanġa || 0201.10.(00) 0201.20.(20-30-50-90) 0201.30.(00) 0202.10.(00) 0202.20.(10-30-50-90) 0202.30.(10-50-90) || 12 000 tunnellati/sena espressi f'piż nett Laħam tal-majjal || 0203.11.(10) 0203.12.(11-19) 0203.19.(11-13-15-55-59) 0203.21.(10) 0203.22.(11-19) 0203.29.(11-13-15-55-59) || 20 000 tunnellata/sena espressi f’piż nett + 20 000 tunnellata/sena espressi f’piż nett (għall-kodiċi NM 0203.11.(10) 0203.12.(19) 0203.19.(11-15-59) 0203.21.(10) 0203.22.(19) 0203.29.(11-15-59)) Laħam tat-tjur u prodotti tal-laħam tat-tjur || 0207.11.(30-90) 0207.12.(10-90) 0207.13.(10-20-30-50-60-99) 0207.14.(10-20-30-50-60-99) 0207.24.(10-90) 0207.25.(10-90) 0207.26.(10-20-30-50-60-70-80-99) 0207.27.(10-20-30-50-60-70-80-99) 0207.32.(15-19-51-59-90) 0207.33.(11-19-59-90) 0207.35.(11-15-21-23-25-31-41-51-53-61-63-71-79-99) 0207.36.(11-15-21-23-31-41-51-53-61-63-79-90) 0210.99.(39) 1602.31.(11-19-30-90) 1602.32.(11-19-30-90) 1602.39.(21) || 16 000 tunnellata/sena espressi f’piż nett + 20 000 tunnellata/sena espressi f’piż nett (għall-kodiċi NM 0207.12. (10-90)) Ħalib, krema, ħalib ikkondensat u jogurts || 0401.10.(10-90) 0401.20.(11-19-91-99) 0401.30.(11-19-31-39-91-99) 0402.91.(10-30-51-59-91-99) 0402.99.(10-31-39-91-99) 0403.10.(11-13-19-31-33-39) 0403.90.(51-53-59-61-63-69) || 8 000 tunnellati/sena espressi f’piż nett Trab tal-ħalib || 0402.10.(11-19-91-99) 0402.21.(11-17-19-91-99) 0402.29.(11-15-19-91-99) 0403.90.(11-13-19-31-33-39) 0404.90.(21-23-29-81-83-89) || 1 500 tunnellata/sena espressi f’piż nett Butir u pejsts magħmula mill-ħalib || 0405.10.(11-19-30-50-90) 0405.20.(90) 0405.90.(10-90) || 1 500 tunnellata/sena espressi f’piż nett Bajd u abjad tal-bajd || 0407.00.(30) 0408.11.(80) 0408.19.(81-89) 0408.91.(80) 0408.99.(80) 3502.11.(90) 3502.19.(90) 3502.20.(91-99) || 1 500 tunnellata/sena espressi f'ekwivalenti ta’ qxur tal-bajd + 3 000 tunnellata/sena espressi f’piż nett (għall-kodiċi NM 0407.00.(30)) Qamħ komuni, dqiq, u gerbub || 1001.90.(99) 1101.00.(15-90) 1102.90.(90) 1103.11.(90) 1103.20.(60) || 950 000 tunnellata/sena Xgħir, dqiq u gerbub || 1003.00.(90) 1102.90.(10) 1103.20.(20) || 250 000 tunnellata/sena Qamħirrum, dqiq u gerbub || 1005.90.(00) 1102.20.(10-90) 1103.13.(10-90) 1103.20.(40) 1104.23.(10-30-90-99) || 400 000 tunnellata/sena ANNESS II Minkejja r-regoli ta’ interpretazzjoni tan-Nomenklatura
Magħquda, il-kliem użat għad-deskrizzjoni tal-prodotti
għandu jitqies biss bħala kliem ta’ valur indikattiv, bl-iskop
tal-iskema preferenzjali tkun deċiża, fil-kuntest ta’ dan l-Anness, permezz
tal-kodiċijiet tan-NM kif jeżistu meta jiġi adottat dan
ir-Regolament. Ordni Nru || Kodiċi NM || Deskrizzjoni tal-merkanzija || Il-perjodu tal-kwota Mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament sal-1.11.2014 || Volum tal-kwota annwali (piż nett f’tunnellati sakemm mhux speċifikat mod ieħor) 09.3050 || 0204 22 50 0204 22 90 0204 23 0204 42 30 0204 42 50 0204 42 90 0204 43 10 0204 43 90 || Saqajn tan-nagħaġ, qatgħat oħrajn bl-għadam magħhom (eskluż karkassi u nofs karkassi, kwarti ta' quddiem qosra u qatgħat tad-dahar u/jew l-aħjar trufijiet tal-ħaruf), frisk jew imkessaħ Laħam tan-nagħaġ mingħajr għadam, frisk jew imkessaħ, Qatgħat tan-nagħaġ iffriżat, bl-għadam (eskluż karkassi u nofs karkassi, u kwarti ta' quddiem qosra) Laħam tal-ħaruf iffriżat, mingħajr għadam laħam tan-nagħaġ iffriżat, mingħajr għadam || || 1 500 09.3051 || 0409 || Għasel naturali || || 5 000 Ordni Nru || Kodiċi NM || Deskrizzjoni tal-merkanzija || Il-perjodu tal-kwota Mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament sal-1.11.2014 || Volum tal-kwota annwali (piż nett f’tunnellati sakemm mhux speċifikat mod ieħor) 09.3052 || 1701 12 1701 91 1701 99 1702 20 10 1702 90 30 1702 90 50 1702 90 71 1702 90 75 1702 90 79 1702 90 80 1702 90 95 || Zokkor tal-pitravi mhux raffinat li ma fihx ħwawar miżjudin jew materjal biex jagħti l-kulur Zokkor ieħor minbarra zokkor mhux raffinat Zokkor tal-aġġru f’forma solida, li fih ħwawar miżjudin jew materjal li jagħti l-kulur Isoglukosju f'għamla solida, li fl-istat xott fih 50% tal-piż fruttosju Maltodestrina f'għamla solida u ġulepp tal-maltodestrina, li fl-istat xott fiha 50% tal-piż fruttosju Karamella Ġulepp tal-inulina Oħrajn, inklużi zokkor maqlub (invert) u zokkor ieħor u taħlit ta’ ġulepp taz-zokkor li fl-istat xott fihom 50% tal-piż fruttosju || || 20 070 09.3053 || 1702 30 1702 40 1702 60 || Glukosju u ġulepp tal-glukożju, li ma fihomx fruttosju jew li fl-istat xott fihom anqas minn 50 % tal-piż fruttożju, Fruttosju ieħor u ġulepp tal-fruttosju, li fl-istat xott fihom aktar minn 50% tal-piż fruttosju, eskluż zokkor invertit || || 10 000 09.3054 || 2106 90 30 2106 90 55 2106 90 59 || Ġuleppijiet tal-isoglukosju mħawwrin jew ikkuluriti Ġulepp tal-glukosju mħawwar jew ikkulurit u ġulepp tal-maltodestrina Ġuleppijiet taz-zokkor mħawwrin jew ikkuluriti (eskluż isoglukosju, lattosju, glukosju u ġuleppijiet tal-maltodestrina) || || 2 000 Ordni Nru || Kodiċi NM || Deskrizzjoni tal-merkanzija || Il-perjodu tal-kwota Mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament sal-1.11.2014 || Volum tal-kwota annwali (piż nett f’tunnellati sakemm mhux speċifikat mod ieħor) 09.3055 || Ex 1103, 19 20 1103 19 90 1103 20 90 1104 19 10 1104 19 50 1104 19 61 1104 19 69 1104 29 1104 30 || Barli mitħun Tħin (groats) u prodotti taċ-ċereali (eskluż qamħ, segala, ħafur, qamħirrum, ross u barli) Pritkuni taċ-ċereali, (eskluż qamħ, segala, ħafur, qamħirrum, ross u barli) Ħbub tal-qamħ imremblin jew imqattgħin irqaq Ħbub tal-qamħirrum imremblin jew imqattgħin irqaq Ħbub tal-barli imremblin Ħbub tal-barli imqattgħin Ħbub maħdumin (pereżempju, imfesdqa, perlati, imfella jew mitħuna fi frak oħxon), minbarra ħafur, ta' segala jew qamħirrum Nibbieta taċ-ċereali, sħiħa, irrumblata, mqatta’ irqiq jew mitħuna || || 6 300 09.3056 || 1107 1109 || Malt, kemm jekk inkaljat jew le Gluteina tal-qamħ, kemm jekk imnixxfa jew le || || 7 000 09.3057 || 1108 11 1108 12 1108 13 || Lamtu tal-qamħ Lamtu tal-qamħirrum Lamtu tal-patata || || 10 000 09.3058 || 3505 10 10 3505 10 90 3505 20 30 3505 20 50 3505 20 90 || Destrini u lamti oħra mmodifikati (eskluż lamtijiet, esterifikati jew eterifikati Kolla li jkun fiha, bil-piż, 25% jew aktar ta' lamti jew destrini jew lamti oħrajn immodifikati || || 