Proposta Konġunta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1210/2003 dwar ċerti ristrizzjonijiet speċifiċi fuq relazzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji mal-Iraq /* JOIN/2014/024 final - 2014/0210 (NLE) */
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI (1)
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1210/2003
jimponi ċerti miżuri restrittivi fir-rigward tal-Iraq, skont
il-Pożizzjoni Komuni 2003/495/PESK u r-Riżoluzzjoni tal-Kunsill
tas-Sigurtà tan-NU 1483 (2003). L-Artikolu 4(4) ta' dak ir-Regolament
jistipula li ma jitqiegħdu l-ebda riżorsi ekonomiċi
għad-dispożizzjoni, kemm direttament kif ukoll indirettament, jew
għall-vantaġġ ta', persuna fiżika jew ġuridika, organu
jew entità elenkata fl-Anness IV b' tali mod li dik il-persuna, korp jew entità
tkun tista' takkwista fondi, oġġetti jew servizzi. (2)
Fil-X ta’ Lulju 2014, il-Kunsill adotta
d-Deċiżjoni 2014/…/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iraq
sabiex jipprovdu li l-ebda fondi jew riżorsi ekonomiċi ma jsiru
disponibbli, direttament jew indirettament, għall-benefiċċju ta’
persuni u entitajiet imsemmija fl-Artikolu 2(b), suġġett
għal eżenzjonijiet speċifiċi, jiġifieri, fejn il-fondi
u r-riżorsi ekonomiċi jistgħu jkunu meħtieġa sabiex
jiġu ssodisfati ħtiġijiet bażiċi, fejn maħsuba
esklużivament għall-ħlas ta’ tariffi professjonali u
spejjeż għal servizzi legali, maħsuba għall-ħlas ta’
miżati għal servizzi għaż-żamma jew il-manutenzjoni
ta’ fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati jew meħtieġa
għall-ħlas ta' spejjeż straordinarji. Skont id-Deċiżjoni
tal-Kunsill 2014/…/PESK, ir-Regolament (KE) Nru 1210/2003 għandu
b’hekk jiġi emendat f'dan is-sens. 2014/0210 (NLE) Proposta Konġunta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1210/2003
dwar ċerti ristrizzjonijiet speċifiċi fuq relazzjonijiet
ekonomiċi u finanzjarji mal-Iraq IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat dwar
il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 215
tiegħu, Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni
tal-Kunsill 2014/…/PESK li temenda l-Pożizzjoni Komuni 2003/495/PESK dwar
l-Iraq[1], Wara li kkunsidra l-proposta konġunta
tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u
l-Politika ta’ Sigurtà u tal-Kummissjoni Ewropea, Billi: (1) Ir-Regolament tal-Kunsill
(KE) Nru 1210/2003[2]
jimponi miżuri restrittivi fir-rigward tal-Iraq, skont il-Pożizzjoni
Komuni 2003/495/PESK u r-Riżoluzzjoni tal-Kunsill
tas-Sigurtà tan-NU 1483 (2003). (2) L-Artikolu 4(4)
tar-Regolament (KE) Nru 1210/2003 jistipula li ma għandhom jitqiegħdu
l-ebda riżorsi ekonomiċi għad-dispożizzjoni, kemm
direttament kif ukoll indirettament, jew għall-vantaġġ ta',
persuna fiżika jew ġuridika, korp jew entità elenkata fl-Anness IV
ta' dak ir-Regolament b'tali mod li dik il-persuna, korp jew entità tkun tista'
takkwista fondi, oġġetti jew servizzi. (3) Fi … ta’ Lulju 2014,
il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/…/PESK li tipprojbixxi fondi jew
riżorsi ekonomiċi milli jsiru disponibbli, direttament jew
indirettament, għall-benefiċċju tal-persuni u l-entitajiet
elenkati. Huma stipulati eżenzjonijiet speċifiċi, jiġifieri
fondi u riżorsi ekonomiċi li huma: (a) meħtieġa biex
jissodisfaw ħtiġijiet bażiċi (b) maħsuba
esklussivament għall-ħlas ta' tariffi professjonali raġonevoli u
rimborż ta' spejjeż assoċjati mall-forniment ta' servizzi
