Proposta Konġunta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran /* JOIN/2014/042 final - 2014/0357 (NLE) */
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI (1)
Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012
tat-23 ta' Marzu 2012 dwar il-miżuri restrittivi kontra
l-Iran jagħti effett lill-miżuri previsti
fid-Deċiżjoni 2010/413/PESK. (2)
Fi ... ta’ Diċembru 2014, il-Kunsill adotta
d-Deċiżjoni 2014/.../PESK li testendi sat-30 ta’ Ġunju
2015 l-eżenzjoni prevista fl-Artikolu 20, paragrafu 14 dwar atti
u tranżazzjonijiet imwettqa fir-rigward ta’ entitajiet elenkati sa fejn
ikun meħtieġ għat-twettiq ta’ obbligi previsti f’kuntratti
konklużi qabel it-23 ta’ Jannar 2012 jew f’kuntratti anċillari
meħtieġa għat-twettiq ta’ tali obbligi fejn il-provvista ta’
żejt mhux maħdum u prodotti petroliferi Iranjani jew ir-rikavati
derivati mill-provvista tagħhom ikunu għar-rimborż ta’ ammonti
pendenti fir-rigward ta’ kuntratti konklużi qabel it- 23 ta’ Jannar 2012
lill-persuni u entitajiet fit-territorji tal-Istati Membri jew taħt
il-ġuriżdizzjoni tagħhom, fejn dawk il-kuntratti jipprevedu
speċifikament għal tali rimborżi. (3)
Tinħtieġ aktar azzjoni mill-Unjoni sabiex
tiġi implimentata din l-estensjoni. (4)
Ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni
għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u l-Kummissjoni Ewropea
jipproponu li jemendaw ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 267/2012 skont
dan. 2014/0357 (NLE) Proposta Konġunta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament (UE) Nru 267/2012
dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat dwar
il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 215
tiegħu, Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni
tal-Kunsill 2010/413/PESK tas-26 ta' Lulju 2010 dwar miżuri
restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni
2007/140/PESK[1] Wara li kkunsidra l-proposta konġunta
tar-Rappreżentanta Għolja tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u
l-Politika ta ' Sigurtà u tal-Kummissjoni Ewropea, Billi: (1) Ir-Regolament tal-Kunsill
(UE) Nru 267/2012[2]
jagħti effett lill-miżuri previsti
fid-Deċiżjoni 2010/413/PESK. (2) Fi... ta’ Diċembru 2014,
il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/.../PESK li temenda
d-Deċiżjoni 2010/413/PESK biex testendi sat-30 ta’ Ġunju
2015 l-eżenzjoni prevista fl-Artikolu 20, paragrafu 14 dwar atti
u tranżazzjonijiet imwettqa fir-rigward ta’ entitajiet elenkati sa fejn
ikun meħtieġ għat-twettiq ta’ obbligi previsti f’kuntratti
konklużi qabel it-23 ta’ Jannar 2012 jew f’kuntratti anċillari
meħtieġa għat-twettiq ta’ tali obbligi fejn il-provvista ta’
żejt mhux maħdum u prodotti petroliferi Iranjani jew ir-rikavati
derivati mill-provvista tagħhom ikunu għar-rimborż ta’ ammonti
pendenti fir-rigward ta’ kuntratti konklużi qabel it-23 ta’ Jannar 2012
lill-persuni u entitajiet fit-territorji tal-Istati Membri jew taħt
il-ġuriżdizzjoni tagħhom, fejn dawk il-kuntratti jipprevedu
speċifikament għal tali rimborżi. (3) Din il-miżura taqa’
fil-kamp ta’ applikazzjoni tat-Trattat u, għalhekk, sabiex tiġi
implimentata hemm bżonn ta’ azzjoni regolatorja fil-livell tal-Unjoni,
partikolarment bil-ħsieb li tiġi żgurata l-applikazzjoni
uniformi tagħha mill-operaturi ekonomiċi fl-Istati Membri kollha. (4) Ir-Regolament (UE) Nru
267/2012 għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ, ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Fil-punt (b) tal-Artikolu 28a
tar-Regolament (UE) Nru 267/2012, il-kliem “sal-31 ta’ Diċembru 2014”
huma sostitwiti bil-kliem “sat-30 ta’ Ġunju 2015”. Artikolu 2 Dan ir-Regolament jidħol
fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal
Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Dan ir-Regolament jorbot fl-intier
tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, Għall-Kunsill Il-President [1] ĠU L 195, 27.7.2010, p. 39. [2] Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012
tat-23 ta' Marzu 2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran
u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2020 (ĠU L 88,
24.3.2012, p. 1).