Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, ta’ Ftehim dwar il-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Kroazja fiż-Żona Ekonomika Ewropea u l-Protokoll relatat, biex jittieħed kont tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea /* COM/2014/091 final - 2014/0047 (NLE) */
MEMORANDUM TA' SPJEGAZZJONI Il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika
Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim ŻEE”, kien
iffirmat fit-2 ta’ Mejju 1992 u daħal fis-seħħ fl-1 ta’
Jannar 1994. Skont l-Att ta’ Adeżjoni tar-Repubblika
tal-Kroazja, il-Kroazja tintrabat li taderixxi, skont il-kondizzjonijiet
stabbiliti f’dan l-Att, mal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea,
skont l-Artikolu 128 ta’ dak il-Ftehim. Il-proposta mehmuża toħloq
l-istrument legali għall-konklużjoni tal-Ftehim dwar
il-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Kroazja fiż-Żona Ekonomika
Ewropea (“il-Ftehim”) u tal-Protokoll Addizzjonali relatat għall-Ftehim
bejn ir-Renju tan-Norveġja u l-Unjoni Ewropea dwar Mekkaniżmu
Finanzjarju Norveġiż għall-perijodu 2009-2014 b’konsegwenza
għall-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Kroazja fiż-Żona
Ekonomika Ewropea (“il-Protokoll”), biex jittieħed kont tal-adeżjoni
tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea. Fl-4 ta’
Settembru 2012[1],
il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ negozjati mar-Repubblika
tal-Islanda, il-Prinċipat ta’ Liechtenstein u r-Renju tan-Norveġja
biex jiġu emendati l-Ftehim ŻEE u l-Ftehim bejn ir-Renju
tan-Norveġja u l-Unjoni Ewropea dwar Mekkaniżmu Finanzjarju
Norveġiż għall-perijodu 2009-2014. In-negozjati
mal-Islanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja ġew konklużi
b’suċċess billi ġew inizjalati: (1) il-Ftehim; (2) il-Protokoll; u (3) żewġ protokolli addizzjonali,
b'mod partikolari: (a)
il-Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea
u r-Repubblika tal-Islanda b’konsegwenza tal-adeżjoni tar-Repubblika
tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea; u (b)
il-Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea
u r-Repubblika tan-Norveġja b’riżultat tal-adeżjoni
tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea; Dawn
iż-żewġ protokolli addizzjonali huma parti minn pakkett li fih
il-Ftehim u l-Protokoll attwali, iżda jinsabu f’żewġ proposti
separati. Il-Ftehim
propost jinkorpora lir-Repubblika tal-Kroazja bħala parti kontraenti
għall-Ftehim ŻEE u jorbot lill-UE biex tipprovdi l-verżjoni
awtentika tal-Ftehim ŻEE fil-lingwa uffiċjali l-ġdida tal-UE.
Il-Protokoll jinkludi l-Kroazja fil-Mekkaniżmu Finanzjarju
Norveġiż. L-applikazzjoni
proviżorja tal-Ftehim u tal-Protokoll hija prevista mid-data stipulata
permezz ta’ skambju ta’ ittri bejn il-Partijiet, sakemm jintemmu
l-proċeduri rilevanti għall-konklużjoni formali tiegħu u
d-dħul fis-seħħ. Il-Kummissjoni qieset ir-riżultati
tan-negozjati bħala sodisfaċenti u qed titlob lill-Kunsill biex
jadotta d-deċiżjoni mehmuża dwar il-konklużjoni tal-Ftehim
u tal-Protokoll relatat. 2014/0047 (NLE) Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni
Ewropea u l-Istati Membri tagħha, ta’ Ftehim dwar il-parteċipazzjoni
tar-Repubblika tal-Kroazja fiż-Żona Ekonomika Ewropea u l-Protokoll
relatat, biex jittieħed kont tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja
mal-Unjoni Ewropea IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat dwar
il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 217 flimkien
mal-Artikolu 218(6) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 218(8)
tiegħu, Wara li kkunsidra l-Att
ta’ Adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja, u b'mod partikolari
l-Artikolu 6(2) u 6(5) tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni
Ewropea, Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament
Ewropew, Billi: (1) Il-Ftehim taż-Żona Ekonomika Ewropea[2] ('il-Ftehim ŻEE')
kien iffirmat f'Oporto fit-2 ta' Mejju 1992. (2) Ir-Repubblika tal-Kroazja
saret Stat Membru tal-Unjoni Ewropea fl-1 ta’ Lulju 2013. (3) Skont l-Artikolu 6(5)
tal-Att ta’ Adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja, il-Kroazja tintrabat li
taderixxi, skont il-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Att, mal-Ftehim dwar
iż-Żona Ekonomika Ewropea, skont l-Artikolu 128 ta’ dak il-Ftehim. (4) Fl-4 ta’ Settembru 2012,
il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ negozjati mar-Repubblika
tal-Islanda, il-Prinċipat ta’ Liechtenstein u r-Renju tan-Norveġja
biex jemendaw il-Ftehim ŻEE u l-Ftehim bejn ir-Renju tan-Norveġja u
l-Unjoni Ewropea dwar Mekkaniżmu Finanzjarju Norveġiż
għall-perijodu 2009-2014. Il-Ftehim dwar il-parteċipazzjoni
tar-Repubblika tal-Kroazja fiż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim”) u
l-Protokoll Addizzjonali relatat għall-Ftehim bejn ir-Renju
tan-Norveġja u l-Unjoni Ewropea dwar Mekkaniżmu Finanzjarju
Norveġiż għall-perijodu 2009-2014 b’konsegwenza
għall-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Kroazja fiż-Żona
Ekonomika Ewropea (“il-Protokoll”), kienu ffirmati fi Brussell fi (...).
Għandhom issa jiġu approvati, ADDOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 Il-Ftehim dwar il-parteċipazzjoni
tar-Repubblika tal-Kroazja fiż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim”) u
l-Protokoll Addizzjonali relatat għall-Ftehim bejn ir-Renju
tan-Norveġja u l-Unjoni Ewropea dwar Mekkaniżmu Finanzjarju Norveġiż
għall-perijodu 2009-2014 b’konsegwenza
għall-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Kroazja fiż-Żona
Ekonomika Ewropea, biex jittieħed kont tal-adeżjoni tar-Repubblika
tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea, huma b'dan approvati f'isem l-Unjoni Ewropea u
l-Istati Membri tagħha. Artikolu 2 Il-President tal-Kunsill jaħtar
lill-persuna li jkollha s-setgħa li, f'isem l-Unjoni Ewropea,
jiddepożita l-istrument ta' approvazzjoni stabbilit fl-Artikolu 6 tal-Ftehim sabiex jesprimi l-kunsens tal-Unjoni Ewropea li tkun
marbuta bil-Ftehim. Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni tidħol
fis-seħħ fi …. Magħmul fi Brussell, Għall-Kunsill Il-President [1] Id-Deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza
lill-Kummissjoni biex tibda negozjati għall-adattament tal-Ftehim dwar
iż-Żona Ekonomika Ewropea u l-Ftehim bejn ir-Renju tan-Norveġja
u l-Unjoni Ewropea dwar Mekkaniżmu Finanzjarju Norveġiż
għall-perijodu 2009-2014, fid-dawl tat-tkabbir tal-Unjoni Ewropea
għall-Kroazja (Dok. tal-Kunsill 12865/12 LIMITED). [2] ĠU …. ANNESS I
FTEHIM
DWAR IL-PARTEĊIPAZZJONI TAR-REPUBBLIKA TAL-KROAZJA
FIŻ-ŻONA EKONOMIKA EWROPEA L-UNJONI EWROPEA, IR-RENJU TAL-BELĠJU, IR-REPUBBLIKA TAL-BULGARIJA, IR-REPUBBLIKA ĊEKA, IR-RENJU TAD-DANIMARKA, IR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA, IR-REPUBBLIKA TAL-ESTONJA, L-IRLANDA, IR-REPUBBLIKA ELLENIKA, IR-RENJU TA' SPANJA, IR-REPUBBLIKA TA' FRANZA, IR-REPUBBLIKA TALJANA, IR-REPUBBLIKA TA' ĊIPRU, IR-REPUBBLIKA TAL-LATVJA, IR-REPUBBLIKA TAL-LITWANJA, IL-GRAN DUKAT TAL-LUSSEMBURGU, L-UNGERIJA, MALTA, IR-RENJU TAL-PAJJIŻI L-BAXXI, IR-REPUBBLIKA TAL-AWSTRIJA, IR-REPUBBLIKA TAL-POLONJA, IR-REPUBBLIKA PORTUGIŻA, IR-RUMANIJA, IR-REPUBBLIKA TAS-SLOVENJA, IR-REPUBBLIKA SLOVAKKA, IR-REPUBBLIKA TAL-FINLANDJA, IR-RENJU TAL-ISVEZJA, IR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA
TA' FUQ, minn hawn ’il quddiem imsejħa “l-Istati
Membri tal-Unjoni Ewropea”, L-ISLANDA, IL-PRINĊIPAT TA' LIECHTENSTEIN, IR-RENJU TAN-NORVEĠJA, minn hawn 'il quddiem imsejħin bħala
"Pajjiżi tal-EFTA", flimkien minn hawn 'il quddiem imsejħin
bħala “Partijiet Kuntrattwali Preżenti”, u IR-REPUBBLIKA TAL-KROAZJA BILLI t-Trattat li jikkonċerna
l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (minn hawn 'il
quddiem imsemmi t-“Trattat ta’ l-Adeżjoni”) ġie ffirmat fi Brussell
fid-9 ta’ Diċembru 2011; BILLI skont l-Artikolu 128 tal-Ftehim
dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, iffirmat f’Oporto fit-2 ta’
Mejju 1992, kull Stat Ewropew li jkun se jsir membru tal-Komunità japplika
biex isir Parti għall-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea
(minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ bħala l-“Ftehim taż-ŻEE”); BILLI r-Repubblika tal-Kroazja applikat biex
issir Parti Kontraenti għall-Ftehim taż-ŻEE; BILLI t-termini u l-kundizzjonijiet għal
din il-parteċipazzjoni għandhom ikunu suġġetti għall
Ftehim bejn il-Partijiet Kontraenti Preżenti u l-Pajjiż applikant; IDDEĊIDEW li jikkonkludu l-Ftehim li
ġej: ARTIKOLU 1 1. Ir-Repubblika tal-Kroazja hawnhekk
issir Parti Kontraenti tal-Ftehim taż-ŻEE u għandha minn hawn
'il quddiem tissemma bħala l-“Parti Kontraenti l-Ġdida”. 2. Mid-dħul fis-seħħ
ta’ dan il-Ftehim, id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim taż-ŻEE kif
emendati mid-Deċiżjonijiet tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
adottati qabel it-30 ta’ Ġunju 2011, għandhom jorbtu l-Parti
Kontraenti l-Ġdida bl-istess kundizzjonijiet ta’ dawk tal-Partijiet
Kontraenti Preżenti u bl-istess termini u kundizzjonijiet
imniżżla f’dan il-Ftehim. 3. L-Annessi ma’ dan il-Ftehim
jiffurmaw parti integrali minn dan il-Ftehim. ARTIKOLU 2 1. AĠĠUSTAMENTI FUQ IT-TEST EWLIENI
TAL-FTEHIM TAŻ-ŻEE (a) Preambolu: (i) Dan li
ġej għandu jiżdied fil-lista ta’ Partijiet Kontraenti wara
r-Repubblika Franċiża: "IR-REPUBBLIKA TAL-KROAZJA" (ii) Il-kliem
“ir-Repubblika ta’” qabel l-Ungerija għandu jitħassar; (b) Artikolu 2: (i) Il-paragrafu
(f) għandu jitħassar; (ii) Li
ġej għandu jkun miżjud wara l-paragrafu (e): "(f) it-terminu
"l-Att ta' Adeżjoni tad-9 ta' Diċembru 2011"
għandu jfisser l-"Att dwar il-kondizzjonijiet tal-adeżjoni
tar-Repubblika tal-Kroazja u l-aġġustamenti għat-Trattat dwar
l-Unjoni Ewropea, it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u
t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,
iffirmat fi Brussell fid-9 ta' Diċembru 2011."; (c) Artikolu 117: It-test tal-Artikolu 117
għandu jkun mibdul b'dan li ġej: "Dispożizzjonijiet
li jirregolaw il-Mekkaniżmi Finanzjarji huma stipulati
fil-Protokoll 38, il-Protokoll 38a, l-Addendum
għall-Protokoll 38a, il-Protokoll 38b u l-Addendum
għall-Protokoll 38b."; (d) Artikolu 129: (i) It-tieni
subparagrafu tal-paragrafu 1 għandu jinbidel
b'dan li ġej: “Wara
t-tkabbir taż-Żona Ekonomika Ewropea l-verżjonijiet ta’ dan
il-Ftehim bl-ilsien Bulgaru, Kroat, Ċek, Estonjan, Ungeriż, Latvjan,
Litwan, Malti, Pollakk, Rumen, Slovakk u Sloven għandu jkun ugwalment
awtentiku.”; (ii) It-tielet subparagrafu
tal-paragrafu 1 għandu jinbidel b'dan li ġej: “It-testi
tal-atti msemmija fl-Annessi huma ugwalment awtentiċi bil-ilsien Bulgaru,
Kroat, Ċek, Daniż, Olandiż, Ingliż, Estonjan,
Finlandiż, Franċiż, Ġermaniż, Grieg, Ungeriż,
Taljan, Latvjan, Litwan, Malti, Pollakk, Portugiż, Rumen, Slovakk, Sloven,
Spanjol u Svediż kif ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali
tal-Unjoni Ewropea u għall-awtentikazzjoni tagħhom għandhom
jitħejjew bl-islien Islandiż u Norveġiż u ppublikati
fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni
Ewropea.”. 2. L-AĠĠUSTAMENTI FUQ
IL-PROTOKOLLI TAL-FTEHIM TAŻ-ŻEE (a) Il-Protokoll 4 dwar ir-regoli
ta' oriġini għandu jkun emendat kif ġej: (i) L-Anness
IVa (Test tad-dikjarazzjoni tal-fatturat) għandu jkun emendat kif
ġej: (aa) Li ġej għandu jiddaħħal
qabel il-verżjoni Taljana tat-test tad-dikjarazzjoni tal-fatturat: "Verżjoni bil-Kroat Izvoznik proizvoda obuhvaćenih ovom
ispravom (carinsko ovlaštenje br ... (1)) izjavljuje da su, osim ako
je drukčije izričito navedeno, ovi proizvodi... (2)
preferencijalnog podrijetla."; (ii) L-Anness IVb
(Test tad-dikjarazzjoni tal-fatturat EUR-MED) għandu jkun emendat kif
ġej: (aa) Li ġej għandu jiddaħħal
qabel il-verżjoni Taljana tat-test tad-dikjarazzjoni tal-EUR-MED: "Verżjoni bil-Kroat Izvoznik proizvoda obuhvaćenih
ovom ispravom (carinsko ovlaštenje br ... (1))
izjavljuje da su, osim ako je drukčije izričito navedeno, ovi proizvodi ...
(2) preferencijalnog
podrijetla. - akkumulazzjoni applikata ma'...... (isem
tal-pajjiż/pajjiżi) - ebda akkumulazzjoni applikata (3)". (b) Dan li
ġej għandu jkun miżjud mal-Protokoll 38b: "Addendum għall-Protokoll 38b DWAR IL-MEKKANIŻMU FINANZJARJU TAŻ-ŻEE
GĦAR-REPUBBLIKA TAL-KROAZJA Artikolu 1 1.
Il-Protocoll 38b japplika mutatis mutandis għar-Repubblika
tal-Kroazja. 2. Minkejja
l-paragrafu 1, l-ewwel sentenza tal-paragrafu 3 tal-Artikolu 3
tal-Protokoll 38b ma għandhiex tapplika. 3.
