52014PC0043

Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar miżuri strutturali li jtejbu r-reżiljenza ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu tal-UE /* COM/2014/043 final - 2014/0020 (COD) */


MEMORANDUM TA' SPJEGAZZJONI

1.           KUNTEST TAL-PROPOSTA

Mill-bidu tal-kriżi finanzjarja, l-Unjoni Ewropea (l-"Unjoni") u l-Istati Membri tagħha impenjaw ruħhom f'tiġdid fundamentali ta' regolamentazzjoni u superviżjoni finanzjarja.

Fil-qasam tal-ibbankjar, l-Unjoni nediet għadd ta' riformi sabiex toħloq sistema finanzjarja aktar sigura, soda, trasparenti u responsabbli li taħdem għall-ekonomija u s-soċjetà kollha kemm hi. Madankollu, is-settur bankarju tal-Unjoni baqa' kbir f'termini assoluti (EUR 42,9 triljun) u relattivi (kważi 350 fil-mija tal-PDG tal-Unjoni). Id-daqs individwali tal-akbar banek tal-Unjoni bl-assi huwa bejn wieħed u ieħor simili jew viċin għal dak tal-PDG tal-pajjiż ta' oriġini tagħhom. Dawn il-banek jibqgħu kbar wisq biex ifallu, kbar wisq biex jiġu salvati u kumplessi wisq biex jiġu riżolti.

F'dan il-kuntest, f'Novembru 2011 il-Kummissarju Barnier ħabbar it-twaqqif ta' Grupp ta' Esperti ta' Livell Għoli (High-level Expert Group - HLEG) b'mandat biex jivvaluta l-ħtieġa għal riforma strutturali tas-settur bankarju tal-Unjoni, immexxi minn Erkki Liikanen, il-gvernatur tal-Bank tal-Finlandja.[1] Ir-rapport ġie ppreżentat f'Ottubru 2012 u jiddikjara li r-ristrutturar tal-banek huwa meħtieġ biex jikkumplimenta r-riformi eżistenti u jirrakkomanda s-separazzjoni mandatorja tan-negozju proprjetarju u attivitajiet oħra ta' negozju b'riskju għoli f'entità ġuridika separata fil-grupp bankarju. Is-separazzjoni tkun obbligatorja biss għall-banek meta l-attivitajiet li għandhom jiġu separati jammontaw għal sehem sinifikanti tal-operat tal-banek.[2] Fit-3 ta’ Lulju 2013, b’maġġoranza kbira l-Parlament Ewropew (“PE”) adotta rapport fuq inizjattiva tiegħu stess li jismu “Ir-riforma tal-istruttura tas-settur bankarju tal-UE" (Reforming the structure of the EU banking sector)[3] li jilqa’ miżuri ta’ riforma strutturali fil-livell tal-Unjoni li jittrattaw tħassib dwar banek li huma “kbar wisq biex ifallu" (Too-Big-To-Fail - TBTF).[4]

Din il-proposta tirrappreżenta parti kritika tar-rispons tal-Unjoni biex tiġi trattata d-dilemma TBTF. Hija għandha l-għan li tipprevjeni r-riskji residwi mhux immaniġġjati fis-sistema bankarja tal-Unjoni milli jseħħu. Hija se tnaqqas l-espansjoni artifiċjali tal-karti bilanċjali tal-banek, partikolarment dawk l-attivitajiet ta’ natura purament spekulattiva, u b'hekk tnaqqas ir-riskju li dawk li jħallsu t-taxxi jkollhom jintervjenu biex isalvaw banek inadempjenti, u tnaqqas il-kost u l-kumplessità ta’ kull riżoluzzjoni meta meħtieġ. Hija wkoll kompliment importanti għad-Direttiva li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u impriżi ta' investiment ("BRRD").[5]

S'issa riforma strutturali ma kenitx parti mill-aġenda ta’ riforma internazzjonali miftiehma mill-G20. Madankollu, għadd ta’ ġuriżdizzjonijiet madwar id-dinja attwaw jew ipproponew miżuri sabiex jindirizzaw it-tħassib ta' hawn fuq. F’dawn l-aħħar snin għadd ta’ Stati Membri impenjaw ruħhom f'inizjattivi ta’ riforma (il-Ġermanja, Franza, ir-Renju Unit u l-Belġju). L-Istati Uniti dan l-aħħar adottaw l-hekk imsejħa “regola Volcker” li tipprojbixxi negozjar proprjetarju mill-banek. Barra minn hekk, l-organizzazzjonijiet internazzjonali talbu għal dibattitu globali dwar l-istrutturi tal-banek u l-mudelli tan-negozju. Minħabba l-proliferazzjoni ta’ inizjattivi ta’ riforma f’dan il-kuntest, u bil-ħsieb li jiġi evitat trikkib jew miżuri inkompatibbli li jaffettwaw lill-banek attivi fuq livell internazzjonali, il-mexxejja tal-G20 fl-aħħar samit f’San Pietruburgu talbu lill-Bord għall-Istabilità Finanzjarja biex jivvaluta konsistenzi transfruntiera u implikazzjonijiet tal-istabilità finanzjarja globali ta’ riformi bankarji strutturali. Din il-proposta tinnota b’attenzjoni l-isforzi ta' koordinazzjoni internazzjonali emerġenti u tirrikonoxxi l-ħtieġa li jiġu evitati opportunitajiet għal arbitraġġ regolatorju.

Din il-proposta hija akkumpanjata minn proposta direttament relatata biex jiġi trattat veikolu ieħor għall-kontaġju finanzjarju – jiġifieri, l-interkonnettività fost il-parteċipanti fis-suq inklużi l-banek sistemiċi permezz ta’ rabtiet opaki ta' negozjar fi tranżazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli. Il-Green Paper dwar l-ibbankjar parallel, ippreżentata mill-Kummissjoni fid-19 ta' Marzu 2012,[6] tirrikonoxxi li kull regolamentazzjoni bankarja msaħħa tista' twassal lil parti sostanzjali mill-attivitajiet bankarji lil hinn mil-limiti tal-ibbankjar tradizzjonali u lejn "ibbankjar parallel" definit bħala "s-sistema ta' intermedjazzjoni ta' kreditu li tinvolvi entitajiet u attivitajiet barra s-sistema bankarja regolari"[7]. Fl-20 ta' Novembru 2012, il-PE adotta riżoluzzjoni dwar l-ibbankjar parallel[8] li enfasizzat il-ħtieġa li tiġi żgurata aktar trasparenza fl-istruttura u l-attivitajiet tal-istituzzjonijiet finanzjarji kif ukoll il-ħtieġa li l-kontrolluri jkollhom għarfien tal-livell ta' attivitajiet ta' bbankjar parallel bħal ftehimiet ta' riakkwist u self ta' titoli. Fl-4 ta' Settembru 2013, fil-komunikazzjoni tagħha dwar l-ibbankjar parallel[9], il-Kummissjoni enfasizzat li t-tisħiħ tat-trasparenza tat-tranżazzjonijiet ta’ finanzjament tat-titoli bħall-ftehimiet ta' riakkwist u s-self ta' titoli, tranżazzjonijiet ekwivalenti oħrajn u r-riipotekazzjoni se jkunu essenzjali biex jiġu mmonitorjati r-riskji assoċjati mal-interkonnettività, l-ingranaġġ eċċessiv u mal-imġiba proċiklika.

Il-bqija ta’ dan il-memorandum ta’ spjegazzjoni huwa limitat għal preżentazzjoni ta' din il-proposta relatata mas-separazzjoni strutturali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu.

2.           RIŻULTATI TA' KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET INTERESSATI U L-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

Il-partijiet interessati ġew ikkonsultati f'għadd ta' okkażjonijiet. Il-HLEG iltaqa' ma' diversi partijiet interessati matul il-mandat tiegħu u għamel konsultazzjoni pubblika mmirata għall-banek, il-klijenti korporattivi u l-klijenti mhux professjonali u l-kumpaniji assoċjati tagħhom.[10] Il-Kummissjoni għamlet ukoll konsultazzjoni pubblika tal-partijiet interessati f'Ottubru 2012.[11] Ir-riforma strutturali tal-banek u l-ħtieġa għal azzjoni koordinata fil-livell tal-Unjoni wkoll kienu soġġetti għal diskussjonijiet mal-Istati Membri.

Matul il-preparazzjoni tal-Valutazzjoni tal-Impatt (Impact Assessment - IA), il-Kummissjoni għamlet konsultazzjoni pubblika addizzjonali mal-partijiet interessati fir-rebbiegħa tal-2013 u stiednet lill-banek biex ifasslu l-impatt tat-tipi differenti ta' opzjonijiet ta' riforma strutturali.[12] Il-500 risposta mill-konsultazzjoni enfasizzaw id-diviżjonijiet fost il-banek, minn naħa, u l-klijenti u l-istituzzjonijiet finanzjarji mhux bankarji min-naħa l-oħra. Dawn tal-ewwel kienu kontra s-separazzjoni strutturali fil-parti l-kbira tagħhom; dawn tal-aħħar kienu fil-parti l-kbira tagħhom favur, Il-fehmiet tal-kategoriji l-oħrajn kienu aktar bilanċjati.

Twaqqaf Grupp ta' Direzzjoni bejn is-Servizzi (Inter-service Steering Group - ISG) dwar ir-riforma strutturali bankarja f'Marzu 2013 b'rappreżentanti mid-Direttorati Ġenerali COMP, ECFIN, EMPL, ENTR, JUST, MARKT, SG, SJ, TAXUD u l-JRC. Dan l-ISG ltaqa' f’Marzu, f'April u f'Settembru 2013 u appoġġja x-xogħol fuq l-IA.

L-abbozz tal-IA ġie ppreżentat lill-Bord għall-Valutazzjoni tal-Impatt (Impact Assessment Board - IAB) tal-Kummissjoni fid-19 ta' Settembru 2013 u ġie diskuss mal-IAB fis-16 ta' Ottubru 2013. L-IAB pprovda r-rakkomandazzjonijiet tiegħu għal titjib fit-18 ta’ Ottubru 2013. Ir-rakkomandazzjonijiet prinċipali kienu: (i) titjib tad-deskrizzjoni tal-problema u x-xenarju bażi; (ii) deskrizzjoni u spjegazzjoni aħjar tal-opzjonijiet għar-riforma; (iii) valutazzjoni aħjar tal-impatti u dimostrazzjoni aħjar tal-effettività tal-għażliet miżmuma għar-riforma; (iv) preżentazzjoni aħjar tal-fehmiet tal-partijiet interessati; u (v) żieda ta' glossarju. Is-servizzi tal-Kummissjoni ppreżentaw mill-ġdid IA rivedut fit-18 ta’ Diċembru 2013, flimkien ma’ dokument separat li jispjega lill-IAB kif ir-rakkomandazzjonijiet tal-IAB ġew inkorporati. Sussegwentement, l-IAB ħareġ opinjoni pożittiva fil-15 ta' Jannar 2014, filwaqt li pprovda rakkomandazzjonijiet għal aktar titjib, u saqsa b'mod partikulari biex tissaħħaħ l-analiżi tal-ġustifikazzjoni tal-miżuri proposti, l-għażliet alternattivi għal riforma, l-impatt, u l-fehmiet tal-partijiet interessati fir-rigward tal-miżuri tat-trasparenza li ġew introdotti biss fil-preżentazzjoni mill-ġdid tal-IA finali. L-IAB rrakkomanda wkoll tisħiħ ulterjuri tal-preżentazzjoni tal-għażliet strutturali għal riforma u l-valutazzjoni tal-impatt u l-effettività tal-għażliet miżmuma tar-riforma. Il-verżjoni finali tal-IA wessgħet b’mod sinifikanti l-analiżi tal-miżuri għal riforma ta' trasparenza u kompliet telabora fuq iż-żewġ rakkomandazzjonijiet l-oħrajn tal-IAB.

Rigward il-kosti u l-benefiċċji ġenerali ta’ din il-proposta, il-valutazzjoni tal-impatt imwettqa fil-kuntest ta’ din il-proposta ġiet soġġetta għal analiżi kwalitattiva u mmudellar kwantitattiv. Il-valutazzjoni tal-impatt ikkonkludiet li s-sussidji impliċiti huma sinifikanti, filwaqt li jiddependu fuq id-daqs tal-bank u l-livell ta’ interkonnettività tal-bank. Filwaqt li tqis il-benefiċċji ċari li jirriżultaw mid-diversità tal-mudelli bankarji fl-Ewropa, din il-proposta għandha l-għan li tiżgura li jinżamm il-bilanċ delikat bejn il-prevenzjoni ta’ riskji sistemiċi u l-finanzjament ta’ tkabbir ekonomiku sostenibbli.

3.           L-ELEMENTI ĠURIDIĊI TAL-PROPOSTA

3.1.        Bażi ġuridika u sussidjarjetà

Il-bażi ġuridika għal dan ir-Regolament hija l-Artikolu 114(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (it-"TFUE"), li jippermetti l-adozzjoni ta' miżuri għall-approssimazzjoni ta' provvedimenti nazzjonali li jimmiraw għat-twaqqif u l-funzjonament tajjeb tas-suq intern.

Ir-regoli uniformi dwar l-istrutturi tal-banek se jsaħħu l-istabbiltà finanzjarja fl-Unjoni, jintegraw aħjar is-swieq finanzjarji, jiffaċilitaw ir-riżoluzzjoni ordnata u l-irkupru tal-grupp, isaħħu l-provvediment transfruntier tas-servizzi u t-twaqqif fi Stati Membri oħrajn, inaqqsu d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni u jipprevjenu l-arbitraġġ regolatorju.

Xi Stati Membri pproponew jew adottaw miżuri ta' riforma strutturali għas-sistemi bankarji nazzjonali tagħhom. Leġiżlazzjoni nazzjonali inkonsistenti li ma ssegwix l-istess għanijiet ta' politika b'mod li huwa kompatibbli u ekwivalenti mal-mekkaniżmi mbassra f'dan ir-Regolament iżżid ir-riskji li l-movimenti fil-kapital u d-deċiżjonijiet ta' investiment jiġu mfixkla. Mingħajr approċċ mifrux mal-Unjoni kollha l-banek se jiġu sfurzati jadattaw l-istruttura u l-operazzjoni tagħhom mal-konfini nazzjonali, u b'hekk isiru aktar kumplessi u tiżdied il-frammentazzjoni.

Leġiżlazzjoni nazzjonali inkonsistenti timmina wkoll l-isforzi biex tinkiseb ġabra unika tar-regoli applikabbli madwar is-suq intern u l-ħolqien ta' unjoni bankarja effettiva, billi jkollha l-effett li tillimita l-effettività tal-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku ("MSU")[13] u Mekkaniżmu Uniku ta' Riżoluzzjoni futur ("MUR").[14] Leġiżlazzjoni inkonsistenti tagħmel ukoll l-immaniġġjar ta' istituzzjonijiet transfruntieri aktar diffiċli u għali.

L-armonizzazzjoni fil-livell tal-Unjoni mbassra f'dan ir-Regolament tista' tiżgura li l-gruppi bankarji tal-Unjoni, li ħafna minnhom joperaw f'diversi Stati Membri, huma rregolati minn qafas komuni ta' rekwiżiti strutturali li jiżgura kundizzjonijiet ekwi, inaqqas il-kumplessità regolatorja, jevita kosti ta' konformità mhux iċċertifikati għal attivitajiet transfruntiera, jippromwovi aktar integrazzjoni fis-suq tal-Unjoni u jikkontribwixxi għall-eliminazzjoni ta' opportunitajiet ta' arbitraġġ regolatorju.

B'mod konsistenti mal-għanijiet li jikkontribwixxu għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern, Stat Membru li preċedentement ikun adotta leġiżlazzjoni li tipprojbixxi l-istituzzjonijiet ta' kreditu milli jieħdu depożiti minn individwi u SMEs milli jimpenjaw ruħhom fl-attività li jittrattaw f'investimenti bħala prinċipal u jżommu assi kurrenti jistgħu jitolbu lill-Kummissjoni biex tikkonċedi deroga mill-provvedimenti stabbiliti fil-Kapitolu III ("separazzjoni ta' ċerti attivitajiet ta' negozju") għal istituzzjoni ta' kreditu li hija soġġetta għal-liġi nazzjonali kompatibbli mal-provvedimenti tal-Kapitolu. Dan għandu jippermetti lill-Istati Membri li jinstabu li diġà implimentaw miżuri “ekwivalenti ħafna” biex jevitaw allinjament għali ta’ provvedimenti eżistenti u effettivi ma' dawn id-dispożizzjonijiet. Sabiex jiġi żgurat li l-impatt tal-leġiżlazzjoni nazzjonali ma jpoġġix f'periklu l-għan jew il-funzjonament tas-suq intern, l-għanijiet tal-leġiżlazzjoni nazzjonali jridu jkunu l-istess bħal dawk stabbiliti f'din il-proposta; u l-arranġamenti nazzjonali ġuridiċi, superviżorji u ta' infurzar iridu jiżguraw li l-istituzzjoni ta' kreditu tikkonforma mar-rekwiżiti ġuridikament vinkolanti li huma kompatibbli ma' din il-proposta.

Din il-proposta tqis b'mod xieraq is-swieq finanzjarji li qed jevolvu b’rata mgħaġġla u l-innovazzjoni finanzjarja, kif ukoll l-evoluzzjoni tal-oqfsa regolatorji u superviżorji tal-Unjoni. Sabiex tiġi żgurata s-superviżjoni effettiva u konsistenti u l-iżvilupp tal-ġabra unika tar-regoli tal-ibbankjar, din il-proposta tipprevedi rwol importanti għall-Awtorità Bankarja Ewropea (“ABE”). L-ABE se tiġi kkonsultata mill-awtoritajiet kompetenti meta jieħdu ċerti deċiżjonijiet kif stipulat f’din il-proposta u se tħejji standards tekniċi regolatorji u ta’ implimentazzjoni abbozzati, u tissottometti rapporti lill-Kummissjoni. Dan huwa importanti b'mod partikulari fis-sitwazzjonijiet deskritti fl-Artikoli 9, 10, 13 u 21.

3.2.        Proporzjonalità

Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità stabbilit fl-Artikolu 5 tat-TUE, il-kontenut u l-forma tal-azzjoni tal-Unjoni ma jridux jaqbżu dak li huwa neċessarju biex jintlaħqu l-għanijiet tat-Trattati.

Ir-Regolament propost jipprojbixxi lil istituzzjonijiet ta' kreditu u gruppi bankarji kbar tal-Unjoni milli jwettqu negozjar proprjetarju u ċerti attivitajiet relatati.

Is-separazzjoni tas-sjieda għandha l-potenzjal li tkun l-aktar għodda ta' riforma strutturali effettiva f'termini ta' kisba tal-objettivi speċifiċi li jiffaċilitaw ir-riżoluzzjoni u jillimitaw il-periklu morali, il-kunflitti ta' interess u l-allokazzjoni ħażina tal-kapital u tar-riżorsi. Il-benefiċċji potenzjali tal-projbizzjoni tan-negozjar proprjetarju jkunu partikolarment b'saħħithom f'termini ta' mitigazzjoni tar-riskji, kumplessità, interkonnettività u kunflitti ta' interess. Madankollu, fid-dawl tal-isfidi li jirriżultaw mid-distinzjoni diffiċli bejn in-negozjar proprjetarju u attivitajiet oħrajn simili ta' negozju, b’mod partikolari l-ġenerazzjoni tas-suq, definizzjoni dejqa tal-attivitajiet soġġetti għall-projbizzjoni tirfed il-proporzjonalità ta’ din il-miżura. L-esklużjoni ta' banek iżgħar mill-ambitu tal-projbizzjoni hija ġġustifikata minħabba l-effetti sproporzjonati li projbizzjoni bħal din tista’ tfisser għal dawk il-banek jekk jiġu mġiegħla jċedu partijiet mill-portafolli tagħhom.

Ir-Regolament propost jitlob ukoll li l-awtorità kompetenti twettaq analiżi sistematika ta’ ċerti attivitajiet oħrajn – jiġifieri l-ġenerazzjoni tas-suq, l-investiment fi/sponsorizzar tat-titolizzazzjoni u n-negozjar ta’ ċerti derivattivi. Dawn ġew identifikati bħala l-attivitajiet fejn hemm l-akbar riskju li jista' jitwettaq negozjar propjetarju b’kontravenzjoni tal-projbizzjoni, u li jista’ jwassal għal riskji għall-istabbiltà tal-istituzzjoni ta’ kreditu prinċipali u s-sistema finanzjarja tal-Unjoni. L-awtorità kompetenti hija mogħtija s-setgħa li titlob għas-separazzjoni. Din is-setgħa li tintalab separazzjoni mhijiex imposta bħala miżura komprensiva, minflok l-awtorità kompetenti titħalla teżerċita ġudizzju, bl-użu ta' sett ta' metriċi armonizzati. Taħt ċerti ċirkostanzi biss, meta r-riskji jaqbżu l-livelli li għandhom ikunu definiti permezz ta' metriċi armonizzati, l-awtorità tintalab tinforza s-separazzjoni. Dan l-approċċ jitqies bħala proporzjonat għaliex is-separazzjoni hija imposta biss taħt ċerti kundizzjonijiet, u wara rieżami fil-fond tal-impatt ta’ dawk l-attivitajiet fuq il-profil tar-riskju u l-imġiba tal-istituzzjoni ta’ kreditu prinċipali.

Ir-Regolament propost jimmira għal istituzzjonijiet ta’ kreditu kbar u gruppi bankarji. Billi l-għan ewlieni tal-proposta huwa li jittratta r-riskji sistemiċi residwi fis-sistema finanzjarja tal-Unjoni, l-estensjoni tal-miżuri tal-proposta lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu kollha jkun sproporzjonat u jista’ jwassal għal kosti mhux ġustifikati, b’mod partikolari għal istituzzjonijiet ta’ kreditu iżgħar.

L-istituzzjonijiet ta’ kreditu li jaqgħu taħt il-limiti tar-Regolament propost mhumiex soġġetti għall-miżuri strutturali previsti. Dan jimplika li l-Istati Membri jew l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jiddeċiedu li jimponu miżuri simili anke fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu iżgħar.

Ir-Regolament propost jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti fil-Karta ta' Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, speċjalment id-dritt għall-protezzjoni tad-dejta personali, il-libertà ta' intrapriża, id-dritt għall-proprjetà, id-dritt għal rimedju effettiv u għal proċess imparzjali, u għandu jiġi implimentat skont dawk id-drittijiet u l-prinċipji.

3.3.        Spjegazzjoni dettaljata tal-proposta

Din it-taqsima tindika fil-qosor il-komponenti ewlenin ta' dan ir-regolament.

3.3.1.     Objettivi u suġġett tas-separazzjoni strutturali

Ir-Regolament propost għandu l-għan li jsaħħaħ l-istabbiltà finanzjarja fl-Unjoni permezz tar-riforma strutturali tal-banek kbar, u b'hekk jikkumplimenta r-riformi regolatorji finanzjarji li diġà twettqu fil-livell tal-Unjoni. l-Artikolu 1 jindika l-għan u l-objettivi li jirfdu r-riforma.

L-Artikolu 2 jindika s-suġġett, li huwa li jiġu stabbiliti regoli dwar bidliet strutturali għall-banek TBTF billi tiġi imposta projbizzjoni ta' negozjar proprjetarju u separazzjoni potenzjali ta' ċerti attivitajiet ta' negozjar.

3.3.2.     Ambitu

L-Artikolu 3 jistipula li r-Regolament propost japplika għall-banek li jissodisfaw ċerti kriterji u ma jaqbżux ċerti limiti.

(1) Ir-rekwiżiti japplikaw għall-banek Ewropej li huma identifikati bħala ta' importanza sistemika globali.

(2) Ir-rekwiżiti japplikaw ukoll għal banek li jaqbżu l-limiti li ġejjin għal tliet snin konsekuttivi: (a) l-assi totali tal-bank jaqbżu t-EUR 30 biljun;[15] u (b) l-assi u l-obbligazzjonijiet totali ta' negozjar tal-bank jaqbżu s-EUR 70 biljun jew 10 fil-mija tal-assi totali tagħhom.

L-Artikoli 22 u 23 jipprovdu aktar dettalji dwar kif “attivitajiet ta' negozjar” (għall-finijiet tar-rieżami tal-awtoritajiet kompetenti li jwassal għal separazzjoni possibbli mill-istituzzjoni ta’ kreditu) għandhom jiġu kkalkulati. Billi l-mira tar-riforma strutturali tal-banek hija fuq l-attivitajiet bankarji, l-Artikolu 23(2) jiddikjara li għall-konglomerati finanzjarji l-attivitajiet tal-assigurazzjoni u impriżi mhux finanzjarji ma jridux jiġu inklużi fil-kalkolu.

Ir-Regolament propost se japplika għal istituzzjonijiet ta’ kreditu tal-Unjoni u l-kumpaniji prinċipali tal-UE tagħhom, is-sussidjarji u l-fergħat tagħhom, inkluż f’pajjiżi terzi. Huwa se japplika wkoll għall-fergħat u s-sussidjarji fl-Unjoni ta' banek stabbiliti f'pajjiżi terzi. Ambitu territorjali wiesa' bħal dan huwa ġġustifikat biex jiżgura kundizzjonijiet ekwi u jevita t-trasferiment ta' attivitajiet barra mill-Unjoni biex jiġu evitati dawn ir-rekwiżiti. Madankollu, sussidjarji barranin tal-banek tal-Unjoni u l-fergħat tal-UE ta' banek barranin jistgħu jkunu eżenti jekk ikunu soġġetti għal regoli ta' separazzjoni ekwivalenti (l-Artikoli 4 u 27). L-Artikolu 4(2) ibassar eżenzjoni potenzjali oħra: il-kontrolluri ngħataw is-setgħa li jeżentaw mis-separazzjoni s-sussidjarji barranin ta' gruppi bi struttura deċentralizzata ġeografika awtonoma li jsegwu strateġija ta' riżoluzzjoni ta' "Diversi Punti ta' Dħul".

Bl-applikazzjoni tar-rekwiżit ta' separazzjoni fil-grupp korporattiv globali irrispettivament mill-post ġeografiku, il-potenzjal li l-banek jevitaw is-separazzjoni billi jillokalizzaw attivitajiet partikulari barra mill-Unjoni huwa eliminat. Barra minn hekk, billi tiżdied il-kopertura territorjali wiesgħa b'reġim tal-ekwivalenza ta' pajjiż terz jittaffa t-tħassib ekstraterritorjali possibbli ta' ġuriżdizzjonijiet ta' pajjiż terz. Billi l-banek barranin jintalbu jisseparaw l-operazzjonijiet tagħhom fl-Unjoni, jiġu żgurati wkoll kundizzjonijiet ekwi fis-suq intern u b'hekk jiġi minimizzat ir-riskju ta' kompetizzjoni inġusta.

3.3.3.     Projbizzjoni tan-negozjar proprjetarju (Kapitolu II)

L-Artikolu 6(1) tar-Regolament propost jipprovdi li istituzzjoni ta' kreditu u entitajiet fl-istess grupp ma jimpenjawx ruħhom f'negozjar proprjetarju fi strumenti u komoditajiet finanzjarji. Filwaqt li d-dejta konsistenti fil-livell tal-Unjoni fir-rigward tal-attività bankarja speċifika hija fqira, l-evidenza disponibbli tagħti x'jifhem li n-negozjar proprjetarju jirrappreżenta parti limitata mill-karti bilanċjali tal-banek.[16] Madankollu, l-istess evidenza tenfasizza wkoll li negozjar bħal dan kien sinifikanti qabel il-kriżi u, fin-nuqqas ta' intervent regolatorju, ma hemm l-ebda garanzija li ma jerġax jiżdied fil-futur.

Huwa diffiċli tiddefinixxi n-negozjar proprjetarju u tiddistingwih minn ġenerazzjoni tas-suq. Skont l-Artikolu 5(4), li jiddefinixxi n-negozjar proprjetarju b'mod strett, l-attivitajiet tal-uffiċċji, tal-unitajiet, tad-diviżjonijiet jew tan-negozjanti individwali speċifikament iddedikati biex jieħdu pożizzjonijiet biex jagħmlu profitt għall-kont proprju, mingħajr l-ebda rabta mal-attività tal-klijenti jew l-iħħeġġjar tar-riskju tal-entità, ikunu pprojbiti.

