|
9.11.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 378/151 |
P7_TA(2014)0234
L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Marzu 2014 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill dwar it-twaqqif tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (COM(2013)0534 – 2013/0255(APP))
(2017/C 378/18)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta għal regolament tal-Kunsill (COM(2013)0534), |
|
— |
wara li kkunsidra r-regolament li jistabbilixxi l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust) (COM(2013)0535), |
|
— |
wara li kkunsidra d-direttiva dwar il-ġlieda kontra l-frodi li jaffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali (COM(2012)0363), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Kunsill tat-30 ta' Novembru 2009 dwar pjan direzzjonali għat-tisħiħ tad-drittijiet proċedurali ta' persuni suspettati jew akkużati fi proċedimenti kriminali, |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta' Ottubru 2013 dwar il-kriminalità organizzata, il-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus: rakkomandazzjonijiet dwar azzjonijiet u inizjattivi li għandhom jittieħdu (1), |
|
— |
wara li kkunsidra l-istrumenti l-oħra fil-qasam tal-ġustizzja kriminali li ġew adottati b’kodeċiżjoni mill-Parlament Ewropew flimkien mal-Kunsill, bħad-Direttiva 2013/48/UE dwar id-dritt ta' aċċess għas-servizzi ta' avukat fi proċedimenti kriminali u d-dritt għall-komunikazzjoni fil-mument tal-arrest, id-Direttiva dwar l-Ordni ta' Investigazzjoni Ewropea f'materji kriminali eċċ., |
|
— |
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 2, 6 u 7 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari l-Artikoli 86, 218, 263, 265, 267, 268 u 340 tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali, |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-11 ta' Diċembru 2013, |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tat-30 ta' Jannar 2014, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 81(3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport interim tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, il-Kumitat għall-Baġits u l-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7-0141/2014), |
|
A. |
billi l-objettivi ewlenin tat-twaqqif ta' Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew huma l-kontribut għat-tisħiħ tal-ħarsien tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, it-titjib tal-fiduċja tan-negozji u ċ-ċittadini tal-UE fl-istituzzjonijiet tal-Unjoni u li jkun hemm garanzija li jsiru investigazzjoni u prosekuzzjoni aktar effiċjenti u effikaċi tar-reati li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-UE, filwaqt li jirrispettaw bis-sħiħ id-drittijiet fundamentali minquxa fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea; |
|
B. |
billi l-UE assenjat lilha nnifisha l-kompitu li tiżviluppa Spazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja, u billi, f'konformità mal-Artikolu 6 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, tirrispetta d-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali; billi l-kriminalità qiegħda tassumi dejjem aktar dimensjoni transfruntiera, u fil-każ ta' reati kontra l-interess finanzjarju tal-Unjoni, li kull sena jiġġeneraw danni finanzjarji sinifikanti, jeħtieġ li l-UE tirreaġġixxi b'mod effikaċi, billi tagħti valur miżjud lill-isforzi konġunti tal-Istati Membri kollha, peress li l-protezzjoni tal-baġit tal-UE kontra l-frodi tista' tinkiseb aħjar fil-livell tal-UE; |
|
C. |
billi, fejn jidħol il-baġit tal-UE, għandu jiġi applikat il-prinċipju ta' tolleranza żero sabiex tiġi indirizzata l-frodi kontra l-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea b'mod koerenti u effiċjenti; |
|
D. |
billi l-Istati Membri għandhom ir-responsabbiltà ewlenija għall-implimentazzjoni ta' madwar 80 % tal-baġit tal-Unjoni, kif ukoll għall-ġbir tar-riżorsi proprji kif stabbilit fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/436/KE, Euratom (2), li dalwaqt se tiġi sostitwita minn Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-proposta emendata tal-Kummissjoni għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea (COM(2011)0739); |