ġuridiċi u (c) maħsuba esklussivament għall-ħlas ta'
tariffi jew miżati tas-servizzi għaż-żamma jew
il-manutenzjoni tal-fondi u r-riżorsi ekonomiċi ffriżati jew (d)
meħtieġa għall-ħlas ta' spejjeż straordinarji. (4) Huwa wkoll xieraq li
r-Regolament (KE) Nru 1210/2003 jiġi aġġornat
b’tagħrif riċenti pprovdut mill-Istati Membri fir-rigward
tal-identifikazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti. (5) Għalhekk, ir-Regolament
(KE) Nru 1210/2003 għandu jiġi emendat skont dan, ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Ir-Regolament (KE) Nru 1210/2003 huwa
emendat kif ġej: (1) L-Artikolu 4 huwa emendat kif
ġej: (a) Il-Paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li
ġej: ‘(3) L-ebda fond jew riżorsa ekonomika ma
jitqiegħdu għad-disposizzjoni, direttament jew indirettament, jew
għall-beneficċju ta’ xi persuna fiżika jew ġuridika, entità
jew korp elenkati fl-Anness IV." (b) Il-paragrafu 4 jitħassar. (2) L-Artikolu 5 huwa sostitwit b’dan
li ġej: Artikolu
5 1. L-Artikolu 4 ma jimpedixxix l-akkreditar tal-kontijiet iffriżati
minn istituzzjonijiet finanzjarji jew ta’ kreditu li jirċievu fondi
ttrasferiti minn partijiet terzi fil-kont tal-persuna, entità jew korp
elenkati, dejjem jekk kull żieda f’dawn il-kontijiet tiġi
ffriżata wkoll. L-istituzzjoni finanzjarja jew ta' kreditu tgħarraf bla
dewmien lill-awtoritajiet kompetenti b'tali tranżazzjonijiet. 2. B'deroga mill-Artikolu 4(3), l-awtoritajiet kompetenti, kif
indikat fis-siti web elenkati fl-Anness V, jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx
ta' ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati jew jagħmlu
disponibbli ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi, taħt dawk
il-kundizzjonijiet li jidhrilhom xierqa, wara li jkunu ddeterminaw li l-fondi
jew riżorsi ekonomiċi kkonċernati huma: (a) meħtieġa biex jissodisfaw
il-ħtiġijiet bażiċi ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi,
entitajiet jew korpi elenkati fl-Anness V, u tal-membri dipendenti tal-familji
ta’ dawn il-persuni fiżiċi, inklużi ħlasijiet għal
oġġetti tal-ikel, għall-kera jew fuq ipoteki, għall-mediċini
u għat-trattament mediku, għat-taxxi, għall-primjums tal-assigurazzjoni,
u għall-ispejjeż tas-servizzi pubbliċi; (b) maħsuba esklussivament
għall-ħlas ta’ onorarji professjonali raġonevoli u
għar-rimborż ta’ spejjeż imġarrba assoċjati
mal-forniment ta’ servizzi legali, (c) maħsuba esklussivament
għall-ħlas ta’ onorarji jew kosti ta’ servizzi għall-kustodja
jew manutenzjoni konswetudinarji ta’ fondi jew riżorsi ekonomiċi
ffriżati, jew (d) meħtieġa għal spejjeż
straordinarji, bil-kundizzjoni li l-awtorità kompetenti relevanti tkun
innotifikat ir-raġunijiet li għalihom hi kkunsidrat li għandha
tingħata awtorizzazzjoni speċifika lill-awtoritajiet kompetenti
tal-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni mill-anqas
ġimagħtejn qabel l-awtorizzazzjoni. 3. L-Istati Membri kkonċernati jinformaw lill-Istati Membri
l-oħrajn u lill-Kummissjoni b'kull awtorizzazzjoni mogħtija skont dan
l-Artikolu.” (3) L-Anness V huwa sostitwit bit-test
stabbilit fl-Anness ta' dan ir-Regolament." Artikolu 2 Dan ir-Regolament jidħol
fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal
Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Dan ir-Regolament jorbot fl-intier
tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, Għall-Kunsill Il-President [1] ĠU L … , … 2014, p. ..