L-Artikolu 6(2) jiċċara li meta l-istituzzjonijiet ta' kreditu li jaqgħu fl-ambitu tar-Regolament propost kif definit fl-Artikolu 3 u 4 joperaw strutturi ddedikati għall-bejgħ u x-xiri ta' strumenti tas-suq monetarju għall-finijiet tal-immaniġġjar ta' flus, dawn ma jaqgħux taħt din il-projbizzjoni. In-negozjar fil-bonds tal-gvern tal-Unjoni huwa eżenti wkoll mill-projbizzjoni (l-Artikolu 6(2)(a)) sabiex jiġu prevenuti konsegwenzi negattivi possibbli f'dawn is-swieq kruċjali. Din l-eżenzjoni tirrifletti dik provduta għan-negozjar f’bonds tal-gvern fir-rigward tal-valutazzjoni ta’ attivitajiet (l-Artikolu 8(2)).

Filwaqt li fil-prinċipju projbizzjoni ta' negozjar proprjetarju tista’ testendi għall-banek kollha, huwa propost li tiġi applikata l-projbizzjoni biss għall-banek imsemmija fl-Artikolu 3. Sabiex jiġi prevenut li l-banek jevitaw il-projbizzjoni billi, pereżempju, jippossjedu jew jinvestu f'fondi ħeġġ, l-Artikolu 6(1)(b) jiddikjara li l-banek li huma soġġetti għall-projbizzjoni ta' negozjar proprjetarju huma pprojbiti wkoll milli jinvestu jew li jkollhom ishma f'fondi ħeġġ (jew ċertifikati/derivattivi marbuta magħhom), jew entitajiet li jimpenjaw ruħhom f'negozjar proprjetarju jew jisponsorjaw fondi ħeġġ. Fondi mingħajr lieva finanzjarja u magħluqa– primarjament ekwità privata, kapital ta' riskju u fondi ta' intraprenditorija soċjali – huma eżenti minn din il-projbizzjoni, minħabba r-rwol tagħhom fl-appoġġ tal-finanzjament tal-ekonomija reali (l-Artikolu 6(3)). L-istituzzjonijiet ta' kreditu koperti minn dawn il-projbizzjonijiet se jkunu jistgħu jkomplu jipprovdu servizzi bankarji/ta' kustodja għall fondi ħeġġ.

3.3.4.     Separazzjoni potenzjali għal ċerti attivitajiet ta' negozjar (il-Kapitolu III)

Il-banek jimpenjaw ruħhom f'għadd ta' attivitajiet oħrajn ta' negozjar u investiment bankarju, fosthom ġenerazzjoni tas-suq, self għal kapital ta' riskju u fondi ta' ekwità privata, investiment u sponsorizzar ta' titolizzazzjoni perikolużi, eċċ. Il-gruppi bankarji se jkunu jistgħu jkomplu jimpenjaw ruħhom f'dawk l-attivitajiet l-oħrajn soġġett għad-diskrezzjoni tal-awtorità kompetenti li se tkun obbligata tirrevedi l-attivitajiet ta' negozjar u se jkollha s-setgħa (kif ukoll obbligu skont ċerti ċirkustanzi) li tissepara subsett ta' attivitajiet (ġenerazzjoni tas-suq, titolizzazzjoni perikoluża, derivattivi kumplessi) jekk jinqabżu ċerti metriċi. Dan għandu l-għan li jevita r-riskju li l-banek jevitaw il-projbizzjoni fl-Artikolu 6 billi jwettqu attivitajiet moħbija ta' negozjar proprjetarju u li l-attivitajiet mhux projbiti ta' negozjar isiru wisq sinifikanti jew ingranati ħafna. Il-prinċipju bażiku tar-Regolament propost huwa li l-entitajiet li jieħdu depożiti fil-gruppi bankarji jistgħu jwettqu dawn l-attivitajiet sakemm l-awtorità kompetenti ma tiddeċidix li jitwettqu f'entità ta' negozjar distinta.

3.3.4.1.  L-ambitu tal-attivitajiet soġġetti għas-separazzjoni

L-Artikolu 8 jiddefinixxi l-attivitajiet ta' negozjar b'mod wiesa', billi jiddikjara li jirreferi għall-attivitajiet apparti, pereżempju, it-teħid ta' depożiti eliġibbli għall-assigurazzjoni ta' depożiti, is-self, is-servizzi ta' pagamenti żgħar u għadd ta' attivitajiet oħrajn. Barra minn hekk, l-Artikolu 8(2) jeżenta l-bonds sovrani tal-Unjoni mill-obbligu li jirrevedu u s-setgħa li jisseparaw. Eżenzjoni bħal din hija konsistenti mal-prattika attwali ta' ebda ponderazzjoni tar-riskju fir-Regolament u d-Direttiva dwar ir-Rekwiżiti ta' Kapital[17] (is-"CRR"/"CRDIV"). Madankollu, l-Artikolu 8(3) jiddikjara li l-Kummissjoni tista', b'atti ddelegati, testendi l-ambitu tal-eżenzjoni għall-bonds sovrani mhux tal-Unjoni jekk jikkonformaw ma' ċerti kundizzjonijiet.

3.3.4.2.  Obbligu li l-attivitajiet jiġu rieżaminati

Ir-Regolament propost se jobbliga lill-awtoritajiet kompetenti li jeżaminaw l-attivitajiet ta' negozjar għall-banek milli jaqbżu l-limiti, inklużi b'mod partikulari tliet attivitajiet li huma qrib b'mod speċjali għan-negozju proprjetarju, u għaldaqstant suxxettibbli li jkollhom negozjar proprjetarju (ġenerazzjoni tas-suq) moħbi jew kellhom rwol prinċipali matul il-kriżi finanzjarja (pereżempju attivitajiet ta' investiment jew sponsorizzar ta' titolizzazzjonijiet riskjużi u negozjar f'derivattivi apparti dawk li huma speċifikament permessi għall-finijiet tal-immaniġġjar tar-riskju prudenti). L-awtoritajiet kompetenti se jivvalutaw dawn l-attivitajiet fid-dawl ta' ċerti metriċi li għandha tiġi aġġustata bl-użu ta' dejta superviżorja. Il-metrija tindika d-daqs, l-ingranaġġ, il-kumplessità, il-profitabbiltà, ir-riskju tas-suq assoċjat relattivi, kif ukoll l-interkonnettività (l-Artikolu 9(2)). Sabiex jiġi żgurat li dawn il-metriċi jitkejlu u jiġu applikati b'mod konsistenti, l-Artikolu 9(4) jafda lill-ABE bl-iżvilupp ta' standard tekniku ta' implimentazzjoni vinkolanti li għandu jiġi adottat mill-Kummissjoni.

3.3.4.3.  Setgħa li tissepara

L-Artikolu 10(1) jiddikjara li l-awtoritajiet kompetenti jeħtieġu separazzjoni jekk l-attivitajiet ta' negozjar tal-banek (ġenerazzjoni tas-suq, investiment f’titolizzazzjoni riskjuża u sponsorizzar tagħha u negozjar f'ċerti derivattivi) u r-riskji relatati jinstab li jaqbżu ċerti limiti u jissodisfaw ċerti kundizzjonijiet marbutin mal-metriċi. Jekk il-bank juri għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti li dawn l-attivitajiet ma jipperikolawx l-istabbiltà finanzjarja tal-Unjoni, filwaqt li jitqiesu l-objettivi tar-Regolament propost, l-awtorità kompetenti tista’ tiddeċiedi li ma teħtieġx separazzjoni.

L-Artikolu 10(2) jiddikjara li awtorità kompetenti tista' titlob għal separazzjoni ta' attività partikulari ta' negozjar jekk hija tqis li l-attività inkwistjoni thedded l-istabbiltà finanzjarja tal-bank jew tal-Unjoni, filwaqt li jitqiesu kwalunkwe objettivi tar-Regolament propost.

L-awtorità kompetenti għandha tikkonsulta lill-ABE qabel tieħu d-deċiżjonijiet imsemmija fl-Artikolu 10 u għandha tinnotifika lill-ABE bid-deċiżjoni finali tagħha.

L-Artikolu 10(5) jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni li tadotta att iddelegat li jispeċifika l-livell li ma għandux jinqabeż għal kull metriċi kif ukoll il-kundizzjonijiet, inklużi n-numru ta' metriċi li jeħtieġ li jinqabżu, biex tapplika s-separazzjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni se tingħata s-setgħa li tispeċifika liema tip ta' titolizzazzjoni ma titqiesx li thedded l-istabbiltà finanzjarja skont lista ta' kriterji u għaldaqstant tista' titwettaq minn istituzzjoni ta' kreditu prinċipali.

3.3.4.4.  L-immaniġġjar tar-riskji proprji tal-banek ("immaniġġjar ta' flus")

Jekk ikun hemm aktar separazzjoni, l-Artikolu 11(1) jiċċara li l-bank tad-depożiti xorta jitħalla jimmaniġġja r-rikji tiegħu stess. Madankollu, billi l-immaniġġjar ta' flus jista' jwassal għal negozjar proprjetarju u billi l-immaniġġjar ta' likwidità jinvolvi t-teħid ta' ċerti pożizzjonijiet spekulattivi, dan għandu jiġi assoċjat ma' ċerti salvagwardji.

3.3.4.5.  Il-provvediment ta' servizzi ta' teħid ta' riskju għall-klijenti

L-Artikolu 12 jiċċara li l-istituzzjoni ta' kreditu ewlenija għadha tista' tbigħ ċerti prodotti ta' mmaniġġjar ta' riskju (jiġifieri "derivattivi") lil klijenti mhux finanzjarji u mhux bankarji. Madankollu, il-bejgħ ta' derivattivi lill-klijenti jesponi lill-bank għal aktar riskji, li jista' notevolment jagħmel ir-riżoluzzjoni tiegħu aktar kumplessa u se jkun soġġett għal livelli differenti ta' salvagwardji u kontroll. Sabiex jiġu indirizzati dawn ir-riskji, ġie ddikjarat li d-derivattivi tar-rata ta' mgħax, il-kambju, il-kreditu, il-kwoti ta' emissjonijiet u l-komoditajiet eliġibbli għal ikklirjar minn kontroparti ċentrali jistgħu jinbiegħu mill-istituzzjoni ta' kreditu prinċipali lill-klijenti mhux finanzjarji, l-impriżi tal-assigurazzjoni u l-istituzzjonijiet għall-provvediment ta' rtirar okkupazzjonali tagħha, iżda biss biex jiġu ħħeġġjati r-rata ta' mgħax, il-kambju, ir-riskju ta' kreditu, ir-riskju tal-komoditajiet u r-riskju ta' kwoti ta' emissjonijiet u soġġetti għal limiti fuq ir-riskju ta' pożizzjoni li jirriżulta. Ir-rikonoxximent ta' ċerti derivattivi jkompli jħeġġeġ lill-banek biex jistandardizzaw dawk id-derivattivi u għalhekk huwa konformi mal-għanijiet ta’ politika tar-Regolament dwar l-Infrastruttura tas-Suq Ewropew (European Market Infrastructure Regulation - EMIR).[18]

3.3.4.6.  Regoli dwar is-separazzjoni ta’ attivitajiet ta' negozjar

Jekk l-awtoritajiet kompetenti jeħtieġu s-separazzjoni tal-attivitajiet ta' negozjar ta' hawn fuq u dawn l-attivitajiet jibqgħu fi ħdan il-grupp bankarju, allura dawn ikollhom jiġu trasferiti lil entità ġuridika distinta (“entità ta' negozjar”). Ir-rabtiet ġuridiċi, ekonomiċi, ta' governanza u operazzjonali ta’ dik l-entità mal-bqija tal-grupp ikollhom jonqsu sabiex tiġi żgurata s-separazzjoni effettiva. L-Artikolu 13(3) jiddikjara li jekk isseħħ separazzjoni, il-grupp irid ikun organizzat f’sottogruppi funzjonali omoġenji kostitwiti minn istituzzjonijiet ta’ kreditu prinċipali minn naħa u entitajiet ta' negozjar oħrajn min-naħa l-oħra. L-Artikolu 13(5) sa (13) u tar-Regolament propost jiddikjaraw il-kundizzjonijiet li se japplikaw biex tiġi żgurata separazzjoni b'saħħitha f'termini ġuridiċi, ekonomiċi, ta' governanza u operazzjonali. Wara s-separazzjoni, ir-rekwiżiti prudenzjali msemmija f’dawk l-Artikoli għandhom japplikaw fuq bażi individwali jew subkonsolidata għas-sottogruppi rispettivi.

Barra minn hekk, l-Artikolu 13(11) jipprevedi derogi għas-CRR fir-rigward tar-rinunzja ta' ċerti rekwiżiti li jiżguraw li r-rekwiżiti prudenzjali (il-fondi proprji, il-likwidità u d-divulgazzjoni) japplikaw fuq bażi subkonsolidata għas-sottogruppi rispettivi. Il-gruppi li jikkwalifikaw bħala impriżi mutwali, kooperattivi, istituzzjonijiet ta' tfaddil jew gruppi simili jimpenjaw ruħhom f’attivitajiet ta' negozjar riskjużi u għalhekk huma soġġetti għar-rekwiżiti f’din il-proposta. Madankollu, dawn l-istituzzjonijiet għandhom struttura ekonomika u ta' sjieda speċifika ħafna u għandhom rwol importanti fil-finanzjament tal-ekonomija lokali u reġjonali. L-impożizzjoni ta' wħud mir-regoli relatati mas-separazzjoni tista' tkun teħtieġ li jkun hemm bidliet profondi fl-organizzazzjoni strutturali ta’ dawn l-entitajiet. Dan jista’ jkun sproporzjonat mal-benefiċċji jekk ikun jeħtieġ li dawn l-entitajiet jibdlu kompletament l-identità korporattiva tagħhom. Għaldaqstant, l-awtorità kompetenti tista’ tiddeċiedi li tippermetti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu prinċipali li jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 49(3)(a) jew (b) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 iżommu strumenti kapitali jew drittijiet tal-vot f’entità ta' negozjar fejn l-awtorità kompetenti tqis li ż-żamma ta’ dawn l-istrumenti kapitali jew id-drittijiet tal-vot tkun indispensabbli għall-funzjonament tal-grupp u li jkunu ttieħdu biżżejjed miżuri sabiex jittaffew b’mod xieraq ir-riskji rilevanti.

Parti fundamentali oħra tas-separazzjoni ekonomika bejn l-istituzzjoni ta’ kreditu prinċipali u l-entità ta' negozjar hija r-restrizzjonijiet fuq skoperturi kbar. Skont dan, l-Artikoli 14 sa 17 jistipulaw regoli għal dak l-għan. Dawn ir-regoli jirreferu għal limiti fuq skoperturi kbar individwali u aggregati kemm fost l-impriżi tal-grupp kif ukoll barra mill-grupp.

3.3.4.7.  Pjan ta’ separazzjoni

Is-separazzjoni attwali għall-attivitajiet ta' negozjar se tkun preċeduta minn obbligu għall-banek rilevanti biex jissottomettu "pjan ta’ separazzjoni” lill-awtoritajiet kompetenti. L-Artikolu 18 jipprovdi li dan il-pjan għandu jiġi approvat mill-awtorità kompetenti, b’din tal-aħħar ikollha l-possibbiltà li titlob għal bidliet għall-pjan kif xieraq, jew tistabbilixxi l-pjan tagħha għas-separazzjoni f’każ ta’ nuqqas ta’ azzjoni mill-bank rilevanti.

3.3.4.8.  Il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni

Il-BRRD tipprevedi li l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jistgħu, bħala parti mill-ippjanar tar-riżoluzzjoni tagħhom, jitolbu lill-banek biex jagħmlu bidliet strutturali (pereżempju fl-istruttura ġuridika u organizzazzjonali) jekk l-awtorità tar-riżoluzzjoni temmen li jkunu meħtieġa biex jiġu indirizzati impedimenti għar-riżoluzzjoni effettiva. Filwaqt li r-regolament propost jindirizza firxa aktar wiesgħa ta' objettivi li jmorru lil hinn mir-riżoluzzjoni, jeħtieġ li jiġi żgurat li l-awtoritajiet rispettivi jikkomunikaw ma' xulxin. Għaldaqstant l-Artikolu 19 jiddikjara li jekk awtorità kompetenti tiddeċiedi li titlob għal separazzjoni, hija trid tinnotifika lill-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni (l-Artikolu 19(1)) u tqis kwalunkwe valutazzjoni ta' riżolvibbiltà li tkun għaddejja jew li tkun teżisti qabel mill-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni skont l-Artikolu 13 u 13a tal-BRRD. Bl-istess mod, l-awtorità tar-riżoluzzjoni trid tqis in-notifika ta' deċiżjoni ta' separazzjoni minn awtorità kompetenti meta tivvaluta r-riżolvibbiltà ta' istituzzjoni.

3.3.4.9.  L-attivitajiet ipprojbiti għall-entità ta' negozjar

L-Artikolu 20 jipprovdi li hemm ċerti attivitajiet li l-entità ta' negozjar ma tistax twettaq. Dawn huma li tieħu depożiti eliġibbli għal protezzjoni skont l-iskemi ta’ garanzija tad-depożiti u tipprovdi servizzi ta’ ħlas bl-imnut kif definit fid-Direttiva dwar is-Servizzi ta’ Ħlas[19].

3.3.4.10.          Deroga

Billi r-Regolament propost jistabbilixxi regoli uniformi dwar l-għan, l-objettivi u l-istrumenti ta' riforma strutturali tal-banek fis-suq intern, l-Artikolu 21 jippermetti deroga possibbli mir-rekwiżiti ta' separazzjoni fil-Kapitolu III għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu koperti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali li jkollha effett ekwivalenti għall-provvedimenti tal-Kapitolu III tal-proposta. Din id-deroga se tingħata mill-Kummissjoni fuq talba tal-Istat Membru inkwistjoni wara li l-Istat Membru jikseb opinjoni pożittiva mill-awtorità kompetenti responsabbli għas-superviżjoni tal-banek li għalihom tkun qed tintalab id-deroga. Sabiex tikkwalifika għad-deroga, il-leġiżlazzjoni nazzjonali primarja trid tkun fis-seħħ sad-29 ta' Jannar 2014 u tissodisfa l-kriterji stipulati fl-Artikolu 21(1). Dan ifisser li l-għan tal-liġi nazzjonali, l-ambitu materjali u l-provvedimenti tagħha li jirreferu għas-separazzjoni ġuridika, ekonomika u ta' governanza tal-entità li tieħu depożiti jridu ikunu simili għal dawk fir-Regolament propost.

3.3.5.     Konformità: entitajiet u awtoritajiet kompetenti (il-Kapitolu V)

Il-biċċa l-kbira tal-banek koperti mill-Artikolu 3 joperaw f’diversi pajjiżi, kemm permezz ta’ fergħat kif ukoll ta' sussidjarji. Huma kkontrollati minn diversi awtoritajiet differenti, kemm awtoritajiet tad-domiċilju (kumpaniji prinċipali, sussidjarji fl-Istati Membri differenti) kif ukoll dawk ospitanti (fergħat). Sabiex jiżgura applikazzjoni effettiva u effiċjenti ta’ riforma strutturali fil-livell tal-grupp, l-Artikolu 26 jagħti l-aħħar kelma fuq deċiżjonijiet dwar separazzjoni strutturali lill-kontrollur prinċipali li għandu r-responsabbiltà tal-grupp konsolidat. Dan huwa l-approċċ magħżul minn xi proposti ta’ riforma nazzjonali. Il-kontrollur prinċipali, qabel ma jieħu ebda deċiżjoni, għandu jikkonsulta lill-kontrollur tad-domiċilju tas-sussidjarji sinifikanti tal-grupp.

3.3.6.     Relazzjonijiet ma’ pajjiżi terzi (il-Kapitolu VI)

L-Artikolu 27 jipprevedi l-adozzjoni ta’ atti delegati li jirrikonoxxu r-riformi strutturali ta' pajjiż terz bħala ekwivalenti meta dawn jissodisfaw ċerti kundizzjonijiet.

3.3.7.     Sanzjonijiet u miżuri amministrattivi (il-Kapitolu VII)

Il-Kapitolu VII jirrifletti l-politiki orizzontali attwali fis-settur tas-servizzi finanzjarji fir-rigward ta' sanzjonijiet u miżuri. Huwa jiddefinixxi approċċ komuni għall-ksur prinċipali tar-Regolament propost u jistabbilixxi sanzjonijiet u miżuri amministrattivi li l-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom is-setgħa li japplikaw f'każ ta’ ksur prinċipali.

3.3.8.     Rapport u Rieżami (il-Kapitolu VIII)

L-adozzjoni ta’ din il-proposta tikkostitwixxi l-ewwel sett ta’ regoli ta' separazzjoni strutturali li japplikaw għall-banek fil-livell tal-Unjoni. Għaldaqstant, huwa importanti li wieħed jivvaluta jekk ir-regoli deskritti hawn fuq kinux mezz effettiv u effiċjenti biex jintlaħqu l-għan u l-objettivi tar-riforma strutturali. Għal dak l-għan il-Kapitolu finali jagħti ħarsa ġenerali lejn għadd ta’ oqsma fejn il-Kummissjoni se tirrevedi l-qafas f'termini kemm ġenerali kif ukoll speċifiċi (l-Artikolu 34). Pereżempju, ir-reviżjonijiet se jiffukaw fuq l-applikazzjoni tal-limiti, l-applikazzjoni u l-effettività tal-projbizzjoni mbassra fl-Artikolu 6, l-ambitu tal-attivitajiet soġġetti għar-rieżami, u l-adegwatezza u l-applikazzjoni tal-metriċi.

3.3.9.     Skeda

Dan li ġej jindika d-dati prinċipali relatati mal-adozzjoni u l-implimentazzjoni tal-provvedimenti ewlenin ta’ din il-proposta, fuq il-bażi li t-test finali tar-Regolament jiġi adottat mill-PE u l-Kunsill sa Ġunju 2015:

· il-Kummissjoni tadotta l-atti delegati meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-provvedimenti ewlenin sal-1 ta’ Jannar 2016;

· il-lista ta’ banek koperti u derogati tiġi ppubblikata fl-1 ta’ Lulju 2016 u fuq bażi annwali minn hemm 'il quddiem;

· il-projbizzjoni fuq in-negozju proprjetarju ssir effettiva fl-1 ta’ Jannar 2017;

· il-provvedimenti dwar is-separazzjoni ta’ attivitajiet ta' negozjar minn istituzzjonijiet ta’ kreditu se jidħlu fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 2018.

4.           L-implikazzjonijiet għall-baġit:

L-impatt finanzjarju u baġitarju tal-proposta huwa indikat fir-rapport finanzjarju leġiżlattiv mehmuż.

2014/0020 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar miżuri strutturali li jtejbu r-reżiljenza ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu tal-UE

(Test b'relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikulari l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara t-trażmissjoni tal-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[20], Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew[21],

Wara li kkonsultaw il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta[22],

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1)       Is-sistema finanzjarja tal-Unjoni tinkludi aktar minn 8 000 bank ta’ daqsijiet differenti, strutturi korporattivi u mudelli operazzjonali, li ftit minnhom jeżistu fil-forma ta' gruppi bankarji kbar li jwettqu sett ta’ attivitajiet li jinkludu kollox. Dawk il-gruppi jinkludu firxa kumplessa ta’ entitajiet ġuridiċi u relazzjonijiet intragrupp. Huma magħqudin ħafna ma’ xulxin permezz ta’ self u tislif interbankarju u permezz ta’ swieq tad-derivattivi. L-impatt tal-fallimenti possibbli ta’ dawn il-banek kbar jista’ jkun estremament mifrux u sinifikanti.

(2)       Il-kriżi finanzjarja wriet in-natura interkonnessa tal-banek tal-Unjoni u r-riskju li jirriżulta għas-sistema finanzjarja. B'riżultat ta' dan, ir-riżoluzzjoni sa issa kienet ta’ sfida, kienet tinvolvi gruppi bankarji sħaħ, mhux biss partijiet mhux vijabbli, u kienet tiddependi b’mod sinifikanti fuq l-appoġġ pubbliku.

(3)       Mill-bidu tal-kriżi finanzjarja, l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha impenjaw ruħhom f'tiġdid fundamentali tar-regolamentazzjoni u s-superviżjoni bankarja fosthom l-issettjar tal-ewwel passi lejn unjoni bankarja. Minħabba l-qawwa tal-kriżi finanzjarja u l-ħtieġa li jiġi żgurat li l-banek kollha jistgħu jiġu riżolti, kien hemm bżonn li jiġi vvalutat jekk jinħtiġux aktar miżuri biex ikomplu jnaqqsu l-probabilità u l-impatt ta’ falliment tal-akbar u l-aktar banek kumplessi. Grupp ta' Esperti ta' Livell Għoli (High-level Expert Group - HLEG) immexxi minn Erkki Liikanen ingħata l-mandat għal dan l-għan. L-HLEG irrakkomanda s-separazzjoni obbligatorja tan-negozjar proprjetarju u attivitajiet ta' negozjar oħrajn b’riskju għoli f’entità ġuridika separata fi ħdan il-grupp bankarju għall-akbar u l-aktar banek kumplessi.

(4)       L-aġenda regolatorja bankarja li għaddejja bħalissa se żżid b’mod sinifikanti r-reżiljenza kemm tal-banek individwali kif ukoll tas-settur bankarju kollu kemm hu. Madankollu, subsett limitat tal-akbar u l-aktar gruppi bankarji kumplessi tal-Unjoni għadhom kbar wisq biex ifallu, kbar wisq biex jiġu salvati u kumplessi wisq biex jiġu mmaniġġjati, sorveljati u riżolti. Għaldaqstant ir-riforma strutturali tikkumplimenta b'mod importanti l-inizjattivi u l-miżuri regolatorji l-oħrajn, billi toffri mezz kif jiġu indirizzati b'mod aktar dirett il-kumplessità intragrupp, is-sussidji intragrupp, u l-inċentivi eċċessivi għat-teħid ta’ riskji. Għadd ta’ Stati Membri adottaw jew qed jikkunsidraw li jadottaw miżuri li jintroduċu riforma strutturali fis-sistemi bankarji rispettivi tagħhom.

(5)       Fit-3 ta’ Lulju 2013, il-Parlament Ewropew talab lill-Kummissjoni biex tipprevedi approċċ ibbażat fuq il-prinċipji għar-riforma strutturali tas-settur bankarju Ewropew.

(6)       Il-bażi ġuridika għal dan ir-Regolament hija l-Artikolu 114(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), li jippermetti l-adozzjoni ta' miżuri għall-approssimazzjoni ta' provvedimenti nazzjonali li jimmiraw għat-twaqqif u l-funzjonament tajjeb tas-suq intern.

(7)       Leġiżlazzjoni nazzjonali inkonsistenti li ma ssegwix l-istess għanijiet ta’ politika b’mod li huwa kompatibbli u ekwivalenti mal-mekkaniżmi previsti f’dan ir-Regolament iżżid ir-riskji li deċiżjonijiet ta' movimenti ta’ kapital ta’ parteċipanti fis-suq jiġu affettwati b’mod negattiv minħabba li regoli u prattiki differenti u inkonsistenti jistgħu jgħollu b’mod sinifikanti l-kosti operazzjonali għall-istitituzzjonijiet ta' kreditu li joperaw bejn il-fruntieri u għalhekk iwasslu għal allokazzjoni inqas effiċjenti tar-riżorsi u l-kapital meta mqabbla ma’ sitwazzjoni fejn il-moviment ta' kapital ikun soġġett għal regoli konsistenti. Għall-istess raġunijiet, regoli differenti u inkonsistenti jaffettwaw ukoll b’mod negattiv deċiżjonijiet ta’ parteċipanti fis-suq rigward fejn u kif jipprovdu servizzi finanzjarji transfruntiera. Regoli differenti u inkonsistenti jistgħu jħeġġu b'mod mhux intenzjonat ukoll l-arbitraġġ ġeografiku. Il-moviment tal-kapital u l-provvediment ta’ servizzi transfruntiera huma elementi essenzjali għall-funzjonament xieraq tas-suq intern tal-Unjoni. Mingħajr approċċ mifrux mal-Unjoni kollha, l-istituzzjonijiet ta' kreditu se jiġu mġiegħla jadattaw l-istruttura u l-operazzjonijiet tagħhom mal-limiti nazzjonali, u b'hekk isiru aktar kumplessi u jwasslu għal aktar frammentazzjoni tas-suq intern.