|
E. |
billi huwa ugwalment importanti li jkun żgurat li l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jitħarsu kemm fil-livell tal-ġbir tar-riżorsi tal-UE, kif ukoll fil-livell tan-nefqa; |
|
F. |
billi 10 % tal-inkjesti mwettqa mill-OLAF jikkonċernaw każijiet ta' kriminalità organizzata transfruntiera u jirrappreżentaw madankollu 40 % tal-impatt finanzjarju globali kontra l-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea; |
|
G. |
billi l-ħolqien tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) huwa l-uniku att li jaqa' taħt is-sistema tal-ġustizzja kriminali li għalih ma tkunx applikabbli l-proċedura leġiżlattiva ordinarja; |
|
H. |
billi l-proposta għal regolament dwar it-twaqqif tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew hija intrinsikament marbuta mal-proposta għal direttiva dwar il-ġlieda kontra l-frodi li jaffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tad-dritt kriminali u mal-proposta għal regolament dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust) li huma soġġetti għall-proċedura leġiżlattiva ordinarja; |
|
I. |
billi r-rispett għall-istat tad-dritt irid ikun prinċipju gwida għal-leġiżlazzjoni Ewropea kollha, speċjalment fi kwistjonijiet marbuta mal-ġustizzja u l-ħarsien tad-drittijiet fundamentali tal-bniedem; |
|
J. |
billi 14-il kamra parlamentari nazzjonali minn 11-il Stat Membru introduċew il-mekkaniżmu tal-'karta s-safra' b'rabta mal-proposta tal-Kummissjoni u billi, fis-27 ta' Novembru 2013, il-Kummissjoni ddeċidiet li tappoġġa l-proposta, filwaqt li, madankollu, iddikjarat li se tikkunsidra kif xieraq l-opinjonijiet motivati tal-kmamar parlamentari nazzjonali waqt il-proċess leġiżlattiv; |
|
K. |
billi l-Artikolu 86(1) tat-TFUE jirrikjedi li jkun hemm unanimità fi ħdan il-Kunsill sabiex jitwaqqaf Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew; billi ma jidhirx probabbli li din l-unanimità tintlaħaq u għaldaqstant huwa aktar probabbli li xi Stati Membri jwaqqfu Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew permezz ta' kooperazzjoni msaħħa, ħaġa li tirrikjedi li l-Kummissjoni tippreżenta proposta ġdida; |
|
1. |
Iqis li l-objettiv tal-proposta tal-Kummissjoni huwa li tirrappreżenta pass ulterjuri lejn it-twaqqif ta' spazju Ewropew ta' ġustizzja kriminali u t-tisħiħ tal-għodda għall-ġlieda kontra l-frodi li jaffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, u għaldaqstant iżżid il-fiduċja tal-kontribwenti fl-UE; |
|
2. |
Iqis li t-twaqqif ta' Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew jista' jagħti valur miżjud partikolari lill-Ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja, dejjem jekk jipparteċipaw l-Istati Membri kollha, peress li l-interessi finanzjarji kollha tal-Unjoni, u għaldaqstant l-interessi tal-kontribwenti Ewropej, għandhom jitħarsu fl-Istati Membri kollha; |
|
3. |
Jistieden lill-Kunsill jinvolvi b'mod estensiv lill-Parlament fil-ħidma leġiżlattiva tiegħu permezz ta' fluss kostanti ta' informazzjoni u konsultazzjoni kontinwa tal-Parlament, sabiex jintlaħaq riżultat li jkun konformi mat-tibdil li sar fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea wara l-proċess ta' Lisbona u li huwa sostanzjalment kondiviż; |
|
4. |
Jistieden lil-leġiżlatur Ewropew, peress li jqis il-koerenza tal-azzjoni globali tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tal-ġustizzja bħala valur indispensabbli għall-effikaċja tagħha, jittratta din il-proposta fid-dawl ta' oħrajn strettament marbutin magħha, bħall-proposta għal direttiva dwar il-ġlieda kontra l-frodi li jaffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tad-dritt kriminali, il-proposta għal regolament li jistabbilixxi l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust), u strumenti rilevanti oħra fil-qasam tal-ġustizzja kriminali u d-drittijiet proċedurali sabiex tkun tista' tiġi żgurata l-kompatibilità sħiħa ma' dak kollu li għadu kif issemma, kif ukoll l-implimentazzjoni koerenti tal-proposta; |
|
5. |
Jenfasizza li s-setgħat u l-prattiki tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew għandhom jirrispettaw il-korp tad-drittijiet fundamentali kif minquxa fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, il-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u t-tradizzjonijiet kostituzzjonali tal-Istati Membri; għaldaqstant jitlob lill-Kunsill iqis kif xieraq dawn ir-rakkomandazzjonijiet li ġejjin:
|
|
6. |
Jistieden lill-Kunsill, barra minn hekk – huwa u jisħaq fuq il-ħtieġa għall-akbar rispett tal-prinċipji fundamentali bħalma hu dak ta' proċess ġust li miegħu hemm marbuta direttament is-salvagwardji tad-difiża fi proċessi kriminali – iqis ir-rakkomandazzjonijiet li ġejjin u jaġixxi kif xieraq:
|
|
7. |
Jistieden lill-Kunsill biex iqis ir-rakkomandazzjonijiet li ġejjin, biex jiżgura li l-istruttura tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew tkun waħda versatili, simplifikata, effiċjenti u li kapaċi tikseb l-aqwa riżultati:
|
|
8. |
Jieħu nota tal-idea li l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew ikun imsejjes fuq strutturi eżistenti, soluzzjoni li l-Kummissjoni tistenna li ma timplika ebda spejjeż sostanzjali ġodda għall-Unjoni jew l-Istati Membri tagħha, peress li s-servizzi amministrattivi tal-Uffiċċju għandhom ikunu mmaniġġjati mill-Eurojust u r-riżorsi umani tiegħu għandhom jiġu minn entitajiet eżistenti bħall-OLAF; |
|
9. |
Jesprimi dubji dwar l-argument tal-kosteffiċjenza mressaq fil-proposta, peress li l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew jeħtieġ jistabbilixxi dipartimenti speċjalizzati, wieħed għal kull Stat Membru, li għandu jkollhom għarfien profond tal-qafas ġuridiku nazzjonali sabiex iwettqu investigazzjonijiet u prosekuzzjonijiet effikaċi; jitlob li titwettaq analiżi biex jiġu vvalutati l-ispejjeż tat-twaqqif tal-UPPE għall-baġit tal-UE u kwalunkwe effett konsegwenzjali għall-baġits tal-Istati Membri; jitlob li titwettaq analiżi biex jiġu vvalutati l-benefiċċji wkoll; |
|
10. |
Jinsab imħasseb dwar il-fatt li l-proposta bbażata fuq is-suppożizzjoni li, fejn jidħlu l-finanzi u l-persunal, is-servizzi amministrattivi pprovduti mill-Eurojust mhu se jkollhom l-ebda impatt fuq din l-aġenzija deċentralizzata; iqis, għaldaqstant, li r-rapport finanzjarju huwa qarrieqi; jiġbed l-attenzjoni, f'dan ir-rigward, għat-talba tiegħu li l-Kummissjoni tippreżenta rapport finanzjarju aġġornat li jieħu kont tal-emendi potenzjali mil-leġiżlatur qabel il-konklużjoni tal-proċess leġiżlattiv; |
|
11. |
Jirrakkomanda li, f'konformità mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 86(1) tat-TFUE, li permezz tagħhom il-Kunsill jista' jistabbilixxi UPPE 'mill-Eurojust', il-Kummissjoni għandha tipprevedi trasferiment sempliċi ta' riżorsi finanzjarji mill-OLAF għall-UPPE, u li l-UPPE jibbenefika mill-għarfien espert u l-valur miżjud tal-membri tal-persunal tal-Eurojust; |
|
12. |
Jisħaq fuq il-fatt li ma ngħatat l-ebda indikazzjoni ċara dwar jekk l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew, bħala korp li għadu kemm ġie stabbilit, huwiex soġġett għat-tnaqqis tal-persunal ippjanat għall-istituzzjonijiet u l-korpi kollha tal-Unjoni; jagħmilha ċara li mhuwiex se jappoġġa approċċ bħal dan; |
|
13. |
Jistieden lill-Kunsill jiċċara l-kompetenza ta' kull korp eżistenti inkarigat li jipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Unjoni; jindika li hija ta' importanza kbira li r-relazzjoni bejn l-UPPE u korpi oħra diġà eżistenti, bħall-Eurojust u l-OLAF, tkun iddefinita aktar u ddemarkata b'mod ċar; jisħaq fuq il-fatt li l-UPPE għandu japprofitta mill-ispeċjalizzazzjoni miksuba biż-żmien tal-OLAF fit-twettiq tal-investigazzjonijiet, fuq livell kemm nazzjonali kif ukoll tal-Unjoni, f’oqsma li għandhom x'jaqsmu mal-ħarsien tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, inkluża l-korruzzjoni; jisħaq, b'mod partikolari, li l-Kunsill għandu jiċċara l-komplementarjetà tal-azzjonijiet tal-OLAF u tal-UPPE fir-rigward tal-hekk imsejħa investigazzjonijiet 'interni' u 'esterni'; jenfasizza li l-proposta attwali tal-Kummissjoni la tiċċara r-relazzjoni tagħha mal-UPPE u lanqas il-mod kif ser jitwettqu l-investigazzjonijiet interni fi ħdan l-istituzzjonijiet tal-UE; |
