8.10.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 332/36 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Ngħixu l-ġejjieni. L-istampar 3D – għodda għall-għoti tas-setgħa lill-ekonomija Ewropea”
(Opinjoni fuq inizjattiva proprja)
(2015/C 332/05)
Relatur: |
is-Sur Dumitru FORNEA |
Korelatur: |
is-Sinjura Hilde VAN LAERE |
Nhar l-10 ta' Lulju 2014, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew iddeċieda, b'konformità mal-Artikolu 29(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, li jħejji opinjoni fuq inizjattiva proprja dwar
“Ngħixu l-ġejjieni. L-istampar 3D – għodda għall-għoti tas-setgħa lill-ekonomija Ewropea.”
Il-Kummissjoni Konsultattiva dwar il-Bidliet Industrijali (CCMI), inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar l-4 ta’ Mejju 2015.
Matul il-508 sessjoni plenarja tiegħu li saret fis-27 u t-28 ta' Mejju 2015 (seduta tat-28 ta' Mejju), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-Opinjoni unanimament.
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
1.1 |
Il-manifattura addittiva hija waħda mit-teknoloġiji abilitanti ewlenin li ser jagħtu sura ġdida lill-approċċi għall-manifattura u l-prodotti u l-fabbriki tal-futur. Ir-rivoluzzjoni diġitali, flimkien ma’ din ir-rivoluzzjoni fil-qasam tal-manifattura, ser jippermettu lill-Ewropa biex terġa' ġġib lura lejn xtutha l-produzzjoni minn reġjuni b'pagi iżjed baxxi u b'hekk tagħti spinta lill-innovazzjoni u t-tkabbir sostenibbli fuq artna. |
1.2 |
Il-KESE jemmen li l-UE tista’ żżomm il-pożizzjoni attwali tagħha bħala attur globali ewlieni fil-manifattura addittiva, iżda sabiex dan isir għandhom jittieħdu l-miżuri li ġejjin fil-livell Ewropew u nazzjonali: |
1.3 |
L-investimenti fl-infrastruttura tal-ICT għandhom jingħataw prijorità sabiex il-membri kollha tal-pubbliku u n-negozji jkollhom aċċess għal netwerks tal-internet b’veloċità għolja, fl-ogħla livelli disponibbli ta’ kwalità u sigurtà; |
1.4 |
Il-kapaċità Ewropea għall-ħżin u t-trażmissjoni ta’ ammonti kbar ta’ data diġitali għandha tissaħħaħ u tiġi aġġornata, u l-protezzjoni ta’ din id-data għandha tiġi ggarantita skont l-interessi leġittimi taċ-ċittadini u n-negozji tal-UE; |
1.5 |
L-istituzzjonijiet tal-UE u l-gvernijiet nazzjonali għandhom jippreparaw lin-nies għall-isfidi tas-soċjetà diġitali u t-teknoloġiji ta' tfixkil relatati, bħall-manifattura adittiva, permezz ta’ investimenti fi programmi kulturali, edukattivi u ta’ taħriġ li huma konformi mad-dinamika u r-rekwiżiti ta’ profili ġodda ta’ impjiegi assoċjati ma’ ġenerazzjoni ġdida ta’ sistemi ta’ produzzjoni. |
1.6 |
Sabiex jintlaħaq il-potenzjal sħiħ tal-użu tal-manifattura adittiva, ir-riċerka u l-kreattività jridu jitħeġġu (permezz ta’ inċentivi finanzjarji u fiskali) fil-kumpaniji u l-istituzzjonijiet edukattivi u xjentifiċi rilevanti; |
1.7 |
Hija meħtieġa riċerka addizzjonali biex tespandi l-firxa ta’ materjali u l-għadd ta’ applikazzjonijiet, u biex titjieb is-saħħa, il-veloċità, il-produttività u l-maturità ta’ din it-teknoloġija. Il-passi lejn proċess ta’ produzzjoni matur għandhom jittieħdu fl-Ewropa, sabiex tiġi żgurata l-pożizzjoni kompetittiva tagħna fis-swieq globali u jinżammu l-benefiċċji ekonomiċi u l-impjiegi ta’ kwalità għolja involuti fi ħdan l-UE; |