. [2] Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1210/2003
tas-7 ta’ Lulju 2003 dwar ċerti restrizzjonijiet
speċifiċi fuq ir-relazzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji mal-Iraq
u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2465/96
(ĠU L 169, 8.7.2003, p. 6). ANNESSI għall- Proposta konġunta għal
REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament (KE) Nru
1210/2003 dwar ċerti restrizzjonijiet speċifiċi fuq
relazzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji mal-Iraq
ANNESS
"ANNESS
V Siti
elettroniċi li jipprovdu informazzjoni dwar l-awtoritajiet kompetenti
msemmija fl-Artikoli 5, 6, 7 u 8, u l-indirizz għan-notifiki
lill-Kummissjoni Ewropea A. Awtoritajiet kompetenti f'kull Stat Membru: IL-BELĠJU http://www.diplomatie.be/eusanctions IL-BULGARIJA http://www.mfa.bg/en/pages/135/index.html IR-REPUBBLIKA
ĊEKA http://www.mfcr.cz/mezinarodnisankce ID-DANIMARKA http://um.dk/da/politik-og-diplomati/retsorden/sanktioner/ IL-ĠERMANJA http://www.bmwi.de/DE/Themen/Aussenwirtschaft/aussenwirtschaftsrecht,did=404888.html L-ESTONJA http://www.vm.ee/est/kat_622/ L-IRLANDA http://www.dfa.ie/home/index.aspx?id=28519 IL-GREĊJA http://www.mfa.gr/en/foreign-policy/global-issues/international-sanctions.html SPANJA http://www.exteriores.gob.es/Portal/es/PoliticaExteriorCooperacion/GlobalizacionOportunidadesRiesgos/Documents/ORGANISMOS%20COMPETENTES%20SANCIONES%20INTERNACIONALES.pdf
FRANZA http://www.diplomatie.gouv.fr/autorites-sanctions/ IL-KROAZJA http://www.mvep.hr/sankcije L-ITALJA http://www.esteri.it/MAE/IT/Politica_Europea/Misure_Deroghe/
ĊIPRU http://www.mfa.gov.cy/sanctions IL-LATVJA http://www.mfa.gov.lv/en/security/4539 IL-LITWANJA http://www.urm.lt/sanctions IL-LUSSEMBURGU http://www.mae.lu/sanctions L-UNGERIJA http://en.nav.gov.hu/criminal_branch_of_NTCA/restrictive_measures/European_Unions_consolidated_sanctions_list MALTA https://www.gov.mt/en/Government/Government%20of%20Malta/Ministries%20and%20Entities/Officially%20Appointed%20Bodies/Pages/Boards/Sanctions-Monitoring-Board-.aspx IL-PAJJIŻI
L-BAXXI www.rijksoverheid.nl/onderwerpen/internationale-vrede-en-veiligheid/sancties L-AWSTRIJA http://www.bmeia.gv.at/view.php3?f_id=12750&LNG=en&version= IL-POLONJA http://www.msz.gov.pl IL-PORTUGALL http://www.portugal.gov.pt/pt/os-ministerios/ministerio-dos-negocios-estrangeiros/quero-saber-mais/sobre-o-ministerio/medidas-restritivas/medidas-restritivas.aspx IR-RUMANIJA http://www.mae.ro/node/1548 IS-SLOVENJA http://www.mzz.gov.si/si/zunanja_politika_in_mednarodno_pravo/zunanja_politika/mednarodna_varnost/omejevalni_ukrepi/
IS-SLOVAKKJA http://www.mzv.sk/sk/europske_zalezitosti/europske_politiky-sankcie_eu IL-FINLANDJA http://formin.finland.fi/kvyhteistyo/pakotteet L-ISVEZJA http://www.ud.se/sanktioner IR-RENJU UNIT https://www.gov.uk/sanctions-embargoes-and-restrictions Indirizz għan-notifiki
lill-Kummissjoni Ewropea: European Commission Service for Foreign Policy Instruments (FPI) EEAS 02/309 B-1049 Brussels Belgium Posta elettronika:
relex-sanctions@ec.europa.eu"