(8)       Leġiżlazzjoni nazzjonali inkonsistenti timmina wkoll l-isforzi biex tinkiseb ġabra unika tar-regoli applikabbli madwar is-suq intern. Żvilupp bħal dan ikollu l-effett ukoll li jillimita l-effettività tal-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku[23] (MSU) għaliex il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) ikollu japplika sett ta’ leġiżlazzjoni differenti u inkonsistenti għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu li jkunu taħt is-superviżjoni tiegħu li jżidu l-kosti u l-kumplessità superviżorja. Leġiżlazzjoni inkonsistenti tagħmel ukoll l-immaniġġjar ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu transfruntiera aktar diffiċli u għaljin, speċjalment f’termini tal-iżgurar tal-konformità ma’ regoli diverġenti u possibbilment inkonsistenti. Bl-istess mod, il-Mekkaniżmu Uniku ta' Riżoluzzjoni[24] (MUR) ikollu jsolvi l-istituzzjonijiet ta' kreditu soġġetti għal rekwiżiti nazzjonali potenzjalment rigward l-istruttura organizzattiva u operazzjonali tagħhom.

(9)       L-armonizzazzjoni fil-livell tal-Unjoni tista' tiżgura li l-gruppi bankarji tal-Unjoni, li ħafna minnhom joperaw f'diversi Stati Membri, huma rregolati minn qafas komuni ta' rekwiżiti strutturali li bih jevitaw distorsjonijiet tal-kompetizzjoni, inaqqsu l-kumplessita regolatorja, jevitaw kosti ta' konformità mhux iċċertifikati għal attivitajiet transfruntiera, jippromwovu aktar integrazzjoni fis-suq tal-UE u jikkontribwixxu għall-eliminazzjoni ta' opportunitajiet ta' arbitraġġ regolatorju.

(10)     B'mod konsistenti mal-għanijiet ta' kontribuzzjoni għall-funzjonament tas-suq intern, għandu jkun possibbli li tingħata deroga għal istituzzjoni ta’ kreditu mill-provvedimenti dwar is-separazzjoni ta’ ċerti attivitajiet ta' negozjar fejn Stat Membru jkun adotta leġiżlazzjoni primarja nazzjonali qabel id-29 ta’ Jannar 2014 (inkluża leġiżlazzjoni sekondarja adottata sussegwentement) li tipprojbixxi l-istituzzjonijiet ta’ kreditu, li jieħdu depożiti minn individwi u Intrapriżi Żgħar u Medji (Small and Medium sized Enterprises - SMEs) milli jitrattaw f’investimenti bħala prinċipal u jżommu assi ta' negozjar. Għaldaqstant, l-Istat Membru għandu jkun intitolat li jitlob lill-Kummissjoni li tikkonċedi deroga mill-provvedimenti dwar is-separazzjoni ta’ ċerti attivitajiet ta' negozjar għal istituzzjoni ta’ kreditu li tkun soġġetta għal-leġiżlazzjoni nazzjonali kompatibbli ma’ dawk il-provvedimenti. Dan jippermetti lill-Istati Membri li diġà għandhom leġiżlazzjoni primarja fis-seħħ, li l-effetti tagħhom ikunu ekwivalenti u konsistenti ma’ dan ir-Regolament, sabiex jevitaw l-allinjament ta’ provvedimenti eżistenti u effettivi. Sabiex jiġi żgurat li l-impatt ta’ dik il-leġiżlazzjoni nazzjonali, kif ukoll ta’ miżuri ta’ implimentazzjoni sussegwenti, ma jipperikolax l-għan jew il-funzjonament tas-suq intern, l-għan ta’ dik il-leġiżlazzjoni nazzjonali u l-arranġamenti superviżorji u ta’ infurzar relatati jridu jkunu kapaċi jiżguraw li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu li jieħdu depożiti eliġibbli minn individwi u minn SMEs jikkonformaw ma’ rekwiżiti vinkolanti li huma ekwivalenti u kompatibbli mall-provvedimenti previsti f’dan ir-Regolament. L-awtorità kompetenti li tissorvelja l-istituzzjoni ta’ kreditu soġġetta għal-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni għandha tkun responsabbli sabiex tipprovdi opinjoni li għandha takkumpanja t-talba għad-deroga.

(11)     Skont l-Artikolu 4(1)(i) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013[25] il-BĊE għandu s-setgħa li jwettaq kompiti superviżorji fir-rigward tal-bidliet strutturali meħtieġa minn istituzzjonijiet ta’ kreditu biex jipprevjenu stress finanzjarju jew falliment meta dawk il-kompiti jkunu stipulati b’mod espliċitu mil-liġi tal-Unjoni għall-awtoritajiet kompetenti.

(12)     Dan ir-Regolament għandu l-għan li jnaqqas it-teħid tar-riskju eċċessiv u t-tkabbir rapidu tal-karta bilanċjali, ir-riżoluzzjoni diffiċli, il-monitoraġġ diffiċli, il-kunflitti ta’ interess, id-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni, u l-allokazzjoni ħażina tal-kapital. Huwa għandu l-għan ukoll li jipproteġi l-istituzzjonijiet li jwettqu attivitajiet li jistħoqqilhom xibka ta’ sikurezza pubblika minn telf li jkun sar b’riżultat ta’ attivitajiet oħra. Għalhekk regoli meħtieġa għandhom jikkontribwixxu biex il-banek jerġgħu jiffukaw fuq ir-rwol prinċipali tagħhom orjentat lejn ir-relazzjonijiet li jaqdu l-ekonomija reali, u jevitaw li l-kapital bankarju jkun allokat eċċessivament għan-negozjar għas-skapitu tas-self għall-ekonomija mhux finanzjarja.

(13)     Dan ir-Regolament se japplika biss għal istituzzjonijiet ta’ kreditu u gruppi b’attivitajiet ta' negozjar li jissodisfaw il-limiti stabbiliti fir-Regolament. Dan huwa konformi mal-mira espliċita fuq is-subsett limitat tal-akbar u l-aktar istituzzjonijiet ta' kreditu u gruppi kumplessi li minkejja atti leġiżlattivi oħrajn jibqgħu kbar wisq biex ifallu, kbar wisq biex jiġu salvati u kumplessi wisq biex jiġu mmaniġġjati, ikkontrollati u riżolti. Għaldaqstant, il-provvedimenti ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw biss għal dawk l-istituzzjonijiet ta' kreditu u gruppi tal-Unjoni li jitqiesu sistemikament importanti globalment jew jaqbżu ċerti limiti relattivi u assoluti bbażati fuq il-kontabilità f’termini tal-attività ta’ negozjar jew daqs assolut. L-Istati Membri jew l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jiddeċiedu li jimponu miżuri simili anke fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu iżgħar.

(14)     L-ambitu territorjali ta’ dan ir-Regolament għandu jkun wiesgħa biex jiżgura li l-kompetizzjoni ma tiġix imfixkla u li jiġi evitat il-ksur. Madankollu, jekk is-sussidjarji tal-kumpaniji prinċipali tal-UE f’pajjiżi terzi jew il-fergħat tal-UE ta’ istituzzjonijiet ta' kreditu stabbiliti f’pajjiż terzi li jaqgħu fl-ambitu ta’ dan ir-Regolament huma soġġetti għal miżuri li fl-opinjoni tal-Kummissjoni huma meqjusa li għandhom effett ekwivalenti għal dawk f’dan ir-Regolament, dawn għandhom ikunu eżenti. L-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu kapaċi wkoll jeżentaw sussidjarji barranin ta’ gruppi b'kumpanija prinċipali tal-UE jekk dawk ikunu awtonomi u jekk l-impatt tal-falliment tagħhom ikollu effetti limitati fuq il-grupp kollu kemm hu.

(15)     L-istituzzjonijiet ta’ kreditu u entitajiet li jappartjenu għall-istess grupp għandhom ikunu pprojbiti milli jixtru u jbigħu strumenti finanzjarji u komoditajiet għall-kont tagħhom, billi din l-attività għandha ftit jew xejn valur miżjud għall-ġid pubbliku u għandha riskju inerenti.

(16)     Huwa diffiċli li wieħed jiddistingwi bejn negozjar proprjetarju minn ġenerazzjoni tas-suq. Biex tingħeleb din id-diffikultà, il-projbizzjoni ta’ negozjar proprjetarju għandha tkun limitata għal uffiċċji, unitajiet, diviżjonijiet jew negozjanti individwali ddedikati speċifikament għal negozjar proprjetarju. Il-banek ma għandhomx ikunu jistgħu jevitaw il-projbizzjoni billi jħaddmu jew jibbenefikaw minn investimenti f’entitajiet mhux bankarji li jimpenjaw ruħhom f’negozjar proprjetarju.

(17)     Sabiex ikun żgurat li l-entitajiet soġġetti għall-projbizzjoni tan-negozjar proprjetarju jkunu jistgħu jkomplu jikkontribwixxu għall-finanzjament tal-ekonomija, huma għandhom jitħallew jinvestu f’lista magħluqa ta’ fondi. Din il-lista eżawrjenti għandha tinkludi fondi ta' investiment alternattiv (alternative investment funds - AIFs) magħluqa u mingħajr lieva finanzjarja, il-Fondi Ewropej ta’ Kapital ta’ Riskju, il-Fondi ta' Intraprenditorija Soċjali Ewropej u l-Fondi Ewropej tal-Investiment fuq Terminu Twil. Biex jiġi żgurat li dawn il-fondi ma jipperikolawx il-vijabbiltà u s-sodezza finanzjarja tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu li jinvestu fihom, jeħtieġ li AIFs magħluqa u mingħajr lieva finanzjarja li xorta jistgħu jinvestu fihom l-istituzzjonijiet ta’ kreditu jkunu mmaniġġjati minn maniġers tal-AIFs li huma awtorizzati u kontrollati skont il-provvedimenti rilevanti tad-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[26], u li dawk l-AIFs ikunu stabbiliti fl-Unjoni jew, jekk ma jkunux stabbiliti fl-Unjoni, ikunu kkummerċjalizzati fl-Unjoni skont ir-regoli ta’ dik id-Direttiva.

(18)     L-entitajiet soġġetti għall-projbizzjoni tan-negozjar proprjetarju għandhom jitħallew jużaw il-kapital proprju tagħhom biex jagħmlu l-investimenti fil-qafas tal-immaniġġjar ta’ flus tagħhom. L-immaniġġjar ta' flus għandu jkun attività bl-għan li jiġi ppreservat il-valur tal-kapital proprju filwaqt li jinfirex ir-riskju ta' kreditu fost il-kontropartijiet multipli u tiġi mmassimizzata l-likwidità tal-kapital proprju. Fl-immaniġġjar ta' flus tagħhom, l-entitajiet soġġetti għall-projbizzjoni ta' negozjar proprjetarju ma għandhomx ikollhom l-objettiv li jiksbu qligħ akbar mir-rati tas-suq monetarju, u jużaw bħala punt ta’ riferiment ir-rata ta’ redditu ta’ bond tal-gvern ta’ tliet xhur ta' kwalità għolja.

(19)     Assi ekwivalenti ta’ flus huma strumenti li jiġu nnegozjati fis-suq tal-flus, pereżempju kambjali tat-teżor u ta' awtoritajiet lokali, ċertifikati ta’ depożitu, karti kummerċjali, aċċettazzjonijiet ta' bankiera, noti ta' terminu qasir jew unitajiet jew ishma ta’ fondi rregolati tas-suq monetarju. Sabiex jiġi pprojbit il-bejgħ qasir, istituzzjoni ta’ kreditu għandha żżomm assi ekwivalenti ta' flus qabel ma tkun tista’ tbigħ dawn l-assi.

(20)     Il-politiki ta’ remunerazzjoni li jħeġġu teħid ta’ riskju eċċessiv jistgħu jimminaw l-immaniġġjar sod u effettiv tar-riskju tal-banek. Billi jikkomplimentaw il-liġi tal-Unjoni rilevanti u eżistenti f’dan il-qasam, il-provvedimenti ta’ remunerazzjoni għandhom jikkontribwixxu għall-prevenzjoni ta’ evażjoni tal-projbizzjoni tan-negozjar proprjetarju. Bl-istess mod, dan għandu jnaqqas kwalunkwe attività ta' negozjar proprjetarju residwa jew moħbija mill-istituzzjonijiet ta’ kreditu prinċipali meta jwettqu l-immaniġġjar tar-riskju prudenti.

(21)     Il-korp maniġerjali tal-entitajiet soġġetti għall-projbizzjoni tan-negozjar proprjetarju għandu jiżgura l-konformità ma’ din il-projbizzjoni.

(22)     Ħlief għan-negozjar proprjetarju, istituzzjonijiet ta' kreditu kbar jimpenjaw ruħhom f’diversi attivitajiet tan-negozjar oħrajn, bħall-ġenerazzjoni tas-suq, il-ħruġ, l-attività ta' investiment u ta' sponsorizzar marbuta mat-titolizzazzjoni riskjuża, jew l-istrutturar, l-irranġar, jew l-eżekuzzjoni ta’ tranżazzjonijiet derivattivi kumplessi. Dawn l-attivitajiet ta' negozjar huma ta’ spiss relatati ma’ attività tal-klijenti imma jistgħu madankollu jagħtu lok għal tħassib. Madankollu, jekk wieħed iqis in-natura potenzjalment utli ta’ dawn l-attivitajiet huma ma għandhomx ikunu soġġetti għal projbizzjoni diretta. Minflok, dawn l-attivitajiet għandhom jibqgħu soġġetti għal valutazzjoni ex post mill-awtorità kompetenti u, potenzjalment, għal rekwiżit li għandhom ikunu separati mill-bqija tal-attivitajiet tal-grupp.

(23)     Jekk, meta jiġu vvalutati l-attivitajiet ta' negozjar, l-awtorità kompetenti tikkonkludi li dawn jaqbżu ċerti metriċi f’termini ta’ daqs relattiv, l-ingranaġġ, il-kumplessità, il-profittabilità, ir-riskju tas-suq assoċjat, kif ukoll l-interkonnettività, hija għandha titlob għas-separazzjoni tagħhom mill-istituzzjoni ta' kreditu prinċipali sakemm l-istituzzjoni ta' kreditu prinċipali ma tkunx tista’ turi għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti li dawn l-attivitajiet ta’ negozjar ma humiex ta' theddida għall-istabbiltà finanzjarja tal-istituzzjoni ta’ kreditu prinċipali jew għas-sistema finanzjarja tal-Unjoni kollha kemm hi, b'kont meħud tal-objettivi stabbiliti f'dan ir-Regolament.

(24)     Hemm tħassib partikolari fir-rigward tal-ġenerazzjoni tas-suq. Ir-riżolvibbiltà ta’ bank tista’ titfixkel bil-preżenza ta’ negozjar u inventarju fi ħdan grupp bankarju kbir, billi pożizzjonijiet tan-negozjar individwali jiġu trattati bl-istess mod fi proċess ta' riżoluzzjoni, kemm jekk jirriżultaw minn ġenerazzjoni tas-suq immexxija minn attività tal-klijenti kif ukoll jekk minn spekulazzjoni. Barra minn hekk, il-ġeneraturi tas-suq huma interkonnessi ma’ gruppi bankarji kbar oħrajn. Barra minn hekk, il-ġeneraturi tas-suq jistgħu jiġu esposti għal riskju tal-kontraparti sostanzjali u l-funzjonament konkret tal-ġenerazzjoni tas-suq jista' jvarja fir-rigward ta’ strumenti finanzjarji u mudelli tas-suq differenti. Għaldaqstant, għandha tingħata attenzjoni partikulari għal dawk l-attivitajiet matul il-valutazzjoni tal-awtorità kompetenti.

(25)     Ċerti attivitajiet li jinvolvu t-titolizzazzjoni ppermettew li l-istituzzjonijiet ta' kreditu jibnu riskji malajr, jikkonċentraw ir-riskji fis-settur ingranat, ikabbru d-dipendenza fuq id-dejn f'perjodu notevolment qasir ta’ żmien bejn l-intermedjarji finanzjarji, u li jagħmlu l-intermedjarji finanzjarji aktar interkonnessi b’mod sinifikanti. Sakemm it-titolizzazzjoni ma tissodisfax ċerti kriterji minimi li għandhom jitqiesu bħala ta’ kwalità għolja, l-istituzzjonijiet ta' kreditu xorta jista' jkollhom riskju tal-likwidità sinifikanti. Barra minn hekk, l-investiment fi prodotti titolizzati riskjużi jista’ jagħti lok għall-interkonnettività tal-istituzzjonijiet finanzjarji li tfixkel ir-riżoluzzjoni ordnata u rapida. Bħala konsegwenza, dawn l-attivitajiet jeħtieġu attenzjoni partikulari matul il-valutazzjoni tal-awtorità kompetenti.

(26)     Biex jassiguraw separazzjoni effettiva f’termini ġuridiċi, ekonomiċi, ta' governanza u operazzjonali, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu prinċipali u l-entitajiet tan-negozjar għandhom jiksbu l-kapital, il-likwidità, u r-regoli ta' skopertura kbira fuq bażi ta' subgrupp funzjonali. Huma għandu jkollhom governanza indipendenti b'saħħitha u korpi ta’ maniġment separati.

(27)     Il-gruppi li jikkwalifikaw bħala impriżi mutwali, istituzzjonijiet ta' tfaddil jew gruppi simili għandhom struttura ekonomika u ta' sjieda speċifika. L-imponiment ta' wħud mir-regoli relatati mas-separazzjoni jista' jkun jeħtieġ li jkun hemm bidliet profondi fl-organizzazzjoni strutturali ta’ dawn l-entitajiet li l-kosti tagħhom jistgħu ma jkunux proporzjonati mal-benefiċċji. Sakemm dawn il-gruppi jaqgħu taħt l-ambitu tar-Regolament, l-awtorità kompetenti tista’ tiddeċiedi li tippermetti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu prinċipali li jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 49(3)(a) jew (b) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 iżommu strumenti kapitali jew drittijiet tal-vot f’entità ta' negozjar fejn l-awtorità kompetenti tqis li ż-żamma ta’ dawn l-istrumenti kapitali jew id-drittijiet tal-vot tkun indispensabbli għall-funzjonament tal-grupp u li l-istituzzjoni ta' kreditu prinċipali tkun ħadet biżżejjed miżuri sabiex jittaffew b’mod xieraq ir-riskji rilevanti.

(28)     Il-limiti ta’ skoperturi kbar għandhom l-għan li jipproteġu lill-istituzzjonijiet ta' kreditu kontra r-riskju ta’ telf imġarrab minħabba konċentrazzjoni eċċessiva fuq klijent wieħed jew grupp ta’ klijenti relatati. L-applikazzjoni ta' dawn ir-restrizzjonijiet bejn il-partijiet separati fi ħdan l-istituzzjoni ta' kreditu jew il-grupp, kif ukoll bejn l-istituzzjoni ta’ kreditu prinċipali u l-entitajiet esterni li jwettqu attivitajiet ta' negozjar huma parti integrali minn dan ir-Regolament. Madankollu, irrispettivament mil-limiti ta’ espożizzjoni individwali, skoperturi kbar aggregati xorta jistgħu jkunu sostanzjali. Għaldaqstant, il-limiti individwali għandhom ikunu kkumplimentati b'limitu għall-iskoperturi l-kbar aggregati. Sabiex jillimitaw l-applikazzjoni tax-xibka ta’ sikurezza pubblika għall-attivitajiet soġġetti għas-separazzjoni u sabiex ikun hemm distinzjoni ċara bejn l-attivitajiet ta’ entità tan-negozjar mill-istituzzjoni ta’ kreditu prinċipali, l-entitajiet ta' negozjar għandhom ikunu pprojbiti milli jieħdu depożiti li huma eliġibbli għal assigurazzjoni tad-depożiti. Din il-projbizzjoni ma għandhiex tipprevjeni l-iskambju ta’ kollateral li huwa strettament relatat mal-attivitajiet tan-negozjar tagħhom. Madankollu, sabiex ma jingħalaqx sors addizzjonali ta’ kreditu, l-entità ta' negozjar għandha titħalla testendi l-kreditu għall-klijenti kollha. Barra minn hekk, filwaqt li l-entità tan-negozjar jaf tkun teħtieġ li tipprovdi servizzi ta' pagament, ikklirjar u saldu bl-ingrossa, hija ma għandiex tkun involuta f’servizzi ta’ pagament bl-imnut.

(29)     Irrispettivament mis-separazzjoni, l-istituzzjoni ta' kreditu prinċipali għandha xorta tkun kapaċi timmaniġġja r-riskju tagħha stess. Għaldaqstant, ċerti attivitajiet ta' negozjar għandhom jiġu permessi sal-punt li jkunu mmirati lejn immaniġġjar prudenti tal-kapital, il-likwidita u l-finanzjament tal-istituzzjoni ta’ kreditu prinċipali u ma joħolqux tħassib għall-istabbiltà finanzjarja tagħha. B’mod simili, jeħtieġ li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu prinċipali jkunu jistgħu jipprovdu ċerti servizzi meħtieġa ta’ mmaniġġjar tar-riskji lill-klijenti tagħhom. Madankollu, dan għandu jsir mingħajr ma l-istituzzjoni ta’ kreditu prinċipali tiġi esposta għal riskji bla bżonn u mingħajr ma jinħoloq tħassib għall-istabbiltà finanzjarja tagħha. L-attivitajiet tal-iħħeġġjar eliġibbli għall-fini ta’ mmaniġġjar b’mod prudenti tar-riskju proprju u għall-provvediment ta’ servizzi ta' mmaniġġjar tar-riskju għall-klijenti jistgħu, iżda ma għandhomx għalfejn, jikkwalifikaw bħala kontabilità għall-iħħeġġjar skont l-Istandards Internazzjonali tar-Rapportar Finanzjarju.

(30)     Sabiex isaħħaħ l-effettività tal-proċedura tat-teħid ta’ deċiżjonijiet ippreveduta f'dan ir-Regolament kif ukoll sabiex jiżgura kemm jista’ jkun possibbli li jkun hemm konsistenza bejn il-miżuri imposti taħt dan ir-Regolament, ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttiva [BRRD] u d-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[27], l-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni relevanti għandhom jikkoperaw mill-qrib fiċ-ċirkostanzi kollha wara li jingħatawlhom is-setgħat kollha fil-liġi rilevanti tal-Unjoni. Id-dmir ta' kooperazzjoni għandu jkopri l-istadji kollha tal-proċedura li jwasslu għal deċiżjoni finali tal-awtorità kompetenti li timponi miżuri strutturali.

(31)     Is-separazzjoni għandha impatt sinifikanti fuq l-istruttura ġuridika, organizzazzjonali u operazzjonali tal-gruppi bankarji. Sabiex jassiguraw applikazzjoni effettiva u effiċjenti ta' separazzjoni u sabiex tiġi evitata s-separazzjoni tal-gruppi tul linji ġeografiċi, id-deċiżjonijiet ta' separazzjoni għandhom jittieħdu fil-livell ta’ grupp mis-superviżur konsolidant, wara li jiġu kkonsultati l-awtoritajiet kompetenti ta’ sussidjarji sinifikanti ta' grupp bankarju kif xieraq.

(32)     Sabiex tkun promossa t-trasparenza u ċ-ċertezza tad-dritt għall-benefiċċju tal-partijiet interessati kollha tas-suq, l-Awtorità Bankarja Ewropea (ABE) għandha tippubblika u żżomm aġġornata fuq il-websajt tagħha lista ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u gruppi soġġetti għar-rekwiżiti dwar il-projbizzjoni ta’ negozjar proprjetarju u separazzjoni ta’ ċerti attivitajiet ta' negozjar.

(33)     Sakemm id-divulgazzjoni tal-informazzjoni relatata mas-superviżjoni prudenzjali u mal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament tkun tinvolvi l-ipproċessar tad-dejta personali, din id-dejta għandha tkun protetta bis-sħiħ mill-qafas ġuridiku tal-Unjoni. B'mod partikulari, id-dejta personali tinżamm mill-awtorità kompetenti għall-perjodu meħtieġ biss, f'konformità mar-regoli applikabbli dwar il-protezzjoni tad-dejta[28].

(34)     Is-separazzjoni tinkludi bidliet fl-istruttura ġuridika, organizzazzjonali u operazzjonali tal-gruppi bankarji affettwati, u kollha kemm huma jiġġeneraw il-kosti. Sabiex jiġi limitat ir-riskju li l-kosti jitgħaddew lill-klijenti u l-istituzzjonijiet ta' kreditu jingħataw iż-żmien meħtieġ sabiex iwettqu deċiżjoni ta' separazzjoni b’mod ordnat, is-separazzjoni ma għandhiex tkun applikabbli minnufih mad-dħul fis-seħħ iżda tapplika mill-[UP idaħħal id-data eżatta 18-il xahar mid-data ta' pubblikazzjoni ta' dan ir-Regolament].

(35)     Il-provvedimenti tas-servizzi jew l-attivitajiet ta' investiment kollha jew parti minnhom bħala okkupazzjoni jew operat regolari fuq bażi professjonali minn entitajiet differenti identifikati taħt dan ir-Regolament bħala riżultat ta’ bidliet strutturali imposti fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu kbar, kumplessi u interkonnessi, għandhom jitwettqu f'konformità mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[29]. Meta dan ir-Regolament jipprovdi aktar restrizzjonijiet fuq il-kapaċità li dawn l-entitajiet iwettqu servizzi ta’ investiment meta mqabbla ma’ dawk definiti fid-Direttiva 2004/39/KE, il-provvedimenti ta’ dan ir-Regolament għandhom jipprevalu. Il-prestazzjoni ta’ dawn is-servizzi jew l-attivitajiet ta’ investiment hija soġġetta għal awtorizzazzjoni bil-quddiem f'konformità md-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2004/39/KE bl-eċċezzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu li huma awtorizzati skont id-Direttiva 2013/36/UE.

(36)     Il-Kummissjoni għandha tikkoopera mal-awtoritajiet ta’ pajjiżi terzi sabiex jiġu esplorati soluzzjonijiet li jappoġġjaw lil xulxin biex jiżguraw konsistenza bejn il-provvedimenti f’dan ir-Regolament u r-rekwiżiti stabbiliti minn pajjiżi terzi. Għal dak l-għan, il-Kummissjoni għandha tkun kapaċi tiddetermina li qafas ġuridiku ta' pajjiż terz ikun ekwivalenti għal dan ir-Regolament, anke fir-rigward tal-arranġamenti ġuridiċi, superviżorji u ta' infurzar.

(37)     Sabiex jiġi żgurat li l-entitajiet soġġetti għal dan ir-Regolament jikkonformaw mal-obbligi li joħorġu minnu u sabiex jiġi żgurat li huma soġġetti għal trattament simili madwar l-Unjoni, għandhom jiġu żgurati sanzjonijiet u miżuri amministrattivi li huma effettivi, proporzjonali u dissważivi. Għaldaqstant, is-sanzjonijiet u l-miżuri amministrattivi stabbiliti minn dan ir-Regolament għandhom jissodisfaw ċerti rekwiżiti essenzjali fir-rigward tad-destinatarji, il-kriterji li għandhom ikunu kkunsidrati meta japplikaw sanzjoni jew miżura, il-pubblikazzjoni tas-sanzjonijiet jew tal-miżuri, is-setgħat ta’ sanzjonar ewlenin u l-livelli ta’ sanzjonijiet pekunarji amministrattivi.