|
14. |
Iqis li għandha titwettaq analiżi iktar fil-fond tal-operat simultanju tal-OLAF, il-Eurojust u l-UPPE biex jiġi limitat ir-riskju li l-kompetenzi tagħhom jidħlu f'kunflitt; jistieden lill-Kunsill jiċċara l-kompetenzi rispettivi ta' dawn il-korpi, jidentifika kemm il-kompetenzi kondiviżi potenzjali kif ukoll l-ineffiċjenzi, u, fejn xieraq, jissuġġerixxi rimedji; |
|
15. |
Jeħtieġ, billi bosta Stati Membri probabbilment se jagħżlu li ma jipparteċipawx fil-proposta tal-UPPE, analiżi li tiċċara liema unitajiet tal-OLAF u liema membri tal-persunal tiegħu ser jiġu trasferiti mal-UPPE, u liema ser jibqgħu mal-OLAF; jirrikjedi li l-OLAF iħaddan ir-riżorsi meħtieġa biex iwettaq kull attività kontra l-frodi li ma taqax fi ħdan il-mandat tal-UPPE; |
|
16. |
Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-OLAF se jibqa' responsabbli għal dawk l-Istati Membri li ma jipparteċipawx fil-proġett tal-UPPE, u li dawn għandhom jingħataw livell ekwivalenti ta' salvagwardji proċedurali; |
|
17. |
Jistieden lill-Kummissjoni, għaldaqstant, tinkludi, fost it-tibdil fir-regolament tal-OLAF bħala konsegwenza tat-twaqqif tal-UPPE, biżżejjed salvagwardji proċedurali, inkluża l-possibilità ta' stħarriġ ġudizzjarju ta' miżuri investigattivi meħuda mill-OLAF; |
|
18. |
Iqis li l-obbligi imposti fuq l-awtoritajiet nazzjonali biex jinfurmaw lill-UPPE dwar kull forma ta' mġiba li tista' tikkostitwixxi reat li jidħol taħt il-kompetenza tiegħu għandhom ikunu allinjati ma', u mhux jaqbżu, dawk l-obbligi li hemm fis-seħħ fuq il-livell ta' Stat Membru, u għandhom jirrispettaw l-indipendenza ta' dawn l-awtoritajiet; |
|
19. |
Jitlob li tinħoloq damma speċjali ta' regoli fil-livell tal-UE biex jiġi żgurat ħarsien armonizzat għall-informaturi; |
|
20. |
Jistieden lill-Kunsill itejjeb aktar l-effiċjenza u l-effikaċja tal-qrati tal-ġustizzja rispettivi fl-Istati Membri, li huma indispensabbli għas-suċċess tal-proġett tal-UPPE. |
|
21. |
Jilqa' l-idea li l-UPPE jiġi integrat fi strutturi deċentralizzati eżistenti permezz tal-parteċipazzjoni ta' prosekuturi delegati nazzjonali bħala 'konsulenti speċjali'; huwa konxju tal-ħtieġa ta' aktar elaborazzjoni fuq l-indipendenza tal-prosekuturi delegati fi ħdan il-ġudikatura nazzjonali, u dwar proċeduri trasparenti biex dawn jintgħażlu sabiex jiġi evitat kull suġġeriment ta' favoritiżmu min-naħa tal-UPPE; |
|
22. |
Iqis li t-taħriġ xieraq fil qasam tad-dritt kriminali tal-UE għall-Prosekuturi Delegati Ewropej u l-persunal tagħhom għandu jingħata b'mod uniformi u effikaċi; |
|
23. |
Ifakkar lill-Kunsill u lill-Kummissjoni li huwa importanti ħafna li l-Parlament Ewropew, koleġiżlatur f'materji kriminali sostantivi u proċedurali, jibqa' involut mill-qrib fil-proċedura tal-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew u li l-pożizzjoni tiegħu titqies b'mod xieraq fil-fażijiet kollha tal-proċedura; għal dak il-għan, għandu l-intenzjoni jżomm kuntatt frekwenti mal-Kummissjoni u mal-Kunsill, bil-għan li tirnexxi l-kollaborazzjoni f'dan ir-rigward; huwa totalment konxju mill-kumplessità tal-kompitu u tal-ħtieġa ta' perjodu ta' żmien xieraq sabiex dan jinkiseb, jimpenja ruħu biex jesprimi l-fehmiet tiegħu, jekk ikun meħtieġ fir-rapporti interim futuri, dwar l-iżvilupp futuri tal-UPPE; |
|
24. |
Jistieden lill-Kunsill jieħu ż-żmien meħtieġ biex iwettaq evalwazzjoni bir-reqqa tal-proposta tal-Kummissjoni, u ma jgħaġġilx biex itemm in-negozjati tiegħu; jisħaq li għandha tiġi evitata tranżizzjoni prematura fuq il-proċedura ta' kooperazzjoni msaħħa; |
|
25. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu jitlob li jkompli jwettaq skrutinju tal-proposta flimkien mal-Kunsill; |
|
26. |
Jiġbed l-attenzjoni tal-Kunsill għall-fatt li l-linji gwida mniżżla hawn fuq huma supplimentati minn anness tekniku għal din ir-Riżoluzzjoni; |
|
27. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. |
(1) Testi adottati, P7_TA(2013)0444.
