IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 29.1.2014
COM(2014) 40 final
2014/0017(COD)
Proposta għal
REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
Dwar ir-rapportar u t-trasparenza ta’ tranżazzjonijiet ta’ finanzjament tat-titoli
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
{SWD(2014) 30 final}
{SWD(2014) 31 final}
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI
1.IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA
Il-kriżi finanzjarja globali tal-2008 żvelat nuqqasijiet regolatorji kbar, superviżjoni ineffettiva, swieq mhux trasparenti u prodotti kumplessi żżejjed fis-sistema finanzjarja. L-UE adottat firxa ta’ miżuri sabiex tagħmel is-sistema bankarja aktar solida u aktar stabbli, inkluż rekwiżiti tal-kapital aktar imsaħħa, regoli dwar governanza mtejba u reġimi ta’ superviżjoni u riżoluzzjoni. Il-progress li sar dwar l-istabbiliment tal-Unjoni Bankarja huwa wkoll deċiżiv f’dan il-kuntest.
Il-proposta dwar riformi strutturali tas-settur bankarju tal-UE, li hija ppreżentata f’pakkett ma’ din il-proposta, hija l-aħħar biċċa tal-qafas regolatorju ġdid, li tiżgura li anki l-akbar banek fl-UE jsiru inqas kumplessi u jistgħu jiġu riżolti b'mod effettiv, b’implikazzjonijiet minimi għall-kontribwenti.
Madankollu, il-kriżi enfasizzat il-ħtieġa li jitjiebu t-trasparenza u l-monitoraġġ mhux biss fis-settur bankarju tradizzjonali iżda wkoll f’oqsma fejn saru attivitajiet ta’ kreditu mhux bankarji, imsejħa attivitajiet bankarji paralleli. Fil-prattika, entitajiet u attivitajiet bankarji paralleli jiġbru l-fondi b’karatteristiċi simili għal depożitu, iwettqu trasformazzjoni ta' maturità jew ta' likwidità, jippermettu t-trasferiment tar-riskju tal-kreditu jew jużaw vantaġġi diretti jew indiretti. Fi tmiem l-2012 l-assi bankarji paralleli globali ammontaw għal EUR 53 triljun, u rrappreżentaw madwar nofs id-daqs ta’ sistema bankarja regolata u kkonċentraw l-aktar fl-Ewropa (madwar EUR 23 triljun) u fl-Istati Uniti (madwar EUR 19.3 triljun).
L-azzjonijiet rigward dawn il-kwistjonijiet kienu internazzjonali u ġew ikkoordinati permezz tal-G20 u l-Bord għall-Istabilità Finanzjarja (FSB) li beda xogħol komprensiv dwar l-identifikazzjoni ta’ riskji ewlenin tas-sistema bankarja parallela. L-għan globali, kif affermat mill-ġdid f’diversi okkażjonijiet mill-G20, huwa li jiġu eliminati l-irkejjen mudlama fis-settur finanzjarju li għandhom impatt potenzjali fuq riskju sistemiku jew sempliċiment jirriżultaw minn arbitraġġ regolatorju u jestendu r-regolamentazzjoni u s-sorveljanza għall-istituzzjonijiet finanzjarji, l-istrumenti u s-swieq sistemikament importanti kollha. F’dan il-kuntest, f’Awwissu 2013, l-FSB adotta qafas ta’ politika li jikkonsisti fi ħdax-il Rakkomandazzjoni li tindirizza riskji bankarji paralleli fis-self ta' titoli u l-ftehim ta' riakkwist. Dawn ir-Rakkomandazzjonijiet ġew aktar tard approvati f’Settembru 2013 mill-mexxejja tal-G20. Il-Qafas ikopri t-trasparenza tas-self ta’ titoli u t-tranżazzjonijiet ta' ftehim ta' riakkwist minn istituzzjonijiet finanzjarji lejn l-awtoritajiet kif ukoll bejn maniġers tal-fondi u l-investituri aħħarija, standards minimi għal investiment mill-ġdid fil-kollateral fi flus kontanti, riipotekazzjoni tal-assi tal-klijenti, standards regolatorji minimi għall-valutazzjoni u l-maniġment tal-kollateral u evalwazzjoni tal-introduzzjoni tas-CCP (central counterparty) fi swieq ftehim ta' riakkwist ta' bejn in-negozjanti. Dan ir-Regolament jiffoka fuq it-titjib tat-trasparenza ta’ self ta’ titoli u fuq tranżazzjonijiet ta' ftehim ta' riakkwist. It-trasparenza hija importanti sabiex tiżgura li l-awtoritajiet u l-atturi kollha tas-suq ikkonċernati jkollhom fehim adegwat ta’ kif jaħdmu s-swieq tax-xogħol u tal-kobor u n-natura ta’ kwalunkwe riskji potenzjali. F’dan il-kuntest, it-trasparenza hija kwistjoni fundamentali peress li tipprovdi l-informazzjoni meħtieġa biex tiżviluppa għodod ta’ politika effettiva u effiċjenti biex jipprevjenu r-riskji sistemiċi.
F’Ottubru 2012, ir-rapport Liikanen ikkonkluda li r-riformi regolatorji eżistenti u li għaddejjin bħalissa ma jindirizzawx il-problemi sottostanti kollha fis-settur bankarju tal-UE u ħareġ għadd ta’ rakkomandazzjonijiet. Is-segwitu ta’ dawn ir-rakkomandazzjonijiet permezz tar-Regolament dwar riforma bankarja strutturali, adottat fl-istess żmien ma' din il-proposta, se jipprojbixxi ċerti attivitajiet kummerċjali tal-banek u jpoġġi restrizzjonijiet strutturali fuqhom. Madankollu, kif iddikjarat fil-Green Paper dwar is-sistema bankarja parallela, adottata mill-Kummissjoni fid-19 ta’ Marzu 2012, it-tisħiħ tar-regolament bankarju jista’ jixpruna lil parti sostanzjali mill-attivitajiet bankarji lil hinn mill-fruntieri tal-attivitajiet bankarji tradizzjonali u lejn l-attivitajiet bankarji paralleli.Dan jista’ jwassal għal sistema finanzjarja dejjem aktar imċajpra u joffri inqas lok għal kontroll min-naħa tas-superviżuri. Dan jista' jiżdied ma' rabtiet diġà stabbiliti li bħalissa jeżistu bejn is-setturi bankarji regolati u paralleli. Tali arbitraġġ regolatorju jfixkel bil-kbir l-impatt tal-isforzi tar-riforma finanzjarja globali u Ewropea, u joħloq riskji sostanzjali għal instabbiltà finanzjarja. Għal din ir-raġuni, il-proposta legali dwar ir-riforma strutturali teħtieġ li tiġi akkumpanjata minn rekwiżiti ta’ trasparenza u rappurtar vinkolanti għall-SFT. Għalhekk, dawn iż-żewġ settijiet ta’ miżuri regolatorji jikkomplementaw u jsaħħu lil xulxin.
Ikkonfrontati b'dawn l-iżviluppi leġiżlattivi ġodda fis-settur bankarju, inklużi miżuri strutturali, jista' jagħti l-każi li l-banek idawru partijiet mill-attività tagħhom f'oqsma anqas regolati bħall-attivitajiet bankarji paralleli. Sabiex jiġu segwiti mill-qrib ix-xejriet tas-suq fir-rigward ta’ entitajiet li l-attivitajiet tagħhom jikkwalifikaw bħala attivitajiet bankarji paralleli, b’mod partikolari fil-qasam ta’ tranżazzjonijiet ta’ finanzjament tat-titoli, huwa meħtieġ li jiġu implimentati r-rekwiżiti ta’ trasparenza li jistgħu jgħinu lis-superviżuri u lill-awtoritajiet regolatorji jidentifikaw il-vulnerabilitajiet kif ukoll il-passi li jmiss possibbli biex jiġu indirizzati l-kwistjonijiet identifikati.
Sabiex jiġi żgurat li l-benefiċċji miksuba bit-tisħiħ tal-kapaċità ta’ ċerti atturi u swieq ma jitnaqqsux minħabba r-riskji finanzjarji li jmorru f'setturi anqas irregolati, it-tisħiħ tat-trasparenza u d-disponibbiltà tad-dejta f’termini ta’ attivitajiet bankarji paralleli huwa essenzjali. Kif enfasizzat fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar is-sistema bankarja parallela u fir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar is-sistema bankarja parallela ta’ Novembru 2012, it-tisħiħ tat-trasparenza u d-disponibilità tad-dejta, b’mod partikolari għal attivitajiet imwettqa ta' spiss mis-settur bankarju parallel bħal ftehimiet ta’ riakkwist u self ta’ titoli, imsejjaħ ukoll tranżazzjonijiet ta’ finanzjament tat-titoli SFT (securities financing transaction), huwa essenzjali. F’dan ir-rigward, ix-xogħol li sar mill-FSB jagħti xi preċiżjoni dwar il-livell ta' trasparenza meħtieġ. Barra minn hekk, huwa b’mod partikolari importanti li jiġu osservati r-riskji li jista’ jkun hemm minħabba l-interkonnettività tas-settur finanzjarju regolat u tas-settur bankarju parallel, ingranaġġ eċċessiv u mġiba proċiklika. Approċċ bħal dan huwa konformi bis-sħiħ mar-rakkomandazzjonijiet tal-FSB għall-2013 dwar l-attivitajiet bankarji paralleli, approvati fis-Summit tal-G20 ta' San Pietruburgu, biex inaqqsu r-riskji u l-inċentivi proċikliċi assoċjati ma’ SFT u riipotekazzjoni li jistgħu jiggravaw il-pressjoni ta' finanzjament fi żminijiet ta’ tensjoni fis-suq.
L-SFT, l-istrutturi ta' finanzjament ekwivalenti oħra u r-riipotekazzjoni għandhom rwol vitali fis-sistema finanzjarja globali. L-SFT jikkonsistu minn kwalunkwe tranżazzjoni li tuża assi li jappartjenu lill-kontroparti biex jiġġeneraw il-mezzi finanzjarji. Fil-prattika, dan jinkludi l-aktar l-għoti jew it-teħid b’self ta’ titoli u komoditajiet, riakkwist (ftehim ta' riakkwist)jew tranżazzjonijiet ta’ xiri mill-ġdid li jsiru bil-maqlub, jew tranżazzjoni ta’ xiri-bejgħ lura jew bejgħ-xiri lura. Dawn it-tranżazzjonijiet kollha għandhom effetti ekonomiċi. simili, anke identiċi. Dawn it-tekniki huma użati minn kważi l-atturi kollha fis-sistema finanzjarja, mill-banek, min-negozjanti tat-titoli, mill-kumpaniji tal-assigurazzjoni, mill-fondi tal-pensjonijiet jew fondi ta’ investiment. Dawn jipprovdu aktar likwidità tas-suq, jiffaċilitaw il-finanzjament ta’ parteċipanti fis-suq, jappoġġjaw l-iskoperta tal-prezzijiet ta’ assi negozjabbli u jippermettu l-operazzjonijiet ta’ finanzjament monetarju tal-banek ċentrali. Madankollu, jistgħu jwasslu wkoll għall-ħolqien ta’ kreditu permezz tat-trasformazzjoni tal-maturità u tal-likwidità u jippermettu lill-parteċipanti tas-suq jibnu skoperturi kbar għal xulxin. Ir-riipotekazzjoni tal-kollateral li tappoġġja għadd ta' negozji, b'mod partikolari l-SFT, ippermettiet żieda fil-likwidità kif ukoll akkumulu ta’ ingranaġġ moħbi u interkonnettività fis-sistema.
Meta l-fiduċja fil-valur tal-assi, is-sikurezza tal-kontropartijiet u l-protezzjoni tal-investitur inqerdu, ħolqot assalti tas-suq bl-ingrossa, li jwasslu għal tnaqqis fil-livell tad-dejn u/jew fix-xbieki tas-sikurezza pubblika (faċilitajiet tal-bank ċentrali, eċċ.). F’dan il-kuntest, il-fiduċja u l-likwidità tal-iffinanzjar dabu fix-xejn u sar impossibbli anke għall-akbar u l-aktar banek b'saħħithom li jkollhom aċċess għall-iffinanzjar, kemm fil-qosor kif ukoll fit-tul. Dawn jistgħu jikkontribwixxu għal żieda fl-ingranaġġ u jsaħħu n-natura proċiklika tas-sistema finanzjarja, li wara ssir vulnerabbli għal assalt bankarju u tnaqqis f'daqqa fl-ingranaġġ. Filwaqt li dawn it-tekniki jista' jkollhom impatt sinifikanti fuq il-prestazzjoni tal-fondi ta’ investiment, huma attwalment mhumiex żvelati b’mod xieraq lill-investituri. Bil-maqlub għal istituzzjonijiet finanzjarji oħra, il-maniġers tal-fondi ta’ investiment qed jużaw il-flus tal-investituri meta jieħdu sehem f’attivitajiet tal-SFT. Mingħajr informazzjoni sħiħa u preċiża dwar l-użu ta’ SFT u l-kunflitti potenzjali ta’ interess li jista’ jkun hemm, l-investituri mhumiex kapaċi jieħdu deċiżjonijiet infurmati. Għalhekk, huwa fundamentali li jonqos in-nuqqas ta’ trasparenza ta’ SFT, ta' strutturi ta' finanzjament ekwivalenti oħrajn u tar-riipotekazzjoni.
F'dan l-isfond, dan ir-Regolament għandu l-għan li joħloq sistema finanzjarja aktar sigura u aktar trasparenti u jintroduċi miżuri biex itejjeb it-trasparenza fi tliet oqsma prinċipali: (1) il-monitoraġġ tal-evoluzzjoni ta' riskji sistemiċi marbutin ma' tranżazzjonijiet SFT fis-sistema finanzjarja; (2) l-iżvelar tal-informazzjoni ta' dawn it-tranżazzjonijiet lill-investitur li l-assi tiegħu jintużaw f'dawn it-tranżazzjonijiet jew f'oħrajn ekwivalenti. u (3) t-trasparenza kuntrattwali tal-attivitajiet ta' riipotekazzjoni . Fil-prattika, il-miżuri proposti se jkopru r-rakkomandazzjonijiet 1 u 2 tal-FSB li jeħtieġu li l-awtoritajiet kompetenti jiġbru dejta addizzjonali dwar l-użu ta’ SFT, ir-rakkomandazzjoni 5 li teħtieġ li l-maniġers ta’ fondi jkunu trasparenti lejn l-investituri tagħhom u r-rakkomandazzjoni 7 li b’mod partikolari teħtieġ intermedjarji finanzjarji biex tipprovdi biżżejjed żvelar lill-klijenti tagħha fir-rigward tar-riipotekazzjoni tal-assi. Għalhekk, dawn ir-rakkomandazzjonijiet ikopru l-aspetti kollha ta' trasparenza marbuta mal-użu ta’ SFT. Għal dan l-għan, dan ir-Regolament jikkumplimenta r-Regolament propost dwar ir-riforma strutturali tal-banek.
2.IR-RIŻULTATI TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET INTERESSATI U L-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT
Il-Kummissjoni nediet konsultazzjoni pubblika flimkien mal-Green Paper tagħha dwar l-attivitajiet bankarji paralleli fid-19 ta’ Marzu 2012. Il-kontribuzzjoni mill-partijiet interessati kienet wiesgħa u sostanzjali. Kien hemm appoġġ ġenerali għal inizjattiva tal-Kummissjoni f’dan il-qasam u kunsens dejjem akbar li jeħtieġu superviżjoni u qafas regolatorju msaħħaħ biex jindirizzaw is-sistema bankarja parallela. Ir-rapport fuq inizjattiva proprja tal-Parlament Ewropew dwar l-attivitajiet bankarji paralleli jenfasizza wkoll l-importanza ta’ miżuri xierqa f’dan il-qasam. Barra minn hekk, f’Novembru 2012 fil-preparazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet internazzjonali tiegħu dwar is-sistema bankarja parallela, il-FSB wettaq konsultazzjoni pubblika dwar il-problemi rilevanti fis-swieq SFT, inter alia, in-nuqqas ta’ trasparenza. Bħala parti minn din il-konsultazzjoni, kien hemm appoġġ wiesa’ għal iktar trasparenza f’self ta’ titoli u swieq tal-ftehim ta' riakkwist, filwaqt li ħafna minn dawk li wieġbu ssuġġerew li jitqiesu r-rekwiżiti ta’ rapportar eżistenti u dejta tas-suq oħra disponibbli. Ħafna partijiet interessati qablu wkoll li r-repożitorji tat-tranżazzjonijiet x’aktarx li huma l-aktar mod effettiv ta’ ġbir komprensiv ta' dejta tas-suq tal-ftehim ta' riakkwist u tas-self ta’ titoli.
Konsultazzjoni pubblika mmirata aktar fuq diversi kwistjonijiet UCITS (Undertaking For Collective Investment In Transferable Securities) saret fl-2012 u l-partijiet interessati kienu notevolment mitluba dwar il-ħtieġa li jiżdiedu r-rekwiżiti ta' trasparenza għal fondi ta’ investiment. Il-Kummissjoni kisbet minjiera ta’ informazzjoni dwar l-istandards ta’ trasparenza attwali fis-settur tal-immaniġġjar tal-assi, kif ukoll l-opinjonijiet dwar il-modi possibbli kif ittejjeb it-trasparenza lejn l-investituri.
Din l-inizjattiva tirrifletti wkoll diskussjonijiet mal-partijiet interessati ewlenin kollha, inklużi r-regolaturi tat-titoli u dawk bankarji, il-BĊE u kull tip ta’ parteċipant fis-suq. L-inizjattiva tqis l-opinjonijiet espressi f’konsultazzjoni pubblika dwar l-attivitajiet bankarji paralleli fl-2012. L-opinjonijiet tal-Istati Membri ġew imfittxija wkoll.