(38)     Sabiex tispeċifika r-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament, is-setgħa li jiġu adottati atti f'konformità mal-Artikolu 290 tat-TFUE għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-elementi mhux essenzjali li ġejjin: l-espansjoni tat-tip ta' bonds tal-gvern li ma għandhomx ikunu pprojbiti skont l-Artikolu 6 u li l-awtoritajiet kompetenti ma għandhomx għalfejn jirrevedu jew iqisu għal separazzjoni; l-iffissar ta’ limiti u kundizzjonijiet rilevanti għal meta awtorità kompetenti tassumi li ċerti attivitajiet ta' negozjar iridu jiġu separati; l-espansjoni tal-lista ta’ strumenti li huma permessi għall-immaniġġjar tar-riskju proprju ta’ istituzzjoni ta’ kreditu; l-espansjoni tal-lista ta’ strumenti li istituzzjoni ta’ kreditu tista' tagħmel tranżazzjonijiet fihom biex timmaniġġja r-riskji tal-klijenti; il-kalkolazzjoni tal-limitu li meta jinqabeż ma jistgħux jinbiegħu u lanqas jitniżżlu derivattivi fuq il-karta bilanċjali ta' istituzzjoni ta' kreditu; l-iskoperturi kbar u l-firxa ta’ rikonoxximent tat-tekniki tal-mitigazzjoni tar-riskji ta' kreditu; l-emenda tal-komponenti tal-kunċett ta’ “attivitajiet ta' negozjar” użata għat-twaqqif tal-kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni tal-Kapitolu II u l-Kapitolu III ta’ dan ir-Regolament; l-ispeċifikazzjoni tat-tipi ta’ titolizzazzjonijiet li mhumiex ta’ theddida għall-istabbiltà finanzjarja ta' istituzzjoni ta’ kreditu prinċipali jew is-sistema finanzjarja tal-Unjoni; il-kriterji għall-valutazzjoni tal-ekwivalenza ta’ oqfsa ġuridiċi u superviżorji ta' pajjiż terz. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol preparatorju tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti. Il-Kummissjoni, meta tħejji u tfassal atti ddelegati, għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, f’waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti għall-Parlament Ewropew u għall-Kunsill.

(39)     Sabiex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, b’mod partikolari fir-rigward tal-provvedimenti stabbiliti fl-Artikoli 21 u 27, għandhom jiġu konferiti setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni.

(40)     L-istandards tekniċi fis-servizzi finanzjarji għandhom jiżguraw armonizzazzjoni konsistenti u protezzjoni adegwata għad-depożitanti, l-investituri u l-konsumaturi fl-Unjoni kollha. Bħala entità b’kompetenza esperta speċjalizzata ħafna, ikun effiċjenti u xieraq li l-ABE tiġi fdata bl-elaborazzjoni ta’ standards tekniċi regolatorji abbozzati li ma jinvolvux għażliet ta’ politika. L-ABE għandha tiżgura proċessi amministrattivi u ta' rappurtar effiċjenti meta tkun qed tabbozza l-istandards tekniċi.

(41)     Il-Kummissjoni għandha tadotta standards tekniċi regolatorji żviluppati mill-ABE fir-rigward tal-metodoloġija għall-kejl konsistenti u l-applikazzjoni tal-metriċi fir-rigward tal-kalkolu tal-limitu li jekk jinqabeż għandha sseħħ is-separazzjoni tal-attivitajiet ta' negozjar permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 290 tat-TFUE u skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[30]. Il-Kummissjoni u l-ABE għandhom jiżguraw li dawk l-istandards ikunu jistgħu jiġu applikati mill-istituzzjonijiet kollha kkonċernati b'mod li jkun proporzjonali man-natura, l-iskala u l-kumplessità ta' dawn l-istituzzjonijiet u l-attivitajiet tagħhom.

(42)     Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta standards tekniċi ta' implimentazzjoni żviluppati mill-ABE fir-rigward tal-metodoloġija għall-kalkolu tal-ammont ta’ attivitajiet ta' negozjar impenjati minn istituzzjonijiet ta’ kreditu u gruppi, il-mudell uniformi għad-divulgazzjoni tal-ammont totali u l-komponenti tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u l-attivitajiet ta' negozjar tal-kumpaniji prinċipali u d-determinazzjoni tal-proċeduri u l-formoli għall-iskambju ta’ informazzjoni dwar sanzjonijiet mal-ABE permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni skont l-Artikolu 291 tat-TFUE u skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

(43)     Skont il-prinċipju ta' proporzjonalità, huwa meħtieġ u xieraq li jintlaħaq l-għan ta’ prevenzjoni tar-riskju sistemiku, l-istress finanzjarju jew il-falliment ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu kbar, kumplessi u interkonnessi biex jiġu stabbiliti r-regoli dwar il-projbizzjoni fuq in-negozjar proprjetarju u s-separazzjoni ta’ ċerti attivitajiet ta' negozjar. Dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jinkisbu dawk l-objettivi, skont l-Artikolu 5(4) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

(44)     Il-libertà li jitmexxa operat skont id-dritt tal-Unjoni u l-liġijiet u l-prattiċi nazzjonali hija rikonoxxuta skont l-Artikolu 16 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (il-Karta). Kull persuna fi ħdan l-Unjoni għandha d-dritt li tniedi jew li tkompli operat mingħajr ma tkun soġġetta għal diskriminazzjoni jew restrizzjoni mhux meħtieġa. Barra minn hekk, is-sehem azzjonarju huwa protett bħala proprjetà skont l-Artikolu 17 tal-Karta. L-azzjonisti għandhom id-dritt għas-sjieda, l-użu, u d-disponiment mill-proprjetà tagħhom, u d-dritt li ma jiġux imċaħħda b'mod involontarju minn din il-proprjetà. Il-projbizzjoni ta’ negozjar proprjetarju u s-separazzjoni ta’ ċerti attivitajiet ta' negozjar previsti f’dan ir-Regolament jistgħu jaffettwaw il-libertà tal-operat kif ukoll id-drittijiet tal-proprjetà tal-azzjonisti li, f’sitwazzjoni bħal din, ma jistgħux jiddisponu mill-proprjetà tagħhom.

(45)     Il-limitazzjonijiet fuq il-libertà li wieħed ikollu operat u d-drittijiet tal-azzjonisti għandhom jikkonformaw mal-Artikolu 52 tal-Karta. Interferenza ma' dawn id-drittijiet ma għandhiex tkun sproporzjonata. Għalhekk, il-projbizzjoni jew separazzjoni ta’ attivitajiet ta' negozjar għandhom ikunu meħtieġa biss meta dan ikun fl-interess pubbliku li jiġi promoss il-funzjonament tajjeb tas-suq bankarju tal-Unjoni u l-istabbiltà finanzjarja. L-azzjonisti affettwati ma għandhomx jinżammu milli jużaw id-drittijiet ġuridiċi l-oħrajn tagħhom, bħad-dritt għal rimedju effettiv u għal proċess imparzjali.

(46)     Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti fil-Karta, b'mod partikulari d-dritt għar-rispett għall-ħajja privata u tal-familja, id-dritt għall-protezzjoni tad-dejta personali, il-libertà ta' intrapriża, id-dritt għall-proprjetà, id-dritt għal rimedju effettiv u għal proċess imparzjali, kif ukoll id-dritt għal difiża u r-rispett tal-prinċipju ne bis in idem. Dan ir-Regolament għandu jiġi applikat skont dawn id-drittijiet u l-prinċipji.

(47)     Billi l-entitajiet ikkonċernati mill-projbizzjoni ta’ negozjar proprjetarju se jeħtieġu ħin biżżejjed għall-implimentazzjoni tal-projbizzjoni, dan ir-Regolament jipprevedi li l-projbizzjoni tapplika [l-UP idaħħal id-data eżatta 18-il xahar mill-pubblikazzjoni ta’ dan ir-Regolament]. Bl-istess mod, il-proċeduri previsti f’dan ir-Regolament fir-rigward tal-provvedimenti li jwasslu għal deċiżjoni mill-awtorità kompetenti li jeħtieġ li l-attivitajiet ta’ negozjar li jiġu separati minn istituzzjoni ta’ kreditu prinċipali, u l-proċeduri li japplikaw għal gruppi wara l-adozzjoni ta’ din id-deċiżjoni, huma kumplessi u jeħtieġu żmien mhux biss biex iwettqu iżda anke biex jimplimentaw dawn il-miżuri b’mod responsabbli u sostenibbli. Għalhekk huwa xieraq li dawn il-provvedimenti japplikaw [l-UP idaħħal id-data eżatta 36 xahar mill-pubblikazzjoni ta’ dan ir-Regolament].

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Kapitolu I

Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 1

Objettivi

Dan ir-Regolament għandu l-għan li jipprevjeni r-riskju sistemiku, l-istress finanzjarju jew il-falliment ta’ entitajiet kbar, kumplessi u interkonnessi fis-sistema finanzjarja, b’mod partikulari l-istituzzjonijiet ta’ kreditu, u li jintlaħqu dawn l-objettivi:

(a) li jitnaqqas it-teħid ta’ riskju eċċessiv fi ħdan l-istituzzjoni ta’ kreditu;

(b) li jitneħħew il-kunflitti ta’ interess materjali bejn il-partijiet differenti tal-istituzzjoni ta’ kreditu;

(c) li tiġi evitata l-allokazzjoni ħażina ta’ riżorsi u li jitħeġġeġ is-self għall-ekonomija reali;

(d) li jikkontribwixxi għall-kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni mhux imxekkla għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu kollha fi ħdan is-suq intern;

(e) li titnaqqas l-interkonnettività fi ħdan is-settur finanzjarju li twassal għal riskju sistemiku;

(f) li tiffaċilita l-immaniġġjar, il-monitoraġġ u s-superviżjoni tal-istituzzjoni ta’ kreditu;

(g) li tiffaċilita r-riżoluzzjoni u l-irkupru tal-grupp b’mod ordnat.

Artikolu 2

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli dwar:

(a) il-projbizzjoni ta’ negozjar proprjetarju;

(b) is-separazzjoni ta’ ċerti attivitajiet ta' negozjar.

Artikolu 3

Ambitu

1.           Dan ir-Regolament japplika għall-entitajiet li ġejjin:

(a) kull istituzzjoni ta’ kreditu jew kumpanija prinċipali tal-UE, inklużi l-fergħat u s-sussidjarji kollha irrispettivament minn fejn ikunu jinsabu, meta jkunu identifikati bħala istituzzjoni sistemikament importanti globalment (Global Systemically Important Institution - G-SIIs) fl-applikazzjoni tal-Artikolu 131 tad-Direttiva 2013/36/UE;

(b) waħda minn dawn l-entitajiet li ġejjin li għal perjodu ta’ tliet snin konsekuttivi jkollha assi totali li jammontaw għallinqas għal EUR 30 biljun u li jkollha attivitajiet ta' negozjar li jammontaw għallinqas għal EUR 70 biljun jew 10 fil-mija tal-assi totali tagħha:

(i)      kull istituzzjoni ta’ kreditu stabbilita fl-Unjoni li ma tkunx impriża prinċipali u l-anqas sussidjarja, inklużi l-fergħat kollha tagħha irrispettivament minn fejn ikunu jinsabu;

(ii)     kumpanija prinċipali tal-UE, inklużi l-fergħat u s-sussidjarji kollha irrispettivament minn fejn ikunu jinsabu, fejn waħda mill-entitajiet tal-grupp tkun istituzzjoni ta' kreditu stabbilita fl-Unjoni;

(iii)    fergħat ta' istituzzjonijiet ta' kreditu stabbiliti f'pajjiżi terzi.

Artikolu 4

Ambitu negattiv

1.           Dan ir-Regolament ma japplikax għal:

(a) fergħat tal-UE ta’ istituzzjonijiet ta' kreditu stabbiliti f’pajjiżi terzi jekk ikunu soġġetti għal qafas ġuridiku li jkun meqjus bħala ekwivalenti skont l-Artikolu 27(1);

(b) sussidjarji tal-kumpaniji prinċipali tal-UE stabbiliti f’pajjiżi terzi jekk ikunu soġġetti għal qafas ġuridiku li jkun meqjus bħala ekwivalenti skont l-Artikolu 27(1);

(c) entitajiet imsemmija fil-punti (2) sa (23) tal-Artikolu 2(5) tad-Direttiva 2013/36/UE.

2.           Flimkien mal-punt (b) tal-paragrafu 1, awtorità kompetenti tista' teżenta mir-rekwiżiti tal-Kapitolu III sussidjarji tal-kumpaniji prinċipali tal-UE stabbiliti f’pajjiżi terzi fejn ma hemm l-ebda regoli meqjusa ekwivalenti għall-Artikoli 10 sa 16 u 20 jekk dik l-awtorità kompetenti tkun sodisfatta li:

(a) hemm strateġija ta' riżoluzzjoni miftiehma bejn l-awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp fl-Unjoni u l-awtorità ospitanti ta' pajjiż terz;

(b) l-istrateġija ta' riżoluzzjoni ta’ sussidjarja ta' kumpanija prinċipali tal-UE stabbilita f’pajjiż terz ma jkollha l-ebda effett negattiv fuq l-istabbiltà finanzjarja tal-Istat(i) Membru/i fejn ikunu stabbiliti l-kumpanija prinċipali tal-UE u entitajiet tal-grupp oħrajn.

Artikolu 5

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

1.           "istituzzjonijiet ta' kreditu" tfisser istituzzjonijiet ta' kreditu kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[31];

2.           "grupp" tfisser impriża prinċipali u s-sussidjarji tagħha;

3.           “riżoluzzjoni” tfisser ir-riżoluzzjoni kif definita fl-Artikolu 2(1) tad-Direttiva [BRRD];

4.           “negozjar proprjetarju” tfisser l-użu ta’ kapital proprju jew flus mislufa biex jittieħdu pożizzjonijiet f’kull tip ta’ tranżazzjoni biex jinxtraw, jinbiegħu jew jiġu akkwistati jew ċeduti mod ieħor kwalunkwe strument finanzjarju jew komodità għall-iskop uniku li jkun hemm qligħ għall-kont proprju, u mingħajr kwalunkwe konnessjoni mal-attività tal-klijenti attwali jew antiċipata jew għall-fini ta’ ħħeġġjar tar-riskju tal-entità bħala riżultat ta’ attività tal-klijenti attwali jew antiċipata, permezz tal-użu ta’ uffiċċji, unitajiet, diviżjonijiet jew negozjanti individwali iddedikati speċifikament għal dan it-teħid ta' pożizzjonijiet u qligħ, anke permezz ta' pjattaformi ta' negozjar proprjetarji ddedikati u bbażati fuq l-Internet;

5.           “kumpanija prinċipali tal-UE” tfisser impriża prinċipali fi Stat Membru li ma tkunx sussidjarja ta’ impriża oħra fi ħdan kwalunkwe Stat Membru;

6.           "sussidjarja" tfisser impriża sussidjarja kif definita fil-punt (10) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[32];

7.           “awtorità kompetenti” tfisser awtorità kompetenti kif definita fil-punt (40) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, inkluż il-BĊE skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013;

8.           “istituzzjoni” tfisser istituzzjoni kif definita fil-punt (3) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

9.           “impriża prinċipali” tfisser impriża prinċipali kif definita fil-punt (9) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2013/34/UE, inkluża istituzzjoni, kumpanija azzjonarja finanzjarja, kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta u kumpanija azzjonarja ta’ attività mħallta;

10.         "strumenti finanzjarji" tfisser strumenti finanzjarji kif definiti fit-Taqsima C tal-Anness I tad-Direttiva 2004/39/KE;

11.         “korp maniġerjali” tfisser korp maniġerjali kif definit fil-punt (7) tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2013/36/UE jew korp ekwivalenti l-korpi meta l-entità kkonċernata ma tkunx istituzzjoni;

12.         “ġenerazzjoni tas-suq” tfisser l-impenn ta' istituzzjoni finanzjarja li tipprovdi l-likwidità fis-suq fuq bażi regolari u kontinwa, billi jitpoġġew kwotazzjonijiet fuq żewġ binarji fir-rigward ta’ ċertu strument finanzjarju, jew bħala parti mill-operat normali tiegħu, billi tissodisfa l-ordnijiet mibdija minn klijenti jew b’reazzjoni għat-talbiet tal-klijenti għan-negozjar, iżda fiż-żewġ każijiet mingħajr ma tiġi esposta għal riskju tas-suq materjali;

13.         "sponsor" tfisser sponsor kif definit fil-punt (14) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

14.         "titolizzazzjoni" tfisser titolizzazzjoni kif definita fil-punt (61) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

15.         “negozjar f’derivattivi” tfisser xiri jew bejgħ ta' derivattivi;

16.         “istituzzjoni ta’ kreditu prinċipali” tfisser istituzzjoni ta’ kreditu li tal-anqas tieħu depożiti eliġibbli taħt l-Iskema ta’ Garanzija għal Depożiti skont id-Direttiva 94/19/KE[33];

17.         "komodità" tfisser komodità kif definita fil-punt (1) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 1287/2006[34];

18.         "entità ta' grupp" tfisser entità ġuridika li hija parti minn grupp;

19.         “entità finanzjarja” tfisser entità li taqa’ f’waħda mill-kategoriji li ġejjin:

– entità tas-settur finanzjarju, kif definita fil-punt (27) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

– fondi ta' investiment alternattiv ("AIF") magħluqa u mingħajr lieva finanzjarja kif definiti fid-Direttiva 2011/61/UE, fejn dawk l-AIFs huma stabbiliti fl-Unjoni jew, jekk mhumiex stabbiliti fl-Unjoni, huma kkumerċjalizzati fl-Unjoni skont l-Artikoli 35 jew 40 tad-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[35], fondi ta' kapital ta' riskju kif definiti fl-Artikolu 3(b) tar-Regolament (UE) Nru 345/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[36], fondi ta' intraprenditorija soċjali kif definiti fl-Artikolu 3(b) tar-Regolament (UE) Nru 346/2013[37] u l-AIF awtorizzat bħala fondi Ewropej tal-investiment fuq terminu twil (European long term investment funds - ELTIF) skont ir-Regolament (UE) Nru [XXX/XXXX][38]];

– UCITS kif definita fl-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 2009/65/KE[39];

– entità bi skop speċjali tat-titolizzazzjoni kif definita fil-punt (66) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

20.         “SME” tfisser impriża li tħaddem anqas minn 250 persuna u li l-fatturat annwali tagħha ma jaqbiżx il-EUR 50 miljun, u/jew it-total tal-karta bilanċjali annwali tagħha ma taqbiżx it-EUR 43 miljun;

21.         “jittrattaw f'investimenti bħala prinċipal” tfisser ix-xiri, il-bejgħ, is-sottoskrizzjoni għal titoli jew investimenti bbażati kuntrattwalment bħala prinċipal;

22.         “superviżur konsolidant” tfisser l-awtorità kompetenti responsabbli għall-eżerċizzju tas-superviżjoni ta’ kumpaninja prinċipali tal-UE u s-sussidjarji tagħha fuq bażi konsolidata kif definit fil-punt (48) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Kapitolu II

Attivitajiet projbiti

Artikolu 6

Il-projbizzjoni ta’ ċerti attivitajiet ta' negozjar

1.           Entitajiet imsemmija fl-Artikolu 3 ma:

(a) jinvolvux ruħhom f’negozjar proprjetarju;

(b) bil-kapital proprju tagħhom jew flus mislufa u għall-iskop uniku li jagħmlu profitt għall-kont proprju:

(i)      jakkwistaw jew iżommu unitajiet jew ishma ta’ AIFs kif definiti fl-Artikolu 4(1)(a) tad-Direttiva 2011/61/UE;

(ii)     jinvestu f’derivattivi, ċertifikati, indiċi jew kwalunkwe strument finanzjarju ieħor li l-prestazzjoni tiegħu tkun marbuta ma’ ishma jew unitajiet ta’ AIFs;

(iii)    iżommu unitajiet jew ishma f’entità li timpenja ruħha f’negozju proprjetarju jew li jakkwista unitajiet jew ishma f’AIFs.

2.           Il-projbizzjonijiet fil-punt (a) tal-paragrafu 1 ma japplikawx għal:

(a) strumenti finanzjarji maħruġa minn gvernijiet ċentrali ta’ Stati Membri jew minn entitajiet elenkati fil-punt (2) tal-Artikolu 117 u l-Artikolu 118 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(b) sitwazzjoni fejn entità msemmija fl-Artikolu 3 tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(i)      hija tuża l-kapital proprju tagħha bħala parti mill-proċessi ta' mmaniġġjar ta' flus;

(ii)     hija esklużivament tixtri, tbigħ jew takkwista mod ieħor jew tiddisponi minn flus jew assi ekwivalenti ta' flus. L-assi ekwivalenti ta’ flus iridu jkunu investimenti likwidi ħafna miżmuma fil-munita bażi ta’ kapital proprju, ikunu konvertibbli faċilment għal ammont magħruf ta’ flus, ikunu soġġetti għal riskju insinifikanti ta’ tibdil fil-valur, ikollhom maturità li ma taqbiżx it-397 jum u jipprovdu redditu mhux akbar mir-rata ta’ redditu ta' bonds tal-gvern ta’ kwalità għolja ta’ tliet xhur.

3.           Ir-restrizzjonijiet stipulati fil-punt (b) tal-paragrafu 1 ma japplikawx fir-rigward ta' AIFs magħluqa u mingħajr lieva finanzjarja kif definiti fid-Direttiva 2011/61/UE fejn dawk l-AIFs ikunu stabbiliti fl-Unjoni jew, jekk ma jkunux stabbiliti fl-Unjoni, ikunu kummerċjalizzati fl-Unjoni skont l-Artikoli 35 jew 40 tad-Direttiva 2011/61/UE, għall-fondi kwalifikanti ta’ kapital ta’ riskju kif definiti fl-Artikolu 3(b) tar-Regolament (UE) Nru 345/2013, għall-fondi kwalifikanti ta’ intraprenditorija soċjali kif definiti fl-Artikolu 3(b) tar-Regolament (UE) Nru 346/2013, u għall-AIFs awtorizzati bħala ELTIFs skont ir-Regolament (UE) Nru [XXX/XXXX].

4.           Il-korp maniġerjali ta’ kull entità msemmija fl-Artikolu 3 jiżgura li r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 1 jiġu osservati.

5.           Ir-rekwiżiti fil-paragrafi 1 sa 4 japplikaw minn [l-UP idaħħal id-data eżatta, 18-il xahar mill-pubblikazzjoni tar-Regolament.]

6.           Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 36 biex teżenta mill-projbizzjoni msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1:

(a) strumenti finanzjarji oħrajn għajr dawk imsemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 2 maħruġa mill-gvernijiet ta’ pajjiżi terzi li japplikaw arranġamenti superviżorji u regolatorji tal-inqas ekwivalenti għal dawk applikati fl-Unjoni, li l-iskoperturi għalihom ikunu assenjati ponderazzjoni ta’ riskju ta’ 0 fil-mija skont l-Artikolu 115 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(b) strumenti finanzjarji maħruġa minn gvernijiet reġjonali tal-Istati Membri, li l-iskoperturi għalihom ikunu assenjati ponderazzjoni ta’ riskju ta’ 0 fil-mija skont l-Artikolu 115 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Artikolu 7

Regoli dwar ir-remunerazzjoni

Mingħajr preġudizzju għar-regoli ta' remunerazzjoni stabbiliti fid-Direttiva 2013/36/UE, il-politika ta' remunerazzjoni tal-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 3 titfassal u tiġi implimentata b'tali mod li, direttament jew indirettament, ma tħeġġiġx jew tikkumpensa t-twettiq minn membru tal-persunal ta’ attivitajiet ipprojbiti fl-Artikolu 6(1).

Kapitolu III

Is-separazzjoni ta’ ċerti attivitajiet ta' negozjar

Artikolu 8

Ambitu tal-attivitajiet

1.           Għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu, l-attivitajiet ta' negozjar jinkludu attivitajiet oħra għajr:

(a) it-teħid ta' depożiti li huma eliġibbli taħt l-Iskema ta’ Garanzija għal Depożiti skont id-Direttiva 94/19/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[40];

(b) self li jinkludi, kreditu tal-konsumaturi, ftehimiet ta’ kreditu b'rabta ma' proprjetà immobbli, fatturament b'rikors jew mingħajru, finanzjament ta’ tranżazzjonijiet kummerċjali (inkluż il-forfeiting);

(c) kiri finanzjarju;

(d) servizzi ta' ħlas kif definiti fl-Artikolu 4(3) tad-Direttiva 2007/64/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[41];

(e) il-ħruġ u l-amministrazzjoni ta’ mezzi oħrajn ta’ ħlas bħal travellers' cheques u ċekkijiet tal-banek sa fejn tali attività ma tkunx koperta mill-punt (d);

(f) senserija tal-flus, żamma sikura u amministrazzjoni ta’ titoli;

(g) servizzi tar-referenza tal-kreditu;

(h) servizzi ta' kustodja sikura;

(i) ħruġ ta’ flus elettroniċi.

2.           Ir-rekwiżiti ta' dan il-Kapitolu ma japplikawx għall-bejgħ jew ix-xiri ta' strumenti finanzjarji maħruġa minn gvernijiet ċentrali ta’ Stati Membri jew minn entitajiet elenkati fil-punt (2) tal-Artikolu 117 u fl-Artikolu 118 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

3.           Il-Kummissjoni jkollha s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 35 sabiex teżenta lil strumenti finanzjarji:

(a) għajr dawk imsemmija fil-paragrafu 2 maħruġ mill-gvernijiet ta’ pajjiżi terzi li japplikaw arranġamenti superviżorji u regolatorji tal-inqas ekwivalenti għal dawk applikati fl-Unjoni, li l-iskoperturi għalihom ikunu assenjati ponderazzjoni ta’ riskju ta’ 0 fil-mija skont l-Artikolu 115 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(b) maħruġa minn gvernijiet reġjonali tal-Istati Membri, li l-iskoperturi għalihom ikunu assenjati ponderazzjoni ta’ riskju ta’ 0 fil-mija skont l-Artikolu 115 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Artikolu 9

Obbligu li l-attivitajiet jiġu rieżaminati

1.           L-awtorità kompetenti tivvaluta l-attivitajiet ta' negozjar fosthom, b'mod partikulari: il-ġenerazzjoni tas-suq, l-investimenti fit-titolizzazzjoni u l-isponsorizzar tagħha, u n-negozjar f'derivattivi għajr dawk id-derivattivi permessi fl-Artikoli 11 u 12 ta' dawn l-entitajiet:

(a) istituzzjoni ta’ kreditu prinċipali stabbilita fl-Unjoni, li ma tkunx impriża prinċipali u lanqas sussidjarja, inklużi l-fergħat kollha tagħha irrispettivament minn fejn ikunu jinsabu;

(b) kumpanija prinċipali tal-UE, inklużi l-fergħat u s-sussidjarji kollha irrispettivament minn fejn ikunu jinsabu, fejn waħda mill-entitajiet tal-grupp tkun istituzzjoni ta' kreditu prinċipali stabbilita fl-Unjoni;

(c) fergħat ta' istituzzjonijiet ta' kreditu stabbiliti f'pajjiżi terzi.

2.           Fil-prestazzjoni tal-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti tuża dawn il-metriċi:

(a) id-daqs relattiv tal-assi ta' negozjar, kif imkejla bl-assi ta' negozjar diviżi bl-assi totali;

(b) l-ingranaġġ ta’ assi ta' negozjar kif imkejla bl-assi ta' negozjar diviżi bil-kapital tal-Grad 1 prinċipali;

(c) l-importanza relattiva tar-riskju ta’ kreditu tal-kontroparti, kif imkejla skont il-valur ġust ta’ derivattivi diviżi bl-assi ta' negozjar totali;

(d) il-kumplessità relattiva tad-derivattivi ta' negozjar, kif imkejla bl-assi tad-derivattivi ta' negozjar tal-livell 2 u 3 diviżi bid-derivattivi ta' negozjar u bl-assi ta' negozjar;

(e) il-profittabbiltà relattiva tal-introjtu operatorju, kif imkejla bl-introjtu operatorju diviż bl-introjtu nett totali;

(f) l-importanza relattiva tar-riskju tas-suq, kif imkejjel bil-kalkolu tad-differenza bejn l-assi u l-obbligazzjonijiet ta' negozjar f’valur assolut diviż bil-medja sempliċi bejn l-assi ta' negozjar u l-obbligazzjonijiet ta' negozjar;

(g) l-interkonnettività, kif imkejla b’metodoloġija msemmija fl-Artikolu 131(18) tad-Direttiva 2013/36/UE;

(h) riskju tal-kreditu u tal-likwidità li jirriżulta minn impenji u garanziji pprovduti mill-istituzzjoni ta’ kreditu prinċipali.