1.8 |
Is-Sħubijiet Ewropej għall-Innovazzjoni għandhom jintegraw l-isforzi għall-iżvilupp ta’ materjali ġodda għall-manifattur addittiva. Firxa estiża ta’ materjali u żieda fl-għadd ta’ fornituri ser jippromovu prezzijiet aktar kompetittivi, jiftħu setturi industrijali ġodda u joħolqu volumi ogħla ta’ materjali ta' manifattura addittiva u swieq tal-provvista aktar kompetittivi; |
1.9 |
L-UE għandha tiffaċilita investimenti f’tagħmir ġdid tal-manifattura addittiva u għandha tinkoraġġixxi l-iżvilupp ta’ teknoloġija tal-manifattura addittiva f'sistemi ta’ produzzjoni miftuħa li huma flessibbli u faċli li jintegraw ma’ teknoloġiji oħra ta’ produzzjoni u ta’ rfinar, sabiex jiżdiedu l-għadd ta’ applikazzjonijiet u l-introjtu; |
1.10 |
Il-qafas regolatorju Ewropew u nazzjonali ma rnexxilux ilaħħaq mal-pass mgħaġġel tal-bidla fil-manifattura addittiva, li hija r-raġuni għaliex huwa meħtieġ regolament speċifiku biex jittratta primarjament l-istandards u ċ-ċertifikazzjoni, il-proprjetà intellettwali, il-protezzjoni tal-konsumatur, is-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol, u l-ambjent; |
1.11 |
Jeħtieġ li l-proċess regolatorju dwar il-manifattura addittiva jkun ibbażat fuq riċerka interdixxiplinari u xjentifika dwar l-impatt ta’ din it-teknoloġija, bl-involviment sħiħ tal-partijiet interessati kollha. |
2. Kummenti ġenerali
2.1 |
Il-manifattura tagħti kontribut sinifikanti lill-ekonomija, b’mod partikolari f’termini ta’ innovazzjoni, produttività u impjiegi ta’ kwalità għolja. Madankollu, l-industrija Ewropea waqgħet lura f’dawn l-aħħar żewġ deċennji li rriżulta fi tnaqqis fl-impjieg industrijali u l-valur miżjud (1). Wara għexieren ta’ snin ta’ tnaqqis fis-settur tal-manifattura (minħabba l-esternalizzazzjoni lejn xogħol imħallas inqas), l-enfasi qiegħda lura fuq il-produzzjoni f’pajjiżi b’paga għolja u r-rwol vitali li għandhom il-kapaċitajiet tal-manifattura domestika biex iwettqu l-innovazzjoni u l-kapaċità biex “iżidu” il-produzzjoni ta’ prodotti ġodda bbażati fuq teknoloġiji avvanzati. L-innovazzjoni, l-awtomazzjoni u l-proċessi sofistikati huma fost ir-raġunijiet ewlenin tal-istrateġiji industrijali ta’ suċċess u wrew li huma kruċjali biex tinżamm pożizzjoni minn ta’ quddiem (2). Bl-użu tat-teknoloġija avvanzata tal-manifattura t-tajba, l-Ewropa tkun tista' terġa' ġġib lura lejn xtutha l-produzzjoni minn reġjuni b'pagi iżjed baxxi sabiex tingħata spinta lill-innovazzjoni u toħloq tkabbir sostenibbli fuq artna. B’dan il-mod biss tista’ l-Ewropa tkun minn ta’ quddiem fir-rivoluzzjoni industrijali l-ġdida. |
2.2 |
Il-manifattura addittiva huwa l-proċess fejn jingħaqdu materjali biex jinħolqu oġġetti minn minn data tal-mudelli 3D, normalment saff fuq ieħor, għall-kuntrarju tal-metodoloġiji ta' manifattura sottrattivi. “Il-manifattura addittiva” huwa t-terminu standard uffiċjali tal-industrija (ASTM F2792), filwaqt li “l-istampar 3D” jintuża spiss bħala sinonimu. |
2.3 |