1 000 Ordni Nru || Kodiċi NM || Deskrizzjoni tal-merkanzija || Il-perjodu tal-kwota Mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament sal-1.11.2014 || Volum tal-kwota annwali (piż nett f’tunnellati sakemm mhux speċifikat mod ieħor) 09.3059 || 2302 10 2302 30 2302 40 10 2302 40 90 2303 10 11 || Granza, dqiq inferjuri (sharps) u residwi oħra, kemm jekk fl-għamla ta' pritkuni jew le, ġejjin mill-għarbil, tħin jew ipproċessar ieħor ta' ċereali (esklużi dak tar-ross) Residwi mill-manifattura tal-lamtu mill-qamħirrum (esklużi l-likuri kkonċentrati li jkunu mgħaddsa fihom), b'kontenut ta' proteina, ikkalkulat fuq il-prodott niexef li jkun aktar minn 40% bil-piż || || 15 000 09.3060 || 0711 51 2003 10 || Faqqiegħ tal-ġeneru Agaricus ippriservat b’mod provviżorju (eż. permezz tal-gass tad-dijossidu tal-kubrit, fis-salmura, fl-ilma bil-kubrit jew f’soluzzjonijiet priservattivi oħra), iżda mhux tajbin f’dak l-istat għall-konsum immedjat Faqqiegħ tal-ġeneru Agaricus, ippreparat jew ippriservat mod ieħor milli fil-ħall jew fl-aċtu aċetiku || || 500 09.3061 || 0711 51 || Faqqiegħ tal-ġeneru Agaricus ippriservat b’mod provviżorju (eż. permezz tal-gass tad-dijossidu tal-kubrit, fis-salmura, fl-ilma bil-kubrit jew f’soluzzjonijiet priservattivi oħra), iżda mhux tajbin f’dak l-istat għall-konsum immedjat || || 500 09.3062 || 2002 || Tadam ippreparat jew ippriservat mod ieħor milli fil-ħall jew fl-aċtu aċetiku || || 10 000 Ordni Nru || Kodiċi NM || Deskrizzjoni tal-merkanzija || Il-perjodu tal-kwota Mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament sal-1.11.2014 || Volum tal-kwota annwali (piż nett f’tunnellati sakemm mhux speċifikat mod ieħor) 09.3063 || 2009 61 90 2009 69 11 2009 69 71 2009 69 79 2009 69 90 2009 71 2009 79 || Meraq tal-għeneb (inkluż il-most tal-għenba), b'valur Brix li ma jeċċedix 30, ta' valur li jeċċedi EUR 18 għal kull 100 kg ta' piż nett Meraq tal-għeneb (inkluż il-most tal-għenba), b'valur Brix li jeċċedi 67,ta' valur li ma jeċċedix EUR 22 għal kull 100 kg ta' piż nett Meraq tal-għeneb (inkluż il-most tal-għenba), b'valur Brix li jeċċedi 30 iżda li ma jeċċedix 67, ta' valur li ma jeċċedix EUR 18 għal kull 100 kg ta' piż nett Meraq tat-tuffieħ || || 10 000 09.3064 || 0403 10 51 0403 10 53 0403 10 59 0403 10 91 0403 10 93 0403 10 99 0403 90 71 0403 90 73 0403 90 79 0403 90 91 0403 90 93 0403 90 99 || Xorrox tal-butir, ħalib u krema mbaqqta, jogurt, kefir u ħalib u krema oħrajn iffermentati jew aċidifikati, ikkonċentrati jew le, li fihom sustanza ta' ħlewwa miżjuda jew li jkun fihom frott, lewż jew kawkaw miżjuda || || 2 000 09.3065 || 0405 20 10 0405 20 30 || Pejstijiet tal-prodotti tal-ħalib b'kontenut ta' xaħam, bil-piż, ta' 39% jew aktar iżda anqas minn 75% || || 250 09.3066 || 0710 40 0711 90 30 2001 90 30 2004 90 10 2005 80 || Qamħirrum (sweetcorn) || || 1 500 Ordni Nru || Kodiċi NM || Deskrizzjoni tal-merkanzija || Il-perjodu tal-kwota Mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament sal-1.11.2014 || Volum tal-kwota annwali (piż nett f’tunnellati sakemm mhux speċifikat mod ieħor) 09.3067 || 1702 50 1702 90 10 Ex 1704 90 99 1806 10 30 1806 10 90 Ex 