Minkejja l-paragrafu 1, l-Artikolu 6 tal-Protokoll 38b ma
japplikax. Ma għandha tkun applikabbli l-ebda riallokazzjoni għal
kwalunkwe Stat Benefiċjarju ieħor fil-każ ta' fondi disponibbli
mhux impenjati tal-Kroazja. Artikolu 2 L-ammonti
addizzjonali tal-kontribuzzjoni finanzjarja għandhom ikunu ta’ EUR 5
miljuni għar-Repubblika tal-Kroazja matul il-perjodu mill-1 ta’
Lulju 2013 sat-30 ta’ April 2014, inklużi; isiru
disponibbli għal impenn f'segment wieħed mid-data tad-dħul
fis-seħħ tal-Ftehim dwar il-Parteċipazzjoni tar-Repubblika
tal-Kroazja fiż-Żona Ekonomika Ewropea jew bi ftehim biex il-Ftehim
jiġi applikat b'mod proviżorju." (c) It-test tal-Protokoll 44
għandu jinbidel b'dan li ġej: "DWAR MEKKANIŻMI TA' SALVAGWARDJI
GĦAT-TKABBIR TAŻ-ŻONA EKONOMIKA EWROPEA 1. L-applikazzjoni
tal-Artikolu 112 tal-Ftehim għall-Klawżola Ġenerali ta’
Salvagwardja Ekonomika u l-mekkaniżmi ta’ salvagwardja li jinsabu
f’ċerti arranġamenti tranżitorji fil-Qasam tal-Moviment Liberu
tal-Persuni u t-Trasport bit-Triq. L-Artikolu 112
tal-Ftehim għandu jkun applikabbli wkoll fis-sitwazzjonijiet
speċifikati jew imsemmija (a) fid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 37 tal-Att
tal-Adeżjoni tas-16 ta’ April 2003, u tal-Artikolu 36 tal-Att
tal-Adeżjoni tal-25 ta’ April 2005 u
tal-Artikolu 37 tal-Att tal-Adeżjoni tad-9 ta'
Diċembru 2011, u (b) fil-mekkaniżmi ta’ salvagwardja fl-arranġamenti
tranżitorji taħt l-intestaturi “Perjodu Tranżitorju”
fl-Anness V (Moviment liberu ta' ħaddiema) u fl-Anness VIII
(Id-dritt ta' stabbiliment), fil-punt 30 (id-Direttiva 96/71/KE
tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness XVIII (is-Saħħa
u s-sigurtà fuq ix-xogħol, il-liġi tax-xogħol, u t-trattament
ugwali bejn nisa u rġiel) u fil-punt 26c (ir-Regolament tal-Kunsill
(KEE) Nru 3118/93) u fil-punt 53a (ir-Regolament tal-Kunsill (KEE)
Nru 3577/92) tal-Anness XIII (Trasport) bl-istess limiti
taż-żmien, kamp ta' applikazzjoni u effetti kif stabbilit f’dawk
id-dispożizzjonijiet. 2. Klawżola
għas-Salvagwardja tas-Suq Intern Il-proċedura
ġenerali tat-teħid ta' deċiżjonijiet prevista fil-Ftehim
għandha tkun applikabbli wkoll fuq deċiżjonijiet meħuda
mill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej fl-applikazzjoni tal-Artikolu 38
tal-Att tal-Adeżjoni tas-16 ta' April 2003, u tal-Artikolu 37
tal-Att tal-Adeżjoni tal-25 ta' April 2005, u tal-Artikolu 38
tal-Att tal-Adeżjoni tad-9 ta' Diċembru 2011.". ARTIKOLU 3 1. L-emendi
kollha għall-atti adottati mill-Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea
inkorporati fil-Ftehim taż-ŻEE, li saru mill-Att dwar
il-kondizzjonijiet tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja u
l-aġġustamenti għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, it-Trattat
dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità
Ewropea tal-Enerġija Atomika (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “l-Att
tal-Adeżjoni tad-9 ta’ Diċembru 2011”), huma b’dan inkorporati fil-Ftehim
taż-ŻEE u jsiru parti minnu. 2. Għal
dan il-għan, l-inċiż li ġej huwa introdott fil-punti
tal-Annessi u l-Protokolli mal-Ftehim taż-ŻEE li fih referenzi
għall-atti adottati mill-Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea
kkonċernati: "– 1 2012 J003: L-Att dwar il-kondizzjonijiet
tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja u l-aġġustamenti
għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, it-Trattat dwar il-Funzjonament
tal-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija
Atomika, adottat fid-9 ta' Diċembru 2011 (ĠU L 112,
24.4.2012, p. 21).". 3. Jekk
l-inċiż imsemmi fil-paragrafu 2 hu l-ewwel inċiż
fil-punt ikkonċernat, għandu jiġi preċedut mill-kliem “,
kif emendat minn:”. 4. L-Anness A
għal dan il-Ftehim jagħti lista ta’ punti fl-Annessi u l-Protokolli
għall-Ftehim taż-ŻEE li fihom għandu jiddaħħal
it-test imsemmi fil-paragrafi 2 u 3. 5. Fejn
l-atti inkorporati fil-Ftehim taż-ŻEE qabel id-data tad-dħul
fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim jeħtieġu adattamenti
minħabba l-parteċipazzjoni tal-Parti Kontraenti l-Ġdida, u dan
il-Ftehim ma jipprovdix l-adattamenti meħtieġa, dawn l-adattamenti se
jiġu indirizzati skont il-proċeduri mniżżla fil-Ftehim
taż-ŻEE. ARTIKOLU 4 1. L-arranġamenti li hemm fl-Att
tal-Adeżjoni tad-9 ta' Diċembru 2011 riferiti fl-Anness B
għal dan il-Ftehim huma hawnhekk inkorporati u magħmula parti
mill-Ftehim taż-ŻEE. 2. Kull arranġament ta’ rilevanza
għall-Ftehim taż-ŻEE riferit jew adottat fuq il-bażi
tal-Att ta’ Adeżjoni tad-9 ta' Diċembru 2011, li mhux rifless
fl-Anness B ta’ dan il-Ftehim se jkun indirizzat skont il-proċeduri
mniżżla fil-Ftehim taż-ŻEE. ARTIKOLU 5 Kull Parti ta’ dan il-Ftehim tista’ tressaq
kwalunkwe kwistjoni dwar l-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni tiegħu
quddiem il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE. Il-Kumitat Konġunt
taż-ŻEE għandu jeżamina l-kwistjoni sabiex tinstab
soluzzjoni aċċettabbli għat-tħaddim tajjeb tal-Ftehim
taż-ŻEE. ARTIKOLU 6 1. Dan il-Ftehim għandu jiġi
rratifikat jew approvat mill-Partijiet Kontraenti Preżenti u l-Parti
Kontraenti l-Ġdida skont il-proċeduri tagħhom stess.