Il-manifattura addittiva hija terminu globali għal sett ta’ teknoloġiji u proċessi għal materjali differenti (metalli, polimeri, ċeramika u oħrajn). Dawn it-teknoloġiji laħqu livell ta’ maturità li qed jippermetti dejjem aktar l-eżistenza ta’ applikazzjonijiet kummerċjali ta’ valur miżjud. Il-manifattura addittiva hija meqjusa bħala waħda mit-teknoloġiji abilitanti ewlenin li ser jagħtu sura lill-approċċi ġodda għall-manifattura u l-prodotti u l-fabbriki tal-futur. L-hekk imsejħa FABLABs – laboratorji għall-istampar ta' servizzi u prodotti 3D – diġà jeżistu. |
2.4 |
Il-manifattura addittiva hija settur li qed jikber malajr. It-tkabbir żdied b’rata mgħaġġla matul dawn l-aħħar erba’ snin billi numru dejjem akbar ta’ organizzazzjonijiet qed jadottaw prodotti u servizzi ta' manifattura addittiva. Ir-rata komposta tat-tkabbir annwali (RTAK) fid-dħul globali mill-prodotti u s-servizzi matul l-aħħar 25 snin hija impressjonanti: 27 %. Ir-RTAK għal dawn l-aħħar tliet snin (2011-2013) kienet 32,2 %, u laħqet suq ta’ EUR 2,43 biljun fl-2013 (3). Wohlers Associates jantiċipaw li s-suq ser jaqbeż il-EUR 5,5 biljun sal-2016 u l-EUR 10 biljun sal-2018. Madankollu, bħala teknoloġija emerġenti, l-esperti tal-industrija tal-manifattura addittiva jikkalkulaw li attwalment, il-penetrazzjoni tas-suq tkopri biss parti żgħira tal-applikazzjonijiet potenzjali identifikati. Fl-2011, l-esperti stmaw il-penetrazzjoni tas-suq għal anqas minn 8 % (jiġifieri suq totali ta’ madwar EUR 17-il biljun) (4). Jekk il-manifattura addittiva tikber biex jinqabad 2 % biss tas-suq globali tal-manifattura, il-potenzjal huwa 10 darbiet akbar (madwar EUR 170 biljun) (5). |
2.5 |
Il-qasam tal-applikazzjoni evolva mill-prototipi tal-bidu tad-disgħinijiet għall-produzzjoni ta’ partijiet funzjonali. It-tkabbir mistenni huwa xprunat l-aktar mill-manifattura ta' serje rapida, kosteffiċjenti u fuq skala kbira ta' prodotti finali, kumplessi u funzjonali f'diversi materjali (plastik, metall jew ċeramika), aktar milli mill-prodotti ta' disinn u l-ħolqien tal-prototipi. Il-manifattura addittiva lesta għall-ħolqien tal-prototipi, iżda għadha fil-fażi ta’ “innovazzjoni” fejn tidħol il-produzzjoni ta’ prodotti finali u funzjonali. Qed jitfaċċaw prodotti innovattivi prodotti mill-manifattura addittiva, li madanakollu mhumiex vijabbli, peress li hemm nuqqas ta’ magni robusti tal-manifattura addittiva u sistemi ta’ produzzjoni b’volum għoli. |
2.6 |
Il-proċessi innovattivi addittivi ser ifixklu l-mod kif jiġu ddisinjati u magħmula l-affarijiet. Il-manifattura addittiva tista’ ttejjeb il-valur tar-rendiment tal-prodotti attwali fi ħdan il-ktajjen ta’ provvista eżistenti jew jista’ jkollha impatt radikali fuq il-prodotti, il-ktajjen tal-provvista u l-mudelli tan-negozju (6). L-Ewropa teħtieġ tkun fuq quddiem nett meta l-industrijalizzazzjoni tal-manifattura addittiva taqbad sew. Fi ħdan l-ekosistemi Ewropej tal-manifattura addittiva, it-tkabbir futur huwa mistenni jinkiseb billi jiġu estiżi l-attivitajiet attwali (meta l-atturi eżistenti jiċċaqilqu mill-ħolqien ta' prototipi għall-manifattura) u billi jinħolqu attivitajiet ġodda tul il-katina ta' valur. |
2.7 |
Madwar id-dinja, il-manifattura addittiva hija meqjusa bħala t-teknoloġija abilitanti ewlenija għall-innovazzjoni fil-prodotti u l-katina tal-provvista. Din ser tiġi integrata u ser tirċievi finanzjament sostanzjali mill-gvern biex jiżdied il-livell ta’ maturità tagħha (jiġifieri, fl-Istati Uniti, iċ-Ċina u Singapor). Storikament, l-UE qiegħda f’pożizzjoni tajba, iżda jekk ma tittieħed l-ebda azzjoni ser titlef din il-pożizzjoni u taqa’ lura fit-tellieqa għal swieq ġodda. |
