52014JC0014

Proposta Konġunta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1284/2009 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi fir-rigward tar-Repubblika tal-Ginea /* JOIN/2014/014 final - 2014/0113 (NLE) */


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1. Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1284/2009[1] tat-22 ta’ Diċembru 2009 kien jimponi ċerti miżuri restrittivi fir-rigward tar-Repubblika tal-Ginea, f’konformità mal-Pożizzjoni Komuni 2009/788/PESK[2] (sostitwita bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/638/PESK[3]). Dawn il-miżuri jinkludu projbizzjoni fuq il-provvista ta’ għajnuna teknika u finanzjarja u servizzi oħrajn relatati ma’ tagħmir militari u l-embargo fuq it-tagħmir li jista’ jintuża għar-repressjoni interna.

2. Il-Kunsill qiegħed iħejji Deċiżjoni li temenda d- Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/638/PESK sabiex tneħħi l-embargo fuq l-armi u l-embargo fuq it-tagħmir li jista’ jintuża għar-repressjoni interna.

3. Hija meħtieġa azzjoni fil-livell tal-UE biex tagħti effett lit-tneħħija ta’ dawn il-miżuri.

4. Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1284/2009 għandu għalhekk ikun emendat.

2014/0113 (NLE)

Proposta Konġunta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1284/2009 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi fir-rigward tar-Repubblika tal-Ginea

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 215(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/638/PESK li tikkonċerna miżuri restrittivi kontra r-Repubblika tal-Ginea[4],

Wara li kkunsidra l-proposta konġunta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u l-Kummissjoni,

Billi:

(1)       Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1284/2009[5] jimponi ċerti miżuri restrittivi fir-rigward tar-Repubblika ta' Ginea, f’konformità mal-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2009/788/PESK[6] (sostitwita bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/638/PESK). Dawn il-miżuri jinkludu projbizzjoni fuq il-provvista ta’ għajnuna teknika u finanzjarja u servizzi oħrajn relatati ma’ tagħmir militari u l-embargo fuq it-tagħmir li jista’ jintuża għar-repressjoni interna.

(2)       Fil-… ta’ Marzu 2014 il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/…/PESK li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/638/PESK li neħħiet l-embargo fuq l-armi u l-embargo fuq it-tagħmir li jista’jintuża għar-repressjoni interna.

(3)       Ċerti aspetti tat-tneħħija ta' dawn il-miżuri jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u, għalhekk, notevolment bil-ħsieb li tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tagħhom mill-operaturi ekonomiċi fl-Istati Membri kollha, hija meħtieġa azzjoni regolatorja fuq il-livell tal-Unjoni sabiex timplimentahom.

(4)       Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1284/2009 għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (UE) Nru 1284/2009 huwa emendat skont kif ġej:

(1) Tħassru l-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 1.

(2) L-Artikoli 2, 3, 4 u 5 jitħassru.

(3) L-Anness I huwa mħassar.

(4) L-Anness III jinbidel bit-test stabbilit fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

                                                                       Għall-Kunsill

                                                                       Il-President                                                                        […]

[1]               ĠU L 346, 23.12.2009, p. 26.

[2]               ĠU L 281, 28.10.2009, p. 7.

[3]               ĠU L 280, 26.10.2010, p. 10.

[4]               ĠU L 280, 26.10.2010, p. 10.

[5]               Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1284/2009 tat-22 ta’ Diċembru 2009 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi fir-rigward tar-Repubblika ta’ Ginea (ĠU L 346, 23.12.2009, p. 26).

[6]               Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2009/788/PESK tas-27 ta’ Ottubru 2009 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika ta' Ginea (ĠU L 281, 28.10.2009, p. 7).

ANNESSI

għall-

Proposta konġunta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1284/2009 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi fir-rigward tar-Repubblika tal-Ginea

"ANNESS III

Websajts għall-informazzjoni dwar l-awtoritajiet kompetenti u l-indirizz għan-notifiki lill-Kummissjoni Ewropea

IL-BELĠJU

http://www.diplomatie.be/eusanctions

IL-BULGARIJA

http://www.mfa.bg/en/pages/135/index.html

IR-REPUBBLIKA ĊEKA

http://www.mfcr.cz/mezinarodnisankce

ID-DANIMARKA

http://um.dk/da/politik-og-diplomati/retsorden/sanktioner/

IL-ĠERMANJA

http://www.bmwi.de/DE/Themen/Aussenwirtschaft/aussenwirtschaftsrecht,did=404888.html

L-ESTONJA

http://www.vm.ee/est/kat_622/

L-IRLANDA

http://www.dfa.ie/home/index.aspx?id=28519

IL-GREĊJA

http://www.mfa.gr/en/foreign-policy/global-issues/international-sanctions.html

SPANJA

http://www.exteriores.gob.es/Portal/es/PoliticaExteriorCooperacion/GlobalizacionOportunidadesRiesgos/Documents/ORGANISMOS%20COMPETENTES%20SANCIONES%20INTERNACIONALES.pdf

FRANZA

http://www.diplomatie.gouv.fr/autorites-sanctions/

IL-KROAZJA

http://www.mvep.hr/sankcije

L-ITALJA

http://www.esteri.it/MAE/IT/Politica_Europea/Deroghe.htm

ĊIPRU

http://www.mfa.gov.cy/sanctions

IL-LATVJA

http://www.mfa.gov.lv/en/security/4539

IL-LITWANJA

http://www.urm.lt/sanctions

IL-LUSSEMBURGU

http://www.mae.lu/sanctions

L-UNGERIJA

http://www.kulugyminiszterium.hu/kum/hu/bal/Kulpolitikank/nemzetkozi_szankciok/

MALTA

https://www.gov.mt/en/Government/Government%20of%20Malta/Ministries%20and%20Entities/Officially%20Appointed%20Bodies/Pages/Boards/Sanctions-Monitoring-Board-.aspx

IL-PAJJIŻI L-BAXXI

www.rijksoverheid.nl/onderwerpen/internationale-vrede-en-veiligheid/sancties

L-AWSTRIJA

http://www.bmeia.gv.at/view.php3?f_id=12750&LNG=en&version=

IL-POLONJA

http://www.msz.gov.pl

IL-PORTUGALL

http://www.portugal.gov.pt/pt/os-ministerios/ministerio-dos-negocios-estrangeiros/quero-saber-mais/sobre-o-ministerio/medidas-restritivas/medidas-restritivas.aspx

IR-RUMANIJA

http://www.mae.ro/node/1548

IS-SLOVENJA

http://www.mzz.gov.si/si/zunanja_politika_in_mednarodno_pravo/zunanja_politika/mednarodna_varnost/omejevalni_ukrepi/

IS-SLOVAKKJA

http://www.mzv.sk/sk/europske_zalezitosti/europske_politiky-sankcie_eu

IL-FINLANDJA

http://formin.finland.fi/kvyhteistyo/pakotteet

L-ISVEZJA

http://www.ud.se/sanktioner

IR-RENJU UNIT

https://www.gov.uk/sanctions-embargoes-and-restrictions

Indirizzi għan-notifiki lill-Kummissjoni Ewropea:

European Commission

Service for Foreign Policy Instruments (FPI)

EEAS 02/309

B-1049 Brussels

Belgium

Posta elettronika: relex-sanctions@ec.europa.eu"