L-istrumenti tar-ratifika jew l-approvazzjoni jkunu ddepożitati
mas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. 2. Dan jidħol fis-seħħ
fil-jum ta' wara d-depożitu tal-aħħar strument ta' ratifika jew
approvazzjoni ta' Parti Kontraenti Preżenti jew tal-Parti Kontraenti
l-Ġdida, sakemm il-protokolli relatati segwenti jidħlu
fis-seħħ fl-istess jum: (a)
Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim bejn
ir-Renju tan-Norveġja u l-Unjoni Ewropea dwar Mekkaniżmu Finanzjarju
Norveġiż għall-perjodu 2009-2014 b’konsegwenza
għall-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Kroazja fiż-Żona
Ekonomika Ewropea; (b)
Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim bejn
il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika tal-Islanda wara l-adeżjoni
tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea; u (c)
Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim bejn
il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja wara l-adeżjoni
tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea; ARTIKOLU 7 Dan il-Ftehim, imħejji f'kopja
oriġinali waħda bl-ilsien Bulgaru, Kroat, Ċek, Daniż,
Olandiż, Ingliż, Estonjan, Finlandiż, Franċiż,
Ġermaniż, Grieg, Ungeriż, Taljan, Latvjan, Litwan, Malti,
Pollakk, Portugiż, Rumen, Slovakk, Sloven, Spanjol, Svediż, Islandiż
u Norveġiż, bit-test f'kull wieħed minn dawn l-ilsna jkun ugwalment
awtentiku, għandu jiġi ddepożitat mas-Segretarjat Ġenerali
tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, li ser jibgħat kopja
ċċertifikata lil kull wieħed mill-Gvernijiet tal-Partijiet ta'
dan il-Ftehim. ANNESS A Lista
msemmija fl-Artikolu 3 tal-Ftehim PARTI I ATTI
MSEMMIJA FIL-FTEHIM TAŻ-ŻEE EMENDAT mill-Att
tal-Adeżjoni tad-9 ta' Diċembru 2011 L-inċiż imsemmi
fl-Artikolu 3(2) għandu jiddaħħal fejn ġej fl-Annessi
u fil-Protokolli tal-Ftehim taż-ŻEE: Fil-Kapitolu XXVII (Xorb Alkoħoliku)
tal-Anness II (Regolamenti Tekniċi, Standards, Ittestjar u
Ċertifikazzjoni): –
Il-Punt 3 (ir-Regolament tal-Kunsill (KEE)
Nru 1601/91) Fl-Anness VII (Rikonoxximent
tal-Kwalifiki Professjonali): –
Il-Punt 1 (id-Direttiva 2005/36/KE
tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) Fl-Anness XVII (Il-Proprjetà
Intellettwali): –
Il-Punt 6a (ir-Regolament (KE)
Nru 1610/96 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) Fl-Anness IX (Is-Servizzi Finanzjarji): –
Il-Punt 14 (id-Direttiva 2006/48/KE
tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) Fl-Anness XX (L-Ambjent): –
Il-Punt 21al (id-Direttiva 2003/87/KE
tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) IL-PARTI II EMENDI
OĦRAJN GĦALL-ANNESSI
FIL-FTEHIM TAŻ-ŻEE L-emendi li ġejjin għandhom isiru
fl-Annessi tal-Ftehim taż-ŻEE: Fl-Anness II (ir-Regolamenti
Tekniċi, Standards, Ittestjar u Ċertifikazzjoni - il-Parti II): (1)
Fil-Kapitolu XV, il-punt 12a
(id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE), il-kliem “jew, skont il-każ,
mal-Protokoll tal-Adeżjoni tal-25 ta’ April 2005” għandhom
jitħassru; (2)
Fil-Kapitolu XVII, il-punt 7
(id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 94/62/KEE), il-kliem
“jew, skont il-każ, mal-Protokoll tal-Adeżjoni tal-25 ta’
April 2005” għandhom jitħassru; (3)
Fil-Kapitolu XVII, il-punt 8
(id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 94/63/KE), il-kliem
“jew, skont il-każ, mal-Protokoll tal-Adeżjoni tal-25 ta’
April 2005” għandhom jitħassru; (4)
Fil-Kapitolu XXV, il-punt 3 (id-Direttiva
tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2001/37/KE), il-kliem “jew, skont
il-każ, mal-Protokoll tal-Adeżjoni tal-25 ta’ April 2005”
għandhom jitħassru; Fl-Anness V (Il-Moviment Liberu
tal-Ħaddiema): Taħt l-intestatura "PERJODU TA'
TRANŻIZZJONI", il-kliem “jew, skont il-każ, mal-Protokoll
tal-Adeżjoni tal-25 ta’ April 2005” għandhom jitħassru. Fl-Anness VIII (Id-Dritt ta’
Stabbiliment): Taħt l-intestatura "PERJODU TA'
TRANŻIZZJONI", il-kliem “jew, skont il-każ, mal-Protokoll
tal-Adeżjoni tal-25 ta’ April 2005” għandhom jitħassru. Fl-Anness IX (Is-Servizzi Finanzjarji): Fil-punt 31b (id-Direttiva tal-Parlament
Ewropew u tal-Kunsill 97/9/KE), il-kliem “jew, skont il-każ,
mal-Protokoll tal-Adeżjoni tal-25 ta’ April 2005” għandhom
jitħassru. Fl-Anness XI (Komunikazzjoni Elettronika,
Servizzi Awdjoviżivi u Soċjetà tal-Informazzjoni): Fil-punt 5cm (id-Direttiva tal-Parlament
Ewropew u tal-Kunsill 2002/22/KE), il-kliem “jew, skont il-każ,
mal-Protokoll tal-Adeżjoni tal-25 ta’ April 2005” għandhom
jitħassru. Fl-Anness XII (il-Moviment Liberu
tal-Kapital): Taħt l-intestatura "PERJODU TA'
TRANŻIZZJONI", il-kliem “jew, skont il-każ, mal-Protokoll
tal-Adeżjoni tal-25 ta’ April 2005” għandhom jitħassru. Fl-Anness XIII (it-Trasport): (1)
Fil-punt 15a (id-Direttiva
tal-Kunsill 96/53/KE), il-kliem “jew, skont il-każ, mal-Protokoll
tal-Adeżjoni tal-25 ta’ April 2005” għandhom jitħassru; (2)
Fil-punt 18a (id-Direttiva tal-Parlament
Ewropew u tal-Kunsill 1999/62/KE), il-kliem “jew, skont il-każ,
mal-Protokoll tal-Adeżjoni tal-25 ta’ April 2005” għandhom
jitħassru. (3)
Fil-punt 19 (id-Direttiva
tal-Kunsill 96/26/KE), il-kliem “jew, skont il-każ, mal-Protokoll
tal-Adeżjoni tal-25 ta’ April 2005” għandhom jitħassru; (4)
Fil-punt 26c (ir-Regolament tal-Kunsill
(KEE) Nru 3118/93), il-kliem “jew, skont il-każ, mal-Protokoll
tal-Adeżjoni tal-25 ta’ April 2005” għandhom jitħassru. Fl-Anness XV (l-Għajnuna
mill-Istat): (1)
Taħt l-intestatura "ADATTAMENTI
SETTORJALI", il-kliem “jew, skont il-każ, mal-Protokoll
tal-Adeżjoni tal-25 ta’ April 2005” għandhom jitħassru; (2)
Taħt l-intestatura "PERJODU TA'
TRANŻIZZJONI", il-kliem “jew, skont il-każ, mal-Protokoll
tal-Adeżjoni tal-25 ta’ April 2005” għandhom jitħassru. Fl-Anness XVII (il-Proprjetà
Intellettwali): Taħt l-intestatura "ADATTAMENTI
SETTORJALI", il-kliem “jew, skont il-każ, mal-Protokoll
tal-Adeżjoni tal-25 ta’ April 2005” għandhom jitħassru; L-Anness XVIII (is-Saħħa u
s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol, il-Liġi tax-Xogħol, u
t-Trattament Ugwali għall-Irġiel u u n-Nisa): Fil-punt 30 (id-Direttiva tal-Parlament