3. Kummenti speċifiċi
3.1 L-impatt ta’ tfixkil tal-manifattura addittiva
3.1.1 |
Fil-livell tal-fabbrika, il-manifattura addittiva ser issawwar approċċi ġodda għall-manifattura u l-fabbrika tal-futur:
|
3.1.2 |
Fil-livell tal-prodotti, il-manifattura addittiva ser issir il-bażi għall-innovazzjoni tal-prodott:
|
3.1.3 |
Fil-livell ta' negozju, il-manifattura addittiva ser twassal għal mudelli ta' negozju li jfixklu:
|
3.2 Impatt teknoloġiku tal-Manifattura Addittiva
3.2.1 Il-ħtieġa ta' ġenerazzjoni ġdida ta’ sistemi ta’ produzzjoni
— |
Pjani direzzjonali internazzjonali tal-manifattura addittiva (9), (10), (11), (12), (13) jenfasizzaw il-ħtieġa ta' passi teknoloġiċi sinifikanti fil-manifattura addittiva bħala fattur ewlieni biex jingħataw spinta 'l quddiem il-valur miżjud propost u l-adozzjoni tal-manifattura addittiva. It-teknoloġija tal-manifattura addittiva tal-lum ġiet żviluppata biex isiru prototipi tal-manifattura addittiva; makkinarji li għadhom mhumiex lesti għal produzzjoni b'volum kbir. Il-kumpaniji tal-manifattura addittiva qed jiffaċċjaw ostakli teknoloġiċi fit-trasformazzjoni tal-manifattura addittiva f’teknoloġija ta’ produzzjoni tas-serje. Il-kunċetti tal-magna tal-arkitettura tal-manifattura addittiva għadhom imorru lura għall-istadju tal-prototip u ġew introdotti ftit wisq innovazzjonijiet (internament, il-magni tal-lum jidhru kważi l-istess bħal ta’ qabilhom ta’ 10-15-il sena ilu). L-innovazzjonijiet tal-“magna” ta’ tfixkil huma meħtieġa biex iġibu din l-industrija fil-livell li jmiss (14). |
— |
Sabiex jitħaffef l-iżvilupp, il-kumpaniji u r-riċerkaturi tal-manifattura addittiva jeħtieġu aċċess għal pjattaformi miftuħa (f’termini ta’ hardware u software) biex jingħelbu l-limitazzjonijiet tal-magni kummerċjali imsejħin “kaxxa sewda”. |
— |
Żieda fil-kapaċitajiet (il-kosteffiċjenza, ir-robustezza u l-affidabbiltà) tista' testendi l-potenzjali attwali tal-manifattura addittiva lejn produzzjoni fuq skala ikbar għal firxa wiesgħa ta’ applikazzjonijiet. Bidla fil-limiti teknoloġiċi u l-integrazzjoni ma’ proċessi oħra (produzzjoni ibrida) ser tippermetti applikazzjonijiet innovattivi (15). L-adozzjoni fi ħdan l-industrija tal-manifattura teħtieġ integrazzjoni tal-manifattura addittiva fl-ambjent tal-fabbrika u s-sistemi ta’ kontroll. |
— |
Flimkien ma’ din ir-riċerka strateġika, jeħtieġ li jiġu vvintati kunċetti ġodda ta' tfixkil tas-sistema ta’ produzzjoni, li fundamentalment jikkunsidraw mill-ġdid il-mod kif il-prodotti huma mibnija abbażi tat-teknoloġiji attwali tal-manifattura addittiva u l-mod kif dawn is-sistemi huma integrati fi ħdan l-ambjent tal-fabbrika. Dan ifisser li l-produzzjoni tal-manifattura addittiva ta’ għada mhux ser tkun ibbażata aktar fuq il-magni tal-manifattura addittiva skont it-tip tal-lott imqiegħda ħdejn xulxin f’sala ta’ produzzjoni; il-ħtiġijiet tal-applikazzjoni jirrikjedu l-kunċett ta’ sistemi ta’ produzzjoni tal-manifattura addittiva kontinwi, imsejsa fuq katina ta’ stadji ta’ produzzjoni differenti. Dawn il-kunċetti huma diġà magħrufa bħala “AM machine 2.0”, u ser jixprunaw l-iżvilupp futur tal-magni tal-manifattura addittiva. |
