Proposta Konġunta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri ristrettivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja /* JOIN/2014/03 final - 2014/0022 (NLE) */
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI (1)
Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012
tat-18 ta’ Jannar 2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl
tas-sitwazzjoni fis-Sirja daħħal fis-seħħ
id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/782/PESK[1]. Id-Deċiżjoni
tal-Kunsill 2012/739/PESK[2]ħassret
u ħadet post id-Deċiżjoni 2011/782/PESK.
Fl-1 ta' Ġunju 2013 id-Deċiżjoni 2012/739/PESK
skadiet. Ħaditilha postha d-Deċiżjoni 2013/255/PESK li
tapplika sal-1 ta' Ġunju 2014. (2)
Huwa meħtieġ li tiġi introdotta
eżenzjoni taħt l-iffriżar tal-assi biex tippermetti r-rilaxx
tal-fondi jew tar-riżorsi ekonomiċi tal-entitajiet proprjetà
tal-Istat Sirjan jew tal-Bank Ċentrali tas-Sirja biex jagħmlu
ħlasijiet f'isem ir-Repubblika Għarbija Sirjana
għall-Organizzazzjoni għall-Projbizzjoni ta' Armi Kimiċi (OPCW)
għall-attivitajiet relatati mal-missjoni ta' verifika tal-OPCW u l-qerda
tal-armi kimiċi Sirjani, inkluż għall-Fond Fiduċjarju
speċjali tal-OPCW għar-riżorsi finanzjarji meħtieġa
għall-attivitajiet relatati mal-qerda tal-armi kimiċi Sirjani barra
t-territorju tar-Repubblika Għarbija Sirjana. (3)
Teħtieġ aktar azzjoni mill-Unjoni sabiex
jiġu implimentati dawn il-miżuri. Ir-Rappreżentanta Għolja
tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u
l-Kummissjoni Ewropea jipproponu li jemendaw ir-Regolament (UE)
Nru 36/2012 skont dan. 2014/0022 (NLE) Proposta Konġunta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar
miżuri ristrettivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament
tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu, Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni
tal-Kunsill 2013/255/PESK tal-31 ta' Mejju 2013 dwar
miżuri restrittivi kontra s-Sirja[3],
Wara li kkunsidra l-proposta konġunta
mir-Rappreżentanta Għolja tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u
l-Politika ta' Sigurtà u l-Kummissjoni Ewropea, Billi: (1) Ir-Regolament tal-Kunsill
(UE) Nru 36/2012[4]
jagħti effett lil bosta mill-miżuri previsti
fid-Deċiżjoni 2013/255/PESK. (2) Fil-… ta' Jannar 2014,
il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/.../PESK li temenda
d-Deċiżjoni 2013/255/PESK. (3) Għandha tingħata
deroga oħra mill-iffriżar tal-assi u mill-projbizzjoni biex il-fondi
jew ir-riżorsi ekonomiċi jkunu disponibbli biex ikun ikun jista'
jsir ir-rilaxx tal-fondi jew tar-riżorsi ekonomiċi tal-entitajiet
proprjetà tal-Istat Sirjan jew tal-Bank Ċentrali tas-Sirja biex
jagħmlu ħlasijiet f'isem ir-Repubblika Għarbija Sirjana
għall-Organizzazzjoni għall-Projbizzjoni ta' Armi Kimiċi (OPCW)
għall-attivitajiet relatati mal-missjoni ta' verifika tal-OPCW u l-qerda
tal-armi kimiċi Sirjani. (4) Din il-miżura taqa'
fil-kamp ta' applikazzjoni tat-Trattat u, għalhekk, b'mod partikolari
bil-ħsieb li tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tagħha
mill-operaturi ekonomiċi fl-Istati Membri kollha, hemm bżonn ta'
azzjoni fil-livell tal-Unjoni sabiex tiġi implimentata. (5) Ir-Regolament (UE) Nru
36/2012 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan, ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Ir-Regolament (UE) Nru 36/2012 huwa emendat
kif ġej: (1) Fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 16,
jiżdied il-punt li ġej: (i) intenzjonata b'mod esklussiv
għall-ħlasijiet tal-entitajiet proprjetà tal-Istat Sirjan jew
tal-Bank Ċentrali tas-Sirja kif elenkat fl-Anness II u IIa f'isem
ir-Repubblika Għarbija Sirjana għall-OPCW għall-attivitajiet relatati
mal-missjoni ta' verifika tal-OPCW u l-qerda tal-armi kimiċi Sirjani
inkluż b'mod partikolari l-Fond Fiduċjarju speċjali tal-OPCW
għall-attivitajiet relatati mal-qerda totali tal-armi kimiċi Sirjani
barra t-territorju tar-Repubblika Għarbija Sirjana. Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol
fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal
Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Dan ir-Regolament għandu jorbot
fl-intier tiegħu u japplika b'mod dirett fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, Għall-Kunsill Il-President [1] Id-Deċiżjoni
tal-Kunsill 2011/782/PESK tal-1 ta' Diċembru 2011 dwar
miżuri restrittivi kontra s-Sirja li tħassar
id-Deċiżjoni 2011/273/PESK (ĠU L 319, 2.12.2011,
p. 56). [2] Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/739/PESK
tal-29 ta' Novembru 2012 dwar miżuri restrittivi kontra
s-Sirja li tħassar id-Deċiżjoni 2011/782/PESK (ĠU
L 330, 30.11.2012, p. 21). [3] ĠU L 147, 1.6.2013, p. 14. [4] Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012
tat-18 ta’ Jannar 2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni
fis-Sirja u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 442/2011
(ĠU L 16, 19.1.2012, p. 1)