Grupp tat-Tmexxija ta’ bejn is-servizzi dwar ir-riforma strutturali tal-Bank kien stabbilit f’Marzu 2013 b'rappreżentanti mid-Direttorati Ġenerali COMP, ECFIN, EMPL, ENTR, JUST, MARKT, SG, SJ, TAXUD u l-JRC. Il-Grupp tat-Tmexxija dwar il-Valutazzjoni tal-Impatt iltaqa’ f’Marzu 2013, April 2013 u f'Settembru 2013 u appoġġa x-xogħol fuq il-Valutazzjoni tal-Impatt. L-abbozz tal-Valutazzjoni tal-Impatt ġie diskuss mal-Bord tal-Valutazzjoni tal-Impatt (l-“IAB”) tal-Kummissjoni fis-16 ta’ Ottubru 2013. Wara opinjoni negattiva, Valutazzjoni tal-Impatt riveduta ġiet sottomessa f’Diċembru 2013.
Il-valutazzjoni tal-impatt tidentifika tliet problemi ewlenin marbuta mat-tranżazzjonijiet ta’ finanzjament tat-titoli: il-fatt li r-regolaturi mhumiex kapaċi jissorveljaw b'mod effettiv l-użu tal-SFT, li hemm ir-riskji li l-SFT jintużaw għad-detriment tal-investituri tal-fondi u li r-riipotekazzjoni tibdel ir-riskji legali u ekonomiċi fis-suq. Wara dawn il-problemi kollha hemm kwistjonijiet ewlenin li ġew identifikati wkoll mill-FSB, jiġifieri l-assenza ta’ dejta komprensiva (frekwenti u granulari) dwar l-SFT u r-riskju li s-SFT joħolqu kunflitti ta’ interessi bejn maniġers tal-fondi u l-investituri tal-fondi.
Sabiex jiġu indirizzati l-problemi identifikati, il-valutazzjoni tal-impatt tikkonkludi li taħlita ta’ miżuri differenti hija meħtieġa, inkluż ir-rappurtar ta’ SFT lil repożitorji tat-tranżazzjonijiet, l-iżvelar dwar l-użu ta’ SFT lill-investituri tal-fondi u l-ħtieġa għal kunsens bil-quddiem għal riipotekazzjoni tal-istrumenti finanzjarji u li dawn l-istrumenti finanzjarji huma trasferiti f’kont miftuħ f’isem il-kontraparti riċevitura qabel ma tkun tista’ sseħħ ir-riipotekazzjoni. Dan se jiżgura li l-attività bankarja parallela li tuża l-SFT hija ssorveljata u rregolata sewwa. L-użu ta’ SFT bħala tali mhux se jkun projbit u lanqas limitat minn restrizzjonijiet speċifiċi iżda jista' jkunu aktar trasparenti. Bħala tali l-alternattivi magħżula mhumiex mistennija li joħolqu impatti strutturali fuq is-suq tal-SFT. L-alternattivi magħżula se jżidu l-ispejjeż tar-rappurtar għall-kontrapartijiet iżda din iż-żieda se tkun megħluba mill-benefiċċji ta' trasparenza akbar għall-awtoritajiet kompetenti, klijenti, investituri u s-soċjetà b’mod ġenerali.
3.L-ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA
3.1.Bażi legali
Il-bażi legali għal din il-proposta hija l-Artikolu 114(1) TFUE, li jippermetti l-adozzjoni tal-miżuri għall-approssimazzjoni tad-dispożizzjonijiet nazzjonali li bħala għan għandhom l-istabbiliment u l-funzjonament tas-suq intern.
Ir-Rakkomandazzjonijiet tal-FSB u l-iżviluppi previsti wara r-riforma strutturali tas-settur bankarju tal-Unjoni huma probabbli li jikkawżaw attenzjoni regolatorja tal-Istati Membri li għandhom l-għan li jindirizzaw il-ħtieġa li titjieb it-trasparenza tal-attivitajiet li jistgħu jaqilbu lil hinn minn gruppi bankarji regolati lejn banek paralleli, fejn jista’ jkun hemm inqas lok għal kontroll min-naħa tas-superviżuri. Regoli uniformi dwar it-trasparenza huma għalhekk meħtieġa biex itejbu l-istabilitŕ finanzjarja, jipproteġu lill-investituri, itejbu l-forniment transfruntier tas-servizzi u jipprevjenu arbitraġġ regolatorju, u biex jiġu evitati miżuri nazzjonali diverġenti milli joħolqu xkiel għat-tħaddim bla skossi tas-suq intern.
3.2.Sussidjarjetà
Skont il-prinċipju ta' sussidjarjetà stabbilit fl-Artikolu 5 tat-TFUE, f’oqsma li ma jaqgħux taħt il-kompetenza esklussiva tagħha, l-UE għandha taġixxi biss jekk u sa fejn l-għanijiet tal-azzjoni proposta ma jistgħux jintlaħqu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri, iżda jistgħu pjuttost, minħabba l-iskala jew l-effetti tal-azzjoni proposta, jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Unjoni.
Din il-proposta għandha l-għan li tiżgura t-trasparenza ta’ tranżazzjonijiet ta’ finanzjament tat-titoli, riipotekazzjoni u strutturi oħra ta’ finanzjament. L-interkonnessjonijiet ta’ dawn attivitajiet bankarji paralleli fi ħdan is-Suq Intern u n-natura sistematika tagħhom jitolbu għal azzjoni koordinata tal-Unjoni.
Il-maġġoranza ta’ tranżazzjonijiet ta’ finanzjament tat-titoli kif ukoll attivitajiet ta' riipotekazzjoni jitwettqu fuq bażi transfruntiera bejn l-entitajiet li spiss ma jkollhomx is-sede tagħhom fl-istess ġuriżdizzjoni u jinvolvu assi u muniti maħruġa f’ġuriżdizzjonijiet differenti. L-azzjoni fil-livell tal-Unjoni hija l-minimu li tkopri medda wiesgħa ta’ tranżazzjonijiet u biex jippermettu l-awtoritajiet regolatorji fil-livell nazzjonali u tal-Unjoni li jkollhom deskrizzjoni ġenerali komprensiva tas-swieq SFT madwar l-UE kollha. L-effettività tar-rimedji implimentati b’mod awtonomu u mhux koordinat minn Stati Membri individwali aktarx li tkun ferm baxxa minħabba li dawn ir-rimedji jkunu kapaċi jolqtu biss porzjon tas-suq. Barra minn hekk, minħabba l-impatt sistemiku tal-problemi, l-azzjoni mhux ikkoordinata taf saħansitra tkun kontroproduttiva minħabba r-riskju tal-frammentazzjoni tad-dejta u n-nuqqas ta’ koerenza. Dejta aggregata fil-livell tal-Unjoni biss tista’ tagħti l-istampa makroekonomika bżonnjuża li hija meħtieġa għas-sorveljanza tal-użu tal-SFT.
Fir-rigward ta’ fondi ta’ investiment, l-industrija Ewropea tal-fondi għandha dimensjoni transfruntiera importanti. Is-sehem ta’ assi transfruntieri tal-industrija Ewropea tal-fondi ta’ investiment kollha kemm hi (assi UCITS u mhux UCITS immaniġġjati) aktar milli rdoppja matul l-aħħar għaxar snin. Mill-2012 l'hawn madwar nofs l-investituri qed jixtru fond li ma jkunx domiċiljat fil-pajjiż ta’ residenza tagħhom. Għalhekk huwa importanti li l-istandards tal-protezzjoni tal-investituri jiġu applikati b’mod uniformi madwar l-UE sabiex jiġi żgurat li l-investituri Ewropej kollha jibbenefikaw minn trasparenza meħtieġa dwar l-użu ta’ SFT.
3.3.Proporzjonalità
Skont il-prinċipju ta’ proporzjonalità (stabbilit fl-Artikolu 5 tat-TFUE), il-kontenut u l-forma tal-azzjoni tal-Unjoni ma jistgħux jaqbżu dak li hu meħtieġ biex jintlaħqu l-obbjettivi tat-Trattati.
Billi żżomm lura milli tirregola minflok tintroduċi t-trasparenza tat-tranżazzjonijiet tat-titoli, r-riipotekazzjoni u strutturi oħra ta’ finanzjament, il-proposta hija limitata għall-miżuri kollha meħtieġa biex tippermetti għal tkeċċija effettiva tar-riskji maħluqa minn entitajiet bankarji paralleli.
Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.
3.4.Spjegazzjoni dettaljata tal-proposta
Ir-Regolament propost jinkludi miżuri li jindirizzaw r-rappurtar tal-SFT għar-repożitorji tan-negozju (Kapitolu II u III), rekwiżit ta’ rappurtar dwar fondi (Kapitolu IV) u rekwiżiti fuq kontropartijiet involuti f’riipotekazzjoni (Kapitolu V). Il-kapitoli li jifdal, dwar il-kamp ta’ applikazzjoni u d-definizzjonijiet (Kapitolu I), superviżjoni u l-awtoritajiet kompetenti (Kapitolu VI), relazzjonijiet ma’ pajjiżi terzi (Kapitolu VII), sanzjonijiet u miżuri amministrattivi (il-Kapitolu VIII) u reviżjoni u dispożizzjonijiet finali (il-Kapitoli IX u X) japplikaw għal dawn il-partijiet kollha.
Din it-taqsima tiddeskrivi fil-qosor l-elementi prinċipali ta’ dan ir-Regolament.
3.4.1.Kamp ta’ applikazzjoni tal-proposta (Kapitolu I)
Dan ir-Regolament għandu l-għan li jtejjeb l-istabbiltà finanzjarja fl-UE permezz ta’ żieda fit-trasparenza ta’ ċerti attivitajiet tas-suq, bħal SFT, riipotekazzjoni u strutturi oħra ta’ finanzjament li għandhom l-istess effett ekonomiku bħall-SFT. Dan japplika għall-kontropartijiet kollha fis-swieq tal-SFT, fondi ta’ investiment kif definit mid-Direttivi 2009/65/KE u 2011/61/UE u kwalunkwe kontraparti involuta f'riipotekazzjoni. Ir-Regolament propost ikopri l-istrumenti finanzjarji kollha pprovduti bħala kollateral kif elenkati fl-Anness I tat-Taqsima C tad-Direttiva 2004/39/KE (MiFID).
3.4.2.It-Trasparenza ta’ SFT inklużi r-reġistrazzjoni u s-superviżjoni tar-repożitorji tat-tranżazzjonijiet (Kapitoli II u III)
Dan ir-Regolament joħloq qafas tal-Unjoni li skontu kontropartijiet finanzjarji jew mhux finanzjarji ta’ SFT se jirrapportaw b’mod effiċjenti d-dettalji tat-tranżazzjoni lil repożitorji tat-tranżazzjonijiet. Din l-informazzjoni se tkun ċentralment maħżuna u faċilment u direttament aċċessibbli għall-awtoritajiet rilevanti, bħall-AETS, il-BERS u s-SEBĊ, għall-għan ta’ identifikazzjoni u monitoraġġ ta’ riskji ta' stabbiltà finanzjarja preżentati minn attivitajiet bankarji paralleli ta’ entitajiet irregolati kif ukoll ta' dawk li mhumiex. Dawn id-dispożizzjonijiet huma skont ir-rakkomandazzjonijiet tal-FSB li jiddikjaraw li l-ġuriżdizzjonijiet għandhom jiddeċiedu dwar l-aktar mod xieraq biex tinġabar dejta u għall-bini fuq proċessi tal-ġbir ta’ dejta eżistenti u l-infrastrutturi tas-suq fejn xieraq. L-FSB jiddikjara wkoll li r-repożitorji tat-tranżazzjonijiet x’aktarx li huma mod effettiv għall-ġbir bħal dan ta' dejta.
Dan ir-rappurtar għandu, sa fejn ikun possibbli, inaqqas l-ispejjeż operattivi rispettivi għall-parteċipanti fis-suq u, għaldaqstant, ikun mibni madwar l-infrastrutturi u l-proċessi li kienu jeżistu qabel. L-AETS għandha tqis l-istandards eżistenti stabbiliti bir-Regolament 648/2012/KE u r-repożitorji li jirregolaw il-kummerċ għal kuntratti tad-derivati u l-iżvilupp tagħhom fil-ġejjieni meta tfassal jew tipproponi reviżjoni tal-istandards tekniċi regolatorji previsti f’dan ir-Regolament.
3.4.3.It-trasparenza lejn l-investitur (Kapitolu IV)
Id-dispożizzjonijiet il-ġodda dwar it-trasparenza tal-użu ta’ SFT u regoli u strutturi oħra ta’ finanzjament, stabbiliti b’dan ir-Regolament, huma marbuta mill-qrib mad-Direttivi 2009/65/KE u 2011/61/UE peress li jiffurmaw il-qafas legali li jirregolaw it-twaqqif, il-maniġment u l-ikkumerċjalizzar ta’ impriżi ta’ investiment kollettiv. Biex l-investituri jkunu jistgħu jsiru konxji tar-riskji assoċjati mal-użu ta’ SFT u strutturi oħra ta’ finanzjament, il-maniġers tal-fond għandhom jinkludu informazzjoni dettaljata dwar kwalunkwe rikors li jkollhom dawn it-tekniki f’intervalli ta' rapportar regolari. Ir-rapporti perjodiċi eżistenti li l-maniġment tal-UCITS jew tal-kumpaniji ta' investiment u l-maniġers tal-AIF iridu jipproduċu se jkun issupplimentat b’din l-informazzjoni addizzjonali dwar l-użu ta’ SFT u strutturi oħra ta’ finanzjament. Dawn ir-regoli l-ġodda dwar it-trasparenza jissupplimentaw id-dispożizzjonijiet tad-Direttivi 2009/65/KE u d-Direttiva 2011/61/UE dwar l-AIFM. Dawn ir-regoli uniformi dwar it-trasparenza ta’ SFT u strutturi oħra ta’ finanzjament għandhom japplikaw flimkien ma’ dawk stabbiliti fid-Direttivi 2009/65/KE u 2011/61/UE. Dawn id-dispożizzjonijiet huma konformi mar-Rakkomandazzjonijiet tal-FSB li jiddikjaraw li l-awtoritajiet għandhom jirrevedu r-rekwiżiti ta’ rappurtar għall-maniġers tal-fondi lill-investituri finali kontra l-proposta FSB il-proposta u jikkunsidraw jekk jeħtieġ li jiġu indirizzati xi nuqqasijiet.
3.4.4.It-trasparenza ta’ riipotekazzjoni (Kapitolu V)
Sabiex tiżdied it-trasparenza operazzjonali u kuntrattwali għandhom jiġu imposti rekwiżiti minimi ta’ informazzjoni lil kontropartijiet li jkunu involuti f’riipotekazzjoni. Kwalunkwe riipotekazzjoni għandha għalhekk issir biss bl-għarfien espress ta’ riskji inerenti u kunsens minn qabel tal-kontroparti li tipprovdi fi ftehim kuntrattwali u għandha tiġi riflessa kif jixraq fil-kontijiet tat-titoli. Il-kontroparti li tirċievi strumenti finanzjarji bħala kollateral se titħalla tirriipotekazzjonahom biss bil-kunsens espress tal-kontroparti li tipprovdi u biss wara li dawn jiġu trasferiti fil-kont tagħha stess. Dan ir-rekwiżit għandu jinqara flimkien mad-Direttiva 2002/47/KE u d-Direttiva 2004/39/KE. Ir-Rakkomandazzjonijiet tal-FSB jiddikjaraw li l-awtoritajiet għandhom jiżguraw li r-regolament tal-assi tal-klijenti għandu jipprovdi biżżejjed żvelar lill-klijenti fir-rigward ta' riipotekazzjoni għal lill-klijenti jifhmu r-riskji. Dan ir-Regolament huwa konformi ma’ din ir-Rakkomandazzjoni.
3.4.5.Is-superviżjoni u l-awtoritajiet kompetenti (Kapitolu VI)
Ir-Regolament propost jiddefinixxi r-regoli għall-ħatra ta’ awtoritajiet kompetenti, għal raġunijiet differenti, inkluż l-awtorizzazzjoni, ir-reġistrazzjoni, is-superviżjoni u l-infurzar tal-miżuri dwar ir-rappurtar lil repożitorji tan-negozjar SFT u l-involviment f’riipotekazzjoni. Wara notifika mill-Istati Membri, l-AETS għandha tippubblika lista tal-awtoritajiet kompetenti u taġġornaha b’mod kontinwu fuq is-sit tagħha.
Dan ir-Regolament jafda s-superviżjoni tal-konformità ma’ regoli dwar it-trasparenza tal-fond tal-investiment lill-awtoritajiet kompetenti diġà maħtura mill-Istati Membri skont id-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi relatati mal-UCITS u d-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2011 dwar Maniġers ta’ Fondi ta’ Investiment Alternattiv (AIFM). Ir-rappurtar ta’ kif ukoll il-konformità mar-regoli dwar riipotekazzjoni għandhom ikunu sorveljati mill-awtoritajiet kompetenti maħtura mill-Istati Membri skont l-Artikolu 16 ta’ dan ir-Regolament.
3.4.6.Ir-relazzjonijiet ma’ pajjiżi terzi (Kapitolu VII)
Minħabba n-natura globali ta’ tranżazzjonijiet ta’ finanzjament tat-titoli, l-awtoritajiet rilevanti ta’ ġuriżdizzjonijiet differenti għandhom ikunu jistgħu jaċċessaw id-dejta miżmuma f’repożitorji tan-negozjar li tinsab f’ġuriżdizzjonijiet differenti. Sabiex jiġi żgurat aċċess dirett għal dejta mill-awtoritajiet rilevanti, l-Artikolu 19 ta’ dan ir-Regolament jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni biex tikkonkludi ftehimiet ta’ kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi rilevanti, sakemm tiġi żgurata segretezza professjonali, inkluż il-protezzjoni ta’ sigrieti tan-negozju li jkun maqsum mill-awtoritajiet ma’ partijiet terzi.