3.2.2 Il-ħtieġa ta' proċessi ġodda, li jippermettu ċ-ċertifikazzjoni tal-manifattura addittiva:
Sabiex jiġu implimentati teknikament fl-industrija, it-teknoloġiji tal-manifattura addittiva jridu jiġu ċċertifikati. Iċ-ċertifikazzjoni ser tmexxi l-industrijalizzazzjoni tat-teknoloġija. Fil-preżent, jeħtieġ li jiġu żviluppati proċessi li jippermettu ċ-ċertifikazzjoni tal-manifattura addittiva, bħalma huma l-ispezzjoni avvanzata tul il-proċess u t-tekniki ta’ kontroll tal-kwalità biex jiġi żgurat li l-istandards ikunu qed jinżammu. Mill-inqas, dawn il-proċessi jeħtieġ li jidentifikaw meta prodott ma jissodisfax l-istandards, u għandha tiġi żviluppata metodoloġija li tipprevjeni n-nuqqas ta' konformità u tikkoreġi d-diffetti.
3.2.3 Il-ħtieġa tal-iżvilupp u l-aċċessibiltà ta' materjali ġodda:
— |
Dawk li jikkontrollaw il-kanali ta' distribuzzjoni jżommu pożizzjoni dominanti; eż. il-manifatturi tal-magni jinkludu fil-kuntratti tal-manutenzjoni u l-garanzija l-obbligu li tintuża materja prima għolja, ta' spiss distribwita minnhom biss, jew jużaw il-mudell ta' negozju “razor-razorblade” fejn tinħoloq rabta obbligatorja għall-oġġetti ta' konsum. Il-kontroll tal-kanali ta’ distribuzzjoni, flimkien ma’ dak li għadu volum limitat (16), jagħmilha inqas attraenti għall-fornituri tal-materjal sabiex jinvestu baġits kbar fl-iżvilupp ta’ materjali ġodda. |
— |
L-għadd limitat ta’ sorsi ta’ provvista tal-materjal iwassal għal prezzijiet li huma eċċessivament għoljin għal materja prima u jżid ir-riskji ta’ garanzija ta’ provvista għal klijenti finali. Dan il-mekkaniżmu tas-suq irażżan il-potenzjal tat-teknoloġija tal-manifattura addittiva. |
— |
Attwalment, is-suq ta’ tkabbir b’żewġ ċifri qed joħloq opportunitajiet ekonomiċi u jattira aktar fornituri ta’ materjali. Jeħtieġ li jiġi appoġġjat u mħeġġeġ l-iżvilupp tal-materjali. Huwa importanti li tiġi estiża l-firxa ta’ materjali u jittejbu l-proprjetajiet tal-materjali. Żieda fl-għadd ta’ fornituri ser tippromovi prezzijiet aktar kompetittivi, li tagħmilha aktar attraenti li wieħed jinjora l-garanziji tal-magni, u ser toħloq volumi ogħla u swieq tal-materjali aktar kompetittivi. |
— |
Firxa estiża ta’ materjali ser tiftaħ setturi industrijali ġodda u tiġġenera d-domanda għal volumi ogħla ta’ materjali tal-manifattura addittiva. |
3.2.4 |
Ostakli tekniċi ewlenin – L-ostakli ewlenin għal żvilupp fuq skala kbira f’industriji bħalma huma dawk tal-ajruspazu, tal-karozzi, dak mediku jew tal-oġġetti ta' konsum huma prinċipalment marbuta biex jagħtu spinta lill-produttività u jistgħu jiġu mqassra kif ġej:
|
3.2.5 |
Ir-riċerka strateġika hija meħtieġa biex:
|
3.2.6 |
Ir-riskju tat-telf tat-teknoloġija mill-Ewropa:
|
3.3 |
L-impatt tal-manifattura addittiva fuq kwistjonijiet legali (17):
|
3.4 L-impatt tal-manifattura addittiva fuq l-impjiegi, it-taħriġ u l-edukazzjoni
— |