3.           L-awtorità kompetenti tkun iffinalizzat il-valutazzjoni tagħha sa [l-UP – idaħħal 18-il xahar mill-jum tal-pubblikazzjoni tar-Regolament], u twettaq valutazzjonijiet fuq bażi regolari, mill-inqas darba fis-sena, minn hemm’ il quddiem.

4.           L-ABE tiżviluppa standards tekniċi regolatorji abbozzati biex jispeċifika kif jitkejlu l-metriċi u, fejn xieraq, jispeċifikaw id-dettalji tal-metriċi msemmija fil-paragrafu 2 u l-kejl tagħhom bl-użu ta’ dejta superviżorja. L-istandards tekniċi regolatorji abbozzati jipprovdu wkoll lill-awtorità kompetenti b’metodoloġija għall-kejl u l-applikazzjoni konsistenti tal-metriċi.

L-ABE tissottometti dawk l-istandards tekniċi regolatorji abbozzati lill-Kummissjoni mill-UP – idaħħal xahar mill-jum tal-pubblikazzjoni tar-Regolament.]

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji abbozzati msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 10

Setgħa tal-awtorità kompetenti li titlob li l-istituzzjoni ta’ kreditu prinċipali ma twettaqx ċerti attivitajiet

1.           Meta l-awtorità kompetenti tikkonkludi li, wara l-valutazzjoni msemmija fl-Artikolu 9(1), il-limiti u l-kundizzjonijiet marbutin mal-metriċi msemmija fil-punti (a) sa (h) tal-Artikolu 9(2) u speċifikati fl-att iddelegat imsemmi fil-paragrafu 5 jiġu sodisfatti, u għaldaqstant hija jidhrilha li jkun hemm theddida għall-istabbiltà finanzjarja tal-istituzzjoni ta’ kreditu prinċipali jew għas-sistema finanzjarja tal-Unjoni kollha kemm hi filwaqt li jitqiesu l-objettivi msemmija fl-Artikolu 1, sa mhux aktar tard minn xahrejn wara l-finalizzazzjoni ta’ dik il-valutazzjoni, hija tibda l-proċedura li twassal għal deċiżjoni kif imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 3.

2.           Meta l-limiti u l-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ma jkunux ġew issodisfati, l-awtorità kompetenti xorta tista’ tibda l-proċedura li twassal għal deċiżjoni kif imsemmi fit-tielet subparagrafu tal-paragrafu 3 meta hi tikkonkludi, wara l-valutazzjoni msemmija fl-Artikolu 9(1), li kwalunkwe attività ta' negozjar, bl-eċċezzjoni tan-negozjar fid-derivattivi għajr dak permess skont l-Artikolu 11 u 12, imwettqa mill-istituzzjoni ta’ kreditu prinċipali, hija ta’ theddida għall-istabbiltà finanzjarja tal-istituzzjoni ta’ kreditu prinċipali jew għas-sistema finanzjarja tal-Unjoni kollha kemm hi filwaqt li jitqiesu l-objettivi msemmija fl-Artikolu 1.

3.           L-awtorità kompetenti tinnotifika l-konklużjonijiet tagħha msemmija fil-paragrafi 1 jew 2 lill-istituzzjoni ta’ kreditu prinċipali u tipprovdi lill-istituzzjoni ta’ kreditu prinċipali bl-opportunità li tippreżenta kummenti bil-miktub fi żmien xahrejn mid-data tan-notifika.

Sakemm l-istituzzjoni ta’ kreditu ma turix, fil-limitu ta’ żmien imsemmi fl-ewwel subparagrafu, għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti, li r-raġunijiet li jwasslu għall-konklużjonijiet mhumiex ġustifikati, l-awtorità kompetenti tadotta deċiżjoni li tindirizza lill-istituzzjoni ta’ kreditu u li titlobha ma twettaqx l-attivitajiet ta' negozjar speċifikati f’dawk il-konklużjonijiet. L-awtorità kompetenti tiddikjara r-raġunijiet għad-deċiżjoni tagħha u tiddivulgahom pubblikament.

Għall-fini tal-paragrafu 1, meta l-awtorità kompetenti tiddeċiedi li tippermetti li l-istituzzjoni ta’ kreditu prinċipali twettaq dawk l-attivitajiet ta’ negozjar, hija tiddikjara wkoll ir-raġunijiet għal dik id-deċiżjoni u tiddivulgahom pubblikament.

Għall-fini tal-paragrafu 2, meta l-awtorità kompetenti tiddeċiedi li tippermetti li l-istituzzjoni ta’ kreditu prinċipali twettaq attivitajiet ta' negozjar, l-awtorità kompetenti tadotta deċiżjoni indirizzata lill-istituzzjoni ta’ kreditu prinċipali għal dak l-għan.

Qabel ma tadotta kwalunkwe deċiżjoni msemmija f’dan il-paragrafu, l-awtorità kompetenti tikkonsulta lill-ABE dwar ir-raġunijiet sottostanti għad-deċiżjoni maħsuba tagħha u dwar l-impatt potenzjali ta’ din id-deċiżjoni fuq l-istabbiltà finanzjarja tal-Unjoni u l-funzjonament tas-suq intern. L-awtorità kompetenti tinnotifika wkoll lill-ABE bid-deċiżjoni finali tagħha.

L-awtorità kompetenti tadotta d-deċiżjoni finali tagħha fi żmien xahrejn minn meta tirċievi l-kummenti bil-miktub imsemmija fl-ewwel subparagrafu.

4.           Id-deċiżjonijiet imsemmija fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 3 se jkunu soġġetti għal rieżami mill-awtorità kompetenti kull 5 snin.

5.           Il-Kummissjoni, [l-UP idaħħal id-data eżatta sa 6 xhur mill-pubblikazzjoni ta’ dan ir-Regolament] tadotta l-atti ddelegati skont l-Artikolu 35 sabiex:

(a) tispeċifika, fir-rigward tal-metriċi:

(a) il-limitu rilevanti ta’ kull waħda mill-metriċi pprovduti fil-punti (a) sa (h) tal-Artikolu 9(1), li jekk jinqabeż il-livell ta’ riskju tal-attività ta' negozjar kkonċernata jitqies individwalment sinifikanti;

(ii) il-kundizzjonijiet, inkluż kemm jeħtieġ metriċi li jaqbżu l-limitu rilevanti, u f’liema kombinazzjoni, sabiex l-awtorità kompetenti tibda l-proċedura msemmija fl-Artikolu 10(1).

(iii) L-ispeċifikazzjoni tal-kundizzjonijiet fil-punt (ii) tinkludi indikazzjoni tal-livell tar-riskju sinifikanti aggregat tal-attività ta' negozjar ikkonċernata li tirriżulta minn diversi metriċi li jkunu qabżu l-limiti rilevanti msemmi fil-punt (i);

(b) tispeċifika liema tip ta’ titolizzazzjoni mhijiex meqjusa li hija ta' theddida għall-istabbiltà finanzjarja tal-istituzzjoni ta’ kreditu prinċipali jew għas-sistema finanzjarja tal-Unjoni kollha kemm hi fir-rigward ta' kull wieħed minn dawn l-aspetti:

(i)      il-karatteristiċi strutturali, bħat-trasformazzjoni tal-maturità inkorporata u s-sempliċità tal-istruttura;

(ii)     il-kwalità tal-assi sottostanti u l-karatteristiċi tal-kollateral relatati;

(iii)    l-elenkar u l-karatteristiċi ta' trasparenza tat-titolizzazzjoni u l-assi sottostanti tagħha;

(iv)    is-sodezza u l-kwalità tal-proċessi ta' sottoskrizzjoni.

Artikolu 11

L-immaniġġjar prudenti tar-riskju proprju

1.           Istituzzjoni ta’ kreditu prinċipali li kienet soġġetta għal deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 10(3) tista' twettaq attivitajiet ta' negozjar sal-punt li l-għan ikun limitat biss għal immaniġġjar prudenti tal-kapital, il-likwidità u l-finanzjament tagħha.

Bħala parti mill-immaniġġjar prudenti tal-kapital, il-likwidità u l-finanzjament tagħha, istituzzjoni ta’ kreditu prinċipali tista’ tuża biss derivattivi tar-rati tal-imgħax, derivattivi tal-kambju u derivattivi ta’ kreditu eliġibbli għall-ikklirjar ta' kontropartijiet ċentrali biex jiġi ħħeġġjat ir-riskju globali tal-karta bilanċjali tagħha. L-istituzzjoni ta’ kreditu prinċipali turi lill-kontrollur kompetenti li l-attività tal-iħħeġġjar hija mfassla biex tnaqqas b’mod li jista' jintwera jew ittaffi b’mod sinifikanti, riskji speċifiċi u identifikabbli ta’ pożizzjonijiet individwali jew aggregati tal-istituzzjoni ta’ kreditu prinċipali.

2.           Mingħajr preġudizzju għar-regoli ta' remunerazzjoni stabbiliti fid-Direttiva 2013/36/UE, il-politika ta’ remunerazzjoni applikabbli għall-persunal tal-istituzzjoni ta’ kreditu prinċipali impenjat f’attivitajiet ta’ ħħeġġjar:

(a) ikollha l-għan li tipprevjeni kwalunkwe attività ta’ negozjar proprjetarju residwa jew moħbija, kemm jekk moħbija bħala mmaniġġjar tar-riskji kif ukoll jekk moħbija mod ieħor;

(b) tirrifletti l-objettivi leġittimi ta’ ħħeġġjar tal-istituzzjoni ta' kreditu prinċipali kollha kemm hi u tiżgura li r-remunerazzjoni mogħtija ma tkunx direttament determinata mir-referenza għall-profitti ġġenerati minn dawn l-attivitajiet iżda tqis l-effikaċja globali tal-attivitajiet fit-tnaqqis jew il-mitigazzjoni tar-riskju.

Il-korp maniġerjali jiżgura li l-politika ta’ remunerazzjoni tal-istituzzjoni ta' kreditu prinċipali tkun konformi mal-provvedimenti stabbiliti fl-ewwel subparagrafu, taġixxi fuq il-parir tal-kumitat tar-riskju, meta dan il-kumitat jitwaqqaf skont l-Artikolu 76(3) tad-Direttiva 2013/36/UE.

3.           Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 35 ta’ dan ir-Regolament biex tissupplimenta l-istrumenti finanzjarji msemmija fil-paragrafu 1 billi żżid strumenti finanzjarji oħrajn inklużi tipi oħrajn ta’ derivattivi, b’mod partikulari dawk li huma soġġetti għall-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[42], sabiex jitqiesu l-istrumenti finanzjarji, li għandhom l-istess effett fuq l-istabbiltà finanzjarja bħal dawk imsemmija fil-paragrafu 1 għall-fini ta’ mmaniġġjar prudenti tal-kapital, il-likwidità u l-finanzjament.

Artikolu 12

Il-provvediment ta' servizzi ta' mmaniġġjar ta' riskju għall-klijenti

1.           Istituzzjoni ta’ kreditu prinċipali li kienet soġġetta għal deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 10(3) tista' tbigħ id-derivattivi tar-rati tal-imgħax, id-derivattivi tal-kambju, id-derivattivi ta' kreditu, id-derivattivi ta' kwoti tal-emissjonijiet u d-derivattivi ta’ komoditajiet eliġibbli għall-ikklirjar ta' kontropartijiet ċentrali u kwoti tal-emissjonijiet għall-klijenti mhux finanzjarji tagħha, lil entitajiet finanzjarji msemmija fit-tieni u t-tielet inċiżi tal-punt (19) tal-Artikolu 5, għal impriżi tal-assigurazzjoni u għal istituzzjonijiet li jipprovdu benefiċċji tal-irtirar okkupazzjonali meta dawn il-kundizzjonijiet jiġu sodisfatti:

(a) l-uniku skop ta’ bejgħ huwa biex jiġi ħħeġġjat ir-riskju tar-rata tal-imgħax, ir-riskju tal-kambju, ir-riskju tal-kreditu, ir-riskju tal-komoditajiet jew ir-riskju tal-kwoti ta’ emissjonijiet;

(b) ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji tal-istituzzjoni ta’ kreditu prinċipali għar-riskju ta’ pożizzjoni li jirriżultaw mid-derivattivi u mill-kwoti ta' emissjonijiet ma jaqbżux proporzjon tar-rekwiżit kapitali tar-riskju totali tagħha li għandhom jiġu speċifikati f’att delegat tal-Kummissjoni skont il-paragrafu 2.

Meta r-rekwiżit fil-punt (b) ma jitwettaqx, id-derivattivi u l-kwoti ta' emissjonijiet ma jistgħux jinbiegħu mill-istituzzjoni ta’ kreditu prinċipali u lanqas jiġu rreġistrati fil-karta bilanċjali tagħha.

2.           Il-Kummissjoni jkollha s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 35 sabiex:

(a) tippermetti strumenti finanzjarji oħrajn għajr dawk imsemmija fil-paragrafu 1, b’mod partikulari dawk li huma soġġetti għall-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, għall-fini ta’ ħħeġġjar tar-riskju li għandu jinbiegħ lit-tip ta’ klijenti elenkati fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu;

(b) tispeċifika l-proporzjon tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji tal-istituzzjoni ta’ kreditu prinċipali li fuqhom id-derivattivi u l-kwoti tal-emissjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ma jistgħux jinbiegħu u lanqas jiġu rreġistrati fuq il-karta bilanċjali tal-istituzzjoni ta’ kreditu prinċipali.

Artikolu 13

Regoli dwar entitajiet ta’ gruppi separati

1.           Meta awtorità kompetenti tkun ħadet deċiżjoni skont l-Artikolu 10(3) li l-istituzzjoni ta’ kreditu prinċipali ma tistax twettaq ċerti attivitajiet ta' negozjar u jekk l-istituzzjoni ta’ kreditu prinċipali tappartjeni għal grupp, allura l-attivitajiet ta' negozjar li għandhom jiġu separati jistgħu jsiru biss minn entità ta' grupp li hija legalment, ekonomikament u operazzjonalment separata (“entità ta' negozjar”) mill-istituzzjoni ta’ kreditu prinċipali.

2.           Meta entità msemmija fl-Artikolu 9(1) tkun iddeċidiet fuq inizjattiva tagħha stess li tissepara l-attivitajiet ta' negozjar koperti mill-Artikolu 9 mill-istituzzjoni ta’ kreditu prinċipali u tirċievi l-approvazzjoni tal-pjan ta’ separazzjoni tagħha skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 18, allura r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 3 sa 13 ta’ dan l-Artikolu u l-Artikoli 14 sa 17 u 20 japplikaw għall-entitajiet separati.

3.           Il-kumpanija prinċipali tal-UE tiżgura li grupp li fih istituzzjonijiet ta’ kreditu prinċipali u entitajiet ta' negozjar ikun strutturat b’tali mod li fuq bażi subkonsolidata jinħolqu żewġ sottogruppi distinti, u wieħed minnhom biss ikun fih l-istituzzjonijiet ta’ kreditu prinċipali.

4.           Il-kumpanija prinċipali tal-UE tal-istituzzjoni ta’ kreditu prinċipali tiżgura safejn ikun meħtieġ li l-istituzzjoni ta’ kreditu prinċipali tista’ twettaq l-attivitajiet tagħha f’każ ta’ insolvenza tal-entità ta' negozjar.

5.           L-istituzzjoni ta’ kreditu prinċipali ma żżommx strumenti kapitali jew drittijiet tal-vot f’entità ta' negozjar.

Minkejja l-ewwel subparagrafu, l-awtorità kompetenti tista’ tiddeċiedi li tippermetti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu prinċipali li jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 49(3)(a) jew (b) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 iżommu strumenti kapitali jew drittijiet tal-vot f’entità ta' negozjar fejn l-awtorità kompetenti tqis li ż-żamma ta’ dawn l-istrumenti kapitali jew id-drittijiet tal-vot ikunu indispensabbli għall-funzjonament tal-grupp u li l-istituzzjoni ta' kreditu prinċipali tkun ħadet biżżejjed miżuri sabiex ittaffi b’mod xieraq ir-riskji rilevanti.

Istituzzjoni ta’ kreditu prinċipali, li ma tkunx istituzzjoni ta’ kreditu ċentrali u lanqas waħda reġjonali, fi kwalunkwe każ, ma titħalliex iżżomm strumenti kapital jew drittijiet tal-vot direttament fi kwalunkwe entità ta' negozjar.

Qabel l-adozzjoni ta’ deċiżjoni skont dan il-paragrafu, l-awtorità kompetenti tikkonsulta lill-ABE.

L-awtorità kompetenti tinnotifika d-deċiżjoni tagħha lill-ABE. L-ABE tippubblika lista ta’ dawk l-istituzzjonijiet li għalihom ikun ġie applikat dan il-paragrafu.

6.           L-istituzzjoni ta’ kreditu prinċipali u l-entità ta' negozjar tippubblika dejn tagħha stess fuq bażi individwali jew subkonsolidata sakemm dan ma jkunx inkonsistenti mal-pjan ta' riżoluzzjoni miftiehem mal-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni rilevanti skont id-Direttiva [BRRD].

7.           Il-kuntratti kollha u t-tranżazzjonijiet l-oħrajn li jkunu saru bejn l-istituzzjoni ta’ kreditu prinċipali u l-entità ta' negozjar ikunu favorevoli għall-istituzzjoni tal-kreditu prinċipali daqs il-kuntratti u tranżazzjonijiet paragunabbli mal-entitajiet li ma jkunux tal-istess tas-sottogrupp jew li jinvolvuhom.

8.           Il-parti l-kbira tal-membri tal-korp maniġerjali tal-istituzzjoni ta’ kreditu prinċipali u tal-entità ta' negozjar rispettivament jikkonsistu minn persuni li mhumiex membri tal-korp maniġerjali tal-entità l-oħra. L-ebda membru tal-korp maniġerjali ta’ kwalunkwe entità ma jwettaq funzjoni eżekuttiva fiż-żewġ entitajiet bl-eċċezzjoni tal-uffiċjal tal-immaniġġjar tar-riskju tal-impriża prinċipali.

9.           Il-korp maniġerjali tal-istituzzjoni ta’ kreditu prinċipali, tal-entità ta' negozjar u tal-kumpaniji prinċipali tagħhom ikollu d-dmir li jappoġġa l-objettivi tas-separazzjoni.

10.         Skont il-liġi nazzjonali applikabbli, l-isem jew il-ħatra tal-entità ta' negozjar u tal-istituzzjoni ta’ kreditu prinċipali tkun tali li l-pubbliku jkun jista' jidentifika faċilment liema entità tkun entità ta' negozjar u liema entità tkun istituzzjoni ta’ kreditu prinċipali.

11.         L-istituzzjonijiet strutturalment separati jikkonformaw mal-obbligi stabiliti fil-Partijiet Tnejn, Tlieta u Erbgħa u l-Partijiet Sitta, Sebgħa u Tmienja tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u fit-Titolu VII tad-Direttiva 2013/36/UE fuq bażi subkonsolidata skont il-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu.

12.         B’deroga mill-Artikolu 6(1) u l-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-obbligi stabbiliti fil-Partijiet Tnejn sa Erbgħa u Tmienja ta’ dak ir-Regolament japplikaw fuq bażi subkonsolidata skont il-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu.

13.         B’deroga mill-Artikolu 6(4) u l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, ir-rekwiżiti tal-Parti Sitta ta’ dak ir-Regolament japplikaw fuq bażi subkonsolidata skont il-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu.

Artikolu 14

Limiti ta’ skoperturi kbar intragrupp

1.           Għall-fini tal-kalkolu ta’ limitu ta’ skoperturi kbar intragrupp taħt il-paragrafu 2, l-entitajiet kollha li jappartjenu għall-istess sottogrupp skont l-Artikolu 13(3) jitqiesu bħala klijent wieħed jew grupp wieħed ta’ klijenti relatati fi ħdan it-tifsira tal-punt (39) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

2.           Meta jkunu ġew imposti miżuri strutturali skont dan il-Kapitolu, l-istituzzjoni ta’ kreditu prinċipali ma ġġarrabx skopertura intragrupp li taqbeż il-25 fil-mija tal-kapital eliġibbli tal-istituzzjoni ta’ kreditu prinċipali għal entità li ma tappartjenix għall-istess sottogrupp bħall-istituzzjoni ta’ kreditu prinċipali. Japplika limitu ta’ skopertura intragrupp fuq bażi subkonsolidata, u wara li jitqies l-effett ta' mitigazzjoni tar-riskju ta' kreditu u l-eżenzjonijiet skont l-Artikoli 399 sa 403 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u l-Artikolu 16 ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 15

Limiti ta’ skoperturi kbar barra mill-grupp

1.           Apparti l-provvedimenti tal-paragrafu 1 tal-Artikolu 395 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 meta l-miżuri ġew imposti skont dan il-Kapitolu ta’ dan ir-Regolament, l-istituzzjoni ta’ kreditu prinċipali ma ġġarrabx dawn l-iskoperturi:

(a) skopertura kbira li taqbeż 25 fil-mija tal-kapital eliġibbli tal-istituzzjoni ta’ kreditu prinċipali ta’ entità finanzjarja. Japplika limitu ta’ skopertura fuq bażi subkonsolidata, u wara li jitqies l-effett ta' mitigazzjoni tar-riskju ta' kreditu u l-eżenzjonijiet skont l-Artikoli 399 sa 403 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u l-Artikolu 16 ta’ dan ir-Regolament;

(b) skoperturi kbar li b'kollox jaqbżu 200 fil-mija tal-kapital eliġibbli tal-istituzzjoni ta’ kreditu prinċipali għal entitajiet finanzjarji. Japplika limitu ta’ skopertura fuq bażi subkonsolidata, u wara li jitqies l-effett ta' mitigazzjoni tar-riskju ta' kreditu u l-eżenzjonijiet skont l-Artikoli 399 sa 403 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u l-Artikolu 16 ta’ dan ir-Regolament.

2.           Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 35 biex taġġusta l-livell tal-limitu ta' skoperturi kbar aggregati barra mill-grupp kif stabbilit fil-punt (b) tal-paragrafu 1, f'konformità ma' safejn tiġi rikonoxxuta l-mitigazzjoni tar-riskju ta' kreditu.

Artikolu 16

Tekniki tal-mitigazzjoni tar-riskju ta' kreditu

Apparti l-provvedimenti tal-Artikoli 399 sa 403 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, meta l-miżuri jkunu ġew imposti skont dan il-Kapitolu ta' dan ir-Regolament, japplikaw restrizzjonijiet fir-rigward tar-rikonoxximent ta’ tekniki ta’ mitigazzjoni ta' kreditu għall-komputazzjoni ta' valuri tal-iskopertura għall-finijiet ta’ konformità mal-limiti ta’ skopertura kbira kif imsemmija fl-Artikoli 14 u 15 ta’ dan ir-Regolament.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 35 biex tispeċifika safejn jiġu rikonoxxuti tekniki tal-mitigazzjoni tar-riskju ta' kreditu inklużi tipi ta’ protezzjoni eliġibbli ta' kreditu u limiti għalihom għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, bil-għan li jiġi żgurat li t-tekniki tal-mitigazzjoni tar-riskju ta' kreditu ma jfallux meta jkun hemm ir-riskji sabiex jista’ jkun hemm irkupru effettiv tal-protezzjoni ta’ kreditu.

Artikolu 17

Deroga minn provvedimenti tranżitorji għal skoperturi kbar

Bħala eċċezzjoni għall-paragrafu 3 tal-Artikolu 493 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, id-derogi previsti f’dak il-paragrafu ma japplikawx għal skoperturi mġarrba minn istituzzjonijiet ta’ kreditu prinċipali li kienu soġġetti għal miżuri strutturali skont dan ir-Regolament.

Artikolu 18

Pjan ta’ separazzjoni

1.           Meta awtorità kompetenti tieħu deċiżjoni skont l-Artikolu 10(3) li istituzzjoni ta’ kreditu prinċipali ma tistax twettaq ċerti attivitajiet ta' negozjar, l-istituzzjoni ta’ kreditu prinċipali jew, fejn xieraq, il-kumpanija prinċipali tal-EU tagħha tippreżenta pjan ta' separazzjoni lill-awtorità kompetenti fi żmien 6 xhur mid-data tad-deċiżjoni msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 10(3).

Bl-istess mod, meta entità msemmija fl-Artikolu 9(1) tkun iddeċiediet li tissepara l-attivitajiet ta' negozjar koperti mill-obbligu għal rieżami fl-Artikolu 9 mill-istituzzjoni ta’ kreditu prinċipali, hija tippreżenta pjan li jagħti dettalji dwar is-separazzjoni tagħha fil-bidu tal-perjodu ta’ valutazzjoni msemmi fl-Artikolu 9. Il-pjan jinkludi mill-inqas l-informazzjoni mitluba fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.

2.           Il-pjan ta' separazzjoni jispjega fid-dettall kif se titwettaq is-separazzjoni.

Il-pjan jinkludi tal-inqas dan li ġej:

(a) speċifikazzjoni tal-assi u l-attivitajiet li se jiġu sseparati mill-istituzzjoni ta’ kreditu prinċipali;

(b) dettalji dwar kif jiġu applikati r-regoli msemmija fl-Artikolu 13;

(c) skeda ta’ żmien għas-separazzjoni.

3.           L-awtorità kompetenti tivvaluta l-pjanijiet msemmija fil-paragrafu 1 u 2 u, fi żmien sitt xhur mis-sottomissjoni tagħha, tadotta deċiżjoni li tapprova l-pjan jew li titlob għal bidliet fil-pjan ta' separazzjoni.

4.           Meta l-awtorità kompetenti titlob għal bidliet fil-pjan ta' separazzjoni l-istituzzjoni ta’ kreditu prinċipali jew, fejn xieraq, il-kumpanija prinċipali tal-UE tagħha tissottometti mill-ġdid il-pjan ta' separazzjoni bil-bidliet mitluba fi żmien tliet xhur mit-talba tal-awtorità kompetenti.

5.           L-awtorità kompetenti tadotta deċiżjoni li tapprova jew tiċħad il-pjan fi żmien xahar mis-sottomissjoni mill-ġdid. Meta l-awtorità kompetenti tiċħad il-pjan, fi żmien xahar miċ-ċaħda, hija taddotta deċiżjoni li tistabbilixxi pjan ta' separazzjoni li jintroduċi l-aġġustamenti meħtieġa.

6.           Meta l-istituzzjoni ta’ kreditu prinċipali jew, fejn xieraq, il-kumpanija prinċipali tal-UE tagħha ma tippreżentax pjan ta’ separazzjoni kif mitlub fil-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti, mhux aktar tard minn tliet xhur mid-data ta' għeluq imsemmija fil-paragrafu 1, tadotta deċiżjoni li tistabbilixxi pjan ta' separazzjoni.

7.           Meta l-istituzzjoni ta’ kreditu prinċipali jew, fejn xieraq, il-kumpanija prinċipali tal-UE tagħha ma tippreżentax mill-ġdid il-pjan ta' separazzjoni mal-bidliet mitluba mill-awtorità kompetenti, l-awtorità kompetenti tadotta deċiżjoni li tistabbilixxi pjan għas-separazzjoni mhux aktar tard minn xahar minn meta tkun skadiet id-data ta' għeluq fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 4.

8.           L-istituzzjoni ta' kreditu prinċipali jew, fejn xieraq, il-kumpanija prinċipali tal-UE tagħha turi lill-awtorità kompetenti li hija implimentat il-pjan approvat.

9.           Il-korp maniġerjali ta’ istituzzjoni ta’ kreditu jew kumpanija prinċipali tal-UE jassigura li l-pjan ta' separazzjoni jkun ġie implimentat skont l-approvazzjoni tal-awtorita kompetenti.