3.4.7.Is-sanzjonijiet u l-miżuri amministrattivi (Kapitolu VIII)
L-Istati Membri għandhom jiddisponu li sanzjonijiet u miżuri amministrattivi xierqa jkunu jistgħu jiġu applikati għall-ksur tar-Regolament propost. Għal dan il-għan, sett minimu ta’ sanzjonijiet u miżuri amministrattivi għandu jkun disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti, inkluż l-irtirar tal-awtorizzazzjoni, twissijiet pubbliċi, tkeċċija tal-maniġment, radd lura ta’ profitti miksuba mill-ksur ta’ dan ir-Regolament fejn dawn ikunu jistgħu jiġu ddeterminati, u multi amministrattivi. Meta jiġi ddeterminat it-tip u l-livell ta’ sanzjonijiet, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu f’kunsiderazzjoni għadd ta’ kriterji stabbiliti mir-Regolament, inkluż id-daqs u s-saħħa finanzjarja tal-persuna responsabbli, l-impatt tal-ksur u l-imġiba kooperattiva tal-persuna responsabbli. Ir-Regolament propost ma jipprevjenix lill-Istati Membri individwali milli jistabbilixxu standards ogħla.
3.4.8.Reviżjoni (Kapitolu IX)
l-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament tikkostitwixxi l-ewwel sett ta’ regoli dwar it-trasparenza tal-SFT, strutturi oħra ta’ finanzjament u riipotekazzjoni fil-livell tal-UE. Għalhekk huwa importanti li jiġi evalwat jekk il-miżuri deskritti hawn fuq kienux jew le effettivi u effiċjenti biex tinkiseb aktar trasparenza f'dawn l-attivitajiet. Għalhekk, tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni se tirrapporta dwar l-adegwatezza tal-miżuri ta’ trasparenza u, jekk ikun xieraq, tippreżenta proposta riveduta.
4.IMPLIKAZZJONI BAĠITARJA
L-impatt finanzjarju u baġitarju tal-proposta huwa indikat fid-dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva mehmuża.
2014/0017 (COD)
Proposta għal
REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
Dwar ir-rapportar u t-trasparenza ta’ tranżazzjonijiet ta’ finanzjament tat-titoli
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara t-trażmissjoni tal-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-Parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew,
Wara li kkonsultaw il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data,
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,
Billi:
(1)Il-kriżi finanzjarja globali tal-2008 żvelat nuqqasijiet regolatorji importanti, superviżjoni ineffettiva, swieq mhux trasparenti u prodotti kumplessi żżejjed fis-sistema finanzjarja. L-UE adottat firxa ta’ miżuri sabiex jagħmlu s-sistema bankarja aktar solida u aktar stabbli, inkluż isaħħu r-regoli dwar ir-rekwiżiti tal-kapital, il-governanza mtejba u reġimi ta’ superviżjoni u riżoluzzjoni. Il-progress li sar dwar l-istabbiliment tal-unjoni bankarja huwa wkoll deċiżiv f’dan il-kuntest. Madankollu, il-kriżi enfasizzat ukoll il-ħtieġa li titjieb it-trasparenza u l-monitoraġġ mhux biss fis-settur bankarju tradizzjonali iżda wkoll f’oqsma fejn iseħħu l-attivitajiet ta’ kreditu mhux bankarji, imsejħa attivitajiet bankarji paralleli.
(2)Fil-kuntest tal-ħidma tagħhom biex jitnaqqsu l-attivitajiet bankarji paralleli, il-Bord ta’ Stabbiltà Finanzjarja (FSB) u l-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (BERS) identifikaw ir-riskji li għandhom it-tranżazzjonijiet ta’ finanzjament tat-titoli (SFT). L-SFT jippermettu l-akkumulu ta’ ingranaġġ, tal-proċikliċità u l-interkonnettività fis-swieq finanzjarji. B’mod partikolari, nuqqas ta’ trasparenza fl-użu ta’ tranżazzjonijiet ta’ finanzjament tat-titoli (SFT) u strutturi oħra ta’ finanzjament ma ħallewx li r-regolaturi u s-superviżuri u lill-investituri jwettqu evalwazzjoni u monitoraġġ rispettiv ta’ riskji simili għal dik bankarja u l-livell ta’ interkonnettività fis-sistema finanzjarja fil-perjodu ta’ qabel u ta' matul il-kriżi finanzjarja. F’dan l-isfond, fid-29 ta’ Awwissu 2013, l-FSB adotta qafas ta’ politika biex jiġu indirizzati r-riskji bankarji paralleli fis-self ta’ titoli u l-ftehim ta' riakkwist Dan ġie approvat aktar tard f’Settembru 2013 mill-Mexxejja tal-G20.
(3)F’Marzu 2012, il-Kummissjoni ppubblikat Green Paper dwar is-Sistema Bankarja Parallela. Fuq il-bażi tar-reazzjoni estensiva rċevuta u filwaqt li tikkunsidra żviluppi internazzjonali, il-Kummissjoni ppubblikat fl-4 ta’ Settembru 2013, Komunikazzjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew dwar is-Sistema Bankarja Parallela. Il-Komunikazzjoni saħqet li n-natura kumplessa u mhux trasparenti tal-STF tagħmilha diffiċli li jiġu identifikat kontropartijiet u li tiġi ssorveljata l-konċentrazzjoni ta’ riskju. Dan iwassal ukoll għall-iżvilupp ta’ ingranaġġ eċċessiv fis-sistema finanzjarja.
(4)Grupp ta’ Esperti ta’ Livell Ġħoli ppresedut minn Erkki Liikanen adotta rapport dwar ir-riformi tal-istruttura tas-settur bankarju tal-UE f’Ottubru 2012. Huwa ddiskuta fost affarijiet oħra l-interazzjoni bejn sistemi u tradizzjonali u sistemi bankarji paralleli. Ir-rapport irrikonoxxa r-riskji ta’ attivitajiet bankarji paralleli bħal livell għoli ta’ ingranaġġ u l-proċikliċità, u sejjaħ għal tnaqqis tal-interkonnettività bejn il-banek u s-sistema bankarja parallela, li kienet sors ta' kontaġju fi kriżi bankarja tul is-sistema kollha. Ir-rapport issuġġerixxa wkoll ċerti miżuri strutturali biex jindirizzaw dgħufijiet li għad fadal fis-settur bankarju tal-UE.
(5)Riformi strutturali għas-sistema bankarja tal-UE huma ttrattati fi proposta legali separata. Madankollu, l-impożizzjoni ta’ miżuri strutturali fuq il-banek tista' tirriżulta f’ċerti attivitajiet li jiġu mċaqalqa lejn oqsma inqas regolati bħas-settur bankarju parallel. Għal dawn ir-raġunijiet, il-proposta legali dwar ir-riforma strutturali tas-settur bankarju tal-UE għandha tkun akkumpanjat minn rekwiżiti ta’ trasparenza vinkolanti u rappurtar għall-SFT stabbiliti f’dan ir-Regolament. Għalhekk, ir-regoli tat-trasparenza ta’ dan ir-Regolament jikkomplementaw ir-regoli ta’ riforma strutturali tal-UE.
(6)Dan ir-Regolament jissodisfa l-bżonn biex iżid it-trasparenza ta’ swieq ta’ finanzjament tat-titoli u b'hekk tas-sistema finanzjarja. Sabiex jiżgura kundizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni u konverġenza internazzjonali, dan ir-Regolament isegwi r-Rakkomandazzjonijiet tal-FSB. Dan joħloq qafas tal-Unjoni li skontu l-informazzjoni dwar SFT tista’ tkun irrappurtata b’mod effiċjenti lir-repożitorji tan-negozjar u l-investituri. Din il-ħtieġa għal konverġenza internazzjonali hija msaħħa mill-probabbiltà li wara r-riforma strutturali tal-attivitajiet tas-settur bankarju tal-Unjoni, li huma eżerċitati fil-preżent minn banek tradizzjonali tista' tiċċaqlaq għas-settur bankarju parallel u tinkludi entitajiet finanzjarji u mhux finanzjarji. Għalhekk, jista' jkun hemm anqas trasparenza mir-regolaturi u s-superviżuri fir-rigward ta’ dawk l-attivitajiet, li jżommuhom milli jiksbu stampa ġenerali tajba dwar ir-riskji marbuta ma’ tranżazzjonijiet ta’ finanzjament ta’ titoli. Dan jista' biss jiggrava konnessjonijietdiġà stabbiliti tajjeb bejn is-settur bankarju regolat u s-settur bankarju parallel fi swieq partikolari.
(7)Sabiex jirrispondu għall-kwistjonijiet imqajma mir-Rakkomandazzjonijiet tal-FSB u l-iżviluppi previsti wara r-riforma strutturali tas-settur bankarju tal-Unjoni, l-Istati Membri x'aktarx li jadottaw miżuri nazzjonali diverġenti li jistgħu joħolqu ostakli għall-funzjonament mingħajr intoppi tas-suq intern u li jkunu ta’ detriment għall-parteċipanti fis-suq u l-istabilità finanzjarja. Barra minn hekk, in-nuqqas ta’ regoli dwar it-trasparenza armonizzati jagħmilha diffiċli għall-awtoritajiet nazzjonali biex iqabblu d-dejta fuq il-livell mikro li ġejja minn Stati Membri differenti u għalhekk biex jifhmu r-riskji reali li l-parteċipanti individwali fis-suq joħolqu għas-sistema. Huwa għalhekk meħtieġ li jiġu evitati distorsjonijiet u ostakli bħal dawn milli jirriżultaw fl-Unjoni. Konsegwentement, il-bażi legali xierqa għal dan ir-Regolament għandha tkun l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), kif interpretat skont il-ġurisprudenza konsistenti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.
(8)Ir-regoli l-ġodda dwar it-trasparenza għalhekk jipprovdu għar-rappurtar ta’ dettalji rigward l-SFT konkluż mill-parteċipanti kollha fis-suq, billi dawn huma entitajiet finanzjarji jew mhux finanzjarji, inkluża l-kompożizzjoni tal-kollateral sottostanti, jekk dan il-kollateral ikun disponibbli għal użu jew intuża, u l-imposti jkunu ġew applikati. Għal raġunijiet ta’ effiċjenza, l-ispejjeż operattivi rispettivi għall-parteċipanti tas-suq għandu jkun minimizzat u, għalhekk, ir-regoli l-ġodda għandhom jibnu fuq l-infrastrutturi u l-proċessi preeżistenti. Għalhekk, huwa importanti li dan il-qafas legali huwa, sa fejn ikun possibbli, identiku għal dak tar-Regolament (UE) Nru 648/2012/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rappurtar ta’ kuntratti derivattivi lil repożitorji tan-negozjar irreġistrat għal dak l-iskop. Dan għandu jippermetti wkoll li repożitorji tat-tranżazzjonijiet awtorizzati skont ir-Regolament (UE) Nru 648/2012/KE jissodisfaw il-funzjoni repożitorja assenjata mir-regoli l-ġodda, jekk jikkonformaw ma’ ċerti kriterji addizzjonali.
(9)Bħala riżultat, l-informazzjoni dwar ir-riskji inerenti fi swieq ta’ finanzjament tat-titoli se tkun maħżuna ċentralment u ser tkun faċilment u direttament aċċessibbli, fost l-oħrajn, għall-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (AETS), l-Awtorità Bankarja Ewropea (ABE), l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (EIOPA), l-awtoritajiet kompetenti rilevanti, il-BERS u l-banek ċentrali rilevanti tas-sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali (SEBĊ), inkluż il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE), għall-għan ta’ identifikazzjoni u monitoraġġ tar-riskji tal-istabbiltà finanzjarja preżentati minn attivitajiet bankarji paralleli ta’ entitajiet irregolati kif ukoll ta' dawk li mhumiex. l-AETS għandha tqis dawn l-istandards eżistenti stabbilit bl-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012/KE u li jirregola r-repożitorji tal-kummerċ għal kuntratti dderivati u l-iżvilupp tagħhom fil-ġejjieni meta tfassal jew tipproponi reviżjoni tal-istandards tekniċi regolatorji previsti f’dan ir-Regolament u għandha jkollha l-għan li tiżgura li l-awtoritajiet kompetenti rilevanti, il-BERS u l-banek ċentrali rilevanti tas-SEBĊ, inkluż il-BĊE, ikollhom aċċess dirett u immedjat għall-informazzjoni kollha meħtieġa biex iwettqu d-dmirijiet tagħhom.
(10)Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tad-dritt kriminali jew fiskali, l-awtoritajiet kompetenti, l-AETS, korpi jew persuni fiżiċi jew ġuridiċi minbarra awtoritajiet kompetenti li jirċievu informazzjoni kunfidenzjali jistgħu jużawha biss fit-twettiq tal-obbligi tagħhom u fit-twettiq tal-funzjonijiet tagħhom. Madankollu, dan m’għandux jipprevjeni l-eżerċizzju, f’konformità mad-dritt nazzjonali, tal-funzjonijiet tal-korpi nazzjonali responsabbli għall-prevenzjoni, l-istħarriġ jew il-korrezzjoni ta’ każijiet ta’ amministrazzjoni ħażina.
(11)SFT jintużaw b’mod estensiv minn maniġers ta’ fondi għal maniġment effikaċi tal-portafoll. Dan l-użu jista’ jkollu impatt sinifikanti fuq il-prestazzjoni ta’ dawk il-fondi. Dawn jistgħu jintużaw jew biex jissodisfaw l-għanijiet ta’ investiment jew biex itejbu r-ritorni. Il-maniġers għandhom ukoll il-possibbiltà li jużaw strutturi oħra ta’ finanzjament li ghandhom effett ekwivalenti għal SFT. Dawk l-istrutturi l-oħra ta’ finanzjament jinkludu swaps tar-redditu totali, swaps tal-likwidità jew swaps kollaterali. Huma wkoll użati ħafna mill-maniġers tal-fondi biex jiksbu esponiment għal ċerti strateġiji jew biex itejbu d-dħul. Kemm l-SFT u strutturi oħra ta’ finanzjament għandhom komuni l-fatt li dawn iżidu l-profil tar-riskju ġenerali tal-fond billi l-użu tagħhom mhuwiex żvelat tajjeb għall-investituri. Huwa kruċjali li jiġi żgurat li l-investituri f’dawn il-fondi jkunu jistgħu jagħmlu għażliet infurmati u li jiġi evalwat il-profil tar-riskji u tal-gwadann globali ta’ fondi ta’ investiment.
(12)L-investimenti magħmula fuq il-bażi ta’ informazzjoni mhux sħiħa jew mhux preċiża fir-rigward ta’ strateġija ta’ investiment tal-fond jistgħu jirriżultaw f’żieda sinifikanti fit-telf għall-investituri. Huwa għalhekk essenzjali li fondi ta’ investiment jiżvelaw l-informazzjoni rilevanti kollha marbuta mal-użu tagħhom ta’ SFT. Barra minn hekk, it-trasparenza sħiħa hija rilevanti speċjalment f’dan il-qasam ta’ fondi tal-investiment minħabba li t-totalità tal-assi li huma soġġetti għal SFT ma jkunux proprjetà tal-maniġers tal-fondi iżda tal-investituri tal-fondi. Żvelar sħiħ fir-rigward tal-STF huwa għalhekk għodda essenzjali sabiex jissalvagwardja kontra kunflitti possibbli ta’ interess.
(13)Ir-regoli l-ġodda dwar it-trasparenza ta’ SFT u strutturi oħra ta’ finanzjament huma marbuta mill-qrib mad-Direttivi 2009/65/KE u 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill minħabba li jiffurmaw il-qafas legali li jirregola t-twaqqif, il-maniġment u l-ikkumerċjalizzar tal-impriżi ta’ investiment kollettiv.
(14)L-impriżi ta’ investiment kollettiv jistgħu joperaw bħala impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) immaniġġati minn maniġers tal-UCITS jew kumpaniji ta’ investiment awtorizzati skont id-Direttiva 2009/65/KE jew bħala AIF immaniġġati minn maniġers tal-fondi ta’ investiment alternattivi (AIFM) awtorizzati jew irreġistrati skont id-Direttiva 2011/61/UE. Dawn ir-regoli l-ġodda dwar it-trasparenza jissupplimentaw id-dispożizzjonijiet ta’ dawk id-Direttivi. Għaldaqstant, dawn ir-regoli uniformi dwar it-trasparenza ta’ SFT u ta' strutturi oħra ta’ finanzjament għandhom japplikaw b’żieda ma’ dawk stabbiliti fid-Direttivi 2009/65/KE u 2011/61/UE.
(15)Biex l-investituri jsiru konxji tar-riskji assoċjati mal-użu ta’ SFT u strutturi oħra ta’ finanzjament, il-maniġers tal-fond għandhom jinkludu informazzjoni dettaljata dwar kwalunkwe rikors li jkollhom dawn it-tekniki f’intervalli ta' rapportar regolari. Ir-rapporti perjodiċi eżistenti li l-maniġment tal-UCITS jew il-kumpaniji ta’ investiment u l-maniġers tal-AIF iridu jipproduċu għandhom ikunu ssupplimentati b’din l-informazzjoni addizzjonali dwar l-użu ta’ SFT u strutturi oħra ta’ finanzjament.
(16)Politika ta' investiment ta' fond fir-rigward ta' SFT u strutturi oħra ta’ finanzjament għandha tiġi żvelata b'mod ċar fid-dokumenti prekuntrattwali, bħall-prospetti għall-fondi tal-UVITS u għall-iżvelar prekuntrattwali lill-investituri tal-AIF. Dan għandu jiżgura li l-investituri jifhmu u japprezzaw ir-riskji inerenti qabel ma jiddeċiedu li jinvestu f’ UCITS u AIF partikolari.
(17)Ir-riipotekazzjoni tipprovdi likwidità u tippermetti lill-kontropartijiet jnaqqsu l-ispejjeż tal-finanzjament. Madankollu, din toħloq ktajjen tal-kollateral kumplessi bejn l-attività bankarja tradizzjonali u dik parallela, li joħolqu r-riskji għall-istabbiltà finanzjarja. In-nuqqas ta’ trasparenza fuq safejn l-istrumenti finanzjarji pprovduti bħala kollateral ġew riipotekazzjonati u r-riskji rispettivi f’każ ta’ falliment jistgħu jdgħajfu l-kunfidenza f’kontropartijiet u jkabbru r-riskji għall-istabbiltà finanzjarja.