L-iskjerament ta’ teknoloġiji tal-manifattura addittiva ser ikollu impatt dirett fuq mudelli ta’ produzzjoni tradizzjonali, u speċjalment fuq l-organizzazzjoni interna tal-post fejn jinħadem ix-xogħol. Il-manifattura addittiva ser tiffaċilita l-installazzjoni ta’ mtieħen żgħar (mini-mills) qrib ħafna tal-klijenti, kull fejn hemm domanda. Dan ser jiġġenera impjiegi ġodda li għadhom ma jistgħux jitkejlu għaliex l-iskjerament industrijali huwa wisq riċenti. |
— |
L-impatt reali fuq iċ-ċifri tal-impjiegi diffiċli biex jiġi identifikat peress li ma twettqu l-ebda studji, u minħabba li huwa probabbli ħafna li ser ikun hemm sostituzzjoni bejn l-impjiegi reali u l-operaturi tal-manifattura addittiva futuri. |
— |
L-impjiegi fit-teknoloġiji tal-manifattura addittiva ser jeħtieġu ħiliet ġodda, bħal operaturi tal-magni li jistgħu jittrattaw softwer speċifiku għall-proċess jew inġiniera li jistgħu jfasslu partijiet b’sistemi ġodda: ottimizzazzjoni topoloġika, inġinerija mill-ġdid, eċċ. |
— |
Bl-iskjerament ta’ teknoloġiji tal-manifattura addittiva, ser jinħtieġu stabbilimenti tat-taħriġ u edukattivi biex tiġi ppreservata u żviluppata l-impjegabbiltà tal-ħaddiema. Bħalissa, il-kurrikuli tal-iskejjel Ewropej mhux qed jikkunsidraw il-manifattura addittiva, u l-istess nuqqas jinsab fit-taħriġ ta’ wara l-iskola. Bosta korsijiet ta’ taħriġ sempliċiment jiddeskrivu t-teknoloġiji u l-prestazzjonijiet potenzjali tagħhom, u mhumiex maħsuba biex jgħinu lill-istudenti jiksbu ħiliet reali. Il-gvernijiet lokali għandhom jintegraw il-manifattura addittiva fil-pjani ta’ tagħlim tagħhom, għall-inqas għat-taħriġ vokazzjonali. L-attrazzjoni tal-istampar 3D, li jkopri l-proċess kollu ta’ innovazzjoni (il-kunċett, id-disinn, l-informatika, ir-robotika u l-produzzjoni ta' prodott fiżiku finali) f’perjodu ta’ żmien qasir, tista' tintuża bħala metodu ta’ taħriġ effettiv fl-edukazzjoni skolastika billi tiffoka l-attenzjoni tat-tfal fuq it-teknoloġija u l-manifattura. |
— |
Huwa mixtieq li kwalunkwe offerta ta’ taħriġ tkun imfassla wara kooperazzjoni bejn l-industrija, l-awtoritajiet lokali, l-istituzzjonijiet edukattivi u l-organizzazzjonijiet tal-ħaddiema, u tkun ibbażata fuq il-bżonnijiet reali ta’ kumpaniji li joperaw f’dan is-settur. |
3.5 Is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol
Hemm ftit wisq studji dwar il-manifattura addittiva mill-perspettiva tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, u hemm ħtieġa reali għalihom minħabba:
— |
riskji kimiċi, li jirriżultaw minn reżini volatili użati fil-manifattura addittiva ta’ partijiet polimeri, u addittivi metalliċi jew mhux metalliċi volatili fi trabijiet metalliċi; |
— |
riskji kimofiżiċi li jinħolqu mill-użu ta’ trabijiet, speċjalment meta dawn it-trabijiet fihom in-nanopartiċelli; |
— |
riskju ta’ splużjoni, li jirriżulta mill-użu ta’ trabijiet; |
— |
riskji speċifiċi, li jirriżultaw mill-użu ta’ sorsi ta’ lejżer, raġġi ta’ elettroni, eċċ. |
Bil-mobilizzazzjoni ta’ applikazzjonijiet industrijali tal-manifattura addittiva, hemm ħtieġa urġenti għal studji speċifiċi dwar il-valutazzjoni tar-riskju għall-ħaddiema, sabiex jiġu żviluppati sistemi u standards ta’ protezzjoni. Jeħtieġ li jiġi żviluppat ukoll taħriġ ta’ sigurtà għall-ħaddiema li jittrattaw magni tal-manifattura addittiva. Dan jista’ jkun parti mill-programm edukattiv li jrid jittejjeb jew jiġi stabbilit.