Ewropew u tal-Kunsill 96/71/KE), il-kliem “jew, skont il-każ,
mal-Protokoll tal-Adeżjoni tal-25 ta’ April 2005” għandhom
jitħassru. L-Anness XX (l-Ambjent): (1)
Fil-punt 1f (id-Direttiva tal-Parlament
Ewropew u tal-Kunsill 2008/1/KE), il-kliem “jew, skont il-każ,
mal-Protokoll tal-Adeżjoni tal-25 ta’ April 2005” għandhom
jitħassru; (2)
Fil-punt 7a (id-Direttiva
tal-Kunsill 98/83/KE), il-kliem “jew, skont il-każ, mal-Protokoll
tal-Adeżjoni tal-25 ta’ April 2005” għandhom jitħassru; (3)
Fil-punt 13 (id-Direttiva
tal-Kunsill 91/271/KEE), il-kliem “jew, skont il-każ, mal-Protokoll
tal-Adeżjoni tal-25 ta’ April 2005” għandhom jitħassru; (4)
Fil-punt 19a (id-Direttiva tal-Parlament
Ewropew u tal-Kunsill 2001/80/KE), il-kliem “jew, skont il-każ,
mal-Protokoll tal-Adeżjoni tal-25 ta’ April 2005” għandhom
jitħassru. (5)
Fil-punt 21ad (id-Direttiva
tal-Kunsill 1999/32/KE), il-kliem “jew, skont il-każ, mal-Protokoll
tal-Adeżjoni tal-25 ta’ April 2005” għandhom jitħassru; (6)
Fil-punt 32d (id-Direttiva
tal-Kunsill 1999/31/KE), il-kliem “jew, skont il-każ, mal-Protokoll
tal-Adeżjoni tal-25 ta’ April 2005” għandhom jitħassru; (7)
Fil-punt 32f (id-Direttiva tal-Parlament
Ewropew u tal-Kunsill 2000/76/KE), il-kliem “jew, skont il-każ,
mal-Protokoll tal-Adeżjoni tal-25 ta’ April 2005” għandhom
jitħassru. (8)
Fil-punt 32fa (id-Direttiva tal-Parlament
Ewropew u tal-Kunsill 2002/96/KE), il-kliem “jew, skont il-każ,
mal-Protokoll tal-Adeżjoni tal-25 ta’ April 2005” għandhom
jitħassru. ANNESS B Lista msemmija fl-Artikolu 4 tal-Ftehim L-Annessi u l-Protokolli mal-Ftehim ŻEE
għandhom jiġu emendati kif ġej: L-Anness I (Kwistjonijiet Veterinarji u
Fitosanitarji): 1) Fil-Kapitolu I, il-Parti 1.1,
il-punt 4 (id-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE), li ġej
għandu jiddaħħal qabel it-test tal-adattament: "L-arranġamenti
tranżitorji stabbiliti fl-Annessi għall-Att tal-Adeżjoni tad-9
ta' Diċembru 2011 għall-Kroazja (l-Anness V,
il-Kapitolu 5, it-Taqsima IV) se japplikaw." 2) Fil-Kapitolu I, il-Parti 6.1,
il-punt 16 (ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u
tal-Kunsill), dan li ġej għandu jiddaħħal wara l-paragrafu
dwar l-arranġamenti tranżitorji: "L-arranġamenti
tranżitorji stabbiliti fl-Annessi għall-Att tal-Adeżjoni tad-9
ta' Diċembru 2011 għall-Kroazja (l-Anness V,
il-Kapitolu 5, it-Taqsima II) se japplikaw." 3) Fil-Kapitolu I, il-Parti 6.1,
il-punt 17 (ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u
tal-Kunsill), dan li ġej għandu jiddaħħal wara l-paragrafu
dwar l-arranġamenti tranżitorji u qabel it-test tal-adattament: "L-arranġamenti
tranżitorji stabbiliti fl-Annessi għall-Att tal-Adeżjoni tad-9
ta' Diċembru 2011 għall-Kroazja (l-Anness V,
il-Kapitolu 5, it-Taqsima II) se japplikaw." 4) Fil-Kapitolu I, il-Parti 9.1,
il-punt 8 (id-Direttiva tal-Kunsill 1999/74/KE), li ġej
għandu jiddaħħal qabel il-paragrafu dwar l-arranġamenti
tranżitorji: "L-arranġamenti
tranżitorji stabbiliti fl-Annessi għall-Att tal-Adeżjoni tad-9
ta' Diċembru 2011 għall-Kroazja (l-Anness V,
il-Kapitolu 5, it-Taqsima I) se japplikaw." 5) Fil-Kapitolu III, il-Parti 1,
il-punt 10 (id-Direttiva tal-Kunsill 2002/53/KE), li ġej
għandu jiddaħħal qabel il-paragrafi dwar l-arranġamenti
tranżitorji u qabel it-test tal-adattament: "L-arranġamenti
tranżitorji stabbiliti fl-Annessi għall-Att tal-Adeżjoni tad-9
ta' Diċembru 2011 għall-Kroazja (l-Anness V,
il-Kapitolu 5, it-Taqsima III) se japplikaw." 6) Fil-Kapitolu III, il-Parti 1,
il-punt 12 (id-Direttiva tal-Kunsill 2002/55/KEE), li ġej
għandu jiddaħħal wara l-paragrafu dwar l-arranġamenti
tranżitorji u qabel it-test tal-adattament: "L-arranġamenti
tranżitorji stabbiliti fl-Annessi għall-Att tal-Adeżjoni tad-9
ta' Diċembru 2011 għall-Kroazja (l-Anness V,
il-Kapitolu 5, it-Taqsima III) se japplikaw." L-Anness II
(ir-Regolamenti Tekniċi, l-Istandards, l-Ittestjar u
ċ-Ċertifikazzjoni): 1) Fil-Kapitolu XII, il-punt 54zr
(id-Direttiva tal-Kunsill 2001/113/KE), li ġej għandu jiġi
miżjud: "L-arranġamenti
tranżitorji stabbiliti fl-Annessi għall-Att tal-Adeżjoni tad-9
ta' Diċembru 2011 għall-Kroazja (l-Anness V,
il-Kapitolu 4, it-Taqsima I, il-Punt 1) se japplikaw." 2) Fil-Kapitolu XIII, il-punt 15q
(id-Direttiva 2001/83/KE) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill), li
ġej għandu jiddaħħal wara l-paragrafu dwar
l-arranġamenti tranżitorji u qabel it-test tal-adattament: "L-arranġamenti
tranżitorji stabbiliti fl-Annessi għall-Att tal-Adeżjoni tad-9
ta' Diċembru 2011 għall-Kroazja (l-Anness V,
il-Kapitolu 1) se japplikaw." 3) Fil-Kapitolu XV, il-punt 12zc
(ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill), li
ġej għandu jiddaħħal qabel it-test tal-adattament: "L-arranġamenti
tranżitorji stabbiliti fl-Annessi għall-Att tal-Adeżjoni tad-9
ta' Diċembru 2011 għall-Kroazja (l-Anness V,
il-Kapitolu 10, it-Taqsima VI) se japplikaw." L-Anness V
(Il-Moviment Liberu tal-Ħaddiema): Taħt
l-intestatura “PERJODU TA' TRANŻIZZJONI” dan li ġej għandu
jiddaħħal bejn il-paragrafi dwar l-arranġamenti tranżitorji
u l-paragrafu dwar il-mekkaniżmi ta’ salvagwardja: "Għandhom
japplikaw l-arranġamenti tranżitorji stabbiliti fl-Annessi tal-Att
ta’ Adeżjoni tad-9 ta’ Diċembru 2011 għall-Kroazja
(l-Anness V, il-Kapitolu 2).” L-Anness VIII
(Id-Dritt ta’ Stabbiliment): Taħt l-intestatura
“PERJODU TA' TRANŻIZZJONI” dan li ġej għandu jiddaħħal
bejn il-paragrafi dwar l-arranġamenti tranżitorji u l-paragrafu dwar
il-mekkaniżmi ta’ salvagwardja: "Għandhom
japplikaw l-arranġamenti tranżitorji stabbiliti fl-Annessi tal-Att
ta’ Adeżjoni tad-9 ta’ Diċembru 2011 għall-Kroazja
(l-Anness V, il-Kapitolu 2).” L-Anness XII
(il-Moviment Liberu tal-Kapital): Li ġej
għandu jiddaħħal wara l-paragrafi taħt l-intestatura
“PERJODU TA' TRANŻIZZJONI”: "Għandhom
japplikaw l-arranġamenti tranżitorji stabbiliti fl-Annessi tal-Att
ta’ Adeżjoni tad-9 ta’ Diċembru 2011 għall-Kroazja
(l-Anness V, il-Kapitolu 3)." L-Anness XIII
(it-Trasport): Fil-punt 53a
(ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3577/92), għandhom