(2) ĠU L 163, 23.6.2007, p. 17.
ANNESS GĦAR-RIŻOLUZZJONI
Premessa 22
Modifika 1
|
Proposta għal Regolament |
Emenda |
||||
|
|
Premessa 46
Modifika 3
|
Proposta għal Regolament |
Emenda |
||||
|
|
Artikolu 13
Modifika 2
|
Proposta għal Regolament |
Emenda |
||
|
1. Meta r-reati msemmija fl-Artikolu 12 ikunu marbutin b’mod sħiħ ma’ reati kriminali għajr dawk imsemmija fl-Artikolu 12 u l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni konġunti tagħhom ikunu fl-interess tal-amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja , l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew ikun kompetenti wkoll għal dawk ir-reati kriminali, bil-kundizzjoni li r-reati msemmija fl-Artikolu 12 ikunu preponderanti u r-reati kriminali l-oħra jkunu bbażati fuq fatti identiċi . |
1. Meta r-reati msemmija fl-Artikolu 12 ikunu marbutin ma' reati kriminali għajr dawk imsemmija fl-Artikolu 12, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew għandu jkun kompetenti wkoll għal dawk ir-reati kriminali l-oħra, dejjem jekk il-kundizzjonijiet kumulattivi li ġejjin jiġu rispettati: |
||
|
|
|
||
|
|
|
||
|
|
|
||
|
Jekk dawk il-kundizzjonijiet ma jkunux issodisfati, l-Istat Membru li jkun kompetenti għar-reati l-oħra jkun kompetenti wkoll għar-reati msemmija fl-Artikolu 12. |
Jekk dawk il-kundizzjonijiet ma jkunux issodisfati, l-Istat Membru li jkun kompetenti għar-reati l-oħra jkun kompetenti wkoll għar-reati msemmija fl-Artikolu 12. |
||
|
2. L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew u l-awtoritajiet tal-prosekuzzjoni nazzjonali jikkonsultaw ma’ xulxin sabiex jiddeterminaw liema awtorità għandha l-kompetenza skont il-paragrafu 1. Fejn ikun xieraq sabiex tiġi determinata din il-kompetenza, jista’ jiġi assoċjat il-Eurojust skont l-Artikolu 57. |
2. L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew u l-awtoritajiet tal-prosekuzzjoni nazzjonali jikkonsultaw ma' xulxin sabiex jiddeterminaw liema awtorità għandha l-kompetenza skont il-paragrafu 1. Fejn ikun xieraq sabiex tiġi determinata din il-kompetenza, jista' jiġi assoċjat il-Eurojust skont l-Artikolu 57. |
||
|
3. F’każ ta’ nuqqas ta’ qbil bejn l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew u l-awtoritajiet tal-prosekuzzjoni nazzjonali dwar il-kompetenza skont il-paragrafu 1, l-awtorità ġudizzjarja nazzjonali kompetenti sabiex tiddeċiedi dwar l-attribuzzjoni tal-kompetenzi fir-rigward tal-prosekuzzjoni fil-livell nazzjonali, tiddeċiedi dwar il-kompetenza anċillari. |
3. F’każ ta' nuqqas ta' qbil bejn l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew u l-awtoritajiet tal-prosekuzzjoni nazzjonali dwar il-kompetenza skont il-paragrafu 1, l-awtorità ġudizzjarja nazzjonali kompetenti sabiex tiddeċiedi dwar l-attribuzzjoni tal-kompetenzi fir-rigward tal-prosekuzzjoni fil-livell nazzjonali, tiddeċiedi dwar il-kompetenza anċillari. |
||
|
4. L-istabbiliment tal-kompetenza skont dan l-Artikolu ma għandux ikun soġġett għal reviżjoni. |
4. L-istabbiliment tal-kompetenza skont dan l-Artikolu jista' jkun soġġett għal reviżjoni mill-qorti tal-proċess kif determinat skont l-Artikolu 27(4) tal-proposta, b'inizjattiva tagħha stess . |
Artikolu 27
Modifika 4
|
Proposta għal Regolament |
Emenda |
||||
|
1. Il-Prosekutur Pubbliku Ewropew u l-Prosekuturi Delegati Ewropej ikollhom l-istess setgħat bħall-prosekuturi pubbliċi nazzjonali fir-rigward tal-prosekuzzjoni u t-tressiq ta’ każ għall-ġustizzja, b’mod partikolari s-setgħa li jippreżentaw motivi għal proċess (trial pleas) , jipparteċipaw fit-teħid tal- provi u jeżerċitaw ir-rimedji disponibbli. |
1. Il-Prosekutur Pubbliku Ewropew u l-Prosekuturi Delegati Ewropej għandhom ikollhom l-istess setgħat bħall-prosekuturi pubbliċi nazzjonali fir-rigward tal-prosekuzzjoni u t-tressiq ta' każ għall-ġustizzja, b'mod partikolari s-setgħa li jippreżentaw motivi għal proċess, jipparteċipaw fit-teħid tal- evidenza u jeżerċitaw ir-rimedji disponibbli. |