(18)Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli dwar informazzjoni lejn il-kontropartijiet dwar riipotekazzjoni li m’għandhomx jippreġudikaw l-applikazzjoni ta’ regoli settorjali adattata għall-atturi, strutturi u sitwazzjonijiet partikolari. Għalhekk, ir-regoli dwar ir-riipotekazzjoni stipulati f’dan ir-Regolament japplikaw, pereżempju, għal fondi u depożitarji biss sakemm ma jkunx hemm regoli aktar stretti dwar l-użu mill-ġdid previst fil-qafas għal fondi ta’ investiment li jikkostitwixxi lex specialis u li jieħdu l-preċedenza fuq ir-regoli li jinsabu f’dan ir-Regolament. B’mod partikolari, dan ir-Regolament għandu jkun mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe regola li tirrestrinġi l-abbiltà ta’ kontropartijiet biex jipparteċipaw f’riipotekazzjoni ta’ strumenti finanzjarji li huma pprovduti bħala kollateral mill-kontropartijiet jew persuni differenti mill-kontropartijiet.
(19)Sabiex tiġi żgurata l-konformità mill-kontropartijiet, mal-obbligi li joħorġu minn dan ir-Regolament u biex ikun żgurat li dawn huma soġġetti għal trattament simili madwar l-Unjoni, għandhom jiġu żgurati sanzjonijiet u miżuri amministrattivi li huma effettivi, proporzjonali u disważivi. Għaldaqstant, is-sanzjonijiet u l-miżuri amministrattivi stabbilti minn dan ir-Regolament għandhom jissodisfaw ċerti rekwiżiti essenzjali fir-rigward tad-destinatarji, il-kriterji li għandhom ikunu kkunsidrati fl-applikazzjoni ta' sanzjoni jew miżura, il-pubblikazzjoni tas-sanzjonijiet jew tal-miżuri, is-setgħat ta’ sanzjonar ewlenin u l-livelli ta’ sanzjonijiet pekunarji amministrattivi. Huwa xieraq li l-miżuri u s-sanzjonijiet stabbiliti skont id-Direttivi 2009/65/KE u 2011/61/UE japplikaw għall-ksur tal-obbligi ta' trasparenza tal-fondi ta’ investiment skont dan ir-Regolament.
(20)L-istandards tekniċi fis-settur tas-servizzi finanzjarji għandhom jiżguraw armonizzazzjoni konsistenti u protezzjoni adegwata għad-depożitanti, l-investituri u l-konsumaturi fl-Unjoni kollha. Bħala entità b’kompetenza esperta speċjalizzata ħafna, ikun effiċjenti u xieraq li, l-AETS tiġi afdata bl-elaborazzjoni ta' abbozzi ta’ standards regolatorji tekniċi u implimentattivi, li ma jinvolvux għażliet ta’ politika. L-AETS għandha tiżgura proċessi amministrattivi u ta' rappurtar effiċjenti meta tkun qed tabbozza l-istandards tekniċi. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta standards tekniċi regolatorji permezz ta' atti delegati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fl-oqsma li ġejjin: id-dettalji ta' tipi differenti ta' SFT, id-dettalji tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta' repożitorju tat-tranżazzjonijiet, u l-frekwenza u d-dettalji ta' pubblikazzjoni u ta' aċċess għad-dejta tar-repożitorji tat-tranżazzjonijiet.
(21)Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta standards tekniċi regolatorji żviluppati mill-AETS permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni skont l-Artikolu 291 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 rigward il-format u l-frekwenza tar-rapporti, il-format tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ repożitorju tat-tranżazzjonijiet, kif ukoll il-proċeduri u l-forom ta’ skambju ta’ informazzjoni dwar sanzjonijiet mal-AETS.
(22)Is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-emendar tal-lista ta’ entitajiet li għandhom ikunu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament sabiex tiġi evitata limitazzjoni tas-setgħa tagħhom li jwettqu l-kompiti ta’ interess komuni; Dettalji speċifiċi dwar definizzjonijiet; It-tip ta’ tariffi, il-kwistjonijiet li għalihom huma dovuti t-tariffi, l-ammont tat-tariffi u l-mod kif jitħallsu mir-repożitorji tat-tranżazzjonijiet, u tal-emenda tal-Anness sabiex tiġi aġġornata l-informazzjoni dwar SFT kif ukoll strutturi ta’ finanzjament oħra u informazzjoni lill-investituri. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol preparatorju tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti. Il-Kummissjoni, waqt li tħejji u tfassal atti delegati, għandha tiżgura trasmissjoni simultanja, f’waqtha u xierqa ta’ dokumenti rilevanti għall-Parlament Ewropew u għall-Kunsill.
(23)Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, għandhom jingħataw setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni sabiex tieħu deċiżjonijiet dwar il-valutazzjoni tar-regoli ta' pajjiżi terzi għall-finijiet ta’ rikonoxximent ta’ repożitorji tat-tranżazzjonijiet ta’ pajjiżi terzi.
(24)Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, huwa meħtieġ u xieraq sabiex tiġi żgurata t-trasparenza ta’ ċerti attivitajiet tas-suq bħal SFT, r-riipotekazzjoni u, fejn xieraq, strutturi oħra ta’ finanzjament u biex jippermettu l-monitoraġġ u l-identifikazzjoni tar-riskji għall-istabbiltà finanzjarja korrispondenti. Dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jinkisbu l-obbjettivvi, segwiti f'konformità mal-Artikolu 5(4) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.
(25)Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, id-dritt għall-protezzjoni tad-dejta personali, id-dritt għar-rispett tal-ħajja privata u tal-familja, id-dritt għal difiża u l-prinċipju ta' ne bis in idem, il-libertà li wieħed ikollu negozju, id-dritt ta’ proprjetà, id-dritt għal rimedju effettiv u għal proċess imparzjali. Dan ir-Regolament għandu jiġi applikat skont dawn id-drittijiet u l-prinċipji.
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Kapitolu I
Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni
Artikolu 1
Suġġett
Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli dwar it-trasparenza ta’ tranżazzjonijiet ta’ finanzjament tat-titoli (SFT), strutturi oħra ta’ finanzjament u riipotekazzjoni.
Artikolu 2
Kamp ta’ applikazzjoni
1.Dan ir-Regolament għandu japplika għal:
(a)Kontroparti għal SFT li hija stabbilita:
(1)fl-Unjoni, inklużi l-fergħat kollha tagħha irrispettivament minn fejn ikunu jinsabu;
(2)f’pajjiż terz, jekk l-SFT ikun konkluż matul l-operazzjonijiet ta’ fergħa tal-UE;
(b)Il-kumpaniji maniġerjali ta’ impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (“UCITS”) u kumpaniji ta’ investiment tal-UCITS skont id-Direttiva 2009/65/KE;
(c)il-maniġers tal-fondi ta’ investiment alternattivi (“AIFMs”) awtorizzat skont id-Direttiva 2011/61/UE;
(d)kontroparti involuta f’riipotekazzjoni li hija stabbilita:
(1)fl-Unjoni, inklużi l-fergħat tagħha kollha irrispettivament ta’ fejn ikunu jinsabu;
(2)f’pajjiż terz, f’wieħed mill-każijiet li ġejjin:
(i.)Riipotekazzjoni li ssir waqt l-operazzjonijiet ta’ fergħa tal-UE;
(ii.)ir-riipotekazzjoni tikkonċerna l-istrumenti finanzjarji pprovduti bħala kollateral minn kontroparti stabbilita fl-Unjoni jew ta’ fergħa tal-UE ta’ kontroparti stabbilita f’pajjiż terz.
2.Dan ir-Regolament ma għandux japplika:
(a)għall-membri tas-SEBĊ u l-korpi oħra tal-Istati Membri li jwettqu funzjonijiet simili u korpi pubbliċi oħra tal-Unjoni li huma impenjati fi jew jintervjenu fl-amministrazzjoni tad-dejn pubbliku;
(b)għall-Bank ta’ Saldi Internazzjonali.
3.Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 27 biex temenda l-lista stabbilita fil-paragrafu 2 ta’dan l-Artikolu.
Artikolu 3
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
1.“repożitorju tat-tranżazzjonijiet" tfisser persuna ġuridika li ċentralment tiġbor u żżomm ir-rekords tat-tranżazzjoni ta’ finanzjament tat-titoli.
2.“kontropartijiet” tfisser “il-kontropartijiet finanzjarji” u “kontropartijiet mhux finanzjarji” kif definiti fil-punti (8) u (9) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 kif ukoll “CCP” kif definit fil-punt (1) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012;
3."stabbilit" tfisser:
(a)jekk il-kontroparti hija persuna naturali, “li jkollha l-uffiċċju prinċipali tagħha”;
(b)jekk il-kontroparti hija persuna ġuridika, “li jkollha l-uffiċċju reġistrat tagħha”;
(c)jekk il-kontroparti ma għandha, skont il-liġi nazzjonali tagħha, l-ebda uffiċċju reġistrat, li għandha l-uffiċċju prinċipali tagħha.
4.“fergħa” tfisser post ta’ negozju minbarra l-uffiċċju prinċipali li huwa parti minn kontroparti u li ma għandha l-ebda personalità ġuridika;
5.“għoti b’self ta’ titoli jew komoditajiet” u “teħid b’self ta’ titoli jew komoditajiet” ifissru kull tranżazzjoni fejn kontroparti tittrasferixxi titoli jew komoditajiet suġġett għall-impenn li min jissellef irodd lura titoli jew komoditajiet ekwivalenti f’xi data fil-futur jew meta jiġi mitlub jagħmel hekk minn dak li jittrasferixxi; li dik it-tranżazzjoni titqies li hija self ta’ titoli jew komoditajiet għall-kontroparti li tittrasferixxi t-titoli jew il-komoditajiet u li titqies li hija teħid b’self ta’ titoli jew komoditajiet għall-kontroparti fejn dawn ikunu ġew trasferiti;
6.“tranżazzjoni ta’ finanzjament tat-titoli (SFT)” tfisser:
–tranżazzjoni ta' riakkwist kif definita fil-punt (83) tal-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
–“għoti b’self ta’ titoli jew prodotti” jew “teħid b’self ta’ titoli jew prodotti;”
–
kwalunkwe tranżazzjoni li jkollha l-istess effett ekonomiku u li tippreżenta riskji simili, b’mod partikolari tranżazzjoni ta’ xiri-bejgħ lura jew bejgħ lura;
7.“riipotekazzjoni” tfisser l-użu minn kontroparti riċevitur ta’ strumenti finanzjarji rċevuti bħala kollateral f’isimha stess u għan-nom tagħha stess jew f’isem kontraparti oħra;
8."strumenti finanzjarji" tfisser strumenti finanzjarji kif imfissra fit-Taqsima C tal-Anness I tad-Direttiva 2004/39/KE;
9.“strutturi oħra ta’ finanzjament” tfisser kwalunkwe strumenti jew miżuri li għandhom effett ekwivalenti għal SFT;
10."komodità" tfisser komodità kif definita fil-punt (1) tal-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1287/2006;
Sabiex tirrifletti l-evoluzzjoni ta’ prattiki tas-suq u żviluppi teknoloġiċi, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 27 li jikkonċernaw il-miżuri sabiex tispeċifika aktar tipi ta’ tranżazzjonijiet li għandhom effett ekonomiku ekwivalenti u jirrappreżentaw riskji simili għall-SFT kif stabbilit fil-punt (6).
Kapitolu II
It-trasparenza ta' SFT
Artikolu 4
L-obbligu ta’ rappurtar u s-salvagwardja fir-rigward ta’ SFT
1.Kontropartijiet tal-SFT għandhom jirrapportaw id-dettalji ta’ dawn it-tranżazzjonijiet lil repożitorju tat-tranżazzjonijiet irreġistrat skont l-Artikolu 5 jew rikonoxxut skont l-Artikolu 19. Id-dettalji għandhom jiġu rrappurtati mhux iżjed tard minn jum tax-xogħol wara l-konklużjoni, il-modifika jew it-terminazzjoni tat-tranżazzjoni.
L-obbligu ta’ rappurtar għandu japplika għal SFT li:
(a)ġew konklużi qabel id-data msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 29 u jibqgħu pendenti f’dik id-data;
(b)jiġu konklużi wara d-data msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 29.
kontroparti li tkun soġġetta għall-obbligu ta’ rappurtar tista’ tiddelega r-rappurtar tad-dettalji tal-SFT.
2.Il-kontropartijiet għandhom iżommu rekord ta’ kwalunkwe SFT li jkunu kkonkludew u kwalunkwe modifika mill-inqas għal għaxar snin wara t-terminazzjoni tat-tranżazzjoni.
3.Meta repożitorju tat-tranżazzjonijiet ma jkunx disponibbli biex jirreġistra d-dettalji ta’ SFT, il-kontropartijiet għandhom jiżguraw li dawk id-dettalji jkunu rrappurtati lill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (AETS).
F’dan il-każ l-AETS għandha tiżgura li l-entitajiet rilevanti kollha msemmija fl-Artikolu 12(2) ikollhom aċċess għad-dettalji kollha tal-SFT li jkunu jeħtieġu biex jissodisfaw ir-responsabbiltajiet u l-mandati rispettivi tagħhom.
4.Repożitorji tat-tranżazzjonijiet u l-AETS għandhom jirrispettaw il-kundizzjonijiet rilevanti dwar il-kunfidenzjalità, l-integrità u l-protezzjoni tal-informazzjoni rċevuta taħt dan l-Artikolu stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 648/2012, b’mod partikolari l-Artikolu 80 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012. Referenzi f’dak l-artikolu li l-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 u li “kuntratti derivattivi” għandhom jinqraw bħala referenzi għall-Artikolu 4 ta’ dan ir-Regolament u “SFT” rispettivament.
5.Kontraparti li tirrapporta d-dettalji ta’ SFT lil repożitorju tat-tranżazzjonijiet jew lill-AETS, jew entità li tirrapporta tali dettalji f’isem kontroparti ma għandhiex titqies li qed tikser xi restrizzjoni ta’ divulgazzjoni ta’ informazzjoni imposta minn dak il-kuntratt jew minn kwalunkwe dispożizzjoni leġiżlattiva, regolatorja jew amministrattiva.
6.L-ebda responsabbiltà li tirriżulta minn dik id-divulgazzjoni ma għandha taqa’ fuq l-entità ta’ rappurtar jew id-diretturi jew l-impjegati tagħha.
F’każijiet fejn id-dettalji ta’ SFT iridu jiġu rrapportati f’repożitorju tat-tranżazzjonijiet skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 u dak ir-rapport effettivament jinkludi d-dettalji msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-obbligu ta’ rappurtar stabbilit fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandu jiġi kkunsidrat li ġie sodisfatt.
7.Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni konsistenti ta’ dan l-Artikolu, l-AETS, b’kooperazzjoni mill-qrib mas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali (SEBĊ) u filwaqt li tqis il-ħtiġijiet tagħha, għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw id-dettalji għat-tipi differenti ta’ SFT li għall-inqas għandu jispeċifika:
(a)il-partijiet għall-SFT u, meta jkunu differenti, il-benefiċjarju tad-drittijiet u l-obbligi li jirriżultaw minnu;
(b)l-ammont prinċipali, il-munita, it-tip, il-kwalità u l-valur tal-kollateral, il-metodu użat għall-provvediment tal-kollateral, fejn huwa disponibbli għal riipotekazzjoni, jekk ġie riipotekat, kull sostitut tal-kollateral, ir-rata ta’ xiri mill-ġdid jew ħlas ta' self, il-kontroparti, il-haircut, id-data ta’ valur, id-data tal-maturità u l-ewwel data eżerċitabbli.
L-AETS għandha tissottometti l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa [12-il xahar wara l-pubblikazzjoni ta’ dan ir-Regolament].
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
8.Sabiex tiżgura kundizzjonijiet uniformi ta’ applikazzjoni tal-paragrafu 1, l-AETS għandha, b’kooperazzjoni mill-qrib mas-SEBĊ u filwaqt li tqis il-ħtiġijiet tagħha, tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni li jispeċifikaw il-format u l-frekwenza tar-rapporti msemmija fil-paragrafi 1 u 3 għat-tipi differenti ta’ SFT;
l-AETS għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni sa [12-il xahar wara l-pubblikazzjoni tar-Regolament].
Il-Kummissjoni hi kkonferita bis-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi implimentattivi msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
Kapitolu III
Ir-reġistrazzjoni u s-superviżjoni ta' repożitorju tat-tranżazzjonijiet
Artikolu 5
Reġistrazzjoni ta’ repożitorju tat-tranżazzjonijiet
1.Repożitorju tat-tranżazzjonijiet għandu jirreġistra mal-AETS għall-finijiet tal-Artikolu 4 skont il-kondizzjonijiet u l-proċedura stabbilita f’dan l-Artikolu.
Sabiex ikun eliġibbli li jiġi rreġistrat skont dan l-Artikolu, repożitorju tat-tranżazzjonijiet għandu jkun persuna ġuridika stabbilita fl-Unjoni u għandu jilħaq ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 78 u 79 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012. Ir-referenzi għall-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 għandhom jinqraw bħala referenza għall-Artikolu 4 ta’ dan ir-Regolament.
2.Ir-reġistrazzjoni ta’ repożitorju tat-tranżazzjonijiet għandha tkun effettiva għat-territorju kollu tal-Unjoni.
3.Repożitorju tat-tranżazzjonijiet irreġistrat għandu jikkonforma f’kull waqt mal-kundizzjonijiet għar-reġistrazzjoni. Repożitorju tat-tranżazzjonijiet għandu, mingħajr dewmien bla bżonn, jinnotifika lill-AETS bi kwalunkwe bidliet materjali għall-kundizzjonijiet għar-reġistrazzjoni.
4.Repożitorju tat-tranżazzjonijiet għandu jissottometti applikazzjoni għar-reġistrazzjoni lill-AETS.
5.L-AETS għandha tivvaluta jekk l-applikazzjoni tkunx kompluta fi żmien 20 jum tax-xogħol mill-irċevuta tal-applikazzjoni. Meta l-applikazzjoni ma tkunx kompluta, l-AETS għandha tistabbilixxi limitu taż-żmien sa meta r-repożitorju tat-tranżazzjonijiet għandu jipprovdi informazzjoni addizzjonali. Wara li tevalwa applikazzjoni bħala kompluta, l-AETS għandha tinnotifika b’dan lir-repożitorju tat-tranżazzjonijiet.