Brussell, it-28 ta' Mejju 2015.
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Henri MALOSSE
(1) Industry 4.0 The new industrial revolution: How Europe will succeed, RolandBerger Strategy Consultants 2014.
(2) Production in the Innovation Economy (PIE Study), MIT, 2013.
(3) Wohlers Associates, 3D Printing and Additive Manufacturing: State of the Industry, Annual Worldwide Progress Report, 2014.
(4) Special Interest Group Additive Manufacturing for the Technology Strategy Board of the UK (2012) “Shaping our national competency in Additive Manufacturing, A technology innovation needs analysis”.
(5) Wohlers Associates, 3D Printing and Additive Manufacturing: State of the Industry, Annual Worldwide Progress Report 2014.
(6) 3D Opportunity Additive manufacturing paths to performance, innovation, and growth, Deloitte Review 2014.
(7) Spare parts li d-disponibbiltà tagħhom hija skarsa u għalhekk il-prezz tagħhom huwa għoli.
(8) Original equipment manufacturer (Manifattur ta' tagħmir oriġinali).
(9) Pjattaforma Ewropea tal-manifattura addittiva mibdija minn Manufacture (2013) “Additive Manufacturing: Strategic Research Agenda (consultation document)”.
(10) DMRC (Direct Manufacturing Research Centre, Paderborn Germany) (2012) “Thinking ahead the Future of Additive Manufacturing – Analysis of Promising Industries”.
(11) Innovatie Zuid (2013) Hightech Systemen en materialen: Roadmap 3D-Printen.
(12) EFFRA (2013), “Factories of the Future 2020: Factories of the Future Public-Private Partnership roadmap”.
(13) Flanders MAKE, Additive Manufacturing for Serial Production: Research Roadmap, 2014.
(14) Flanders MAKE, Additive Manufacturing for Serial Production: Research Roadmap, 2014.
(15) EPSRC Centre for Innovative Manufacturing in Additive Manufacturing, http://www.3dp-research.com/Home
(16) Wohlers Associates, 3D Printing and Additive Manufacturing: State of the Industry, Annual Worldwide Progress Report, 2014.
(17) Pjattaforma Ewropea tal-manifattura addittiva mibdija minn Manufacture (2013) “Additive Manufacturing: Strategic Research Agenda (consultation document)”.
(18) The National Law Journal, Is intellectual property law ready for 3D printers? The distributed nature of Additive Manufacturing is likely to present a host of practical challenges for IP owners, February 4, 2013.
(19) Scapolo, F., Churchill, P., Castillo, H. C. G. & Viaud, V., December 2012. DRAFT FORESIGHT STUDY ON: “How will standards facilitate innovation and competitiveness in the European Union in the year 2025?”, s.l.: European Commission.
(20) Measurement Science Roadmap for metal-based Additive Manufacturing (Ix-Xjenza tal-Kejl: Pjan direzzjonali għal addittiv ta’ manifattura bbażati fuq il-metall), Istitut Nazzjonali tal-Istandards u t-Teknoloġija, Mejju 2013.