1806 20 95 Ex 1901 90 99 2101 12 98 2101 20 98 3302 10 29 || Fruttosju kimikament pur Maltosju kimikament pur Ħelu taz-zokkor ieħor li ma fihx kawkaw, li fih 70% jew aktar tal-piż ta' sukrosju Trab tal-kawkaw, li fih 65% jew aktar tal-piż sukrosju jew isoglukosju imfisser bħala sukrows Preparazzjonijiet oħrajn fi blokki, ċangaturi jew biċċiet jiżnu aktar minn 2 kg jew f’għamla likwida, pejst, trab, granulari jew f’xi għamla oħra bl-ingrossa ġo kontenituri jew pakki diretti, b’kontenut jeċċedi ż-2 kg, li fihom inqas minn 18% tal-piż butir tal-kawkaw u 70% jew aktar tal-piż sukrosju Preparazzjonijiet oħra tal-ikel tad-dqiq, xgħir, qamħ mitħun mhux raffinat, lamtu jew estratt tax-xgħir (malt), li ma fihomx kawkaw jew li fihom inqas minn 40% f’piż ta’ kawkaw, ikkalkulat fuq bażi totalment mingħajr xaħam, li fihom 70% jew aktar f’piż ta’ sukrosju Preparazzjonijiet b’bażi ta’ kafè, te jew maté Taħlit ta’ sustanzi bir-riħa u taħlit b’bażi ta’ waħda jew aktar minn dawn is-sustanzi, ta’ tip użat fl-industriji tax-xorb, li fihom is-sustanzi kollha li jagħtu t-togħma lil xorb partikolari, ta’qawwa alkoħolika attwali b’volum li ma jeċċedix 0,5% || || 2 000 Ordni Nru || Kodiċi NM || Deskrizzjoni tal-merkanzija || Il-perjodu tal-kwota Mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament sal-1.11.2014 || Volum tal-kwota annwali (piż nett f’tunnellati sakemm mhux speċifikat mod ieħor) 09.3068 || 1903 1904 30 || Tapjoka u sostituti tagħha magħmula mill-lamtu, f’forma ta’ troffi, frott taċ-ċereali, ta’ qtar jew boċċi, mgħarbla jew għamliet simili oħra Qamħ bulgur || || 2 000 09.3069 || 1806 20 70 2106 10 80 2202 90 99 || Frak tal-ħalib taċ-ċikkulata Konċentrati ta' proteini oħrajn u sustanzi ta’ proteini b'konsistenza Xorb mhux alkoħoliku minbarra ilma, li fih 2% jew aktar piż ta’ xaħam miksub mill-prodotti ta’ titoli 0401 sa 0404 || || 300 09.3070 || 2106 90 98 || Preparati tal-ikel oħra mhux speċifikati jew inklużi band'oħra || || 2 000 09.3071 || 2207 10 2208 90 91 2208 90 99 2207 20 || Alkoħol etiliku mhux naturat Alkoħol etiliku u spirti oħrajn, żnaturati, ta’ liema qawwa tkun || || 27 000 09.3072 || 2402 10 2402 20 90 || Sigarri, cheroots u cigarillos, li fihom it-tabakk Sigarretti li fihom it-tabakk, mhux li fihom l-imsiemer tal-qronfol || || 2 500 Ordni Nru || Kodiċi NM || Deskrizzjoni tal-merkanzija || Il-perjodu tal-kwota Mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament sal-1.11.2014 || Volum tal-kwota annwali (piż nett f’tunnellati sakemm mhux speċifikat mod ieħor) 09.3073 || 2905 43 2905 44 3824 60 || Mannite D-gluċitol (sorbitol) Sorbitol ħlief dak tas-subintestatura 2905 44 || || 100 09.3074 || 3809 10 10 3809 10 30 3809 10 50 3809 10 90 || Aġenti għall-irfinar, katalisti (carriers) biex iħaffu ż-żbigħ jew l-iffissar ta’ sustanzi taż-żbigħ u prodotti oħrajn u preparazzjonijiet (pereżempju, sustanzi għat-twebbis u murdenti), ta’ tip użati fl-industriji tat-tessuti, tal-karta, tal-ġilda jew bħalhom, li mhumiex speċifikati jew inklużi band’oħra, b’bażi ta’ sustanzi amilaċeużi || || 2 000 09.3075 || 0703 20 || Tewm, frisk jew imkessaħ || || 500 09.3076 || 1004 || Ħafur || || 4 000