||||
|
2. Meta l-Prosekutur Delegat Ewropew kompetenti jqis l-investigazzjoni bħala konkluża, huwa jissottometti sommarju tal-każ flimkien ma’ abbozz tal-akkuża u l-lista tal-provi lill-Prosekutur Pubbliku Ewropew għal reviżjoni. Meta huwa ma jagħtix struzzjonijiet għat-twarrib tal-każ skont l-Artikolu 28, il-Prosekutur Pubbliku Ewropew jagħti struzzjoni lill-Prosekutur Delegat Ewropew biex iressaq il-każ quddiem il-qorti nazzjonali kompetenti flimkien ma’ akkuża, jew jirreferih lura għal aktar investigazzjoni. Il-Prosekutur Pubbliku Ewropew jista’ jressaq ukoll il-każ quddiem il-qorti nazzjonali kompetenti huwa stess. |
2. Meta l-Prosekutur Delegat Ewropew kompetenti jqis l-investigazzjoni bħala konkluża, huwa jissottometti sommarju tal-każ flimkien ma' abbozz tal-akkuża u l-lista tal-evidenza lill-Prosekutur Pubbliku Ewropew għal reviżjoni. Meta huwa ma jagħtix struzzjonijiet għat-twarrib tal-każ skont l-Artikolu 28 jew meta, fuq struzzjonijiet tiegħu li joffri tranżazzjoni skont l-Artikolu 29, tali offerta ma tiġix aċċettata , il-Prosekutur Pubbliku Ewropew jagħti struzzjoni lill-Prosekutur Delegat Ewropew biex iressaq il-każ quddiem il-qorti nazzjonali kompetenti flimkien ma' akkuża, jew jirreferih lura għal aktar investigazzjoni. Il-Prosekutur Pubbliku Ewropew jista' jressaq ukoll il-każ quddiem il-qorti nazzjonali kompetenti huwa stess. |
||||
|
3. L-akkuża ppreżentata lill-qorti nazzjonali kompetenti telenka l-provi li se jiġu ppreżentati fil-proċess. |
3. L-akkuża ppreżentata lill-qorti nazzjonali kompetenti għandha telenka l-evidenza li se tiġi ppreżentata fil-proċess. |
||||
|
4. Il-Prosekutur Pubbliku Ewropew jagħżel, f’konsultazzjoni mill-qrib mal-Prosekutur Delegat Ewropew li jissottometti l-każ u filwaqt li jżomm f’moħħu l-amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja, il-ġurisdizzjoni tal-proċess u jiddetermina l-qorti nazzjonali kompetenti billi jikkunsidra l-kriterji li ġejjin: |
4. L-qorti nazzjonali kompetenti għandha tiġi determinata abbażi tal-kriterji li ġejjin, skont l-ordni ta' prijorità : |
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
5. Meta jkun meħtieġ għall-finijiet tal-irkupru, is-segwitu amministrattiv jew il-monitoraġġ, il-Prosekutur Pubbliku Ewropew javża lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, lill-persuni interessati u lill-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji rilevanti tal-Unjoni, dwar l-akkuża. |
5. Meta jkun meħtieġ għall-finijiet tal-irkupru, is-segwitu amministrattiv jew il-monitoraġġ, il-Prosekutur Pubbliku Ewropew javża lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, lill-persuni interessati u lill-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji rilevanti tal-Unjoni, dwar l-akkuża. |
Artikolu 28
Modifika 5
|
Proposta għal Regolament |
Emenda |
||||
|
1. Il-Prosekutur Pubbliku Ewropew iwarrab il-każ meta l-prosekuzzjoni tkun saret impossibbli minħabba xi waħda mir-raġunijiet li ġejjin: |
1. Il-Prosekutur Pubbliku Ewropew iwarrab il-każ meta l-prosekuzzjoni tkun saret impossibbli minħabba xi waħda mir-raġunijiet li ġejjin: |
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
|
||||
|
2. Il-Prosekutur Pubbliku Ewropew jista’ jwarrab il-każ għal kwalunkwe waħda mir-raġunijiet li ġejjin : |
2. Il-Prosekutur Pubbliku Ewropew jista' jwarrab il-każ jekk ir-reat ikun reat minuri skont il-liġi nazzjonali li timplimenta d-Direttiva 2013/XX/ UE dwar il-ġlieda kontra l-frodi li jaffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tad-dritt kriminali; |
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