Artikolu 19

Il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni rilevanti

1.           Qabel ma tittieħed id-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 10(3), l-awtorità kompetenti tinnotifika lill-awtorità tar-riżoluzzjoni rilevanti maħtura skont l-Artikolu 3 tad-Direttiva [BRRD] tagħha.

2.           Meta titwettaq il-valutazzjoni skont l-Artikolu 9 u meta l-istituzzjoni ta’ kreditu prinċipali tintalab biex ma twettaqx ċerti attivitajiet skont l-Artikolu 10, l-awtorità kompetenti tqis li kull valutazzjoni ta' riżolvibbiltà li tkun għaddejja jew li tkun teżisti minn qabel titwettaq minn kwalunkwe awtorità tar-riżoluzzjoni rilevanti skont l-Artikolu 13 u 13(a) tad-Direttiva [BRRD].

3.           L-awtorità kompetenti tikkoopera mal-awtorità tar-riżoluzzjoni rilevanti u tpartat l-informazzjoni rilevanti li titqies meħtieġa fit-twettiq ta’ dmirijietha.

4.           L-awtorità kompetenti tiżgura li l-miżuri imposti skont dan il-Kapitolu jkunu konsistenti mal-miżuri imposti skont l-Artikolu 13(b) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013, l-Artikolu 8(9) tar-Regolament (UE) Nru [MUR], l-Artikolu 13 u 13(a), l-Artikoli 14 u 15 tad-Direttiva [BRRD] u l-Artikolu 104 tad-Direttiva 2013/36/UE.

Artikolu 20

L-attivitajiet ipprojbiti għall-entità ta' negozjar

L-entità ta' negozjar ma:

(a) tiħux depożiti li huma eliġibbli taħt l-Iskema ta’ Garanzija għal Depożiti skont id-Direttiva 94/19/KE ħlief meta d-depożitu msemmi jkun relatat mal-iskambju ta’ kollateral li għandu x’jaqsam mal-attivitajiet ta' negozjar;

(b) tipprovdix servizzi ta’ ħlas kif definiti fl-Artikolu 4(3) tad-Direttiva 2007/64/KE assoċjati mal-attivitajiet imsemmija fil-punt (a) ħlief meta s-servizzi ta’ ħlas imsemmija jkunu anċillari u strettament meħtieġa għall-iskambju ta’ kollateral li għandu x’jaqsam ma’ attivitajiet ta' negozjar.

Artikolu 21

Deroga mir-rekwiżiti tal-Kapitolu III

1.           Fuq talba ta’ Stat Membru, il-Kummissjoni tista’ tagħti deroga mir-rekwiżiti ta’ dan il-Kapitolu għal istituzzjoni ta’ kreditu li tieħu depożiti mingħand individwi u SMEs li huma soġġetti għal leġiżlazzjoni primarja nazzjonali adottata qabel id-29 ta’ Jannar 2014 meta l-leġiżlazzjoni nazzjonali tkun konformi ma' dawn ir-rekwiżiti:

(a) hija jkollha l-għan li tipprevjeni l-istress finanzjarju jew il-falliment u riskju sistemiku msemmija fl-Artikolu 1;

(b) hija tipprevjeni lill-istituzzjonijiet ta' kreditu li jieħdu depożiti eliġibbli minn individwi u SMEs milli jimpenjaw ruħhom fl-attività rregolata ta' trattament ta' investimenti bħala prinċipal u ż-żamma ta' assi ta' negozjar; madankollu, il-leġiżlazzjoni nazzjonali tista' tipprevedi eċċezzjonijiet limitati biex l-istituzzjoni ta' kreditu titħalla tieħu depożiti minn individwi u SMEs biex jitwettqu attivitajiet li jtaffu r-riskji għall-fini li l-kapital, il-likwidità u l-finanzjament jiġu mmaniġġjati b'mod prudenti u l-klijenti jiġu pprovduti b'servizzi ta' mmaniġġjar tar-riskji limitati;

(c) jekk l-istituzzjoni ta’ kreditu li tieħu depożiti eliġibbli minn individwi u SMEs tappartjeni għal grupp, hija tiżgura li l-istituzzjoni ta’ kreditu tkun legalment separata minn entitajiet tal-grupp li jimpenjaw ruħhom fl-attività rregolata ta' negozju fl-investimenti bħala prinċipal jew iż-żamma ta' assi ta' negozjar, u l-leġiżlazzjoni nazzjonali tispeċifika dan li ġej:

(i)      l-istituzzjoni ta’ kreditu li tieħu depożiti eliġibbli minn individwi u SMEs tkun tista' tieħu deċiżjonijiet b’mod indipendenti minn entitajiet tal-grupp oħrajn;

(ii)     l-istituzzjoni ta’ kreditu li tieħu depożiti eliġibbli minn individwi u SMEs għandha korp maniġerjali li huwa indipendenti minn entitajiet tal-grupp oħrajn u indipendenti mill-istituzzjoni ta' kreditu innifsu;

(iii)    l-istituzzjoni ta’ kreditu li tieħu depożiti eliġibbli minn individwi u SMEs tkun soġġetta għar-rekwiżiti ta' kapital u likwidità fiha nnifisha;

(iv)    l-istituzzjoni ta’ kreditu li tieħu depożiti eliġibbli minn individwi u SMEs ma tistax tidħol f’kuntratti jew tranżazzjonijiet ma’ entitajiet ta’ grupp oħrajn ħlief fuq termini simili għal dawk imsemmija fl-Artikolu 13(7).

2.           Stat Membru li jixtieq jikseb deroga għal istituzzjoni ta’ kreditu soġġetta għal-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni jibgħat talba għal deroga lill-Kummissjoni, akkumpanjata minn opinjoni pożittiva maħruġa mill-awtorità kompetenti li tissorvelja l-istituzzjoni ta’ kreditu li tkun soġġetta għat-talba għal deroga. Dik it-talba tipprovdi l-informazzjoni kollha meħtieġa għall-evalwazzjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali u tispeċifika l-istituzzjonijiet ta’ kreditu li għalihom tapplika d-deroga. Meta l-Kummisjoni tqis li ma għandhiex l-informazzjoni kollha meħtieġa, hija tikkuntattja lill-Istat Membru kkonċernat fi żmien xahrejn minn meta tirċievi t-talba u tispeċifika x'informazzjoni addizzjonali hija meħtieġa.

Ladarba l-Kummissjoni jkollha l-informazzjoni kollha li hija tqis neċessarja għall-evalwazzjoni tat-talba għal deroga, fi żmien xahar hija tinforma lill-Istat Membru rikjedenti li hija sodisfatta bl-informazzjoni.

Fi żmien ħames xhur mill-ħruġ tan-notifika msemmija fit-tieni subparagrafu, wara li tikkonsulta lill-ABE dwar ir-raġunijiet sottostanti għad-deċiżjoni maħsuba tagħha u dwar l-impatt potenzjali ta’ din id-deċiżjoni fuq l-istabbiltà finanzjarja tal-Unjoni u l-funzjonament tas-suq intern, il-Kummissjoni tadotta deċiżjoni ta’ implimentazzjoni li tiddikjara li l-leġiżlazzjoni nazzjonali mhijiex inkompatibbli ma’ dan il-Kapitolu u tagħti d-deroga lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu speċifikati fit-talba msemmija fil-paragrafu 1. Meta l-Kummissjoni jkollha l-intenzjoni li tiddikjara l-leġiżlazzjoni nazzjonali bħala inkompatibbli u ma tagħtix id-deroga hija tistabbilixxi l-oġġezzjonijiet tagħha fid-dettall u tipprovdi lill-Istat Membru rikjedenti bl-opportunità li jippreżenta kummenti bil-miktub fi żmien xahar mid-data tan-notifika tal-oġġezzjonijiet tal-Kummissjoni. Fi żmien tliet xhur mit-tmiem tal-limitu ta’ żmien għas-sottomissjoni, il-Kummissjoni tadotta deċiżjoni ta’ implimentazzjoni li tagħti jew li tiċħad id-deroga.

Meta l-leġiżlazzjoni nazzjonali tiġi emendata, l-Istat Membru jinnotifika l-emendi lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni tista’ tirrevedi d-deċiżjoni ta’ implimentazzjoni msemmija fit-tielet subparagrafu.

Meta l-leġiżlazzjoni nazzjonali li ma tkunx iddikjarata inkompatibbli ma’ dan il-Kapitolu ma tibqax tapplika għal istituzzjoni ta’ kreditu li tkun ingħatat deroga mir-rekwiżiti ta’ dan il-Kapitolu, dik id-deroga tiġi rtirata fir-rigward ta’ dik l-istituzzjoni ta’ kreditu.

Il-Kummissjoni tinnotifika d-deċiżjonijiet tagħha lill-ABE. L-ABE tippubblika lista ta' istituzzjonijiet ta' kreditu li jkunu ngħataw deroga skont dan l-Artikolu. Il-lista tiġi kontinwament aġġornata.

Kapitolu IV

Entitajiet soġġetti għar-rekwiżiti tal-Kapitoli II u III

Artikolu 22

Ir-regoli li jirregolaw il-kalkolu tal-limiti

1.           Għall-fini tal-Artikolu 3(b)(ii), il-kalkolu tal-limiti jkun ibbażat fuq il-kontijiet konsolidati tal-kumpanija prinċipali tal-UE.

2.           Għall-fini tal-Artikolu 3(b)(iii), il-kalkolu tal-limiti jkun ibbażat fuq l-attivitajiet imwettqa fl-Unjoni.

3.           L-assi u l-obbligazzjonijiet tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni u impriżi oħrajn mhux finanzjarji oħra ma jiġux inklużi fil-kalkolu.

4.           Sa [l-UP idaħħal id-data eżatta sa 12-il xahar mill-pubblikazzjoni ta’ dan ir-Regolament], l-awtorità kompetenti tidentifika l-istituzzjonijiet ta’ kreditu u l-gruppi li huma soġġetti għal dan ir-Regolament skont l-Artikolu 3 u tinnotifikahom immedjatament lill-ABE.

Wara li tkun ġiet innotifikata mill-awtorità kompetenti, l-ABE immedjatament tippubblika l-lista msemmija fl-ewwel subparagrafu. Il-lista tinżamm kontinwament aġġornata.

Artikolu 23

Kalkolu tal-attivitajiet ta' negozjar

1.           Għall-fini tal-Artikolu 3, l-attivitajiet ta' negozjar jiġu kkalkulati kif ġej skont ir-reġim tal-kontabilità applikabbli.

Attivitajiet ta' Negozjar = (TSA + TSL + DA + DL)/2, fejn:

(a) Assi ta' Titoli għan-Negozjar (Trading Securities Assets - TSA) huma assi li huma parti minn portafoll immaniġġjat kollu kemm hu u li għalih hemm xhieda ta’ tendenza attwali riċenti ta' teħid ta’ profitt għal terminu qasir, apparti assi derivattivi;

(b) Obbligazzjonijiet ta' Titoli għan-Negozjar (Trading Securities Liabilities - TSL) huma obbligazzjonijiet meħudin bl-intenzjoni ta' riakkwist fit-terminu qarib, li huma parti minn portafoll immaniġġjat kollu kemm hu u li għalih hemm xhieda ta’ skema attwali riċenti ta' teħid ta’ profitt għal terminu qasir, apparti obbligazzjonijiet derivattivi;

(c) Assi derivattivi (Derivative Assets - DA) huma derivattivi b’valuri ta’ sostituzzjoni pożittivi mhux identifikati bħala ta' ħħeġġjar jew derivattivi inkorporati;

(d) Obbligazzjonijiet Derivattivi (Derivative Liabilities - DL) huma derivattivi b’valuri ta’ sostituzzjoni negattivi mhux identifikati bħala strumenti għall-iħħeġġjar.

2.           L-assi u l-obbligazzjonijiet tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni u impriżi oħrajn mhux finanzjarji ma jiġux inklużi fil-kalkolu ta' attivitajiet ta' negozjar.

3.           L-ABE tabbozza standards tekniċi ta’ implimentazzjoni biex tistabbilixxi l-metodoloġija għall-kalkolu tal-attivitajiet ta' negozjar imsemmija fil-paragrafu 1 billi tqis id-differenzi fir-reġimi kontabilistiċi applikabbli.

L-ABE tissottometti dawk l-istandards tekniċi regolatorji abbozzati lill-Kummissjoni sa [l-UP idaħħal id-data eżatta xahar mill-jum tal-pubblikazzjoni tar-Regolament.]

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi implimentattivi msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

4.           Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li temenda, permezz ta’ atti ddelegati skont l-Artikolu 35, il-komponenti tal-attivitajiet ta' negozjar imsemmija fil-punti (a) sa (d) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu biex tqis it-tibdil fir-reġimi kontabilistiċi applikabbli.

Artikolu 24

Sottomissjoni ta’ informazzjoni dwar attivitajiet ta' negozjar lill-awtorità kompetenti

1.           L-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 3 jippreżentaw, għall-ewwel darba [l-UP idaħħal data disa' xhur mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan ir-Regolament] u fuq bażi annwali wara dan il-perjodu, l-informazzjoni rilevanti dwar l-ammont totali tal-attivitajiet ta' negozjar tagħhom u l-komponenti tagħhom, kif previst fl-Artikolu 23(1), lill-awtorità kompetenti.

2.           L-ABE tiżviluppa standards tekniċi implimentattivi abbozzati sabiex tiddetermina l-mudell uniformi għar-rapportar imsemmi fil-paragrafu 1 u l-istruzzjonijiet dwar kif jintuża dan il-mudell.

L-ABE tissottometti dawk l-istandards tekniċi regolatorji abbozzati lill-Kummissjoni sa [l-UP idaħħal id-data eżatta xahar mill-jum tal-pubblikazzjoni tar-Regolament.]

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi implimentattivi msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Kapitolu V

Il-konformità

l-ewwel taqsima

Entitajiet

Artikolu 25

Dazji ta’ entitajiet soġġetti għal dan ir-Regolament

1.           L-entitajiet soġġetti għal dan ir-Regolament ikollhom miżuri xierqa fis-seħħ li jippermettu li l-awtoritajiet kompetenti jiksbu l-informazzjoni meħtieġa sabiex jivvalutaw il-konformità ma’ dan ir-Regolament.

2.           L-entitajiet soġġetti għal dan ir-Regolament jipprovdu lill-awtorità kompetenti bl-informazzjoni kollha meħtieġa, inkluża l-informazzjoni meħtieġa għall-valutazzjoni bbażata fuq il-metriċi msemmija fl-Artikolu 9(2), għall-valutazzjoni tal-konformità tagħhom ma’ dan ir-Regolament. Dawk l-entitajiet jiżguraw ukoll li l-mekkaniżmi ta' kontroll intern tagħhom u l-proċeduri amministrattivi u kontabilistiċi jippermettu l-monitoraġġ tal-konformità tagħhom ma' dan ir-Regolament f'kull ħin.

3.           L-entitajiet soġġetti għal dan ir-Regolament jirreġistraw it-tranżazzjonijiet u s-sistemi u l-proċessi tad-dokumenti kollha tagħhom użati għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament b’tali mod li l-awtorità kompetenti tkun tista’ timmonitorja l-konformità ma’ dan ir-Regolament f’kull ħin.

it-tieni taqsima

Awtoritajiet kompetenti

Artikolu 26

Is-setgħat u l-obbligi tal-awtoritajiet kompetenti

1.           Fit-twettiq tal-obbligi mogħtija lilhom skont dan ir-Regolament, l-awtoritajiet kompetenti jeżerċitaw is-setgħat mogħtija lilhom skont il-liġi rilevanti tal-Unjoni.

2.           L-awtorità kompetenti timmonitorja l-attivitajiet tal-entitajiet soġġetti għal dan ir-Regolament, u tivvaluta u tiżgura l-konformità ma’ dan ir-Regolament fuq bażi kontinwa.

3.           L-awtoritajiet kompetenti jkollhom is-setgħa li jitolbu kumpanija prinċipali tal-UE, li ma tkunx entità regolata iżda li jkollha mill-inqas sussidjarja waħda li tkun entità regolata, biex tiżgura li s-sussidjarji rregolati tagħha jkunu konformi ma’ dan ir-Regolament.

4.           Għall-fini ta’ dan ir-Regolament, is-superviżur konsolidant jitqies bħala awtorità kompetenti fir-rigward tal-entitajiet ta' grupp li jappartjenu għall-istess grupp bħall-kumpanija prinċipali tal-UE li jkunu soġġetti għal dan ir-Regolament.

Meta s-sussidjarja ta' kumpanija prinċipali tal-UE tkun stabbilita fi Stat Membru ieħor u kkontrollata minn kontrollur differenti mill-kumpanija prinċipali tal-UE u meta s-sussidjarja tkun sinifikanti skont l-Artikolu 6(4) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013, il-kontrollur konsolidant jikkonsulta l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tas-sussidjarja sinifikanti fir-rigward ta' kull deċiżjoni li għandha tittieħed mill-kontrollur konsolidant skont dan ir-Regolament.

Kapitolu VI

Relazzjonijiet ma' pajjiżi terzi

Artikolu 27

L-ekwivalenza tal-qafas ġuridiku ta’ pajjiż terz

1.           Fuq talba ta’ awtorità kompetenti ta’ Stat Membru jew pajjiż terz, jew fuq l-inizjattiva tagħha stess, il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jiddeterminaw li:

(a) l-arranġamenti ġuridiċi, superviżorji u ta' infurzar ta’ pajjiż terz jiżguraw li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu u l-kumpaniji prinċipali f’dak il-pajjiż terz ikunu konformi mar-rekwiżiti vinkolanti li huma ekwivalenti għar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 6, 10 sa 16 u 20;

(b) il-qafas ġuridiku ta’ dak il-pajjiż terz jipprevedi sistema ekwivalenti effettiva għar-rikonoxximent ta’ miżuri strutturali pprovduti taħt reġimi ta’ liġi nazzjonali ta’ pajjiż terz.

2.           Il-Kummissjoni tista’ temenda jew tirtira d-deċiżjoni tagħha jekk il-kundizzjonijiet li fuq il-bażi tagħhom tkun ittieħdet id-deċiżjoni ma jkunux għadhom soddisfati.

3.           Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 35 ta’ dan ir-Regolament sabiex tistabbilixxi l-kriterji għall-valutazzjoni jekk pajjiż terz u qafas superviżorju humiex ekwivalenti għal dan ir-Regolament.

Il-Kummissjoni tadotta l-att iddelegat [l-UP idaħħal id-data eżatta fi żmien 24 xahar mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament].

4.           L-ABE tistabbilixxi ftehimiet ta’ kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti rilevanti ta’ pajjiżi terzi li l-oqfsa ġuridiċi u superviżorji tagħhom ikunu tqiesu ekwivalenti għal dan ir-Regolament skont il-paragrafi 1 sa 3. Dawn l-arranġamenti jispeċifikaw għall-anqas reġim ta' qsim ta' informazzjoni minima bejn l-awtoritajiet kompetenti rilevanti taż-żewġ ġuriżdizzjonijiet.

Kapitolu VII

Sanzjonijiet u miżuri amministrattivi

Artikolu 28

Sanzjonijiet u miżuri amministrattivi

1.           Mingħajr preġudizzju għas-setgħat superviżorji tal-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 26 u d-dritt tal-Istati Membri li jipprevedu u jimponu sanzjonijiet kriminali, l-Istati Membri, f’konformità mal-liġi nazzjonali, jipprevedu li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom is-setgħa li jimponu sanzjonijiet amministrattivi u miżuri amministrattivi oħrajn fir-rigward ta’ mill-inqas dan il-ksur:

(a) ksur tal-projbizzjoni stabbilita fl-Artikolu 6;

(b) kull manipulazzjoni ta’ informazzjoni li għandha tiġi sottomessa skont l-Artikolu 24(1).

L-Istati Membri jipprevedu lill-awtoritajiet kompetenti s-setgħa li jimponu sanzjonijiet u miżuri amministrattivi fuq istituzzjoni ta’ kreditu u fuq kwalunkwe entità ta’ grupp, inkluża kumpanija azzjonarja ta’ attività mħallta, impriża tal-assigurazzjoni jew impriża tar-riassigurazzjoni.

Meta l-provvedimenti msemmija fl-ewwel subparagrafu japplikaw għal persuni ġuridiċi, f'każ ta’ ksur l-Istati Membri jipprevedu s-setgħa lill-awtoritajiet kompetenti li japplikaw sanzjonijiet, soġġetti għall-kundizzjonijiet stabbiliti fil-liġi nazzjonali, lill-membri tal-korp maniġerjali u lil individwi oħrajn li skont id-dritt nazzjonali huma responsabbli għall-ksur.

2.           Is-sanzjonijiet u l-miżuri amministrattivi meħudin għall-fini tal-paragrafu 1 ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

3.           Meta l-Istati Membri jkunu għażlu li jistabbilixxu sanzjonijiet kriminali għall-ksur tal-provvedimenti msemmija fil-paragrafu 1, huma jiżguraw li l-miżuri xierqa jkunu fis-seħħ sabiex awtorità kompetenti jkollha s-setgħat kollha meħtieġa biex tikkomunika mal-awtoritajiet ġudizzjarji fi ħdan il-ġuriżdizzjoni tagħhom biex jirċievu informazzjoni speċifika relatata ma’ investigazzjonijiet jew proċedimenti kriminali mibdija għal ksur possibbli tal-Artikolu 6 u għal manipulazzjoni tal-informazzjoni li għandha tiġi sottomessa skont 24(1), u biex jiġi pprovdut l-istess lil awtoritajiet kompetenti oħrajn u l-ABE biex jaqdu l-obbligu tagħhom li jikkooperaw ma’ xulxin u, meta rilevanti, mal-ABE għall-finijiet tal-paragrafu 1.

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jikkoperaw ukoll mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħrajn fir-rigward tal-faċilitazzjoni tal-eżerċizzju tas-setgħat ta’ sanzjonar tagħhom.

4.           L-Istati Membri, f’konformità mal-liġi nazzjonali, jagħtu s-setgħa lill-awtoritajiet kompetenti biex japplikaw mill-inqas dawn is-sanzjonijiet u l-miżuri amministrattivi oħrajn f’każ ta’ ksur imsemmi fil-paragrafu 1:

(a) ordni li titlob lill-persuna responsabbli għall-ksur biex tieqaf mill-imġiba llegali u biex ma tirrepetix dik l-imġiba;

(b) l-eliminazzjoni tal-profitti miksuba jew tat-telf evitat minħabba l-ksur, safejn dawn ikunu jistgħu jiġu determinati;

(c) twissija pubblika li tindika l-persuna responsabbli u n-natura tal-ksur;

(d) irtirar jew sospensjoni tal-awtorizzazzjoni;

(e) projbizzjoni temporanja ta’ kull persuna fiżika, li titqies responsabbli, milli teżerċita funzjonijiet ta’ mmaniġġjar ta’ entità msemmija fl-Artikolu 3;

(f) fil-każ ta' ksur ripetut, projbizzjoni permanenti ta’ kull persuna fiżika, li titqies responsabbli, milli teżerċita funzjonijiet ta’ mmaniġġjar f'entità msemmija fl-Artikolu 3;

(g) sanzjonijiet amministrattivi pekunarji massimi ta' mill-inqas tliet darbiet l-ammont tal-profitti miksuba jew it-telf evitat bis-saħħa tal-ksur, meta dawn ikunu jistgħu jiġu ddeterminati;

(h) fir-rigward ta’ persuna fiżika, sanzjoni amministrattiva pekunarja massima ta’ mill-inqas EUR 5 000 000 jew fl-Istati Membri fejn l-euro ma tkunx il-munita uffiċjali, il-valur korrispondenti fil-munita nazzjonali fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament;

(i) fir-rigward ta’ persuni ġuridiċi, sanzjonijiet amministrattivi pekunarji massimi ta’ mill-inqas 10 fil-mija tal-fatturat totali annwali tal-persuna ġuridika skont l-aħħar kontijiet disponibbli approvati mill-korp maniġerjali; meta l-persuna ġuridika tkun impriża prinċipali jew sussidjarja tal-impriża prinċipali li jkollha tħejji kontijiet finanzjarji konsolidati skont id-Direttiva 2013/34/UE, il-fatturat annwali totali rilevanti jkun il-fatturat annwali totali jew it-tip korrispondenti ta' introjtu skont ir-reġim kontabilistiku rilevanti skont l-aħħar kontijiet konsolidati disponibbli approvati mill-korp maniġerjali tal-impriża prinċipali finali.

L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li l-awtoritajiet kompetenti jista' jkollhom setgħat apparti dawk imsemmija f'dan il-paragrafu u jistgħu jipprevedu ambitu aktar mifrux ta’ sanzjonijiet u livelli ta' sanzjonijiet ogħla minn dawk stabiliti f’dan il-paragrafu.

5.           Sa [l-UP idaħħal id-data eżatta 12-il xahar mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament] l-Istati Membri jinnotifikaw ir-regoli dwar il-paragrafu 1 lill-Kummissjoni u lill-ABE. Huma jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-ABE mingħajr dewmien rigward kwalunkwe emenda sussegwenti għalihom.

Artikolu 29

L-eżerċizzju ta’ setgħat u sanzjonijiet superviżorji

1.           L-Istati Membri jiżguraw li, meta jiddeterminaw it-tip u l-livell ta’ sanzjonijiet u miżuri oħrajn amministrattivi, l-awtoritajiet kompetenti jqisu ċ-ċirkustanzi rilevanti kollha, inkluż, fejn xieraq:

(a) is-serjetà u d-dewmien tal-ksur;

(b) il-grad ta’ responsabbiltà tal-persuna responsabbli għall-ksur;

(c) is-saħħa finanzjarja tal-persuna responsabbli għall-ksur, billi jitqiesu fatturi bħall-fatturat totali fil-każ ta’ persuna ġuridika, jew l-introjtu annwali fil-każ ta’ persuna fiżika;

(d) l-importanza tal-profitti miksuba jew it-telf evitat mill-persuna responsabbli għall-ksur, sa fejn ikunu jistgħu jiġu ddeterminati;

(e) il-livell ta’ kooperazzjoni tal-persuna responsabbli għall-ksur mal-awtorità kompetenti, mingħajr preġudizzju għall-ħtieġa li tiġi żgurata l-eliminazzjoni tal-profitti miksuba jew tat-telf evitat minn dik il-persuna;

(f) ksur preċedenti mill-persuna responsabbli għall-ksur;

(g) miżuri meħudin mill-persuna responsabbli mill-ksur sabiex tipprevjeni r-ripetizzjoni tiegħu;

(h) kwalunkwe konsegwenza sistemika potenzjali tal-ksur.

Artikolu 30

Rapportar ta’ ksur

1.           Awtorità kompetenti twaqqaf mekkaniżmi effettivi sabiex tippermetti rapportar ta’ ksur attwali jew potenzjali msemmi fl-Artikolu 28(1).

2.           Il-mekkaniżmi msemmija fil-paragrafu 1 jinkludu mill-inqas:

(a) proċeduri speċifiċi għar-riċevuta ta’ rapporti ta’ ksur u s-segwitu tagħhom, inkluż it-twaqqif ta’ kanali ta’ komunikazzjoni siguri għal tali rapporti;

(b) protezzjoni xierqa għall-persuni li jaħdmu taħt kuntratt ta’ impjieg, li jirrapurtaw ksur jew li jiġu akkużati bi ksur, kontra ritaljazzjoni, diskriminazzjoni jew tipi oħra ta’ trattament inġust;

(c) protezzjoni tad-dejta personali kemm tal-persuna li tirrapporta l-ksur kif ukoll tal-persuna fiżika li allegatament tkun wettqet il-ksur, inkluża l-protezzjoni fir-rigward li tinżamm il-kunfidenzjalità tal-identità tagħha, fl-istadji kollha tal-proċedura mingħajr preġudizzju għad-divulgazzjoni ta’ informazzjoni mitluba mil-liġi nazzjonali fil-kuntest ta’ investigazzjonijiet jew proċeduri ġudizzjarji sussegwenti.

3.           L-Istati Membri jirrikjedu lil min iħaddem biex ikollu proċeduri interni xierqa fis-seħħ għall-impjegati tiegħu biex jirrappurtaw il-ksur imsemmi fl-Artikolu 28(1).