6.L-AETS għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw id-dettalji tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni msemmija fil-paragrafu 4.
L-AETS għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa [12-il xahar wara l-pubblikazzjoni ta’ dan ir-Regolament].
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
7.Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni uniformi tal-paragrafu 1, l-AETS għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi tal-implimentazzjoni li jispeċifikaw il-format tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni msemmija fil-paragrafu 4.
L-AETS għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni sa [12-il xahar wara l-pubblikazzjoni ta’ dan ir-Regolament].
Il-Kummissjoni hi kkonferita bis-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi implimentattivi msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
Artikolu 6
Notifika ta’ u konsultazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti qabel ir-reġistrazzjoni
(1)Jekk repożitorju tat-tranżazzjonijiet li qed japplika għar-reġistrazzjoni huwa entità li hija awtorizzata jew irreġistrata minn awtorità kompetenti fl-Istat Membru fejn hija tkun stabbilita, l-AETS għandha, mingħajr dewmien żejjed, tinnotifika u tikkonsulta ma’ din l-awtorità kompetenti qabel ir-reġistrazzjoni tar-repożitorju tat-tranżazzjonijiet.
(2)L-AETS u l-awtorità kompetenti rilevanti għandhom jiskambjaw l-informazzjoni kollha li hija meħtieġa għar-reġistrazzjoni tar-repożitorju tat-tranżazzjonijiet kif ukoll għas-superviżjoni tal-konformità tal-entità mal-kundizzjonijiet tar-reġistrazzjoni tagħha jew l-awtorizzazzjoni fl-Istat Membru fejn hija stabbilita.
Artikolu 7
Eżami tal-applikazzjoni
(1)L-AETS għandha, fi żmien erbgħin jum tax-xogħol min-notifika msemmija fl-Artikolu 5(5) teżamina l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni bbażata fuq il-konformità tar-repożitorju tat-tranżazzjonijiet ma' dan il-kapitolu u għandha tadotta deċiżjoni motivata b’mod sħiħ ta' reġistrazzjoni jew ta' rifjut tar-reġistrazzjoni.
(2)Deċiżjoni maħruġa mill-AETS skont il-paragrafu 1 għandha tidħol fis-seħħ fil-ħames jum tax-xogħol wara l-adozzjoni tagħha.
Artikolu 8
Notifika tad-Deċiżjonijiet tal-AETS dwar ir-reġistrazzjoni
(1)Meta l-AETS tadotta deċiżjoni ta’ reġistrazzjoni, jew deċiżjoni li tirrifjuta jew tirtira reġistrazzjoni, hija għandha tinnotifika r-repożitorju tat-tranżazzjonijiet fi żmien ħames ijiem tax-xogħol bi spjegazzjoni raġunata b’mod sħiħ tad-deċiżjoni tagħha.
L-AETS għandha, mingħajr dewmien żejjed, tinnotifika lill-awtorità kompetenti rilevanti msemmija fl-Artikolu 6(1) bid-deċiżjoni tagħha.
(2)L-AETS għandha tikkomunika kwalunkwe deċiżjoni li tittieħed skont il-paragrafu 1 lill-Kummissjoni.
(3)L-AETS għandha tippubblika fuq il-websajt tagħha lista tar-repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet irreġistrati skont dan ir-Regolament. Dik il-lista għandha tiġi aġġornata fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol wara l-adozzjoni ta’ deċiżjoni skont il-paragrafu 1.
Artikolu 9
Setgħat tal-AETS
(1)Il-poteri konferiti fuq l-AETS skont l-Artikoli 61 sa 68, 73 u 74 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 għandhom jiġu eżerċitati wkoll fir-rigward ta’ dan ir-Regolament.
Referenzi għall-Artikolu 81(1) u (2) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 għandhom jinqraw bħala referenzi għall-Artikolu 12(1) u 12(2) ta’ dan ir-Regolament rispettivament.
(2)Is-setgħat konferiti fuq l-AETS jew xi uffiċjal jew persuna oħra awtorizzata mill-AETS mill-Artikoli 61 sa 63 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 ma għandhomx jintużaw biex jesiġu l-iżvelar ta' informazzjoni jew dokumenti li huma soġġetti għall-privileġġ legali.
Artikolu 10
Irtirar tar-reġistrazzjoni
1.Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 73 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, l-AETS għandha tirtira r-reġistrazzjoni ta’ repożitorju tat-tranżazzjonijiet, fejn ir-repożitorju tat-tranżazzjonijiet:
(a)ikun b’mod espliċitu rrinunzja r-reġistrazzjoni jew ma jkun ipprovda l-ebda servizz tal-kreditu għas-sitt xhur ta’ qabel;
(b)ikun kiseb ir-reġistrazzjoni billi għamel dikjarazzjonijiet foloz jew permezz ta’ kwalunkwe mezz irregolari ieħor;
(c)ma jkunx għadu jissodisfa l-kundizzjonijiet li taħthom kien ġie rreġistrat.
2.L-AETS għandha, mingħajr dewmien żejjed, tinnotifika lill-awtorità kompetenti rilevanti msemmija fl-Artikolu 6(1) bid-deċiżjoni li tirtira r-reġistrazzjoni ta’ repożitorju tat-tranżazzjonijiet.
3.L-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru li fih ir-repożitorju tat-tranżazzjonijiet iwettaq is-servizzi u l-attivitajiet tiegħu u li tqis li waħda mill-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 tkun ġiet sodisfatta, tista’ titlob lill-AETS teżamina jekk il-kundizzjonijiet għall-irtirar tar-reġistrazzjoni tar-repożitorju tat-tranżazzjonijiet ikkonċernat humiex sodisfatti. Meta l-AETS tiddeċiedi li ma tirtirax ir-reġistrazzjoni tar-repożitorju tat-tranżazzjonijiet konċernat, għandha tipprovdi raġunijiet sħaħ.
4.L-awtorità kompetenti msemmija fil-paragrafu 3 għandha tkun l-awtorità nnominata skont l-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012.
Artikolu 11
Tariffi għas-superviżjoni
1.L-AETS għandha timponi tariffi għar-repożitorji tat-tranżazzjoni skont dan ir-Regolament u f’konformità mal-atti delegati adottati skont il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu. Dawk it-tariffi għandhom ikunu proporzjonali mal-fatturat tar-repożitorju tat-tranżazzjonijiet ikkonċernat u jkopru għal kollox l-infiq tal-AETS meħtieġ għar-reġistrazzjoni u s-superviżjoni tar-repożitorji tat-tranżazzjonijiet kif ukoll ir-rimborż ta’ kwalunkwe spejjeż li l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jġarrbu fit-twettiq ta' xogħolhom skont dan ir-Regolament, b’mod partikolari bħala riżultat ta’ kwalunkwe delega ta’ kompiti skont l-Artikolu 9(1) ta’ dan ir-Regolament flimkien mal-Artikolu 74 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012. Referenzi għall-Artikolu 72(3) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 għandhom jinqraw bħala referenza għall-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.
2.Il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat f’konformità mal-Artikolu 27 biex tispeċifika aktar it-tip ta’ tariffa, il-materji li it-tariffi jkunu dovuti għalihom, l-ammont tat-tariffi u l-metodu li bih għandhom jitħallsu.
Artikolu 12
It-trasparenza u d-disponibilità tad-dejta
1.Repożitorju tat-tranżazzjonijiet għandu, f’intervalli regolari u b’mod faċilment aċċessibbli, jippubblika pożizzjonijiet aggregati skont it-tip ta' SFT rappurtati lilu.
2.Repożitorju tat-tranżazzjonijiet għandu jiġbor u jżomm id-dettalji ta’ SFT u għandu jiżgura li l-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 81(3) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, l-Awtoritŕ Bankarja Ewropea (ABE) u l-Awtoritŕ Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (EIOPA) jkollhom aċċess dirett u immedjat għal dawn id-dettalji biex jippermettulhom li jwettqu r-responsabbiltajiet u l-mandati rispettivi tagħhom.
3.Sabiex tiżgura applikazzjoni konsistenti ta’ dan l-Artikolu, l-AETS għandha, b’kooperazzjoni mill-qrib tas-SEBĊ u filwaqt li tqis il-bżonnijiet tal-entitajiet imsemmija fil-paragrafu 2, tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw:
(a)Il-frekwenza u d-dettalji dwar il-pożizzjonijiet aggregati msemmija fil-paragrafu 1 u d-dettalji tal-SFT msemmija fil-paragrafu 2;
(b)l-istandards operattivi meħtieġa għall-aggregazzjoni u t-tqabbil tad-dejta minn repożitorju għall-ieħor.
(c)Id-dettalji tal-informazzjoni li l-entitajiet imsemmija fil-paragrafu 2 ikollhom aċċess għalihom.
Dawk l-abbozzi tal-istandards tekniċi regolatorji għandu jkollhom l-għan li jiggarantixxu li l-informazzjoni ppubblikata skont il-paragrafu 1 ma tkun kapaċi tidentifika l-ebda parti tal-ebda SFT.
L-AETS għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa [12-il xahar wara l-pubblikazzjoni ta’ dan ir-Regolament].
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
Kapitolu IV
It-trasparenza lejn investituri
Artikolu 13
It-trasparenza tal-fond tal-investiment f'rapporti perjodiċi
1.Il-kumpaniji tal-maniġment ta’ UCITS, UCITS kumpaniji ta’ investiment u l-AIFMs għandhom jgħarrfu lill-investituri tagħhom dwar l-użu li jagħmlu minn SFTs kif ukoll ta’ strutturi oħra ta’ finanzjament:
(a)Kumpaniji maniġerjali UCITS jew kumpanniji ta’ investiment għandhom jinkludu din l-informazzjoni bħala parti mir-rapporti ta' kull sitt xhur u annwali tagħhom imsemmija fl-Artikolu 68 tad-Direttiva 2009/65/KE;
(b)L-AIFMs għandhom jinkludu din l-informazzjoni fir-rapport annwali msemmi fl-Artikolu 22 tad-Direttiva 2011/61/UE.
2.L-informazzjoni dwar SFT kif ukoll dwar strutturi oħra ta’ finanzjament għandha tinkludi mill-inqas l-informazzjoni prevista fit-Taqsima A tal-Anness.
3.Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 27 biex temenda Taqsima A tal-Anness sabiex tirrifletti l-evoluzzjoni ta’ prattiki tas-suq u żviluppi teknoloġiċi.
Artikolu 14
It-trasparenza tal-fond tal-investiment f'dokumenti ta’ qabel l-investiment
1.Il-prospett tal-UCITS imsemmi fl-Artikolu 69 tad-Direttiva 2009/65/KE, u l-iżvelar minn AIFMs lil investituri msemmija fl-Artikolu 24(1) u (3) tad-Direttiva 2011/61/UE għandu jispeċifika SFT u strutturi oħra ta’ finanzjament li l-kumpaniji maniġerjali UCITS jew kumpaniji ta’ investiment u l-AIFM rispettivament, huma awtorizzati li jużaw u jinkludu dikjarazzjoni ċara li dawn it-tekniki huma użati.
2.Il-prospett u l-iżvelar lill-investituri msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu mill-inqas l-informazzjoni prevista fit-Taqsima B tal-Anness.
3.Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 27 li jemenda t-Taqsima B tal-Anness sabiex jirriflettu l-evoluzzjoni ta’ prattiki tas-suq u żviluppi teknoloġiċi.
Kapitolu V
It-trasparenza tar-riipotekazzjoni
Artikolu 15
Ir-riipotekazzjoni ta' strumenti finanzjarji riċevuta bħala kollateral
1.Il-kontropartijiet għandhom ikollhom id-dritt ta' riipotekazzjoni fejn mill-inqas jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a)il-kontroparti li tforni ġiet debitament infurmata bil-miktub mill-kontroparti li tirċievi bir-riskji li jistgħu jkunu involuti fl-għoti ta' kunsens kif imsemmi fil-punt (b) b’mod partikolari r-riskji potenzjali f’każ ta’ inadempjenza ta’ kontroparti li tirċievi
(b)Kontroparti li tipprovdi tat il-kunsens espress tagħha minn qabel bħala xhieda bl-iffirmar tal-kontroparti li tipprovdi għal ftehim bil-miktub jew mekkaniżmu alternattiv ekwivalenti.
2.Il-kontropartijiet għandhom jeżerċitaw id-dritt tagħhom għal riipotekazzjoni fejn mill-inqas jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a)ir-riipotekazzjoni titwettaq skont it-termini speċifikati fil-ftehim bil-miktub imsemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1;
(b)l-istrumenti finanzjarji rċevuti bħala kollateral huma trasferiti f’kont miftuħ f’isem kontroparti li tirċievi.
3.Dan l-Artikolu huwa mingħajr preġudizzju għal leġiżlazzjoni settorjali aktar stretta, b’mod partikolari tad-Direttiva 2011/61/UE u 2009/65/KE.
Kapitolu VI
Is-sorveljanza u l-awtoritajiet kompetenti
Artikolu 16
Il-ħatra u s-setgħat tal-awtoritajiet kompetenti
1.Għall-għan ta’ dan ir-Regolament, l-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu:
(a)għal kontropartijiet finanzjarji, l-awtoritajiet kompetenti msemmija fil-punt (8) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012;
(b)għal kontropartijiet mhux finanzjarji, l-awtoritajiet kompetenti maħtura fl-Artikolu 10(5) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012;
(c)għal CCP l-awtoritajiet kompetenti maħtura skont l-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012.
(d)għad-depożitorji ċentrali tat-titoli, l-awtoritajiet kompetenti maħsuba skont [CSDR];
(e)għal fondi ta’ investiment, l-awtoritajiet kompetenti maħtura skont id-Direttiva 2009/65/KE u d-Direttiva 2011/61/UE.
2.L-awtoritajiet kompetenti għandhom jeżerċitaw is-setgħat mogħtija lilhom mid-dispożizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 u jissorveljaw il-konformità mal-obbligi stabbiliti f’dan ir-Regolament.
3.L-awtoritajiet kompetenti msemmija fil-punt (e) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandhom jissorveljaw l-UCITS jew l-AIF stabbiliti jew ikkummerċjalizzati fit-territorji tagħhom biex jivverifikaw li ma jużawx SFT u strutturi oħra ta’ finanzjament sakemm ma jikkonformawx mal-Artikoli 13 u 14.
Artikolu 17
Kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti
1.L-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 16 u l-AETS għandhom jikkooperaw mill-qrib ma’ xulxin u jiskambjaw informazzjoni bl-iskop li jwettqu d-dmirijiet tagħhom skont dan ir-Regolament, b’mod partikolari sabiex jidentifikaw u jirrimedjaw għall-ksur ta’ dan ir-Regolament.
2.L-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 16 u l-AETS għandhom jikkooperaw mill-qrib mal-membri rilevanti tas-SEBĊ fejn rilevanti għall-eżerċizzju tad-dmirijiet tagħhom, b’mod partikolari fir-rigward tal-Artikolu 4.
Artikolu 18
Segretezza professjonali
1.L-obbligu tas-segretezza professjonali għandu japplika għall-persuni kollha li jaħdmu jew li ħadmu għall-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 12(2) u l-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 16 għall-AETS, l-ABE u l-EIOPA jew għall-awdituri u l-esperti mogħtija l-istruzzjonijiet mill-awtoritajiet kompetenti jew l-AETS, l-ABE u l-EIOPA L-ebda informazzjoni kunfidenzjali li dawn il-persuni jirċievu fil-qadi tad-doveri tagħhom ma għandha tiġi żvelata lil ebda persuna jew awtorità, ħlief f’forma sommarja jew aggregata b’mod li kontroparti ċentrali ndividwali, repożitorju tat-tranżazzjonijiet jew kwalunkwe persuna oħra ma tkunx tista’ tiġi identifikata, mingħajr preġudizzju għall-każijiet koperti mid-dritt kriminali jew fiskali jew għal dan ir-Regolament.
2.Mingħajr preġudizzju għall-każijiet koperti mid-dritt kriminali jew fiskali, l-awtoritajiet kompetenti, l-AETS, korpi jew persuni fiżiċi jew ġuridiċi minbarra awtoritajiet kompetenti li jirċievu informazzjoni kunfidenzjali skont dan ir-Regolament jistgħu jużawha biss fit-twettiq tal-obbligi tagħhom u għat-twettiq tal-funzjonijiet tagħhom, fil-każ tal-awtoritajiet kompetenti, fl-ambitu ta’ dan ir-Regolament jew, fil-każ ta’ awtoritajiet oħra, korpi jew persuni fiżiċi jew ġuridiċi, għall-iskop li għalih din l-informazzjoni tkun ġiet ipprovduta lilhom jew fil-kuntest ta’ proċeduri amministrattivi jew ġudizzjarji speċifikament relatati mat-twettiq ta’ dawn il-funzjonijiet, jew it-tnejn. Meta l-AETS, l-ABE u l-EIOPA l-awtorità kompetenti jew xi awtorità, korp jew persuna oħra li tikkomunika l-informazzjoni tagħti l-kunsens tagħha għal dan, l-awtorità li tirċievi l-informazzjoni tista’ tużaha għal skopijiet mhux kummerċjali.
3.Kwalunkwe informazzjoni kunfidenzjali rċevuta, skambjata jew trażmessa skont dan ir-Regolament għandha tkun suġġetta għall-kundizzjonijiet ta’ segretezza professjonali stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2. Madankollu, dawk il-kundizzjonijiet ma għandhomx jipprevjenu lill-AETS,l-ABE u l-EIOPA, l-awtoritajiet kompetenti jew il-banek ċentrali rilevanti milli jiskambjaw jew jittrażmettu informazzjoni kunfidenzjali f’konformità ma’ dan ir-Regolament u mal-leġiżlazzjoni l-oħra applikabbli għad-ditti tal-investment, l-istituzzjonijiet tal-kreditu, il-fondi tal-pensjonijiet, l-intermedjarji tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni, l-impriżi tal-assigurazzjoni, is-swieq regolati jew l-operaturi tas-suq jew inkella bil-kunsens tal-awtorità kompetenti jew l-awtorità jew il-korp jew il-persuna fiżika jew ġuridika oħrajn li jkunu kkomunikaw din l-informazzjoni.