3. L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew jista’ jirreferi l-każijiet imwarrba minnu lill-OLAF jew lill-awtoritajiet amministrattivi jew ġudizzjarji nazzjonali kompetenti għal irkupru, segwitu amministrattiv ieħor jew monitoraġġ. |
3. L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew jista' jirreferi l-każijiet imwarrba minnu lill-OLAF jew lill-awtoritajiet amministrattivi jew ġudizzjarji nazzjonali kompetenti għal irkupru, segwitu amministrattiv ieħor jew monitoraġġ. |
||||
|
4. Meta l-investigazzjoni tkun inbdiet fuq il-bażi ta’ informazzjoni pprovduta mill-parti danneġġata, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew jinforma b’dan lil dik il-parti. |
4. Meta l-investigazzjoni tkun inbdiet abbażi ta' informazzjoni pprovduta mill-parti danneġġata, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew jinforma b'dan lil dik il-parti. |
Artikolu 29
Modifika 6
|
Proposta għal Regolament |
Emenda |
|
1. Meta l-każ ma jiġix imwarrab u dan iservi l-iskop tal-amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja , l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew jista’, wara li jkun ġie kkumpensat id-dannu, jipproponi lill-persuna suspettata li tħallas multa ta’ somma f’daqqa li, ladarba titħallas, tkun tfisser it-twarrib finali tal-każ (tranżazzjoni). Jekk il-persuna suspettata taqbel, hija tħallas il-multa ta’ somma f’daqqa lill-Unjoni. |
1. Meta l-każ ma jkunx jista' jitwarrab skont l-Artikolu 28 u meta piena ta' ħabs tkun sproporzjonata anke jekk il-kondotta tiġi ppruvata bis-sħiħ fil-proċess , l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew jista' , wara li jkun ġie kkumpensat id-dannu, jipproponi lill-persuna suspettata li tħallas multa ta' somma f'daqqa li, ladarba titħallas, tkun tfisser it-twarrib finali tal-każ (tranżazzjoni). Jekk il-persuna suspettata taqbel, hija tħallas il-multa ta' somma f'daqqa lill-Unjoni. |
|
2. L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew jissorvelja l-ġbir tal-pagament finanzjarju involut fit-tranżazzjoni. |
2. L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew jissorvelja l-ġbir tal-pagament finanzjarju involut fit-tranżazzjoni. |
|
3. Meta t-tranżazzjoni tiġi aċċettata u mħallsa mill-persuna suspettata, il-Prosekutur Pubbliku Ewropew finalment iwarrab il-każ u jinnotifika uffiċjalment lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-infurzar tal-liġi u ġudizzjarji u għandu jinforma b’dan lill-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji rilevanti tal-Unjoni. |
3. Meta t-tranżazzjoni tiġi aċċettata u mħallsa mill-persuna suspettata, il-Prosekutur Pubbliku Ewropew finalment iwarrab il-każ u jinnotifika uffiċjalment lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-infurzar tal-liġi u ġudizzjarji u għandu jinforma b'dan lill-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji rilevanti tal-Unjoni. |
|
4. It-twarrib imsemmi fil-paragrafu 3 ma għandux ikun soġġett għal stħarriġ ġudizzjarju. |
|
Artikolu 30
Modifika 7
|
Proposta għal Regolament |
Emenda |
|
1. Il-provi ppreżentati mill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew lill-qorti tal-ġurijiet , meta l-qorti tikkunsidra li l-ammissibilità tagħhom ma taffettwax ħażin il-ġustizzja tal-proċedura jew id-drittijiet tad-difiża kif minquxa fl-Artikoli 47 u 48 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, jiġu ammessi fil-proċess mingħajr l-ebda validazzjoni jew proċess legali simili anki jekk il-liġi nazzjonali tal-Istat Membru fejn tkun tinsab il-qorti tipprovdi għal regoli differenti dwar il-ġbir jew il-preżentazzjoni ta’ tali provi . |