4.           L-Istati Membri jistgħu jipprevedu inċentivi finanzjarji għal persuni li joffru informazzjoni rilevanti dwar ksur potenzjali ta’ dan ir-Regolament skont il-liġi nazzjonali fejn tali persuni ma jkollhomx dmirijiet ġuridiċi jew kuntrattwali preeżistenti li jirrapportaw din l-informazzjoni, u diment li l-informazzjoni tkun ġdida, u li tirriżulta fl-impożizzjoni ta’ sanzjoni jew miżura oħra amministrattiva meħuda għal ksur ta’ dan ir-Regolament jew sanzjoni kriminali.

Artikolu 31

L-iskambju ta’ informazzjoni mal-ABE

1.           L-Istati Membri jipprovdu kull sena lill-ABE b’informazzjoni aggregata rigward il-miżuri u s-sanzjonijiet amministrattivi kollha imposti skont l-Artikolu 28. L-ABE tippubblika din l-informazzjoni f'rapport annwali.

2.           Meta l-Istati Membri jkunu għażlu li jistabbilixxu sanzjonijiet kriminali għall-ksur tal-provvedimenti msemmija fl-Artikolu 28(1), l-awtoritajiet kompetenti tagħhom jipprovdu lill-ABE kull sena b'dejta anonimizzata u aggregata dwar l-investigazzjonijiet kriminali kollha mwettqa u s-sanzjonijiet kriminali imposti. L-ABE tippubblika din l-informazzjoni f'rapport annwali.

3.           Meta l-awtorità kompetenti tkun iddivulgat sanzjonijiet, multi u miżuri amministrattivi oħrajn, kif ukoll sanzjonijiet kriminali lill-pubbliku, fl-istess ħin hija tinnotifika lill-ABE dwarhom.

4.           L-ABE tiżviluppa standards tekniċi ta’ implimentazzjoni abbozzati sabiex tiddetermina l-proċeduri u l-formoli għall-iskambju ta’ informazzjoni kif imsemmi fil-paragrafi 1 u 2.

L-ABE tissottometti dawk l-istandards tekniċi regolatorji abbozzati lill-Kummissjoni [l-UP idaħħal id-data eżatta 12-il xahar mill-jum tal-pubblikazzjoni tar-Regolament.]

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi implimentattivi msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 32

Pubblikazzjoni ta’ deċiżjonijiet

1.           Soġġetta għat-tielet subparagrafu, awtorità kompetenti tippubblika kull deċiżjoni li timponi sanzjoni amministrattiva jew miżura oħra fir-rigward ta' ksur tal-Artikolu 6 u biex jiġi mmanipulat ir-rapportar finanzjarju msemmi fl-Artikolu 28(1) fuq il-websajt tagħha immedjatament wara li l-persuna soġġetta għal dik id-deċiżjoni tiġi infurmata b'dik id-deċiżjoni.

L-informazzjoni ppubblikata skont l-ewwel subparagrafu tispeċifika għall-inqas it-tip u n-natura tal-ksur u l-identità tal-persuna soġġetta għad-deċiżjoni.

L-ewwel u t-tieni subparagrafi ma japplikawx għad-deċiżjonijiet li jimponu miżuri li huma ta' natura investigatorja.

Meta awtorità kompetenti tqis, wara valutazzjoni ta' każ b’każ, li l-pubblikazzjoni tal-identità tal-persuna ġuridika soġġetta għad-deċiżjoni, jew id-dejta personali ta’ persuna fiżika, tkun sproporzjonata, jew meta tali pubblikazzjoni tippreġudika investigazzjoni li tkun għaddejja jew l-istabbiltà tas-swieq finanzjarji jew investigazzjoni li tkun għaddejja, hija tagħmel waħda minn dawn li ġejjin:

(a) tiddefferixxi l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni sakemm ir-raġunijiet għal dak id-diferiment ma jibqgħux jeżistu;

(b) tippubblika d-deċiżjoni fuq bażi anonima b’mod li huwa skont il-liġi nazzjonali meta din il-pubblikazzjoni tiżgura l-protezzjoni effettiva tad-dejta personali kkonċernata u, fejn xieraq, tipposponi l-pubblikazzjoni tad-dejta rilevanti għal perjodu ta’ żmien raġonevoli fejn huwa prevedibbli li r-raġunijiet għal pubblikazzjoni anonima ma jibqgħux jeżistu matul dak il-perjodu;

(c) ma tippubblikax id-deċiżjoni fil-każ li l-awtorità kompetenti tkun tal-opinjoni li l-pubblikazzjoni skont il-punt (a) jew (b) ma tkunx biżżejjed biex tiżgura:

(i)      li l-istabbiltà tas-swieq finanzjarji ma tiġix ipperikolata;

(ii)     il-proporzjonalità tal-pubblikazzjoni ta’ dawn id-deċiżjonijiet fir-rigward ta’ miżuri li jitqiesu ta’ natura minuri.

2.           Meta d-deċiżjoni tkun soġġetta għal appell quddiem awtorità nazzjonali ġudizzjarja, amministrattiva jew awtorità oħra, awtorità kompetenti tippubblika wkoll fuq il-websajt tagħha immedjatament din l-informazzjoni u kull informazzjoni sussegwenti dwar ir-riżultat ta’ dan l-appell. Barra minn hekk, kull deċiżjoni li tannulla deċiżjoni soġġetta għal appell tiġi ppubblikata wkoll.

3.           Awtorità kompetenti tiżgura li kull deċiżjoni li tiġi ppubblikata skont dan l-Artikolu tibqa’ fuq il-websajt tagħha għal perjodu ta’ mill-inqas ħames snin mill-pubblikazzjoni tagħha. Id-dejta personali li tinsab f'dawk id-deċiżjonijiet tinżamm fuq il-websajt tal-awtorità kompetenti għall-perjodu li hu meħtieġ skont ir-regoli applikabbli dwar il-protezzjoni tad-dejta biss.

Kapitolu VIII

Rapporti u rieżami

Artikolu 33

Rapporti mill-ABE

L-ABE, b’kooperazzjoni mal-ESMA, tħejji dawn ir-rapporti u tippreżentahom lill-Kummissjoni fi [l-UP idaħħal id-data eżatta, 12-il xahar mill-pubblikazzjoni tar-Regolament.]:

(a) rapport dwar limitu possibbli tal-metriċi fil-punti (a) sa (h) fl-Artikolu 9(2) u t-tipi ta’ titolizzazzjoni li fil-fehma tal-ABE mhumiex ta’ theddida għall-istabbiltà finanzjarja tal-istituzzjoni ta’ kreditu prinċipali jew għas-sistema finanzjarja tal-Unjoni;

(b) rapport dwar jekk tipi oħra ta’ derivattivi u tipi oħra ta’ strumenti finanzjarji minn dawk elenkati fl-Artikolu 11(1) għandhomx jiġu inklużi għall-fini tal-immaniġġjar prudenti tar-riskju proprju ta' istituzzjoni ta’ kreditu prinċipali;

(c) rapport dwar jekk strumenti finanzjarji oħrajn għal finijiet ta’ ħħeġġjar għajr dawk elenkati fl-Artikolu 12(1) jistgħux jitħallew jinbiegħu lill-klijenti u l-proporzjon ta’ rekwiżiti ta’ fondi proprji li 'l fuq minnhom id-derivattivi ma jistgħux jinbiegħu kif imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 12(2).

Artikolu 34

Rieżami

Fuq bażi regolari, il-Kummssjoni timmonitorja l-effett tar-regoli stabbiliti f’dan ir-Regolament fir-rigward tal-kisba tal-objettivi msemmija fl-Artikolu 1 dwar l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja tal-Unjoni kollha kemm hi, filwaqt li jitqiesu l-iżviluppi tal-istruttura tas-suq kif ukoll l-iżvilupp u l-attivitajiet tal-entitajiet irregolati minn dan ir-Regolament, u tagħmel kwalunkwe proposta xierqa. B’mod partikolari, ir-rieżami jiffoka fuq l-applikazzjoni tal-limiti stabbiliti msemmija fl-Artikolu 3, l-applikazzjoni u l-effettività tal-projbizzjoni prevista fl-Artikolu 6, l-ambitu tal-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 8 u l-adegwatezza tal-metriċi stabbiliti fl-Artikolu 9. Sal-1 ta’ Jannar 2020 u b’mod regolari minn hemm’ il quddiem, wara li jitqiesu l-opinjonijiet tal-awtoritajiet kompetenti, il-Kummissjoni tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, inklużi l-kwistjonijiet imsemmija hawn fuq, jekk xieraq akkumpanjati minn proposta leġiżlattiva.

Kapitolu IX

Dispożizzjonijiet finali

Artikolu 35

Eżerċizzju ta' setgħat iddelegati

1.           Is-setgħa tal-adozzjoni tal-atti ddelegati tingħata lill-Kummissjoni soġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.           Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 6(6), 8(3), 10(5), 11(3), 12(2), 15(2), it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 16, l-Artikoli 23(4) u 27(3) tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ żmien indeterminat mid-data msemmija fl-Artikolu 38.

3.           Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 6(6), 8(3), 10(5), 11(3), 12(2), 15(2), it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 16, l-Artikolu 23(4) u 27(3) tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Id-deċiżjoni tar-revoka ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Hija tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data sussegwenti li tkun speċifikata fiha. Din ma taffettwax il-validità ta’ kwalunkwe att iddelegat diġà fis-seħħ.

4.           Hekk kif tadotta att iddelegat, il-Kummissjoni tinnotifikah fl-istess waqt lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5.           Att iddelegat adottat skont l-Artikoli 6(6), 8(3), 10(5), 11(3), 12(2), 15(2), it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 16, l-Artikolu 23(4) u 27(3) jidħlu fis-seħħ biss jekk ma tiġi espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill f'perjodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu jiġi estiż b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 36

Id-dħul fis-seħħ u d-data tal-applikazzjoni

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa japplika mid-data tad-dħul fis-seħħ, bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 6 li japplika [l-UP idaħħal id-data eżatta, 18-il xahar mill-pubblikazzjoni ta’ dan ir-Regolament] u l-Artikoli 13 sa 18 u 20 li japplikaw [l-UP idaħħal id-data eżatta, 36 xahar mill-pubblikazzjoni ta’ dan ir-Regolament].

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew                            Għall-Kunsill

Il-President                                                    Il-President

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.           QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

              1.1.    Titolu tal-proposta/inizjattiva

              1.2.    Qasam/oqsma tal-politika konċernat(i) fl-istruttura ABM/ABB

              1.3.    Natura tal-proposta/inizjattiva

              1.4.    Objettiv(i)

              1.5.    Raġunijiet għall-proposta/inizjattiva

              1.6.    Tul taż-żmien u impatt finanzjarju

              1.7.    Metodu/i ta’ immaniġġjar previst(i)

2.           MIŻURI TA’ ĠESTJONI

              2.1.    Regoli dwar il-monitoraġġ u r-rapportar

              2.2.    Sistema ta' ġestjoni u kontroll

              2.3.    Miżuri għall-prevenzjoni ta' frodi u ta' irregolaritajiet

3.           IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

              3.1.    L-intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-intestatura/i tal-baġit affettwat(i)

              3.2.    Impatt stmat fuq in-nefqa

              3.2.1. Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa

              3.2.2. Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali

              3.2.3. Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta' natura amministrattiva

              3.2.4. Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali

              3.2.5. Kontribuzzjonijiet minn partijiet terzi

              3.3.    Impatt stmat fuq id-dħul

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.           QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

1.1.        Titolu tal-proposta/inizjattiva

Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar miżuri strutturali li jtejbu r-reżiljenza tal-banek tal-UE

1.2.        Qasam/oqsma tal-politika konċernat(i) fl-istruttura ABM/ABB[43]

Suq Intern – Swieq Finanzjarji

1.3.        Natura tal-proposta/inizjattiva

ý Il-proposta/inizjattiva hija relatata ma’ azzjoni ġdida

1.4.        Objettiv(i)

1.4.1.     L-objettiv(i) strateġiku/ċi pluriennali tal-Kummissjoni mmirat(i) bil-proposta/inizjattiva

Kontribuzzjoni biex jitnaqqsu r-riskji għall-istabbiltà finanzjarja u tiġi stabbilita mill-ġdid il-fiduċja tal-investituri u ta’ parteċipanti oħra fis-swieq finanzjarji

1.4.2.     Objettiv(i) speċifiku/ċi u l-attività/ajiet tal-ABM/ABB ikkonċernata/i

Fid-dawl tal-objettivi ġenerali ta’ hawn fuq, ir-regolament għandu l-għan li jipprevjeni r-riskju sistemiku, l-istress finanzjarju jew il-falliment tal-banek kbar, kumplessi u interkonnessi u li jintlaħqu għadd ta’ objettivi:

· Biex jitnaqqas it-teħid ta’ riskju eċċessiv fi ħdan l-istituzzjoni ta’ kreditu;

· Biex jitneħħew il-kunflitti ta’ interess materjali bejn il-partijiet differenti tal-istituzzjoni ta’ kreditu;

· Biex tiġi evitata l-allokazzjoni ħażina ta’ riżorsi u li jitħeġġeġ is-self għall-ekonomija reali;

· Biex jiġu żgurati kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni mhux imxekkla għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu kollha fi ħdan is-suq intern;

· Biex titnaqqas l-interkonnettività fi ħdan is-settur finanzjarju li twassal għal riskju sistemiku;

· Biex jiġu ffaċilitati l-immaniġġjar, il-monitoraġġ u s-superviżjoni tal-istituzzjoni ta’ kreditu; u

· Biex tiġi ffaċilitata r-riżoluzzjoni u l-irkupru tal-grupp b’mod ordnat.

1.4.3.     Riżultat(i) mistenni(ja) u l-impatt

Speċifika l-effetti li l-proposta/inizjattiva għandu jkollha fuq il-benefiċjarji/gruppi fil-mira.

It-tnaqqis tat-teħid ta’ riskju eċċessiv fi ħdan l-istituzzjoni ta’ kreditu;

It-tnaqqis tal-kunflitti ta’ interess bejn il-partijiet differenti tal-istituzzjoni ta’ kreditu;

It-tnaqqis tal-allokazzjoni ħażina ta’ riżorsi u aktar self għall-ekonomija reali;

Anqas distorsjoni tal-kompetizzjoni fis-suq intern;

Anqas interkonnettività fi ħdan is-settur finanzjarju;

Aktar immaniġġjar, monitoraġġ u superviżjoni effiċjenti ta' istituzzjoni ta’ kreditu;

Aktar riżoluzzjoni b’mod ordnat u rkupru tal-akbar u l-aktar gruppi bankarji kumplessi.

1.4.4.     Indikaturi tar-riżultati u tal-impatt

Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.

Indikaturi rilevanti li jivvalutaw il-proposta jistgħu jinkludu:

· L-għadd u d-daqs tal-banek soġġetti għal rekwiżiti ta' separazzjoni strutturali;

· L-allokazzjoni ta’ attivitajiet għal entità li tieħu d-depożiti u entità ta' negozjar;

· Il-volumi ta’ tranżazzjonijiet, firxiet jew likwidità fis-swieq rilevanti;

· Tendenzi f’ishma tas-suq ta’ banek soġġetti għal separazzjoni strutturali;

· Il-konċentrazzjoni tas-suq f’attivitajiet soġġetti għal separazzjoni strutturali;

· Parteċipanti ġodda f’attivitajiet soġġetti għal separazzjoni strutturali;

· Tendenzi fil-profitabbiltà tas-suq ta’ banek soġġetti għal separazzjoni strutturali;

· Miżuri tad-daqs tas-sussidji pubbliċi impliċiti;

· Miżuri tal-vantaġġ ta’ spejjeż għall-finanzjament tal-banek TBTF;

· Miżuri ta’ attivitajiet ta' negozjar u ta’ self minn banek TBTF.

1.5.        Raġunijiet għall-proposta/inizjattiva

1.5.1.     Rekwiżit(i) li jrid(u) jiġi/u ssodisfat(i) fi żmien qasir jew fit-tul

Mill-bidu tal-kriżi finanzjarja, l-Unjoni Ewropea (l-"UE") u l-Istati Membri tagħha impenjaw ruħhom f'tiġdid fundamentali tar-regolamentazzjoni u s-superviżjoni bankarja.

Fil-qasam tal-ibbankjar, l-UE bdiet għadd ta’ riformi biex tiżdied ir-reżiljenza tal-banek u jitnaqqas l-impatt ta’ fallimenti potenzjali tal-banek, bl-għanijiet li tinħoloq sistema finanzjarja aktar sikura, soda, trasparenti u responsabbli li taħdem għall-ekonomija u s-soċjetà kollha kemm hi (ara b’mod partikolari r-Regolament u d-Direttiva ġodda dwar ir-Rekwiżit ta' Kapital (“CRR”/“CRDIV”) kif ukoll id-Direttiva proposta għall-Irkupru u r-Riżoluzzjoni tal-Banek (il-“BRRD”).

Madankollu, is-settur bankarju tal-UE u l-banek individwali jibqgħu kbar f’termini assoluti kif ukoll relattivi. L-akbar banek huma wkoll aktar attivi f’attivitajiet ta' negozjar kumplessi aktar attivi b'mod transfruntier permezz ta’ numru għoli ħafna ta’ entitajiet ġuridiċi.

Għaldaqstant, diversi Stati Membri tal-UE kif ukoll pajjiżi terzi marru lil hinn u wettqu, jew qegħdin fil-proċess li jwettqu, riformi strutturali tas-setturi bankarji rispettivi tagħhom biex jindirizzaw it-tħassib relatat mal-akbar u l-aktar istituzzjonijiet finanzjarji kumplessi. Anke istituzzjonijiet internazzjonali bħall-G20, il-Bord għall-Istabbiltà Finanzjarja, il-Bank għall-Ħlasijiet Internazzjonali, il-Fond Monetarju Internazzjonali, u l-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi enfasizzaw ir-rwol ta’ riformi bħal dawn fir-rigward ta', pereżempju, ir-riżolvibbiltà u sejħu għal dibattitu wiesa' u globali dwar mudelli ta’ negozju tal-banek.

1.5.2.     Valur miżjud tal-involviment tal-UE

Fid-dawl ta’ dawn l-iżviluppi, hemm ġustifikazzjoni qawwija li tittieħed azzjoni fil-livell tal-UE. Filwaqt li r-riformi nazzjonali ġeneralment għandhom l-istess għan, dawn ivarjaw fid-dettalji. Dan joħloq deċiżjonijiet ta' stabbiliment, hekk kif il-banek TBTF jistgħu jittrasferixxu, jew jillokalizzaw, l-attivitajiet fi Stat Membru ieħor. Għaldaqstant, reazzjoni komuni tal-UE tkun reazzjoni aktar effettiva. Il-ħtieġa għal regoli uniformi hija partikolarment importanti għall-unjoni bankarja sabiex jiġu ffaċilitati l-kompiti superviżorji tal-MSU u l-azzjonijiet tar-riżoluzzjoni tal-MUR.

1.5.3.     Tagħlimiet minn esperjenzi simili fil-passat

mhux applikabbli

1.5.4.     Il-kompatibbiltà u s-sinerġija possibbli ma' strumenti oħra xierqa

L-UE diġà bdiet għadd ta’ riformi biex tiżdied ir-reżiljenza tal-banek u biex titnaqqas il-probabbiltà u l-impatt ta’ falliment ta’ banek. Dawn ir-riformi jinkludu miżuri biex tissaħħaħ is-solvenza tal-banek (ir-rekwiżiti tal-kapital u tal-likwidità li huma parti mill-pakkett CRR/CRDIV); miżuri biex tissaħħaħ ir-riżolvibbiltà tal-banek (il-BRRD proposta); miżuri biex jiġu ggarantiti aħjar id-depożiti (ir-reviżjoni tad-direttiva dwar l-Iskemi ta’ Garanzija tad-Depożiti (is-“SGD”); miżuri biex tittejjeb it-trasparenza u jiġu indirizzati r-riskji tad-derivattivi u biex jittejbu l-infrastrutturi tas-suq (ir-Regolament dwar l-Infrastruttura tas-Suq Ewropew (European Market Infrastructure Regulation - “EMIR”) u reviżjonijiet relatati mad-Direttiva dwar is-Swieq fl-Istrumenti Finanzjarji (Markets in Financial Instruments Directive - “MiFID”)). Barra minn hekk, biex jinkiser iċ-ċiklu vizzjuż negattiv bejn ir-riskji sovrani u dawk bankarji u biex terġa’ tinkiseb il-kunfidenza fl-euro u s-sistema bankarja, il-Kummissjoni Ewropea sejħet għal aktar żvilupp ta’ Unjoni Bankarja, li tibni fuq ġabra unika ta’ regoli li se tkun applikabbli għall-banek kollha fl-UE kollha. Dan jinkludi Mekkaniżmu Superviżorju Uniku (“MSU”) u Mekkaniżmu Uniku ta' Riżoluzzjoni (“MUR"), li se jkunu obbligatorji għall-membri taż-żona tal-euro iżda miftuħa għal parteċipazzjoni volontarja għall-Istati Membri l-oħrajn kollha.

Minkejja din l-aġenda ta’ riforma mifruxa, hemm bżonn ta’ aktar miżuri li jnaqqsu l-probabilità u l-impatt ta’ falliment ta’ banek TBTF. Dawn il-miżuri għandhom appoġġ globali, kif jixhdu d-dikjarazzjonijiet riċenti mill-mexxejja u l-ministri tal-G20.

Fir-rigward tal-impatt ta’ falliment, l-implimentazzjoni tal-BRRD se twitti t-triq għar-riżoluzzjoni ordnata ta’ banek normali tal-UE u b’hekk tnaqqas b’mod sinifikanti l-impatt tal-falliment ta’ dawn il-banek fuq il-finanzi pubbliċi. Is-setgħat tar-riżoluzzjoni se jkunu ta’ sfida biex il-banek TBTF jeżerċitawhom, minħabba l-karti bilanċjali u l-istrutturi korporattivi partikolarment kbar, kumplessi u integrati. B'riżultat ta' dan, filwaqt li l-potenzjal għal appoġġ pubbliku huwa ċertament imnaqqas, jista’ xorta jagħti l-każ li ma jitneħħiex jekk is-setgħat ma jiġux applikati bis-sħiħ fil-każijiet kollha. Galdaqstant, l-impatt ta’ falliment ta’ bank kbir u kumpless jista' xorta jibqa’ sinifikanti. Dan kollu jista’ jispjega l-perċezzjonijiet tas-suq tas-sussidji impliċiti li jifdal u jitlob għal aktar ċarezza fir-rigward ta’ miżuri strutturali addizzjonali potenzjali. Riforma strutturali żżid l-opzjonijiet disponibbli għall-awtoritajiet meta jiġu trattat l-gruppi bankarji f'falliment. Billi tiżdied il-kredibbiltà tar-riżoluzzjoni ordnata, hija ttejjeb ukoll id-dixxiplina fis-suq u d-dinamiċi ex ante tal-karti bilanċjali tal-banek. Ir-riformi strutturali jistgħu jagħmlu s-setgħat mogħtija ġodda fil-BRRD aktar effettivi għall-banek TBTF, billi l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jittrattaw karti bilanċjali separati, segregati u aktar sempliċi. Dan jagħmilha aktar faċli li l-entitajiet differenti ta’ grupp bankarju jiġu mmonitorjati u vvalutati u titkabbar il-firxa ta’ opzjonijiet għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni. Miżuri addizzjonali għal banek TBTF ikunu konformi mal-prinċipju tal-proporzjonalità tal-BRRD.

1.6.        Tul taż-żmien u impatt finanzjarju

ý Proposta/inizjattiva ta' tul taż-żmien illimitat

Dħul fis-seħħ u bidu ta’ applikazzjoni previsti għall-2015/2017 b'konformità mal-projbizzjoni ta' negozjar proprjetarju minn Jannar 2017 u r-rekwiżiti tas-separazzjoni potenzjali minn Lulju 2018.

1.7.        Il-mod(i) ta’ mmaniġġjar ippjanat(i)[44]

Mill-baġit tal-2014

¨ Maniġment dirett mill-Kummissjoni

– ¨ mid-dipartimenti tagħha, inkluż mill-istaff tagħha fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;

– ¨  mill-aġenziji eżekuttivi;

¨ Maniġment kondiviż mal-Istati Membri

ý Maniġment indirett permezz tad-delega ta' kompiti ta' implimentazzjoni lil:

– ¨ pajjiżi terzi jew il-korpi nnominati minnhom;

– ¨ organizzazzjonijiet internazzjonali u l-aġenziji tagħhom (għandhom jiġu speċifikati);

– ¨il-BEI u l-Fond Ewropew tal-Investiment;

– ¨ korpi msemmijin fl-Artikoli 208 u 209 tar-Regolament Finanzjarju;

– ¨korpi tal-liġi pubblika;

– ¨ korpi rregolati mil-liġi privata b'missjoni ta’ servizz pubbliku safejn jipprovdu garanziji finanzjarji xierqa;

– ¨ korpi rregolati mil-liġi privata ta’ Stat Membru li jkunu fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika privata u li jipprovdu garanziji finanzjarji xierqa;

– ¨ persuni fdati bl-implimentazzjoni ta' azzjonijiet speċifiċi fil-PESK skont it-Titolu V tat-TUE u identifikati fl-att bażiku rilevanti.

– Jekk jiġi indikat aktar minn metodu wieħed ta' ġestjoni, jekk jogħġbok agħti d-dettalji fit-taqsima tal-"Kummenti".

Kummenti

L-ABE hija aġenzija regolatorja li taġixxi taħt is-sorveljanza tal-Kummissjoni.

2.           MIŻURI TA’ MANIĠMENT

2.1.        Regoli dwar il-monitoraġġ u r-rapportar

Il-proposta tipprevedi li l-Kummissjoni għandha tirrevedi l-effettività tal-miżuri proposti fuq bażi perjodika.

2.2.        Sistema ta' maniġment u kontroll

2.2.1.     Riskju/i identifikat/i

Fir-rigward tal-użu ġuridiku, ekonomiku, effiċjenti u effettiv tal-approprjazzjonijiet li jirriżultaw mill-proposta, huwa mistenni li l-proposta ma toħloqx riskji ġodda li ma jkunux attwalment koperti mill-qafas ta' kontroll intern eżistenti tal-ABE.

2.2.2.     Informazzjoni li tikkonċerna s-sistema stabbilita ta’ kontroll intern

mhux applikabbli

2.2.3.     Stima tal-kosti u tal-benefiċċji tal-kontrolli u valutazzjoni tal-livell mistenni tar-riskju ta’ żball

mhux applikabbli

2.3.        Miżuri għall-prevenzjoni ta' frodi u ta' irregolaritajiet

Għall-finijiet tal-ġlieda kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kwalunkwe attività illegali oħra, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Mejju 1999 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF) għandhom japplikaw għall-ABE mingħajr l-ebda restrizzjoni.

L-ABE taċċedi għall-Ftehim Interistituzzjonali tal-25 ta' Mejju 1999 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej dwar l-investigazzjonijiet interni mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u tadotta minnufih dispożizzjonijiet xierqa għall-persunal kollu tal-ABE.

Id-deċiżjonijiet ta' finanzjament u l-ftehimiet u l-istrumenti ta' implimentazzjoni li jirriżultaw minnhom jistipulaw espliċitament li l-Qorti tal-Awdituri u l-OLAF jistgħu, jekk ikun hemm bżonn, iwettqu verifiki fuq il-post fuq il-benefiċjarji ta' fondi żborzati mill-ABE kif ukoll fuq il-persunal responsabbli mill-allokazzjoni ta' dawn il-fondi.

L-Artikoli 64 u 65 tar-Regolament li jistabbilixxi l-ABE stipulaw id-dispożizzjonijiet dwar l-implimentazzjoni u l-kontroll tal-baġit tal-ABE u r-regoli finanzjarji applikabbli.

3.           IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

3.1.        L-intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-intestatura/i tal-baġit affettwat(i)

· L-intestaturi baġitjarji eżistenti

Skont l-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linji baġitarji.