4.Il-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx jimpedixxu l-awtoritajiet kompetenti milli jiskambjaw jew jittrasmettu informazzjoni kunfidenzali, skond il-liġi nazzjonali, li ma ġietx irċevuta minn awtorità kompetenti ta' Stat Membru ieħor.
Kapitolu VII
Relazzjonijiet ma' pajjiżi terzi
Artikolu 19
Rikonoxximent tar-repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet
1.Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jiddeterminaw li arranġamenti legali u superviżorji ta’ pajjiż terz jissodisfaw il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 75 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament.
2.Repożitorju tat-tranżazzjonijiet stabbilit f’pajjiż terz jista’ jipprovdi s-servizzi u l-attivitajiet tiegħu lil entitajiet stabbiliti fl-Unjoni għall-finijiet tal-Artikolu 4 biss wara r-rikonoxximent tiegħu mill-AETS f’konformità mal-ħtiġijiet stabbiliti f'paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu.
3.Ir-repożitorju tat-tranżazzjonijiet imsemmi fil-paragrafu 2 għandu jippreżenta l-applikazzjoni tiegħu lill-AETS għar-rikonoxximent, flimkien mal-informazzjoni kollha meħtieġa, inkluż mill-inqas l-informazzjoni meħtieġa biex jiġi vverifikat li r-repożitorju tal-kummerċ huwa awtorizzat u huwa soġġett għal superviżjoni effettiva f’pajjiż terz li jissodisfa l-kriterji kollha li jmiss:
(a)ġie rikonoxxut mill-Kummissjoni, permezz ta’ att implimentattiv skont il-paragrafu 1, bħala li għandu qafas regolatorju u superviżorju li huwa ekwivalenti u infurzabbli;
(b)daħal fi ftehim internazzjonali mal-Unjoni f’konformità mal-Artikolu 75(2) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012
(c)daħal fi ftehimiet ta’ kooperazzjoni skont l-Artikolu 75(3) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 biex jiġi żgurat li l-awtoritajiet tal-Unjoni, inkluża l-AETS, ikollhom aċċess immedjat u kontinwu għall-informazzjoni kollha meħtieġa.
Referenzi għal “kuntratti derivattivi” fl-Artikolu 75(2) tar- Regolament (UE) Nru 648/2012 għandhom jinqraw bħala referenzi għal SFT għall-fini ta’ dan ir-Regolament.
4.Fi żmien 30 jum ta' xogħol minn meta tasal l-applikazzjoni, l-AETS għandha tivvaluta jekk l-applikazzjoni hijiex kompluta. Jekk l-applikazzjoni ma tkunx kompleta, l-AETS għandha tistabbilixxi limitu ta’ żmien sa meta r-repożitorju tat-tranżazzjonijiet applikanti għandu jipprovdi informazzjoni addizzjonali.
5.Fi 180 jum tax-xogħol mis-sottomissjoni ta’ applikazzjoni kompleta, l-AETS għandha tinforma lir-repożitorju tat-tranżazzjonijiet applikanti bil-kitba bi spjegazzjoni kompletament irraġunata dwar jekk ir-rikonoxximent ikunx ingħata jew irrifjutat.
6.L-AETS għandha tippubblika, fuq is-sit tagħha, lista tar-repożitorji tat-tranżazzjonijiet rikonoxxuti skont dan l-Artikolu.
7.B’deroga mill-punti (b) u (c) tal-paragrafu 3, fejn aċċess dirett u immedjat mill-awtoritajiet rilevanti tal-Unjoni għad-dejta li għandhom bżonn biex jissodisfaw ir-responsabbiltajiet rispettivi tagħhom u l-mandat disponibbli f’repożitorji tat-tranżazzjonijiet reġistrati jew stabbiliti f’pajjiżi terzi huwa żgurat bħala obbligu vinkolanti u infurzabbli kontra dawk ir-repożitorji tat-tranżazzjonijiet, il-Kummissjoni tista’ tikkonkludi ftehimiet ta’ kooperazzjoni mal-awtoritajiet rilevanti ta’ pajjiż terz dwar aċċess reċiproku għal, u skambju ta’ tagħrif dwar, SFT miżmuma f’repożitorji tat-tranżazzjonijiet li huma stabbiliti f’dak il-pajjiż terz, sakemm is-segretezza professjonali, inkluż il-protezzjoni ta’ sigrieti tan-negozju li jkun maqsum mill-awtoritajiet ma’ partijiet terzi, huwa garantit.
8.L-AETS tista’ tistabbilixxi arranġamenti ta’ kooperazzjoni mal-awtoritajiet rilevanti ta’ pajjiżi terzi skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 76 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 bl-iskop li tistabbilixxi arranġament ta’ kooperazzjoni biex jaċċessaw informazzjoni dwar SFT miżmuma f’repożitorji tat-tranżazzjonijiet fl-Unjoni. Referenzi għal “kuntratti derivattivi” fl-Artikolu 76 tar- Regolament (UE) Nru 648/2012 għandhom jinqraw bħala referenzi għal SFT għall-fini ta’ dan ir-Regolament.
Kapitolu VIII
Sanzjonijiet u miżuri amministrattivi
Artikolu 20
Sanzjonijiet u miżuri amministrattivi
1.Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 25 u d-dritt tal-Istati Membri li jipprovdu għal u jimponu sanzjonijiet kriminali, l-Istati Membri għandhom, f’konformità mal-liġi nazzjonali, jipprovdu biex l-awtoritajiet kompetenti jkollhom is-setgħa li jimponu sanzjonijiet amministrattivi u miżuri amministrattivi oħra fir-rigward ta’ mill-inqas il-ksur li ġej:
(a)ksur tal-obbligu tar-rappurtaġġ stabbiliti bl-Artikolu 4
(b)ksur tal-Artikolu 15.
Fejn id-dispożizzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu japplikaw għal persuni ġuridiċi, fil-każ ta’ ksur l-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-awtoritajiet kompetenti jkunu kapaċi japplikaw sanzjonijiet, bla ħsara għall-kondizzjonijiet stabbiliti fil-liġi nazzjonali, lill-membri tal-korp maniġerjali, u lil individwi oħrajn li skont id-dritt nazzjonali jkun responsabbli għall-ksur.
2.Is-sanzjonijiet amministrattivi u miżuri meħuda għall-fini tal-paragrafu 1 għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.
3.Fejn l-Istati Membri għażlu li jistabbilixxu sanzjonijiet kriminali għal ksur tad-dispożizzjonijiet msemmija fil-paragrafu 1, ta' dan l-Artikolu, huma għandhom jiżguraw li jkunu fis-seħħ miżuri xierqa sabiex l-awtoritajiet kompetenti jkollhom il-poteri neċessarji kollha biex jikkollaboraw mal-awtoritajiet ġudizzjarji fi ħdan il-ġuriżdizzjoni tagħhom biex jirċievu informazzjoni speċifika relatata ma’ investigazzjonijiet kriminali jew proċedimenti mibdija għal ksur possibbli tal-Artikoli 4 u 15, u li jipprovdu l-istess għall-awtoritajiet kompetenti oħra u l-AETS biex jaqdu l-obbligu tagħhom li jikkooperaw ma’ xulxin u, fejn rilevanti mal-AETS għall-finijiet tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.
L-awtoritajiet kompetenti jistgħu wkoll jikkooperaw mal-awtoritajiet kompetenti ta’ Stati Membri oħra fir-rigward tal-eżerċizzju tas-setgħat tagħhom ta’ sanzjonar.
4.l-Istati Membri għandhom, f’konformità mal-liġi nazzjonali, jagħtu s-setgħa lill-awtoritajiet kompetenti biex japplikaw mill-inqas is-sanzjonijiet amministrattivi li ġejjin u miżuri oħra f’każ ta’ ksur imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu:
(a)ordni li teħtieġ lill-persuna responsabbli mill-ksur sabiex twaqqaf il-kondotta u sabiex ma tirrepetix dik il-kondotta;
(b)l-eliminazzjoni tal-profitti miksuba jew tat-telf evitat minħabba l-ksur sakemm dawn ikunu jistgħu jiġu determinati;
(c)twissija pubblika li tindika l-persuna responsabbli u n-natura tal-ksur;
(d)l-irtirar jew is-sospensjoni tal-awtorizzazzjoni;
(e)projbizzjoni temporanja jew, għal ksur serju u repetut, projbizzjoni permanenti kontra kwalunkwe persuna li twettaq responsabbiltajiet maniġerjali jew kwalunkwe persuna naturali li hija meqjusa responsabbli, milli teżerċita funzjonijiet ta’ maniġment;
(f)projbizzjoni temporanja jew, għal ksur serju jew ripetut, projbizzjoni permanenti kontra kwalunkwe persuna li twettaq responsabbiltajiet maniġerjali jew kwalunkwe persuna naturali li hija meqjusa responsabbli, milli tinnegozja f'isimha stess;
(g)sanzjonijiet amministrattivi pekunarji massimi sa mill-anqas tliet darbiet l-ammont tal-profitti miksuba jew it-telf evitat bis-saħħa tal-ksur, meta dawn ikunu jistgħu jiġu ddeterminati.
(h)fir-rigward ta’ persuna naturali, sanzjonijiet monetarji amministrattivi massimi ta’ mhux iktar minn EUR 5 000 000, jew fl-Istati Membri fejn il-munita mhix il-Euro il-valur korrispondenti fil-munita nazzjonali fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament;
(i)fir-rigward ta’ persuni legali, sanzjonijiet monetarji amministrattivi massimi ta’ mill-inqas 10 % tal-fatturat totali annwali tal-persuna ġuridika skont l-aħħar kontijiet disponibbli approvati mill-korp tal-maniġment; Fejn il-persuna ġuridika hija impriża prinċipali jew sussidjarja tal-impriża prinċipali li trid tħejji kontijiet finanzjarji konsolidati skont id-Direttiva 2013/34/UE, il-fatturat annwali totali rilevanti għandu jkun il-fatturat annwali totali jew it-tip korrispondenti ta' dħul skont ir-reġim tal-kontabilità rilevanti skont l-aħħar kontijiet konsolidati disponibbli approvati mill-korp maniġerjali tal-impriża prinċipali finali.
l-Istati Membri jistgħu jipprovdu li l-awtoritajiet kompetenti jista’ jkollhom setgħat minbarra dawk imsemmija f’dan il-paragrafu u li jistgħu jipprovdu għal ambitu usa’ ta’ sanzjonijiet u livelli ogħla ta’ sanzjonijiet minn dawk stabbiliti f’dan il-paragrafu.
5.Il-ksur tar-regoli stabbiliti fl-Artikolu 4 m’għandux jaffettwa l-validità tat-termini ta’ SFT jew il-possibbiltà tal-partijiet biex jinfurzaw it-termini ta’ SFT. Ksur tar-regoli definit skont l-Artikolu 4’ m'għandux iwassal għal kumpens ta' drittijiet minn parti għal SFT.
6.Sa [12-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament] l-Istati Membri jinnotifikaw ir-regoli fir-rigward tal-paragrafi 1, 3 u 4 lill-Kummissjoni u lill-AETS. Huma għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u l-AETS mingħajr dewmien rigward kwalunkwe emenda sussegwenti għalihom.
Artikolu 21
L-eżerċizzju ta’ setgħat ta’ sorveljanza u sanzjonijiet
L-Istati Membri jiżguraw li, meta jiddeterminaw it-tip u l-livell ta’ sanzjonijiet amministrattivi u miżuri oħra, l-awtoritajiet kompetenti jikkunsidraw iċ-ċirkostanzi rilevanti kollha, inklużi fejn xieraq:
(a)is-serjetà u d-dewmien tal-ksur;
(b)Il-grad ta’ responsabilità tal-persuna responsabbli għall-ksur;
(c)is-saħħa finanzjarja tal-persuna responsabbli għall-ksur, billi jitqiesu fatturi bħad-dħul totali ta' persuna ġuridika jew l-introjtu annwali fil-każ ta' persuna fiżika;
(d)l-importanza tal-profitti miksuba jew it-telf evitat mill-persuna responsabbli għall-ksur, sa fejn ikunu jistgħu jiġu ddeterminati;
(e)il-livell ta’ kooperazzjoni tal-persuna responsabbli mill-ksur mal-awtorità kompetenti, mingħajr preġudizzju għall-ħtieġa li tiġi żgurata l-eliminazzjoni tal-profitti miksuba jew tat-telf evitat minn dik il-persuna;
(f)ksur preċedenti mill-persuna responsabbli għall-ksur;
(g)miżuri meħuda mill-persuna responsabbli mill-ksur biex jevitaw li jirrepeti ruħu.
Artikolu 22
Rapportar ta’ ksur
1.L-awtoritajiet kompetenti għandhom jistabbilixxu mekkaniżmi effettivi biex ikun jista’ jsir rappurtaġġ attwali jew potenzjali ta’ ksur tal-Artikoli 4 u 15 lill-awtoritajiet kompetenti.
2.Il-mekkaniżmi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu mill-inqas:
(a)proċeduri speċifiċi għar-riċevuta ta’ rapporti ta’ ksur u s-segwitu tagħhom, inkluż it-twaqqif ta’ kanali ta’ komunikazzjoni siguri għal rapporti bħal dawn;
(b)protezzjoni xierqa għall-persuni li jaħdmu taħt kuntratt ta’ impjieg, li jirrappurtaw ksur jew li jiġu akkużati bi ksur, kontra ritaljazzjoni, diskriminazzjoni jew tipi oħra ta’ trattament inġust;
(c)Il-protezzjoni tad-dejta personali kemm tal-persuna li tirrapporta l-ksur kif ukoll tal-persuna fiżika li allegatament twettaq il-ksur, inkluża l-protezzjoni fir-rigward li tinżamm il-kunfidenzjalità tal-identità tagħhom, fl-istadji kollha tal-proċedura mingħajr preġudizzju għal żvelar ta’ informazzjoni li jkun meħtieġ mil-liġi nazzjonali fil-kuntest ta’ investigazzjonijiet jew proċeduri ġudizzjarji sussegwenti.
3.L-Istati Membri għandhom jobbligaw lil min iħaddem biex ikollu fis-seħħ proċeduri interni xierqa għall-impjegati tiegħu biex jirrappurtaw ksur tal-Artikoli 4 u 15.
4.L-Istati Membri jistgħu jipprovdu għal inċentivi finanzjarji għal persuni li joffru informazzjoni rilevanti dwar ksur potenzjali ta’ dan ir-Regolament biex jingħataw skont il-liġi nazzjonali fejn tali persuni ma jkollhomx dmir legali jew kuntrattwali minn qabel li jirrappurtaw tali informazzjoni, u sakemm l-informazzjoni hija ġdida, u sakemm tirriżulta fl-impożizzjoni ta’ sanzjoni jew miżura amministrattiva, jew sanzjoni kriminali, għal ksur ta’ dan ir-Regolament jew ta' reat kriminali.
Artikolu 23
L-iskambju ta’ informazzjoni mal-AETS
1.L-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu lill-AETS, kull sena, informazzjoni aggregata dwar il-miżuri, is-sanzjonijiet u l-multi amministrattivi kollha imposti minnhom skont l-Artikolu 20. L-AETS għandha tippubblika din l-informazzjoni f'rapport annwali.
2.Fejn l-Istati Membri għażlu li jistabbilixxu sanzjonijiet kriminali għal ksur tad-dispożizzjonijiet msemmi f'dak l-Artikolu 20, l-awtoritajiet kompetenti tagħhom għandhom jipprovdu lill-AETS, kull sena, b'dejta anonimizzata u aggregata dwar l-investigazzjonijiet kriminali kollha meħuda u s-sanzjonijiet kriminali mposti. L-AETS għandha tippubblika dejta dwar sanzjonijiet kriminali imposti f’rapport annwali. Fejn l-awtorità kompetenti tkun żvelat sanzjonijiet, multi amministrattivi, multi u miżuri oħra, kif ukoll pieni kriminali lill-pubbliku, għandha fl-istess ħin jinnotifika lill-AETS b’dan.
3.Fejn l-awtorità kompetenti żvelat miżura amministrattiva, sanzjoni jew sanzjoni kriminali lill-pubbliku, hija għandha fl-istess ħin tirrapporta din l-informazzjoni lill-AETS.
4.L-AETS tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni sabiex tistabbilixxi l-proċeduri u l-forom għall-iskambju ta’ informazzjoni kif imsemmi fil-paragrafu 1 u 2.
L-AETS għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni sa [12-il xahar wara l-pubblikazzjoni tar-Regolament].
Il-Kummissjoni hi kkonferita bis-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi implimentattivi msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
Artikolu 24
Pubblikazzjoni ta’ deċiżjonijiet
1.Bla ħsara għat-tielet subparagrafu, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jippubblikaw kwalunkwe deċiżjoni li timponi sanzjoni amministrattiva jew miżura oħra b’rabta ma’ ksur tal-Artikoli 4 u 15 fuq is-sit tagħhom eżatt wara li l-persuna soġġetta għal dik id-Deċiżjoni tkun ġiet infurmata b’dik id-deċiżjoni.
2.L-informazzjoni ppubblikata skont l-ewwel subparagrafi għandha tispeċifika għall-inqas it-tip u n-natura tal-ksur u l-identità tal-persuna suġġetta għad-deċiżjoni.
L-ewwel u t-tieni subparagrafu ma għandhomx japplikaw għal deċiżjonijiet li jimponu miżuri li huma ta’ natura investigattiva.