1. L-evidenza ppreżentata mill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew lill-qorti tal-proċess għandha tiġi ammessa meta l-qorti tikkunsidra li l-ammissibilità tagħha ma taffettwax ħażin il-ġustizzja tal-proċedura jew id-drittijiet tad-difiża kif minquxa fl-Artikoli 47 u 48 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-obbligi tal-Istati Membri skont l-Artikolu 6 tat-TUE. |
|
2. Ladarba l-provi jiġu ammessi , il-kompetenza tal-qrati nazzjonali sabiex jivvalutaw liberament il-provi ppreżentati mill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew, ma għandhiex tiġi affettwata. |
2. Ladarba l-evidenza tiġi ammessa , il-kompetenza tal-qrati nazzjonali sabiex jivvalutaw liberament l-evidenza ppreżentata mill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew, m'għandhiex tiġi affettwata. |
Artikolu 33
Modifika 8
|
Proposta għal Regolament |
Emenda |
|
1. Il-persuna suspettata u l-persuna akkużata involuta fil-proċedimenti tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew ikollha , b’konformità mal-liġi nazzjonali, id-dritt li tibqa’ siekta meta tiġi interrogata, fir-rigward tar-reati li hija tkun issuspettata li wettqet, u għandha tiġi infurmata li mhijiex obbligata li tinkrimina ruħha. |
1. Il-persuna suspettata u l-persuna akkużata involuta fil-proċedimenti tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew għandu jkollha d-dritt li tibqa' siekta meta tiġi interrogata, fir-rigward tar-reati li hija tkun issuspettata li wettqet, u għandha tiġi infurmata li mhijiex obbligata li tinkrimina ruħha. |
|
2. Il-persuna suspettata u akkużata għandha tiġi preżunta innoċenti sakemm tiġi ppruvata ħatja skont il-liġi nazzjonali . |
2. Il-persuna suspettata u akkużata għandha tiġi preżunta innoċenti sakemm tinstab ħatja. |
Artikolu 34
Modifika 9
|
Proposta għal Regolament |
Emenda |
|
Kwalunkwe persuna suspettata jew akkużata b’reat li jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-kompetenza tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew ikollha , b’konformità mal-liġi nazzjonali, id-dritt li tingħata assistenza legali b’xejn jew parzjalment mingħajr ħlas mill-awtoritajiet nazzjonali jekk hija ma jkollhiex mezzi suffiċjenti biex tħallas għaliha. |
Kwalunkwe persuna suspettata jew akkużata b'reat li jaqa ' fil-kamp ta' applikazzjoni tal-kompetenza tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew ikollha d-dritt li tingħata assistenza legali b'xejn jew parzjalment mingħajr ħlas mill-awtoritajiet nazzjonali jekk hija ma jkollhiex mezzi suffiċjenti biex tħallas għaliha. |
Artikolu 36
Modifika 10
|
Proposta għal Regolament |
Emenda |
|
1. Meta jadotta miżuri proċedurali fit-twettiq tal-funzjonijiet tiegħu , l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew jitqies bħala awtorità nazzjonali għall-finijiet tal-istħarriġ ġudizzjarju. |
Għall-finijiet ta' stħarriġ ġudizzjarju , l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew jitqies bħala awtorità nazzjonali, f'dak li għandu x'jaqsam mal-miżuri proċedurali kollha li jadotta waqt il-funzjoni ta' prosekuzzjoni tiegħu quddiem il-qorti tal-proċess kompetenti. Għall-atti jew ommissjonijiet l-oħra kollha, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew għandu jitqies bħala korp tal-Unjoni. |
|
2. Meta xi dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali jsiru applikabbli permezz ta’ dan ir-Regolament, tali dispożizzjonijiet ma għandhomx jitqiesu bħala dispożizzjonijiet tal-liġi tal-Unjoni għall-finijiet tal-Artikolu 267 tat-Trattat. |
|
Artikolu 68
Modifika 11
|
Proposta għal Regolament |
Emenda |
|
L-attivitajiet amministrattivi tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew ikunu soġġetti għall-inkjesti tal-Ombudsman Ewropew skont l-Artikolu 228 tat-Trattat. |
L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew ikun suġġett għall-inkjesti tal-Ombudsman Ewropew b'rabta ma' każijiet ta' amministrazzjoni ħażina skont l-Artikolu 228 tat-Trattat. |