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali || Linja baġitarja || Tip ta’ nefqa || Kontribuzzjoni

|| Diff./mhux diff. ([45]) || minn pajjiżi tal-EFTA[46] || minn pajjiżi kandidati[47] || minn pajjiżi terzi || skont it-tifsira tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju

1.a || 12.0302 Awtorità Bankarja Ewropea (ABE) || DIFF || IVA || IVA || LE || LE

· Linji baġitarji ġodda mitluba

3.2.        Impatt stmat fuq in-nefqa

Din l-inizjattiva leġiżlattiva se jkollha dawn l-impatti fuq l-infiq:

· Il-kiri ta’ żewġ aġenti temporanji (AT) tal-ABE (2 AT minn Jannar 2016) — Ara l-Anness għal aktar informazzjoni dwar ir-rwoli tagħhom u l-mod kif il-kosti tagħhom ġew ikkalkulati (li minnhom 40 % se jkunu ffinanzjati mill-UE u 60 % mill-Istati Membri).

· Il-kompiti l-ġodda jitwettqu bir-riżorsi umani disponibbli fl-allokazzjoni tal-baġit annwali, fid-dawl tal-limiti baġitarji li huma applikabbli għall-korpi kollha tal-UE u f'konformità mal-ipprogrammar finanzjarju għall-aġenziji. B'mod partikulari, ir-riżorsi meħtieġa mill-aġenzija għall-kompiti l-ġodda se jkunu konsistenti u kompatibbli mal-ipprogrammar ta' riżorsi umani u finanzjarji għall-ABE stabbilit permezz tal-Komunikazzjoni riċenti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill – L-ipprogrammar ta' riżorsi umani u finanzjarji għall-aġenziji deċentralizzati 2014-2020" (COM(2013)519).

3.2.1.     Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa

EUR miljuni (sa 3 punti deċimali)

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali || Numru || 1a Tkabbir Intelliġenti u Inklużiv – Koeżjoni Ekonomika, Soċjali u Territorjali

DĠ: MARKT || || || 2014 || 2015 || 2016 || 2017 || 2018 || 2019 || 2020 || AMMONT TOTALI

Ÿ Approprjazzjonijiet operazzjonali || || || || || || || ||

12.0302 Awtorità Bankarja Ewropea (ABE) || Impenji || (1) || 0,00 || 0,00 || 0,16 || 0,15 || 0,15 || 0,15 || 0,15 || 0,76

Ħlasijiet || (2) || 0,00 || 0,00 || 0,16 || 0,15 || 0,15 || 0,15 || 0,15 || 0,76

Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għall-programmi speċifiċi[48] || || || || || || || ||

Numru tal-linja baġitarja || || (3) || || || || || || || ||

TOTAL tal-approprjazzjonijiet għal DĠ MARKT || Impenji || =1+1a +3 || 0,00 || 0,00 || 0,16 || 0,15 || 0,15 || 0,15 || 0,15 || 0,76

Pagamenti || =2+2a +3 || 0,00 || 0,00 || 0,16 || 0,15 || 0,15 || 0,15 || 0,15 || 0,76

Ÿ TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali || Impenji || (4) || || || || || || || ||

Pagamenti || (5) || || || || || || || ||

Ÿ TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta' natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi || (6) || || || || || || || ||

TOTAL tal-approprjazzjonijiet għall-INTESTATURA 1.a tal-qafas finanzjarju pluriennali || Impenji || =4+ 6 || 0,00 || 0,00 || 0,16 || 0,15 || 0,15 || 0,15 || 0,15 || 0,76

Pagamenti || =5+ 6 || 0,00 || 0,00 || 0,16 || 0,15 || 0,15 || 0,15 || 0,15 || 0,76

Pagamenti || =5+ 6 || || || || || || || ||

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali || 5 || "Nefqa amministrattiva"

EUR miljuni (sa 3 punti deċimali)

|| || || Sena N || Sena N+1 || Sena N+2 || Sena N+3 || Daħħal kemm-il sena jkun hemm bżonn biex turi t-tul taż-żmien tal-impatt (ara l-punt 1.6) || AMMONT TOTALI

DĠ: ||

Ÿ Riżorsi umani || || || || || || || ||

Ÿ Infiq amministrattiv ieħor || || || || || || || ||

TOTAL DĠ <…….> || Approprjazzjonijiet || || || || || || || ||

TOTAL tal-approprjazzjonijiet għall-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali || (Total tal-impenji = Total tal-ħlasijiet) || || || || || || || ||

EUR miljuni (sa 3 punti deċimali)

|| || || Sena N[49] || Sena N+1 || Sena N+2 || Sena N+3 || Daħħal kemm-il sena jkun hemm bżonn biex turi t-tul taż-żmien tal-impatt (ara l-punt 1.6) || AMMONT TOTALI

TOTAL tal-approprjazzjonijiet skont l-INTESTATURI 1 sa 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali || Impenji || || || || || || || ||

Pagamenti || || || || || || || ||

3.2.2.     Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operattivi

– ¨ Il-proposta/inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta' approprjazzjonijiet operazzjonali

– ý  Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-użu ta' approprjazzjonijiet operazzjonali, kif spjegat hawn taħt:

Approprjazzonijiet ta’ impenn f’miljuni ta' EUR (sa 3 punti deċimali)

Indika l-għanijiet u r-riżultati ò || || || Sena N || Sena N+1 || Sena N+2 || Sena N+3 || Daħħal kemm-il sena jkun hemm bżonn biex turi t-tul taż-żmien tal-impatt (ara l-punt 1.6) || AMMONT TOTALI

RIŻULTATI

Tip[50] || Kost medju || Nru || Spiża || Nru || Spiża || Nru || Spiża || Nru || Spiża || Nru || Spiża || Nru || Spiża || Nru || Spiża || Nru totali || Spiża totali

GĦAN SPEĊIFIKU Nru 1[51] ... || || || || || || || || || || || || || || || ||

— Riżultat || || || || || || || || || || || || || || || || || ||

— Riżultat || || || || || || || || || || || || || || || || || ||

— Riżultat || || || || || || || || || || || || || || || || || ||

Subtotal għall-objettiv speċifiku Nru 1 || || || || || || || || || || || || || || || ||

GĦAN SPEĊIFIKU NRU 2 ... || || || || || || || || || || || || || || || ||

— Riżultat || || || || || || || || || || || || || || || || || ||

Subtotal għall-objettiv speċifiku Nru 2 || || || || || || || || || || || || || || || ||

SPEJJEŻ TOTALI || || || || || || || || || || || || || || || ||

3.2.3.     Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta' natura amministrattiva

3.2.3.1.  Sommarju

– ý  Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta' approprjazzjonijiet ta' natura amministrattiva

– ¨  Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta' approprjazzjonijiet ta' natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt:

EUR miljuni (sa 3 punti deċimali)

|| Sena N[52] || Sena N+1 || Sena N+2 || Sena N+3 || Daħħal kemm-il sena jkun hemm bżonn biex turi t-tul taż-żmien tal-impatt (ara l-punt 1.6) || AMMONT TOTALI

INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali || || || || || || || ||

Riżorsi umani || || || || || || || ||

Infiq amministrattiv ieħor || || || || || || || ||

Subtotal tal-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali || || || || || || || ||

Barra mill-INTESTATURA 5[53] tal-qafas finanzjarju pluriennali || || || || || || || ||

Riżorsi umani || || || || || || || ||

Infiq ieħor ta' natura amministrattiva || || || || || || || ||

Subtotal barra mill-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali || || || || || || || ||

AMMONT TOTALI || || || || || || || ||

L-approprjazzjonijiet tar-riżorsi umani meħtieġa se jiġu ssodisfati mill-approprjazzjonijiet tad-DĠ li diġà huma assenjati lill-ġestjoni tal-azzjoni u/jew ġew allokati mill-ġdid fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista' tingħata lid-DĠ ta' ġestjoni skont il-proċedura ta' allokazzjoni annwali u fid-dawl tar-restrizzjonijiet baġitarji.

3.2.3.2.  Rekwiżiti stmati ta' riżorsi umani

– ý Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani

– ¨  Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-użu ta' riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:

L-istima għandha tiġi espressa f’unitajiet ekwivalenti għal full time

|| || Sena N || Sena N+1 || Sena N+2 || Sena N+3 || Daħħal kemm-il sena jkun hemm bżonn biex turi t-tul taż-żmien tal-impatt (ara l-punt 1.6)

|| Ÿ Karigi fil-pjan ta' stabbiliment (uffiċjali u persunal temporanju) || ||

|| XX 01 01 01 (Kwartieri Ġenerali u Uffiċċji ta’ Rappreżentanza tal-Kummissjoni) || || || || || || ||

|| XX 01 01 02 (Delegazzjonijiet) || || || || || || ||

|| XX 01 05 01 (Riċerka indiretta) || || || || || || ||

|| 10 01 05 01 (Riċerka diretta) || || || || || || ||

Ÿ Persunal estern (f’unità Ekwivalenti għal Full-Time: FTE)[54] ||

|| XX 01 02 01 (CA, SNE, INT mill-“pakkett globali”) || || || || || || ||

|| XX 01 02 02 (CA, LA, SNE, INT u JED fid-delegazzjonijiet) || || || || || || ||

|| XX 01 04 yy[55] || - fil-Kwartieri Ġenerali || || || || || || ||

|| - Delegazzjonijiet || || || || || || ||

|| XX 01 05 02 (CA, SNE, INT - Riċerka indiretta) || || || || || || ||

|| 10 01 05 02 (CA, INT, SNE - Riċerka Diretta) || || || || || || ||

|| Linji baġitarji oħrajn (speċifika) || || || || || || ||

|| AMMONT TOTALI || || || || || || ||

XX huwa l-qasam ta' politika jew it-titolu tal-baġit ikkonċernat.

Ir-riżorsi umani meħtieġa se jintlaħqu mill-uffiċjali tad-DĠ li huma diġà assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà ngħataw kariga band'oħra fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma' xi allokazzjoni addizzjonali li tista' tingħata lid-DĠ li jkun qed imexxi l-azzjoni skont il-proċedura ta' allokazzjoni annwali u fid-dawl tar-restrizzjonijiet baġitarji.

Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu:

Uffiċjali u persunal temporanju ||

Persunal estern ||

3.2.4.     Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali

– ý Il-proposta/inizjattiva hija kompatibbli mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali.

– Ir-riżorsi meħtieġa mill-ABE għall-kompiti l-ġodda se jkunu konsistenti u kompatibbli mal-QFP 2014-2020 u l-ipprogrammar ta' riżorsi umani u finanzjarji għall-ABE stabbilit permezz tal-Komunikazzjoni riċenti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill – L-ipprogrammar ta' riżorsi umani u finanzjarji għall-aġenziji deċentralizzati 2014-2020 (COM(2013)519)."

– ¨  Il-proposta/inizjattiva se tinvolvi programmar mill-ġdid tal-intestatura rilevanti fil-qafas finanzjarju pluriennali.

Spjega xi programmazzjoni mill-ġdid hija meħtieġa, billi tispeċifika l-linji baġitarji konċernati u l-ammonti korrispondenti.

– ¨  Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-applikazzjoni tal-istrument ta’ flessibbiltà jew reviżjoni tal-qafas finanzjarju pluriennali[56].

Spjega dak li huwa meħtieġ, billi tispeċifika l-intestaturi u l-linji baġitarji konċernati u l-ammonti korrispondenti.

3.2.5.     Kontribuzzjonijiet minn partijiet terzi

– Il-proposta/l-inizjattiva tipprovdi għall-kofinanzjament stmat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet f’miljuni ta’ EUR (sa 3 punti deċimali)

|| 2014 || 2015 || 2016 || 2017 || 2018 || 2019 || 2020 || Totali

L-Istati Membri || 0,00 || 0,00 || 0,00 || 0,00 || 0,00 || 0,00 || 0,00 || 0,00

TOTAL tal-approprjazzjonijiet kofinanzjati || 0,00 || 0,00 || 0,00 || 0,00 || 0,00 || 0,00 || 0,00 || 0,00

3.3.        Impatt stmat fuq id-dħul

– ¨ Il-proposta/inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.

– ¨  il-proposta/l-inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:

¨         fuq ir-riżorsi proprji

¨         fuq id-dħul mixxellanju

EUR miljuni (sa 3 punti deċimali)

Linja baġitarja tad-dħul: || Ammonti disponibbli għas-sena baġitarja attwali || Impatt tal-proposta/inizjattiva[57]

2014 || 2015 || 2016 || 2017 || 2018 || 2019 || 2020

Artikolu …………. || || 0.00 || 0.00 || 0.00 || 0.00 || 0.00 || 0.00 || 0.00

Għad-dħul mixxellanju "assenjat", speċifika l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i.

Ispeċifika l-metodu għall-kalkulazzjoni tal-impatt fuq id-dħul.

Anness dwar miżuri strutturali li jtejbu r-reżiljenza ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu tal-UE

Stima għall-ABE

Il-proposta tal-Kummissjoni tinkludi provvedimenti għall-ABE sabiex tiżviluppa erba' atti ddelegati u sitt standards tekniċi li għandhom jiżguraw li l-provvedimenti ta’ natura teknika ħafna jiġu implimentati b’mod konsistenti madwar l-UE kollha.

Il-Kummissjoni għandha tadotta standards tekniċi regolatorji żviluppati mill-ABE fir-rigward tal-metodoloġija għall-kejl konsistenti u l-applikazzjoni tal-metriċi fir-rigward tal-kalkolu tal-limitu hawn fuq li separazzjoni ta’ attivitajiet kummerċjali għandhom isiru. Il-Kummissjoni u l-ABE għandhom jiżguraw li dawk l-istandards ikunu jistgħu jiġu applikati mill-istituzzjonijiet kollha kkonċernati b'mod li jkun proporzjonali man-natura, l-iskala u l-kumplessità ta' dawn l-istituzzjonijiet u l-attivitajiet tagħhom. Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha tadotta standards tekniċi ta' implementazzjoni żviluppati mill-ABE fir-rigward tal-metodoloġija għall-kalkolu tal-ammont ta’ attivitajiet ta' negozjar li jimpenjaw ruħhom fihom l-istituzzjonijiet ta’ kreditu u l-kumpaniji prinċipali u l-mudell uniformi għad-divulgazzjoni tal-ammont totali u komponenti tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u l-attivitajiet ta' negozjar tal-kumpaniji prinċipali permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni. Ix-xogħol previst jeħtieġ laqgħat bilaterali u multilaterali ma’ partijiet interessati, analiżi u valutazzjoni tal-opzjonijiet u l-abbozzar ta’ dokumenti ta’ konsultazzjoni, konsultazzjoni pubblika mal-partijiet ikkonċernati, it-twaqqif u l-maniġment ta’ gruppi ta’ esperti permanenti magħmulin minn superviżuri mill-Istati Membri, it-twaqqif u l-maniġment ta’ gruppi ad hoc ta’ esperti, analiżi tat-tweġibiet għal konsultazzjonijiet, abbozzar ta’ analiżi ta’ spejjeż/benefiċċji u l-abbozzar tat-test ġuridiku.

Ġie supponut li r-Regolament se jidħol fis-seħħ fi tmiem l-2015. Għaldaqstant, ir-riżorsi addizzjonali tal-ABE huma meħtieġa biss mill-2016. Żewġ karigi ta' aġenti temporanji se jkunu meħtieġa għat-twettiq tal-ħidmiet meħtieġa fuq medda twila ta’ żmien:

Atti delegati tal-Kummissjoni:

· Metriċi: livell ta' suppożizzjoni konfutabbli, numru;

· Provvediment ta' prodotti ta' maniġment tar-riskju: limitu massimu li meta jinqabeż iridu jingħataw prodotti ta' maniġment tar-riskju minn entità ta' negozjar;

· Regoli ta' separazzjoni – skoperturi kbar: tekniki tal-mitigazzjoni tar-riskju ta' kreditu eliġibbli

· Ambitu territorjali: kriterji għal ekwivalenza

Standards Tekniċi tal-Kummissjoni:

· Projbizzjoni tan-negozjar proprjetarju – metodoloġija għall-kalkolu tal-attivitajiet ta' negozjar għall-finijiet tal-limitu ġenerali;

· Projbizzjoni tan-negozjar proprjetarju – mudell uniformi għad-divulgazzjoni ta' attivitajiet ta' negozjar;

· Separazzjoni - metriċi: kejl u applikazzjoni konsistenti.

· Dettalji tal-obbligu ta’ rapportar u dħul fis-seħħ)

· Reġistrazzjoni ta’ repożitorji ta' negozjar

· Awtoritajiet li għandhom aċċess għal dejta dwar ir-repożitorji tan-negozjar.

Suppożizzjoni dwar riżorsi addizzjonali:

· Iż-żewġ postijiet addizzjonali huma preżunti li jkunu ta’ aġenti temporanji ta’ grupp funzjonali u livell AD 7.

· L-ispejjeż annwali medji għas-salarji għall-kategoriji differenti ta’ persunal huma bbażati fuq il-gwida tad-DĠ BUDG;

· Il-koeffiċjent ta’ korrezzjoni tas-salarji għal Londra huwa 1.344.

· Spejjeż tal-missjonijiet stmati li huma ta' EUR 10 000.

· Spejjeż relatati mar-reklutaġġ (vjaġġi, lukanda, eżamijiet mediċi, istallazzjoni u allowances oħrajn, spejjeż tal-ġarr, eċċ) stmati li huma ta’ EUR 12 700.

Il-metodu ta’ kalkolu taż-żieda fil-baġit meħtieġ għat-tliet snin li ġejjin huwa ppreżentat f’aktar dettall fit-tabella ta’ hawn taħt. Il-kalkolu jirrifletti l-fatt li l-baġit tal-Unjoni jiffinanzja 40 % tal-ispejjeż.

Tip ta' spiża || Kalkolu || Ammont (f’eluf)

2016 || 2017 || 2018 || Totali

In-nefqa fuq il-persunal || || || || ||

11 Salarji u allowances || =2 x 132 x1.344 || 355 || 355 || 355 || 1.064

12 Nefqa relatata mar-reklutaġġ || =2 x 13 || 25 || || || 25

13 Spejjeż tal-missjonijiet || =2 x 10 || 20 || 20 || 20 || 60

Total : In-nefqa fuq il-persunal || || 400 || 375 || 375 || 1.150

|| || || || ||

Li minnhom kontribuzzjoni mill-Komunità (40 %) || || 160 || 150 || 150 || 460

Li minnhom kontribuzzjoni mill-Istati Membri (60 %) || || 240 || 225 || 225 || 690

[1]               Għal mandat u lista ta' membri, ara http://ec.europa.eu/internal_market/bank/docs/high-level_expert_group/mandate_en.pdf

[2]               Ir-rakkomandazzjonijiet l-oħra tal-HLEG jinkludu (2) li tista' tkun meħtieġa separazzjoni ta' attivitajiet addizzjonali skont il-pjan ta' rkupru u riżoluzzjoni; (3) l-użu ta' rikapitalizzazzjoni interna bħala għodda ta' riżoluzzjoni; (4) reviżjoni tar-rekwiżiti kapitali fuq l-assi ta' negozjar u selfiet marbuta mal-proprjetà immobbli; u (5) miżuri mmirati għat-tisħiħ tal-governanza u l-kontroll tal-banek ħalli jissaħħaħ l-iskrutinju tal-banek u d-dixxiplina fis-suq.

[3]               Il-Parlament Ewropew (McCarthy 2013), Reforming the structure of the EU banking sector, 2013/2021 (INI)

[4]               "Kbar wisq biex ifallu" hija maħsuba biex tkopri "importanti wisq biex ifallu", "interkonnessi wisq biex ifallu", u "kumplessi wisq biex ifallu" wkoll. Ara wkoll il-Kummissjoni Ewropea (2013b).

[5]               Id-Direttiva xx/xxxx/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti ta’ investimenti u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 77/91/KEE u 82/891/KE, id-Direttivi 2001/27/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE u 2011/35/KE u r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L--xxx

[6]               COM(2012) 102 final, http://ec.europa.eu/internal_market/bank/docs/shadow/green-paper_mt.pdf

[7]               Din id-definizzjoni ġiet żviluppata mir-rapport tal-FSB tas-27 ta' Ottubru 2011 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza u r-regolamentazzjoni tal-ibbankjar parallel, http://www.financialstabilityboard.org/publications/r_111027a.pdf

[8]               P7_TA(2012)0427, http://www.europarl.europa.eu/sides/getDoc.do?type=TA&reference=P7-TA-2012-0427&language=MT

[9]               Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlamet Ewropew dwar Sistema Bankarja Parallela – Nindirizzaw Sorsi Ġodda ta' Riskju fis-Settur Finanzjarju, COM(2013), 614 final

[10]             Konsultazzjoni mal-HLEG dwar ir-riforma tal-istruttura tas-settur bankarju tal-UE, Mejju/Ġunju 2012 http://ec.europa.eu/internal_market/consultations/2012/banking_sector_en.htm. Il-HLEG irċieva 83 risposta, u l-parti l-kbira minnhom kienu minn banek u istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn, segwiti minn klijenti mhux professjonali u l-assoċjazzjonijiet tagħhom u, fl-aħħar nett, il-klijenti korporattivi.

[11]             Konsultazzjoni dwar ir-rakkomandazzjonijiet tal-HLEG dwar l-istruttura tas-settur bankarju tal-UE, http://ec.europa.eu/internal_market/consultations/2012/hleg-banking_en.htm. Mit-89 tweġiba riċevuta, kważi nofshom ġew mill-industrija bankarja.

[12]             "Consultation by the Commission on the Structural Reform of the Banking Sector," http://ec.europa.eu/internal_market/consultations/2013/banking-structural-reform/index_en.htm. Is-servizzi tal-Kummissjoni rċevew aktar minn 500 tweġiba. Dawn ġew mill-banek u minn istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn, klijenti korporattivi, investituri, awtoritajiet pubbliċi, u assoċjazzjonijiet tal-konsumaturi u individwi - tweġibiet minn individwi (439) u assoċjazzjonijiet tal-konsumaturi (11).

[13]             Stabbilit permezz tal-adozzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 tal-15 ta’ Ottubru 2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta’ politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu (ĠU L287, 29.10.2013, p. 63).

[14]             Stabbilit permezz tal-adozzjoni tal-[MUR].

[15]             Dan huwa l-limitu għall-"istituzzjonijiet sinifikanti" użati fir-Regolament (UE) Nru 1024/2013.

[16]             Ara l-Anness 6 tal-IA.

[17]             Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012, ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1; Id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE, ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338.

[18]             Ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 (ĠU L201, 27.7.2012. p.1).

[19]             Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Novembru 2007 dwar is-servizzi ta’ ħlas fis-suq intern (ĠU L 319, 5.12.2007, p. 1–36).

[20]             ĠU C , , p. .

[21]             ĠU C […], […], p. […].

[22]             ĠU C […], […], p. […].

[23]             Stabbilit bir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 tal-15 ta’ Ottubru 2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta’ politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu (ĠU L287, 29.10.2013, p. 63).

[24]             Imwaqqaf b'[MUR].

[25]             Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 tal-15 ta’ Ottubru 2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta’ politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu (ĠU L 287, 29.10.2013, p. 63).

[26]             Id-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2011

                dwar Maniġers ta’ Fondi ta’ Investiment Alternattivi u li temenda d-Direttivi 2003/41/KE u 2009/65/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009 u (UE) Nru 1095/2010

[27]             Id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p.338).

[28]             Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar tad-dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi Komunitarji u dwar il-moviment ħieles ta’ tali dejta (ĠU L 8, 12.1.2001, p.1).

[29]             Id-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/611/KEE u 93/6/KEE u d-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE, ĠU L 145, 30.4.2004, p.1).

[30]             Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12).

[31]             Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013

dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L176, 27.6.2013, p.1).

[32]             Id-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u r-rapporti relatati ta’ ċerti tipi ta’ impriżi, u li temenda d-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE ĠU L 182, 29.6.2013, p. 19.

[33]             Id-Direttiva Nru 94/19/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Mejju 1994 dwar skemi ta' garanzija għal depożiti, ĠU L 135, 31.05.1994, p. 0005 sa 0014.

[34]             Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1287/2006 tal-10 ta’ Awwissu 2006 li jimplimenta d-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-obbligi tad-ditti ta’ investiment li jżommu r-reġistri, ir-rapportaġġ tat-tranżazzjonijiet, it-trasparenza tas-suq, l-ammissjoni tal-istrumenti finanzjarji għan-negozjar, u t-termini ddefiniti għall-finijiet ta’ dik id-Direttiva (ĠU L 241, 2.9.2006, p. 1).

[35]             Id-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2011 dwar Maniġers ta’ Fondi ta’ Investiment Alternattivi u li temenda d-Direttivi 2003/41/KE u 2009/65/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009 u (UE) Nru 1095/2010, ĠU L 174, 1.7.2011, p.1).

[36]             Ir-Regolament (UE) Nru 345/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2013 dwar fondi Ewropej ta’ kapital ta’ riskju, ĠU L 115, 25.4.2013, p.1).

[37]             Ir-Regolament (UE) Nru 346/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2013 dwar il-fondi ta’ intraprenditorija soċjali Ewropej (ĠU L 115, 25.4.2013, p. 18).

[38]             Ir-Regolament (UE) xx/xxxx tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fondi ta’ Investiment ta' Terminu Twil, ĠU L xx/xx.

[39]             Id-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal-impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS), (ĠU L 302, 17.11.2009, p. 32).

[40]             Id-Direttiva Nru 94/19/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 1994 dwar skemi ta' garanzija għal depożiti (ĠU L 135, 31.05.1994, p. 0005 sa 0014).

[41]             Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Novembru 2007 dwar is-servizzi ta’ ħlas fis-suq intern (ĠU L 319, 5.12.2007, p. 1 sa 36).

[42]             Ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012

dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-dejta dwar it-tranżazzjonijiet

[43]             ABM: activity-based management (immaniġġjar ibbażat fuq l-attività) – ABB: activity-based budgeting (ibbaġitjar ibbażat fuq l-attività).

[44]             Id-dettalji dwar il-metodi ta' ġestjoni u r-referenzi għar-Regolament Finanzjarju jinsabu fuq is-sit tal-BudgWeb: http://www.cc.cec/budg/man/budgmanag/budgmanag_en.html

[45]             Diff. = Approprjazzjonijiet differenzjati / Mhux Diff. = Approprjazzjonijiet mhux differenzjati.

[46]             EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles.

[47]             Il-pajjiżi kandidati u, fejn applikabbli, il-pajjiżi kandidati potenzjali mill-Balkani tal-Punent.

[48]             L-għajnuna u n-nefqa teknika u/jew amministrattiva b'appoġġ għall-implimentazzjoni ta' programmi u/jew ta' azzjonijiet tal-UE (dawk li kienu l-linji "BA"), riċerka indiretta, riċerka diretta.

[49]             Is-sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.

[50]             Riżultati huma prodotti u servizzi li għandhom ikunu pprovduti (pereżempju: numru ta’ skambji ffinanzjati ta’ studenti, numru ta’ km ta’ toroq mibnija, eċċ.).

[51]             Kif deskritt fil-punt 1.4.2. “Għan(ijiet) speċifiku/i...”

[52]             Is-sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.

[53]             L-għajnuna u n-nefqa teknika u/jew amministrattiva b'appoġġ għall-implimentazzjoni ta' programmi u/jew ta' azzjonijiet tal-UE (dawk li kienu l-linji "BA"), riċerka indiretta, riċerka diretta.

[54]             CA= Aġent Kuntrattwali; LA= Aġent Lokali; SNE= Espert Nazzjonali Sekondat; INT = persunal tal-aġenzija; JED= Esperti Żgħażagħ fid-Delegazzjonijiet.

[55]             Sublimitu għall-persunal estern kopert mill-approprjazzjonijiet operattivi (l-ex linji "BA").

[56]             Ara l-punti 19 u 24 tal-Ftehim Interistituzzjonali (għall-perjodu 2007-2013).

[57]             Fir-rigward tar-riżorsi proprji tradizzjonali (dazji doganali, imposti fuq iz-zokkor), l-ammonti indikati jridu jkunu ammonti netti, jiġifieri ammonti grossi wara t-tnaqqis ta’ 25% għall-ispejjeż tal-ġbir.