Fejn awtorità kompetenti tqis, wara valutazzjoni każ b’każ, li l-pubblikazzjoni tal-identità tal-persuna legali suġġetta għad-deċiżjoni, jew id-dejta personali ta’ persuna fiżika, tkun sproporzjonata, jew fejn pubblikazzjoni bħal din tista’ tippreġudika investigazzjoni li tkun għaddejja jew l-istabbiltà tas-swieq finanzjarji, għandha tagħmel waħda minn dawn li ġejjin:
(a)tiddifferixxi l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni sakemm ir-raġunijiet għal dan id-diferiment ma jibqgħux jeżistu;
(b)tippubblika d-deċiżjoni fuq bażi anonima skont il-liġi nazzjonali meta din il-publikazzjoni tiżgura protezzjoni effettiva tad-dejta personali kkonċernata u, fejn xieraq, tipposponi l-pubblikazzjoni tad-dejta rilevanti għal perjodu ta’ żmien raġonevoli fejn huwa prevedibbli li r-raġunijiet għall-pubblikazzjoni anonima mhux se jibqgħu jeżistu matul dak il-perjodu;
(c)ma tippubblikax id-deċiżjoni fil-każ li l-awtorità kompetenti tkun tal-opinjoni li l-pubblikazzjoni skont il-punt (a) jew (b) se tkun biżżejjed biex tiżgura:
(i.)li l-istabilità tas-swieq finanzjarji ma tiġix mhedda; jew
(ii.)il-proporzjonalità tal-pubblikazzjoni ta’ dawn id-deċiżjonijiet fir-rigward ta’ miżuri jitqiesu ta’ natura minuri.
3.Meta d-deċiżjoni tkun soġġetta għal appell quddiem awtorità nazzjonali, ġudizzjarja, amministrattiva jew awtorità oħra, l-awtoritajiet kompetenti xorta jippubblikaw, immedjatament, fuq is-sit tagħhom din l-informazzjoni u kwalunkwe informazzjoni sussegwenti dwar ir-riżultat ta’ tali appell. Barra minn hekk, kull deċiżjoni li tħassar deċiżjoni soġġetta għal appell għandha tiġi ppubblikata wkoll.
4.L-awtoritajiet kompetenti jiżguraw li kwalunkwe deċiżjoni ppubblikata f’konformità ma’ dan l-Artikolu, tibqa’ aċċessibbli fis-sit tagħhom għal perjodu ta’ mill-inqas ħames snin wara l-pubblikazzjoni tagħha. Dejta personali li tkun tinsab f'dawk id-deċiżjonijiet tinżamm fuq is-sit uffiċjali tal-awtorità kompetenti għall-perjodu li hu meħtieġ skont ir-regoli applikabbli dwar il-protezzjoni tad-dejta.
Artikolu 25
Is-sanzjonijiet għall-iskop tal-Artikoli 13 u 14
Sanzjonijiet u miżuri oħra stabbiliti skont id-Direttiva 2009/65/KE u d-Direttiva 2011/61/UE għandhom ikunu applikabbli għal ksur tal-obbligi stabbiliti fl-Artikoli 13 u 14 ta’ dan ir-Regolament.
Kapitolu IX
Reviżjoni
Artikolu 26
Reviżjoni
Tliet snin wara d-dħul fis-seħħ, il-Kummissjoni għandha, wara li tikkonsulta l-AETS, tirrapporta dwar l-effettività u l-effiċjenza ta’ dan ir-Regolament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill u, jekk ikun xieraq, tippreżenta proposta riveduta.
Kapitolu X
Dispożizzjonijiet finali
Artikolu 27
Eżerċizzju ta' setgħat iddelegati
1.Is-setgħa tal-adozzjoni ta’ atti ddelegati qed tingħata lill-Kummissjoni soġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.
2.Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 2(3), 3, 11(2), 13(3) u 14(3) tiġi kkonferita lill-Kummissjoni għal perjodu indeterminat mid-data msemmija fl-Artikolu 28.
3.Id-delega tas-setgħat imsemmija fl-Artikoli 2(3), 3, 4, 11(2), 13(3) u 14(3) tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Id-deċiżjoni tar-revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Hi għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data sussegwenti li tkun speċifikata fiha. Din ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att iddelegat diġà fis-seħħ.
4.Hekk kif tadotta att iddelegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah fl-istess waqt lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
5.Att iddelegat adottat skont l-Artikoli 2(3), 3, 4, 11(2), 13(3) u 14(3) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġi espressa l-ebda oġġezzjoni għalih mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn minn meta dak l-att jiġi nnotifikat lilhom jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill it-tnejn li huma jkunu informaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw għalih. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
Artikolu 28
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
1.Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
2.Dan ir-Regolament għandu japplika mid-data tad-dħul fis-seħħ, bl-eċċezzjoni ta’:
(a)l-Artikolu 4(1), li għandu japplika 18-il xahar wara d-data ta’ dħul fis-seħħ; u
(b)l-Artikoli 13 u 14, li għandhom japplikaw għal 6 xhur wara d-dħul fis-seħħ.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmula fi Brussell,
Għall-Parlament Ewropew
Għall-Kunsill
Il-President
Il-President
DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA
1.QAFAS TAL-PROPOSTA / INIZJATTIVA
1.1.Titolu tal-proposta/inizjattiva
1.2.Qasam/oqsma tal-politika konċernat(i) fl-istruttura ABM/ABB
1.3.Natura tal-proposta/inizjattiva
1.4.Għan(ijiet)
1.5.Raġunijiet għall-proposta/inizjattiva
1.6.Tul taż-żmien u impatt finanzjarju
1.7.Il-metodu/i tal-maniġment previst(i)
2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI
2.1.Regoli dwar il-monitoraġġ u r-rapportar
2.2.Sistema ta' maniġment u kontroll
2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta' frodi u ta' irregolaritajiet
3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA
3.1.L-intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-intestatura/i tal-baġit affettwat(i)
3.2.Impatt stmat fuq in-nefqa
3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa
3.2.2.Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operattivi
3.2.3.Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta' natura amministrattiva
3.2.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali
3.2.5.Kontribuzzjonijiet minn partijiet terzi
3.3.Impatt stmat fuq id-dħul
DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA
1.QAFAS TAL-PROPOSTA / INIZJATTIVA
1.1.Titolu tal-proposta/inizjattiva
Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rapportar u t-trasparenza ta’ tranżazzjonijiet ta’ finanzjament tat-titoli
1.2.Qasam/oqsma tal-politika konċernat(i) fl-istruttura ABM/ABB
Suq intern – Swieq finanzjarji
1.3.Natura tal-proposta/inizjattiva
Il-proposta/inizjattiva hija relatata ma’ azzjoni ġdida
1.4.Għan(ijiet)
1.4.1.L-għan(ijiet) strateġiku/ċi pluriennali tal-Kummissjoni mmirat(i) bil-proposta/inizjattiva
Kontribuzzjoni biex inaqqsu r-riskji għall-istabbiltà finanzjarja u r-restawr tal-fiduċja tal-investituri u ta’ parteċipanti oħra fis-swieq finanzjarji.
1.4.2.Għan(ijiet) speċifiku/ċi u l-attività/ajiet tal-ABM/ABB ikkonċernata/i
Fid-dawl tal-għanijiet ġenerali ta’ hawn fuq, ir-regolament għandu l-għan li jżid it-trasparenza b’mod ġenerali ta’ finanzjament tat-titoli u s-swieq u riipotekazzjoni, u b’hekk jappoġġja l-monitoraġġ aħjar ta’ dawn l-attivitajiet mis-superviżuri u l-investituri. Se tikkontribwixxi għall-prevenzjoni effikaċi ta’ akkumulazzjoni ta’ riskji sistemiċi u l-interkonnettività fi ħdan is-settur finanzjarju, li jwassal għal riskju sistematiku;
1.4.3.Riżultat(i) mistenni(ja) u l-impatt
Speċifika l-effetti li l-proposta/inizjattiva għandu jkollha fuq il-benefiċjarji/gruppi fil-mira.
Trasparenza akbar ta’ tranżazzjonijiet ta’ finanzjament tat-titoli vis-à-vis is-superviżuri;
Trasparenza akbar ta’ tranżazzjonijiet ta’ finanzjament tat-titoli u strutturi oħra ta’ finanzjament vis-à-vis l-investituri;
Trasparenza operattiva u kuntrattwali akbar tar-riipotekazzjoni fil-konfront ta’ partijiet involuti
1.4.4.Indikaturi tar-riżultati u tal-impatt
Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.
Indikaturi rilevanti li jevalwa l-proposta jistgħu jinkludu:
Id-daqs ta’ segmenti differenti ta’ swieq SFT
Il-livell ta’ interkonnettività u konċentrazzjoni tas-suq
Il-proporzjon ta’ SFT fil-fond globali
L-indikaturi kwalitattivi dwar l-iżvelar ta’ attivitajiet SFT tal-fondi
Id-daqs tar-riipotekazzjoni tal-attivitajiet
Il-veloċità tal-kollateral
1.5.Raġunijiet għall-proposta/inizjattiva
1.5.1.Rekwiżit(i) li jrid(u) jiġi/u ssodisfat(i) fi żmien qasir jew fit-tul
Il-proposta dwar riformi strutturali tas-settur bankarju tal-UE, li hija ppreżentata f’pakkett ma’ din il-proposta, hija l-aħħar biċċa mill-qafas regolatorju ġdid, li tiżgura li anki l-akbar banek fl-UE jsiru inqas kumplessi u jistgħu jiġu riżolti b'mod effettiv, b’implikazzjonijiet minimi għall-kontribwenti. Madankollu, il-kriżi enfasizzat il-ħtieġa li jittejbu t-trasparenza u l-monitoraġġ mhux biss fis-settur bankarju tradizzjonali iżda wkoll f’oqsma fejn saru attivitajiet ta’ kreditu mhux bankarji, imsejħa attivitajiet bankarji paralleli.
Fil-kuntest tal-attivitajiet bankarji paralleli, il-Bord għall-Istabilità Finanzjarja (FSB) u l-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku identifikaw ir-riskji li għandhom l-SFT kemm għall-attivitajiet bankarji tradizzjonali kif ukoll għall-attivitajiet bankarji paralleli. SFT jippermettu l-akkumulu u l-ingranaġġ, il-proċikliċità u l-interkonnettività fis-swieq finanzjarji. B’mod partikolari, in-nuqqas ta’ trasparenza fl-użu ta’ SFT u strutturi oħra ta’ finanzjament ma ħalliex lir-regolaturi u lis-superviżuri kif ukoll lill-investituri jevalwaw u jimmonitorjaw b'mod korrett ir-riskji simili għal dawk bankarji rispettivi tagħhom, u l-livell ta’ interkonnettività fis-sistema finanzjarja fil-perjodu ta’ qabel u matul il-kriżi finanzjarja.
F’dan l-isfond, fid-29 ta’ Awwissu 2013, il-FSB adotta qafas ta’ politika biex jiġu indirizzati r-riskji bankarji paralleli fis-self ta’ titoli u l-ftehim ta' riakkwist. Dan kien sussegwentement approvat f’Settembru 2013 mill-mexxejja tal-G20 u jitlob rappurtar granulari u frekwenti ta’ SFT, żvelar adegwat ta’ attivitajiet SFT lill-investituri, u regoli speċifiċi dwar riipotekazzjoni.
1.5.2.Valur miżjud tal-involviment tal-UE
Din il-proposta għandha l-għan li tiżgura t-trasparenza ta’ tranżazzjonijiet ta’ finanzjament tat-titoli, riipotekazzjoni u strutturi oħra ta’ finanzjament. L-interkonnettività bejn dawn l-attivitajiet bankarji paralleli fi ħdan is-Suq Intern u n-natura sistematika tagħhom jitolbu azzjoni koordinata tal-Unjoni. L-azzjoni fil-livell tal-Unjoni hija l-minimu li tkopri medda wiesgħa ta’ tranżazzjonijiet u biex jippermettu l-awtoritajiet regolatorji fil-livell nazzjonali u tal-Unjoni li jkollhom ħarsa ġenerali komprensiva tas-swieq SFT madwar l-UE kollha. L-effettività tar-rimedji implimentati b’mod awtonomu u mhux koordinat mill-Istati Membri individwali aktarx li tkun ferm baxxa minħabba li dawn ir-rimedji jkunu kapaċi jaqbdu biss porzjon tas-suq. Barra minn hekk, minħabba l-impatt sistemiku tal-problemi, azzjoni mhux ikkoordinata taf saħansitra tkun kontroproduċenti minħabba r-riskju tal-frammentazzjoni tad-dejta u n-nuqqas ta’ koerenza. Dejta aggregata fil-livell tal-Unjoni biss tista’ tagħti l-istampa makroekonomika bżonnjuża li hija meħtieġ li tissorvelja l-użu ta’ SFT.
1.5.3.Tagħlimiet minn esperjenzi simili fil-passat
mhux applikabbli
1.5.4.Il-kompatibbiltà u s-sinerġija possibbli ma' strumenti oħra xierqa
L-UE diġà bdiet għadd ta’ riformi biex iżżid it-trasparenza tas-swieq finanzjarji. Pereżempju, ir-Regolament dwar id-derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tat-tranżazzjonijiet (ir-Regolament dwar l-Infrastruttura tas-Swieq Ewropej (“EMIR”) jintroduċi miżuri biex tiżdied it-trasparenza ta’ pożizzjonijiet fid-derivattivi għar-regolaturi kif ukoll biex jitnaqqsu r-riskji sistemiċi għall-parteċipanti fis-suq. EMIR jiżgura li l-informazzjoni dwar il-kuntratti tad-derivati Ewropej kollha tiġi rrappurtata lir-repożitorji tal-kummerċ u tkun aċċessibbli direttament u immedjatament għall-awtoritajiet superviżorji, inkluż l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (AETS), biex tagħti lil min ifassal il-politika u lis-superviżuri ħarsa ġenerali ċara tas-swieq derivattivi. Dan ir-Regolament se jsegwi l-istess għanijiet ta' trasparenza, jibni fuq ir-Regolament u entitajiet (repożitorji tat-tranżazzjonijiet awtorizzati taħt EMIR) sabiex jippermetti li t-trasparenza tas-swieq finanzjarji timxi 'l quddiem billi tipprovdi aktar trasparenza dwar tranżazzjonijiet ta’ finanzjament ta’ titoli. Barra minn hekk, proposti leġiżlattivi oħrajn li diġà ġew adottati jew li se jiġu adottati dalwaqt mill-Kummissjoni jikkumplimentaw din il-proposta f’termini ta’ żieda fit-trasparenza u fl-integrità tas-suq kif ukoll f'termini ta' trażżin tad-diżordni fis-suq u t-tisħiħ tal-protezzjoni tal-investituri. Dan huwa l-każ tar-reviżjoni attwali tad-Direttiva dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji (“MiFID”) li notevolment jipprovdi għal miżuri ta’ trasparenza lejn l-awtoritajiet kompetenti. Ir-Regolament propost jikkumplimenta wkoll id-Direttivi tal-AIFMD u tal-UCITS dwar it-trasparenza lejn l-investituri ta’ SFT u strutturi oħra ta’ finanzjament. Huwa konsistenti ma’ dawn it-testi tal-Unjoni. Huwa konsistenti wkoll mal-prijoritajiet deskritti mill-Kummissjoni Ewropea fil-Komunikazzjoni tagħha dwar is-Sistema Bankarja Parallela – Nindirizzaw Sorsi Ġodda ta' Riskju fis-Settur Finanzjarju
tal-4 ta’ Settembru 2013, li saħħaħ il-ħtieġa li tiżdied it-trasparenza ta’ tranżazzjonijiet ta’ finanzjament tat-titoli.
1.6.Tul taż-żmien u impatt finanzjarju
Il-proposta/inizjattiva ta’ perjodu mhux limitat
Id-dħul fis-seħħ u l-bidu tal-applikazzjoni previsti għall-2015/2017.
1.7.Il-mod(i) ta’ maniġment ppjanat(i)
Mill-baġit 2014
◻ Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni
–◻ mid-dipartimenti tagħha, inkluż mill-istaff tagħha fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;
–◻
mill-aġenziji eżekuttivi;
◻ Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri
Ġestjoni indiretta permezz tad-delega ta' kompiti ta' implimentazzjoni lil:
–◻ pajjiżi terzi jew il-korpi nnominati minnhom;
–◻ organizzazzjonijiet internazzjonali u l-aġenziji tagħhom (għandhom jiġu speċifikati);
–◻il-BEI u l-Fond Ewropew tal-Investiment;
–◻ korpi msemmijin fl-Artikoli 208 u 209 tar-Regolament Finanzjarju;
–◻ korpi tal-liġi pubblika;
–◻ korpi rregolati mil-liġi privata b'missjoni ta’ servizz pubbliku safejn jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;
–◻ korpi rregolati mil-liġi privata ta’ Stat Membru li jkunu fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika privata u li jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;
–◻ persuni fdati bl-implimentazzjoni ta' azzjonijiet speċifiċi fil-CFSP skont it-Titolu V tat-Trattat tal-UE u identifikati fl-att bażiku rilevanti.
–Jekk jiġi indikat aktar minn metodu wieħed ta' maniġment, jekk jogħġbok agħti d-dettalji fit-taqsima tal-"Kummenti".
Kummenti
L-AETS hija aġenzija regolatorja li taġixxi taħt is-sorveljanza tal-Kummissjoni.
2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI
2.1.Regoli dwar il-monitoraġġ u r-rapportar
Il-proposta tipprevedi li l-Kummissjoni għandha tirrevedi l-effikaċja tal-miżuri proposti fuq bażi perjodika.
2.2.Sistema ta' maniġment u kontroll
2.2.1.Riskju/i identifikat(i)
Fir-rigward tal-użu legali, ekonomiku, effiċjenti u effettiv tal-approprjazzjonijiet li jirriżultaw mill-proposta huwa mistenni li l-proposta ma toħloqx riskji ġodda li ma humiex attwalment koperti minn qafas ta' kontroll intern eżistenti tal-AETS.
2.2.2.Informazzjoni li tikkonċerna s-sistema stabbilita ta’ kontroll intern
m.a.
2.2.3.Stima tal-kosti u tal-benefiċċji tal-kontrolli u valutazzjoni tal-livell mistenni tar-riskju ta’ żball
m.a.
2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta' frodi u ta' irregolaritajiet
Għall-finijiet ta’ ġlieda kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kwalunkwe attività illegali oħra, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Mejju 1999 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF) għandhom japplikaw għall-AETS mingħajr l-ebda restrizzjoni.
L-AETS għandha taċċedi għall-Ftehim Interistituzzjonali tal-25 ta’ Mejju 1999 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej dwar l-investigazzjonijiet interni mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u għandha tadotta minnufih dispożizzjonijiet xierqa għall-persunal kollu tal-ABE u tal-AETS.