jiddaħħlu l-paragrafi li ġejjin qabel it-test tal-adattament: "Għandhom
japplikaw l-arranġamenti tranżitorji stabbiliti fl-Annessi tal-Att
ta’ Adeżjoni tad-9 ta’ Diċembru 2011 għall-Kroazja
(l-Anness V, il-Kapitolu 7, il-Punt 1).’ Dwar
il-mekkaniżmi ta’ salvagwardja inklużi fl-arranġamenti
tranżitorji msemmija fil-paragrafi ta’ qabel, IL-PROTOKOLL 44 DWAR
IL-MEKKANIŻMI TA’ SALVAGWARDJA GĦAT-TKABBIR TAŻ-ŻONA
EKONOMIKA EWROPEA għandhom japplikaw.” L-Anness XV
(l-Għajnuna mill-Istat): Dan li ġej
għandu jiżdied taħt l-intestatura “ADATTAMENTI SETTORJALI”: “L-arranġamenti
dwar l-iskemi eżistenti ta' għajnuna stabbiliti fil-Kapitolu 2
(il-Politika tal-Kompetizzjoni) tal-Anness IV tal-Att tal-Adeżjoni
tad-9 ta' Diċembru 2011 għandhom japplikaw bejn il-Partijiet Kontraenti.” L-Anness XVII
(il-Proprjetà Intellettwali): Dan li ġej
għandu jiżdied taħt l-intestatura “ADATTAMENTI SETTORJALI”: “Il-mekkaniżmi
speċifiċi stabbiliti fil-Kapitolu 1 (il-Liġi tal-Proprjetà
Intellettwali) tal-Anness IV tal-Att tal-Adeżjoni tad-9 ta'
Diċembru 2011 għandhom japplikaw bejn il-Partijiet Kontraenti.” L-Anness XVIII
(Is-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol, il-Liġi
tax-Xogħol, u t-Trattament Ugwali għall-Irġiel u n-Nisa): Fil-punt 30
(id-Direttiva tal-Kunsill 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill),
li ġej għandu jiddaħħal bejn il-paragrafi dwar
l-arranġamenti tranżitorji u l-paragrafu dwar il-mekkaniżmi ta'
salvagwardja: "Għandhom
japplikaw l-arranġamenti tranżitorji stabbiliti fl-Annessi tal-Att
ta’ Adeżjoni tad-9 ta’ Diċembru 2011 għall-Kroazja (l-Anness V,
il-Kapitolu 2).” L-Anness XX
(l-Ambjent): 1) Fil-punt 7a (id-Direttiva
tal-Kunsill 98/83/KE), li ġej għandu jiddaħħal wara
l-paragrafi dwar l-arranġamenti tranżitorji: "L-arranġamenti
tranżitorji stabbiliti fl-Annessi għall-Att tal-Adeżjoni tad-9
ta' Diċembru 2011 għall-Kroazja (l-Anness V,
il-Kapitolu 10, it-Taqsima IV, il-Punt 2) se japplikaw." 2) Fil-punt 13 (id-Direttiva
tal-Kunsill 91/271/KEE), li ġej għandu jiddaħħal wara
l-paragrafi dwar l-arranġamenti tranżitorji u qabel it-test dwar l-adattament: "L-arranġamenti
tranżitorji stabbiliti fl-Annessi għall-Att tal-Adeżjoni tad-9
ta' Diċembru 2011 għall-Kroazja (l-Anness V,
il-Kapitolu 10, it-Taqsima IV, il-Punt 1) se japplikaw." 3) Fil-punt 19a (id-Direttiva 2001/80/KE
tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill), li ġej għandu
jiddaħħal wara l-paragrafi dwar l-arranġamenti tranżitorji
u qabel it-test tal-adattament: "L-arranġamenti
tranżitorji stabbiliti fl-Annessi għall-Att tal-Adeżjoni tad-9
ta' Diċembru 2011 għall-Kroazja (l-Anness V, il-Kapitolu 10,
it-Taqsima V, il-Punt 2) se japplikaw." 4) Fil-punt 21ab (id-Direttiva
tal-Kunsill 1999/13/KE), għandu jiżdied il-paragrafu li
ġej: "L-arranġamenti
tranżitorji stabbiliti fl-Annessi għall-Att tal-Adeżjoni tad-9
ta' Diċembru 2011 għall-Kroazja (l-Anness V,
il-Kapitolu 10, it-Taqsima V, il-Punt 1) se japplikaw." 5) Fil-punt 21al (id-Direttiva 2003/87/KE
tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill), li ġej għandu
jiddaħħal qabel it-test tal-adattament: "L-arranġamenti
tranżitorji stabbiliti fl-Annessi għall-Att tal-Adeżjoni tad-9
ta' Diċembru 2011 għall-Kroazja (l-Anness V,
il-Kapitolu 10, it-Taqsima I, il-Punt 1) se japplikaw." 6) Fil-punt 32d (id-Direttiva
tal-Kunsill 1999/31/KE), dan li ġej għandu jiddaħħal
wara l-paragrafi dwar l-arranġamenti tranżitorji: "L-arranġamenti
tranżitorji stabbiliti fl-Annessi għall-Att tal-Adeżjoni tad-9
ta' Diċembru 2011 għall-Kroazja (l-Anness V,
il-Kapitolu 10, it-Taqsima III) se japplikaw." ANNESS II
ATT FINALI Il-plenipotenzjarji ta’: L-UNJONI EWROPEA, minn hawn 'il quddiem imsejħa "l-Unjoni
Ewropea", u ta’: IR-RENJU TAL-BELĠJU, IR-REPUBBLIKA TAL-BULGARIJA, IR-REPUBBLIKA ĊEKA, IR-RENJU TAD-DANIMARKA, IR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA, IR-REPUBBLIKA TAL-ESTONJA, L-IRLANDA, IR-REPUBBLIKA ELLENIKA, IR-RENJU TA' SPANJA, IR-REPUBBLIKA TA' FRANZA, IR-REPUBBLIKA TALJANA, IR-REPUBBLIKA TA' ĊIPRU, IR-REPUBBLIKA TAL-LATVJA, IR-REPUBBLIKA TAL-LITWANJA, IL-GRAN DUKAT TAL-LUSSEMBURGU, L-UNGERIJA, MALTA, IR-RENJU TAL-PAJJIŻI L-BAXXI, IR-REPUBBLIKA TAL-AWSTRIJA, IR-REPUBBLIKA TAL-POLONJA, IR-REPUBBLIKA PORTUGIŻA, IR-RUMANIJA, IR-REPUBBLIKA TAS-SLOVENJA, IR-REPUBBLIKA SLOVAKKA, IR-REPUBBLIKA TAL-FINLANDJA, IR-RENJU TAL-ISVEZJA, IR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA' FUQ, Il-Partijiet Kontraenti għat-Trattat li jistabbilixxu l-UNJONI
EWROPEA, minn hawn ’il quddiem imsejħin l-"Istati Membri
tal-UE", il-plenipotenzjarji ta’: L-ISLANDA, IL-PRINĊIPAT TA' LIECHTENSTEIN, IR-RENJU TAN-NORVEĠJA, minn hawn ’il quddiem imsejħin “l-Istati tal-EFTA”, kollha flimkien Partijiet Kontraenti għall-Ftehim dwar
iż-Żona Ekonomika Ewropea li sar f’Oporto fit-2 ta’ Mejju 1992,
(minn hawn’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim ŻEE”), minn hawn ’il
quddiem imsejħin flimkien “il-Partijiet Kontraenti Preżenti”, u il-plenipotenzjarji ta’: IR-REPUBBLIKA TAL-KROAZJA minn hawn ’il quddiem imsejħa “il-Parti Kontraenti l-Ġdida”, li qegħdin jiltaqgħu fi Brussell, fil-[DATA] fis-sena [SENA]
biex jiffirmaw il-Ftehim dwar il-Parteċipazzjoni tar-Repubblika
tal-Kroazja fiż-Żona Ekonomika Ewropea, adottaw it-testi li
ġejjin: I. Il-Ftehim dwar il-Parteċipazzjoni tar-Repubblika
tal-Kroazja fiż-Żona Ekonomika Ewropea (minn issa 'l quddiem
imsejħa l-"Ftehim"); II. It-testi elenkati hawn taħt li huma mehmużin
mal-Ftehim: Anness A: Lista msemmija fl-Artikolu 3
tal-Ftehim, Anness B: Lista msemmija fl-Artikolu 4
tal-Ftehim. Il-plenipotenzjarji tal-Partijiet Kontraenti Preżenti u
l-plenipotenzjarji tal-Parti Kontraenti l-Ġdida adottaw
id-Dikjarazzjonijiet u l-Istqarrijiet Konġunti mniżżlin hawn
taħt u mehmużin ma’ dan l-Att Finali: 1. Dikjarazzjoni
Konġunta dwar id-dħul fis-seħħ bikri jew l-applikazzjoni
proviżorja tal-Ftehim dwar il-Parteċipazzjoni tar-Repubblika
tal-Kroazja fiż-Żona Ekonomika Ewropea; 2. Dikjarazzjoni Konġunta dwar id-data ta’ skadenza
tal-arranġamenti tranżitorji; 3. Dikjarazzjonijiet Konġunti li jikkonċernaw