Id-deċiżjonijiet ta’ finanzjament u l-ftehimiet u l-istrumenti ta’ implimentazzjoni li jirriżultaw minnhom għandhom jistipulaw b’mod ċar li l-Qorti tal-Awdituri u l-OLAF jistgħu, jekk ikun hemm bżonn, iwettqu verifiki fuq il-post fuq il-benefiċjarji tal-fondi mogħtija mill-AETS kif ukoll fuq il-persunal responsabbli mill-allokazzjoni ta’ dawn il-fondi.
3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA
3.1.L-intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-intestatura/i tal-baġit affettwat(i)
L-intestaturi baġitarji eżistenti
Skont l-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linji baġitarji.
|
Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
Linja baġitarja
|
Tip ta’
nefqa
|
Kontribuzzjoni
|
|
|
|
Diff./mhux diff.
()
|
minn pajjiżi tal-EFTA
|
minn pajjiżi kandidati
|
minn pajjiżi terzi
|
skont it-tifsira tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju
|
Linji baġitarji ġodda mitluba
3.2.Impatt stmat fuq in-nefqa
Din l-inizjattiva leġiżlattiva se jkollha dawn l-impatti fuq l-infiq:
Il-kiri ta’ żewġ TA ġodda tal-AETS (minn Jannar 2016) — Ara fl-Anness għal aktar informazzjoni fuq ir-rwol tagħha u l-mod kif l-ispiża tagħha ġiet ikkalkolata. L-ispiża ta’ din it-TA l-ġdida ser tkun iffinanzjata għal kollox minn ħlasijiet miġbura mill-industrija (l-ebda impatt fuq il-baġit tal-UE)
Il-kompiti l-ġodda jitwettqu bir-riżorsi umani disponibbli fl-allokazzjoni tal-baġit annwali, fid-dawl tal-limiti baġitarji li huma applikabbli għall-korpi kollha tal-UE u f'konformità mal-programmar finanzjarju għall-aġenziji. Partikolarment, ir-riżorsi meħtieġa mill-aġenzija għall-kompiti l-ġodda se jkunu konsistenti u kompatibbli mal-ipprogrammar tar-riżorsi umani u finanzjarji għall-AETS, stabbilit permezz tal-Komunikazzjoni reċenti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill – Programmar tar-riżorsi umani u finanzjarji għall-aġenziji deċentralizzati 2014-2020" (COM(2013) 519).
3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa
Miljuni (sa 3 punti deċimali)
|
Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali
|
Numru
|
|
|
DĠ: MARKT
|
|
|
2014
|
2015
|
2016
|
2017
|
2018
|
2019
|
2020
|
TOTAL
|
|
•Approprjazzjonijiet operazzjonali
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Impenji
|
(1)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Ħlasijiet
|
(2)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għall-programmi speċifiċi
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Numru tal-linja baġitarja
|
|
(3)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet
għal DĠ MARKT
|
Impenji
|
= 1 + 1a + 3
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Ħlasijiet
|
= 2 + 2a
+3
|
|
|
|
|
|
|
|
|
•TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali
|
Impenji
|
(4)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Ħlasijiet
|
(5)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
•TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta' natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi
|
(6)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet
għal INTESTATURA 1.a
tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
Impenji
|
= 6 + 4
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Ħlasijiet
|
= 6 + 5
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Ħlasijiet
|
= 6 + 5
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali
|
5
|
"Nefqa amministrattiva"
|
Miljuni (sa 3 punti deċimali)
|
|
|
|
Sena
N
|
Sena
N+1
|
Sena
N+2
|
Sena
N+3
|
Daħħal kemm-il sena jkun hemm bżonn biex turi t-tul taż-żmien tal-impatt (ara l-punt 1.6)
|
TOTAL
|
|
DĠ:
|
|
•Riżorsi umani
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
•Infiq amministrattiv ieħor
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
TOTAL DĠ
|
Approprjazzjonijiet
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet
għall-INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
(Total tal-impenji = Total tal-ħlasijiet)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Miljuni (sa 3 punti deċimali)
|
|
|
|
Sena
N
|
Sena
N+1
|
Sena
N+2
|
Sena
N+3
|
Daħħal kemm-il sena jkun hemm bżonn biex turi t-tul taż-żmien tal-impatt (ara l-punt 1.6)
|
TOTAL
|
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet
taħt l-INTESTATURI 1 sa 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
Impenji
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Ħlasijiet
|
|
|
|
|
|
|
|
|
3.2.2.Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operattivi
–◻
Il-proposta/inizjattiva ma tirrikjedix l-użu ta' approprjazzjonijiet operattivi
–
Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-użu ta' approprjazzjonijiet operattivi, kif spjegat hawn taħt:
Approprjazzjonijiet ta’ impenn f’miljuni ta’ EUR (sa tliet postijiet deċimali)
|
Indika l-għanijiet u r-riżultati
⇩
|
|
|
Sena
N
|
Sena
N+1
|
Sena
N+2
|
Sena
N+3
|
Daħħal kemm-il sena jkun hemm bżonn biex turi t-tul taż-żmien tal-impatt (ara l-punt 1.6)
|
TOTAL
|
|
|
EŻITI
|
|
|
Tip
|
Spiża Medja
|
Nru
|
Spiża
|
Nru
|
Spiża
|
Nru
|
Spiża
|
Nru
|
Spiża
|
Nru
|
Spiża
|
Nru
|
Spiża
|
Nru
|
Spiża
|
Nru totali
|
Spiża totali
|
|
OBBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 1 ...
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
- Riżultat
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
- Riżultat
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
- Riżultat
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Subtotal għall-obbjettiv speċifiku Nru 1
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
OBBJETTIV SPEĊIFIKU NRU 2 ...
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
- Riżultat
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Subtotal għall-obbjettiv speċifiku Nru 2
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
SPEJJEŻ TOTALI
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
3.2.3.Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta' natura amministrattiva
3.2.3.1.Sommarju
–
Il-proposta/l-inizjattiva ma tirrikjedix l-użu ta' approprjazzjonijiet ta' natura amministrattiva
–◻
Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet amministrattivi, kif spjegat hawn taħt:
Miljuni (sa 3 punti deċimali)
|
|
Sena
N
|
Sena
N+1
|
Sena
N+2
|
Sena
N+3
|
Daħħal kemm-il sena jkun hemm bżonn biex turi t-tul taż-żmien tal-impatt (ara l-punt 1.6)
|
TOTAL
|
|
INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Riżorsi umani
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Infiq amministrattiv ieħor
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Subtotal INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Barra mill-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Riżorsi umani
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Nefqa oħra
ta’ natura amministrattiva
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Subtotal
barra mill-INTESTATURA5
tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
|
|
|
|
|
|
|
|
L-approprjazzjonijiet ta' riżorsi umani meħtieġa jagħmlu tajjeb għalihom l-approprjazzjonijiet mid-DĠ li huma diġà assenjati għall-maniġment tal-azzjoni u/jew li ġew imqassma mill-ġdid fi ħdan id-DĠ, flimkien, fejn meħtieġ, ma' allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ ta' maniġment skont il-proċedura ta' allokazzjoni annwali u fid-dawl ta' restrizzjonijiet baġitarji.
3.2.3.2. Rekwiżiti stmati ta' riżorsi umani
–
Il-proposta / l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani.
–◻
Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-użu ta' riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:
L-istima għandha tiġi espressa f’unitajiet ekwivalenti għal full time
|
|
Sena
N
|
Sena
N+1
|
Sena N+2
|
Sena N+3
|
Daħħal kemm-il sena jkun hemm bżonn biex turi t-tul taż-żmien tal-impatt (ara l-punt 1.6)
|
|
•Karigi tal-pjan ta' stabbiliment (uffiċjali u persunal temporanju)
|
|
|
|
XX 01 01 01 (Kwartieri Ġenerali u Uffiċċji ta’ Rappreżentanza tal-Kummissjoni)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
XX 01 01 02 (Delegazzjonijiet)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
XX 01 05 01 (Riċerka indiretta)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
10 01 05 01 (Riċerka diretta)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
•Persunal estern (f’unità Ekwivalenti għal Full-Time: FTE)
|
|
XX 01 02 01 (CA, SNE, INT mill-“pakkett globali”)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
XX 01 02 02 (CA, INT, JED, LA u SNE fid-Delegazzjonijiet)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
XX 01 04 yy
|
- fil-Kwartieri Ġenerali
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
- Delegazzjonijiet
|
|
|
|
|
|
|
|
|
XX 01 05 02 (CA, SNE, INT - Riċerka indiretta)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
10 01 05 02 (CA, INT, SNE - Riċerka Diretta)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Linji baġitarji oħra (speċifika)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
TOTAL
|
|
|
|
|
|
|
|
XX huwa l-qasam ta' politika jew it-titolu tal-baġit ikkonċernat.
Ir-riżorsi umani meħtieġa se jintlaħqu mill-uffiċjali tad-DĠ li huma diġà assenjati għall-maniġment tal-azzjoni u/jew li diġà ngħataw kariga band'oħra fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma' xi allokazzjoni addizzjonali li tista' tingħata lid-DĠ li jkun qed imexxi l-azzjoni skont il-proċedura ta' allokazzjoni annwali u fid-dawl tar-restrizzjonijiet baġitarji.
Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu:
|
Uffiċjali u persunal temporanju
|
|
|
Persunal estern
|
|
3.2.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali
–
Proposta/inizjattiva hija kompatibbli mal-qafas finanzjarju pluriennali kurrenti
–Ir-riżorsi meħtieġa mill-aġenzija għall-kompiti l-ġodda se jkunu konsistenti u kompatibbli mal-ipprogrammar tar-riżorsi umani u finanzjarji għall-AETS/ABE tal-MFF 2014-2020, stabbilit permezz tal-Komunikazzjoni reċenti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill – Programmar tar-riżorsi umani u finanzjarji għall-aġenziji deċentralizzati 2014-2020 (COM(2013)519).
–◻
Il-proposta/inizjattiva se tinvolvi programmar mill-ġdid tal-intestatura rilevanti fil-qafas finanzjarju pluriennali.
Spjega xi programmazzjoni mill-ġdid hija meħtieġa, billi tispeċifika l-linji baġitarji konċernati u l-ammonti korrispondenti.
[...]
–◻
Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-applikazzjoni tal-istrument ta’ flessibbiltà jew reviżjoni tal-qafas finanzjarju pluriennali.
Spjega dak li huwa meħtieġ, billi tispeċifika l-intestaturi u l-linji baġitarji konċernati u l-ammonti korrispondenti.
[...]
3.2.5.Kontribuzzjonijiet minn partijiet terzi
–Il-proposta/l-inizjattiva tipprovdi għall-kofinanzjament stmat hawn taħt:
Approprjazzjonijiet f’miljuni ta’ EUR (sa 3 punti deċimali)
|
|
2014
|
2015
|
2016
|
2017
|
2018
|
2019
|
2020
|
Totali
|
|
L-Istati Membri
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
TOTAL tal-approprijazzjonijiet kofinanzjati
|
|
|
|
|
|
|
|
|
3.3.Impatt stmat fuq id-dħul
–◻
Il-proposta/inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul,
–
Il-proposta/inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:
fuq ir-riżorsi proprji
fuq id-dħul mixxellanju
Miljuni (sa 3 punti deċimali)
|
Linja baġitarja tad-dħul:
|
Ammonti disponibbli għas-sena baġitarja attwali
|
Impatt tal-proposta/inizjattiva
|
|
|
|
2014
|
2015
|
2016
|
2017
|
2018
|
2019
|
2020
|
|
Artikolu….
|
|
0,00
|
0,00
|
0,35
|
0,33
|
0,33
|
0,33
|
0,33
|
Għad-dħul mixxellanju "assenjat", speċifika l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i.
Ispeċifika l-metodu għall-kalkulazzjoni tal-impatt fuq id-dħul.
Miżati li għandhom jiġu kkontribwiti mill-industrija se jiġu kkalkulati biex ikopru l-ispejjeż addizzjonali tal-AETS iġġenerati minn din l-inizjattiva leġiżlattiva - ara l-Anness għal aktar informazzjoni dwar il-metodu ta’ kalkolu
Anness mad-Dikjarazzjoni Finanzjarja Leġiżlattiva għal proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rapportar u t-trasparenza ta’ tranżazzjonijiet ta’ finanzjament tat-titoli
L-ispejjeż relatati mal-kompiti li għandhom jitwettqu mill-AETS ġew stmati għan-nefqa fuq il-persunal, b’konformità mal-klassifikazzjoni tal-ispejjeż fl-abbozz tal-baġit tal-AETS għall-2015.
Il-proposta tal-Kummissjoni tinkludi dispożizzjonijiet għall-AETS sabiex tiżviluppa 13-il standard tekniku regolatorju u erba' standards tekniċi ta’ implimentazzjoni li għandhom jiżguraw li d-dispożizzjonijiet ta’ natura teknika għolja jiġu implimentati b’mod konsistenti madwar l-UE kollha. L-AETS se jkollha tissorvelja repożitorji kummerċjali għall-SFT sabiex tagħti l-kontribut tagħha f’rapport tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni u l-effettivitŕ tar-Regolament. L-AETS sejra wkoll tipprovdi lill-Kummissjoni b’pariri tekniċi dwar atti delegati previsti tal-Kummissjoni. Barra minn hekk, l-AETS tista’ tistabbilixxi arranġamenti ta’ kooperazzjoni mal-awtoritajiet rilevanti ta’ pajjiżi terzi kif ukoll tirrikonoxxi repożitorji tat-tranżazzjonijiet stabbiliti f’pajjiż terz.
Rigward it-twaqqit, ġie supponut li r-Regolament se jidħol fis-seħħ fl-aħħar tal-2015. Ir-riżorsi addizzjonali tal-AETS huma għalhekk meħtieġa biss mill-2016 'il quddiem. Fir-rigward tan-natura tal-pożizzjonijiet, il-tlestija b’suċċess u f’waqtha tal-istandards tekniċi se teħtieġ, b’mod partikolari, ir-riżorsi addizzjonali li għandhom jiġu allokati għal kompiti fuq il-politika, abbozzar legali u valutazzjoni tal-impatt. Il-ħidma tirrikjedi laqgħat bilaterali u multilaterali ma’ partijiet interessati, analiżi u valutazzjoni tal-għażliet u l-abbozzar ta’ dokumenti ta’ konsultazzjoni, konsultazzjoni pubblika mal-partijiet ikkonċernati, it-twaqqif u l-maniġment ta’ gruppi ta’ esperti permanenti magħmul minn superviżuri mill-Istati Membri, it-twaqqif u l-maniġment ta’ gruppi ta’ esperti ad hoc magħmula minn parteċipanti fis-suq u rappreżentanti tal-investituri, analiżi tat-tweġibiet għal konsultazzjonijiet, abbozzar ta’ analiżi ta’ spejjeż/benefiċċji u l-abbozzar tat-test legali.
Il-ħidma meħtieġa hija relatata mill-qrib mal-istandards tekniċi eżistenti taħt EMIR li jirregolaw il-qafas għal repożitorji tan-negozjar għal kuntratti derivattivi. S’issa, kien hemm 6 repożitorji tat-tranżazzjonijiet irreġistrati taħt EMIR u huwa mistenni li għadd simili ta’ repożitorji tal-kummerċ għall-SFT japplikaw għar-reġistrazzjoni. Ladarba jkunu rreġistrati, dawn se jeħtiġilhom jkunu taħt is-superviżjoni tal-AETS. Għalhekk, meta jitqies in-numru ta’ repożitorji tat-tranżazzjonijiet għal SFT li sejrin ikunu taħt superviżjoni, l-għadd, it-tip u l-kumplessità tal-kompiti li jridu jitwettqu mill-AETS, l-impatt fuq l-għadd ta’ ekwivalenti full-time meħtieġa sabiex jiżviluppaw standards tekniċi u biex jitwettaq kompiti addizzjonali se jkun limitat għal 2 aġenti temporanji.
Dan ifisser li żewġ aġenti temporanji addizzjonali huma meħtieġa mill-2016. Huwa preżunt li din iż-żieda se tinżamm fl-2017 u l-2018 peress li l-AETS se jkollha l-kompiti superviżorji ġodda għar-repożitorji tat-tranżazzjonijiet għal SFT. Dawn il-kompiti ġodda huma stabbiliti fir-Regolament propost u spjegati aktar fil-memorandum ta’ spjegazzjoni. l-ispiża taż-żewġ aġenti temporanji u kwalunkwe spejjeż mhux previsti se tiġi ffinanzjata kompletament minn ħlasijiet miġbura minn repożitorji tal-kummerċ għal SFT (eż. drittijiet ta’ reġistrazzjoni, għas-superviżjoni) u, għalhekk, mhux se jkollha impatt fuq il-baġit tal-UE.
Suppożizzjoni ta' riżorsi addizzjonali:
Iż-żewġ postijiet addizzjonali huma preżunti li jkunu ta’ aġenti temporanji ta’ grupp funzjonali u grad AD7.
L-ispejjeż annwali medji għas-salarji għall-kategoriji differenti ta’ persunal huma bbażati fuq il-gwida tad-DĠ BUDG;
Il-koeffiċjent ta’ korrezzjoni tas-salarji għal Pariġi huwa ta' 1,161.
L-ispejjeż tal-missjonijiet huma stmati għal EUR 10 000.
Spejjeż relatati mar-reklutaġġ (vjaġġi, lukanda, eżamijiet mediċi, istallazzjoni u allowances oħrajn, spejjeż tal-ġarr, eċċ) stmati li huma ta’ EUR 12 700,
|
Tip ta' spiża
|
Kalkolu
|
Ammont (f’eluf)
|
|
|
|
2016
|
2017
|
2018
|
Total
|
|
In-nefqa fuq il-persunal
|
|
|
|
|
|
|
Salarji u allowances
|
=2x132 x1.161
|
307
|
307
|
307
|
921
|
|
Nefqa relatata mar-reklutaġġ
|
=2x13
|
26
|
|
|
26
|
|
L-Ispejjeż marbutin ma' missjoni
|
=2x10
|
20
|
20
|
20
|
60
|
|
Total
|
|
353
|
327
|
327
|
1007
|