l-applikazzjoni tar-regoli ta' oriġini wara d-dħul fis-seħħ
tal-Ftehim dwar il-Parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Kroazja
fiż-Żona Ekonomika Ewropea; 4. Dikjarazzjoni Konġunta dwar l-adattament settorjali
tal-Liechtenstein fil-qasam tal-moviment liberu tal-persuni; 5. L-Istqarrija Konġunta dwar is-setturi ta' prijorità
msemmija fil-Protokoll 38b; 6. L-Istqarrija Konġunta dwar il-kontribuzzjonijiet
finanzjarji. Il-plenipotenzjarji tal-Partijiet Kontraenti Preżenti u
l-plenipotenzjarji tal-Parti Kontraenti l-Ġdida ħadu nota
tad-Dikjarazzjoni mniżżla hawn taħt u mehmuża ma’ dan l-Att
Finali: Dikjarazzjoni Konġunta Ġenerali tal-Istati tal-EFTA. Qablu wkoll li, sa mhux iktar tard mid-data tad-dħul
fis-seħħ tal-Ftehim, il-Ftehim ŻEE, kif emendat mill-Protokoll
li jaġġusta l-Ftehim taż-Żona Ekonomika Ewropea u t-testi
kompleti ta’ kull Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt
taż-ŻEE, għandhom isiru u jkunu awtentikati
mir-rappreżentanti tal-Partijiet Kontraenti Preżenti u tal-Parti
Kontraenti l-Ġdida bil-lingwa Kroata. Huma jieħdu nota tal-Protokoll Addizzjonali tal-Ftehim bejn ir-Renju
tan-Norveġja u l-Unjoni Ewropea dwar Mekkaniżmu Finanzjarju
Norveġiż għall-perjodu 2009-2014 b’konsegwenza
tal-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Kroazja fiż-Żona
Ekonomika Ewropea, li huwa wkoll mehmuż ma’ dan l-Att Finali. Jieħdu nota wkoll tal-Protokoll Addizzjonali mal-Ftehim bejn
il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika tal-Islanda b’riżultat
tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea, li huwa
mehmuż ma’ dan l-Att Finali. Jieħdu wkoll nota tal-Protokoll Addizzjonali mal-Ftehim bejn
il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja b’konsegwenza
tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea, li huwa wkoll
mehmuż ma’ dan l-Att Finali. Jenfasizzaw li kien hemm qbil fuq il-protokolli msemmijin hawn fuq, fuq
is-suppożizzjoni li l-parteċipazzjoni fiż-Żona Ekonomika
Ewropea tibqa’ ma tinbidilx. DIKJARAZZJONIJIET U STQARRIJIET KONĠUNTI
MILL-PARTIJIET KONTRAENTI PREŻENTI U MILL-PARTI KONTRAENTI L-ĠDIDA
GĦALL-FTEHIM DIKJARAZZJONI KONĠUNTA DWAR ID-DĦUL
FIS-SEĦĦ BIKRI JEW L-APPLIKAZZJONI PROVIŻORJA TAL-FTEHIM DWAR
IL-PARTEĊIPAZZJONI TAR-REPUBBLIKA TAL-KROAZJA FIŻ-ŻONA EKONOMIKA
EWROPEA Il-Partijiet jisħqu l-importanza tad-dħul fis-seħħ
bikri jew l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim dwar
il-Parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Kroazja fiż-Żona Ekonomika
Ewropea biex jiżguraw il-funzjonament tajjeb taż-Żona Ekonomika
Ewropea u biex jippermettu lill-Kroazja biex tibbenefika
mill-parteċipazzjoni tagħha fiż-Żona Ekonomika Ewropea. DIKJARAZZJONI KONĠUNTA DWAR ID-DATA TA'
SKADENZA TAL-ARRANĠAMENTI TRANŻITORJI Il-Partijiet jikkonfermaw li l-arranġamenti tranżitorji
tat-Trattat ta’ Adeżjoni ddaħħlu fil-Ftehim ŻEE u se
jiskadu fl-istess data li fiha kienu jiskadu li kieku t-tkabbir tal-Unjoni
Ewropea u taż-ŻEE seħħ simultanjament fl-1 ta’
Lulju 2013. DIKJARAZZJONI KONĠUNTA LI
TIKKONĊERNA L-APPLIKAZZJONI TAR-REGOLI TA' ORIĠINI WARA D-DĦUL FIS-SEĦĦ TAL-FTEHIM DWAR
IL-PARTEĊIPAZZJONI TAL-REPUBBLIKA TAL-KROAZJA FIŻ-ŻONA EKONOMIKA EWROPEA 1. Prova ta’ oriġini maħruġa kif xieraq minn Stat
tal-EFTA jew mill-Parti Kontraenti l-Ġdida fil-qafas ta’ ftehim
preferenzjali konkluż bejn l-Istati tal-EFTA u l-Parti Kontraenti
l-Ġdida jew fil-qafas ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali unilaterali
ta’ Stat tal-EFTA jew ta’ Parti Kontraenti Ġdida titqies bħala prova
ta’ oriġini preferenzjali taż-ŻEE, sakemm: (a) il-prova ta’ oriġini u d-dokumenti ta’ trasport ma jkunux
inħarġu iktar tard mill-jum qabel l-adeżjoni tal-Parti
Kontraenti l-Ġdida mal-Unjoni Ewropea; (b) il-prova ta’ oriġini tintbagħat lill-awtoritajiet
doganali fi żmien erba’ xhur mid-dħul fis-seħħ tal-Ftehim. Fejn merkanzija kienet iddikjarata għal importazzjoni minn Stat
tal-EFTA jew mill-Parti Kontraenti l-Ġdida, għall-Parti Kontraenti
l-Ġdida jew Stat tal-EFTA rispettivament, qabel id-data tal-adeżjoni
tal-Parti Kontraenti l-Ġdida mal-Unjoni Ewropea, skont arranġamenti
preferenzjali fis-seħħ f’dak iż-żmien bejn Stat tal-EFTA u
l-Parti Kontraenti l-Ġdida, prova ta’ oriġini maħruġa
retrospettivament skont dawk l-arranġamenti tista’ wkoll tiġi
aċċettata fl-Istati tal-EFTA jew fil-Parti Kontraenti l-Ġdida
sakemm din tkun ippreżentata lill-awtoritajiet doganali fi żmien
erba’ xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim. 2. L-Istati tal-EFTA, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika
tal-Kroazja, min-naħa l-oħra, huma awtorizzati jżommu
l-awtorizzazzjonijiet li permezz tagħhom ingħata l-istat ta’
“esportaturi approvati” fil-qafas ta’ ftehimiet konklużi bejn l-Istati
tal-EFTA, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Kroazja, min-naħa
l-oħra, sakemm l-esportaturi approvati japplikaw ir-regoli ta’
oriġini taż-ŻEE. Dawn l-awtorizzazzjonijiet għandhom jiġu sostitwiti
mill-Istati tal-EFTA u mir-Repubblika tal-Kroazja, sa mhux iktar tard minn sena
wara d-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim, permezz ta’
awtorizzazzjonijiet ġodda maħruġa skont il-kondizzjonijiet
stabbiliti fil-Protokoll 4 għall-Ftehim dwar iż-Żona
Ekonomika Ewropea. 3. Talbiet għall-verifika sussegwenti tal-prova ta’ oriġini
maħruġa skont il-ftehim u arranġamenti preferenzjali msemmija
fil-paragrafi 1 u 2 hawn fuq għandhom ikunu aċċettati
mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati tal-EFTA u mill-Partijiet Kontraenti
l-Ġodda għal perjodu ta’ tliet snin wara l-ħruġ tal-prova
ta’ oriġini msemmija u jistgħu jsiru minn dawk l-awtoritajiet
għal perjodu ta’ tliet snin wara aċċettazzjoni tal-prova ta’
oriġini. DIKJARAZZJONI KONĠUNTA DWAR L-ADATTAMENT
SETTORJALI TAL-LIECHTENSTEIN FIL-QASAM TAL-MOVIMENT LIBERU TAL-PERSUNI Il-Partijiet Kontraenti Preżenti u l-Parti Kontraenti
l-Ġdida, –
Waqt li jirreferu għall-adattamenti settorjali
għal-Liechtenstein fil-qasam tal-moviment liberu tal-persuni skont
l-Annessi V u VIII għall-Ftehim ŻEE kif introdotti
bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Nru 191/1999 u emendati mill-Ftehim dwar il-Parteċipazzjoni
tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika ta’
Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika
tal-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika
tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka fiż-Żona Ekonomika Ewropea
tal-14 ta’ Ottubru 2003, –
Waqt li josservaw id-domanda kontinwa u kbira li
hemm minn persuni nazzjonali ta’ Stati tal-UE u tal-EFTA għal residenza
fil-Liechtenstein, li taqbeż ir-rata netta ta’ immigrazzjoni stabbilita
fl-adattamenti settorjali msemmija hawn fuq, –
Waqt li jqisu li l-parteċipazzjoni tal-Kroazja
fiż-ŻEE tirriżulta f’għadd ikbar ta’ persuni nazzjonali li
jkollhom id-dritt li jinvokaw il-moviment liberu tal-persuni kif stabbilit
fil-Ftehim ŻEE, Waqt li jaqblu li jqisu kif imiss din is-sitwazzjoni fattwali, kif
ukoll il-kapaċità ta’ assorbiment li ma nbidlitx tal-Liechtenstein meta
jiġu biex jeżaminaw mill-ġdid l-adattamenti settorjali
fl-Annessi V u VIII mal-Ftehim ŻEE. STQARRIJA KONĠUNTA DWAR IS-SETTURI TA'
PRIJORITÀ MSEMMIJA FIL-PROTOKOLL 38B Il-Partijiet Kontraenti Preżenti u l-Parti Kontraenti l-Ġdida
jfakkru li mhux is-setturi ta' prijorità kollha kif definiti fl-Artikolu 3
tal-Protokoll 38b għandhom ikunu koperti fil-każ tal-Kroazja. STQARRIJA KONĠUNTA DWAR
IL-KONTRIBUZZJONIJIET FINANZJARJI Il-Partijiet Kontraenti Preżenti u l-Parti Kontraenti l-Ġdida
jaqblu li l-arranġamenti dwar il-kontribuzzjoni finanzjarja miftiehma
fil-kuntest tat-tkabbir taż-ŻEE ma għandhomx jikkostitwixxu
preċedent għall-perjodu wara li jiskadu fit-30 ta’ April 2014. DIKJARAZZJONIJIET OĦRA MINN PARTI
KONTRAENTI JEW AKTAR GĦALL-FTEHIM DIKJARAZZJONI ĠENERALI KONĠUNTA
TAL-ISTATI TAL-EFTA L-Istati tal-EFTA jieħdu nota tad-Dikjarazzjonijiet, li huma
rilevanti għall-Ftehim ŻEE, mehmużin mal-Att Finali tat-Trattat
bejn ir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika tal-Bulgarija, ir-Repubblika
Ċeka, ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja,
ir-Repubblika tal-Estonja, l-Irlanda, ir-Repubblika Ellenika, ir-Renju ta’
Spanja, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika Taljana, ir-Repubblika
ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, il-Gran
Dukat tal-Lussemburgu, l-Ungerija, Malta, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, ir-Repubblika
tal-Awstrija, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika Portugiża,
ir-Rumanija, ir-Repubblika tas-Slovenja, ir-Repubblika Slovakka, ir-Repubblika
tal-Finlandja, ir-Renju tal-Isvezja, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u
tal-Irlanda ta’ Fuq (Stati Membri tal-Unjoni Ewropea) u r-Repubblika
tal-Kroazja, dwar l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni
Ewropea. L-Istati tal-EFTA jenfasizzaw li d-Dikjarazzjonijiet, li huma rilevanti
għall-Ftehim ŻEE, mehmużin mal-Att Finali tat-Trattat imsemmi fil-paragrafu
preċedenti ma jistgħux ikunu interpretati jew applikati b’xi mod
kuntrarju għall-obbligi tal-Partijiet Kontraenti Preżenti u tal-Parti
Kontraenti l-Ġdida li jirriżultaw minn dan fil-Ftehim jew mill-Ftehim
taż-ŻEE. ANNESS III
PROTOKOLL
ADDIZZJONALI
GĦALL-FTEHIM
BEJN IR-RENJU TAN-NORVEĠJA
U L-UNJONI EWROPEA
DWAR MEKKANIŻMU FINANZJARJU NORVEĠIŻ
GĦALL-PERJODU 2009-2014 B'KONSEGWENZA GĦALL-PARTEĊIPAZZJONI
TAR-
REPUBBLIKA TAL-KROAZJA
FIŻ-ŻONA EKONOMIKA EWROPEA L-UNJONI EWROPEA kif ukoll IR-RENJU TAN-NORVEĠJA WARA LI KKUNSIDRAW il-Ftehim bejn ir-Renju
tan-Norveġja u l-Unjoni Ewropea dwar Mekkaniżmu Finanzjarju
Norveġiż għall-perjodu 2009-2014, WARA LI KKUNSIDRAW il-Ftehim dwar
il-Parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Kroazja fiż-Żona Ekonomika
Ewropea, IDDEĊIDEW li jinkludu l-Kroazja
fil-Mekkaniżmu Finanzjarju Norveġiż
eżistenti 2009-2014, U LI JIKKONKLUDU DAN IL-PROTOKOLL, ARTIKOLU 1 1. Il-Ftehim bejn ir-Renju tan-Norveġja u
l-Unjoni Ewropea dwar Mekkaniżmu Finanzjarju Norveġiż
għall-2009-2014, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ il-“Ftehim”, japplika
mutatis mutandis għar-Repubblika tal-Kroazja. 2. Minkejja l-paragrafu 1,
il-paragrafi 2 u 3 tal-Artikolu 3 tal-Ftehim ma għandhomx
japplikaw. 3. Minkejja l-paragrafu 1,
l-Artikolu 6 tal-Ftehim ma japplikax. Ma għandha tkun applikabbli
l-ebda riallokazzjoni għal kwalunkwe Stat Benefiċjarju ieħor
fil-każ ta' fondi disponibbli mhux impenjati tal-Kroazja. ARTIKOLU 2 L-ammonti addizzjonali għall-kontribuzzjonijiet
finanzjarji għandhom ikunu ta’ EUR 4,6 miljun għar-Repubblika
tal-Kroazja matul il-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2013 sat-30 ta’
April 2014, inklużi; dawn isiru disponibbli għal impenn
f'segment wieħed mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim dwar
il-Parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Kroazja fiż-Żona Ekonomika
Ewropea jew ta' ftehim biex il-Ftehim tal-aħħar u dan il-Protokoll
jiġu applikati b'mod proviżorju. ARTIKOLU 3 Dan il-Protokoll għandu jiġi
ratifikat jew approvat mill-Partijiet bi qbil mal-proċeduri rispettivi
tagħhom. L-istrumenti tar-ratifika jew l-approvazzjoni jkunu
ddepożitati mas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. Huwa għandu jidħol
fis-seħħ fil-jum wara d-depożitu tal-aħħar strument
ta’ ratifika jew approvazzjoni bil-kundizzjoni li l-istrument ta’ ratifika jew
approvazzjoni tal-Ftehim dwar il-Parteċipazzjoni tar-Repubblika
tal-Kroazja fiż-Żona Ekonomika Ewropea jkun ġie ddepożitat
ukoll. ARTIKOLU 4 Dan il-Protokoll, imħejji f’kopja
oriġinali waħda bl-ilsien Bulgaru, Kroat, Ċek, Olandiż,
Ingliż, Estonjan, Finlandiż, Franċiż, Ġermaniż,
Grieg, Ungeriż, Taljan, Latvjan, Litwan, Malti, Pollakk, Portugiż,
Rumen, Slovakk, Sloven, Spanjol, Svediż u Norveġiż, bit-test
f’kull wieħed minn dawn l-ilsna jkun ugwalment awtentiku, għandu
jiġi ddepożitat mas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni
Ewropea, li ser jibgħat kopja ċċertifikata lil kull waħda
mill-Partijiet. Magħmul fi Brussell, ....tal-2013 Għall-Unjoni Ewropea Għar-Renju tan-Norveġja