|
15.1.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 12/33 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-Inizjattiva Ewropea taċ-Ċittadini “L-Ilma u s-sanità huma dritt tal-bniedem! L-ilma huwa ġid pubbliku, mhux komodità!”
(COM(2014) 177 final)
(opinjoni fuq inizjattiva proprja)
(2015/C 012/05)
|
Relatur: |
is-Sinjura Le Nouail Marlière |
Nhar il-11 ta' Settembru 2014, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew iddeċieda, b’konformità mal-Artikolu 29(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, li jħejji opinjoni fuq inizjattiva proprja dwar
il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-Inizjattiva Ewropea taċ-Ċittadini “L-Ilma u s-sanità huma dritt tal-bniedem! L-ilma huwa ġid pubbliku, mhux komodità!”
(COM(2014) 177 final).
Is-Sezzjoni Speċjalizzata għall-Agrikoltura, l-Iżvilupp Rurali u l-Ambjent, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-Opinjoni tagħha nhar it-18 ta' Lulju 2014.
Matul il-502 sessjoni plenarja tiegħu li saret fil-15 u s-16 ta' Ottubru 2014 (seduta tal-15 ta' Ottubru), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-Opinjoni b’151 vot favur, 2 voti kontra u 5 astensjonijiet.
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
|
1.1 |
Fir-risposta tagħha għall-ewwel Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej ta' suċċess “L-ilma u s-sanità huma dritt tal-bniedem! L-ilma huwa ġid pubbliku, mhux komodità!”, il-Kummissjoni tafferma l-importanza tad-dritt tal-bniedem għall-ilma u s-sanità bħala ġid pubbliku ta' importanza fundamentali u ttenni li “l-ilma mhuwiex prodott kummerċjali”. |
|
1.2 |
L-ewwel nett, ta' min jilqa' l-fatt li l-appoġġ tal-popolazzjoni għal din l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej, kif ukoll ir-rikonoxximent mill-Kummissjoni tal-ispeċifiċità u r-rwol importanti tas-servizzi tal-ilma “biex jissodisfaw il-ħtiġijiet bażiċi tal-popolazzjoni” wasslu għall-esklużjoni tas-servizzi tal-provvista tal-ilma mid-Direttiva dwar il-Konċessjonijiet. |
|
1.3 |
B'mod aktar ġenerali, il-KESE japprezza l-impenn tal-Kummissjoni biex taġixxi b'konformità mad-dispożizzjonijiet tat-Trattat li jirrikjedu li l-UE tibqa' newtrali fir-rigward tad-deċiżjonijiet nazzjonali li jirregolaw ir-reġim ta’ sjieda tal-intrapriżi tad-distribuzzjoni tal-ilma. F'dan ir-rigward, il-KESE huwa konvint li l-ebda deċiżjoni jew att relatat mal-attività tal-UE m'għandu jwassal għal limitazzjoni tal-libertà tal-Istati Membri biex jagħżlu kif jorganizzaw il-provvista tas-servizzi tal-ilma. |
|
1.4 |
Il-KESE għalhekk jistieden lill-Kummissjoni tieħu inizjattivi konkreti biex tiżgura r-rispett dejjiemi ta' dan l-impenn fl-oqsma kollha ta' kompetenza tal-UE, kemm fir-rigward tal-Istati Membri Ewropej li jibbenefikaw mill-appoġġ tal-Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabbiltà kif ukoll fil-kuntest attwali ta' negozjati kummerċjali (bħal dawk tas-Sħubija Trans-Atlantika ta’ Kummerċ u ta’ Investiment u/jew ta' kummerċ tas-servizzi) filwaqt li s-servizzi tal-ilma jiġu esklużi b'mod espliċitu min-negozjati kummerċjali bħal dawk li ssemmew. |
|
1.5 |
Il-Kumitat jinnota ċerti aspetti pożittivi tar-risposta tal-Kummissjoni Ewropea:
|
|
1.6 |
Il-Kumitat josserva li l-kumpaniji tas-servizzi tal-ilma fin-natura tagħhom huma monopolji, minħabba l-investiment enormi ta' kapital meħtieġ u l-ispejjeż kbar tat-trasport, kif ġie ddikjarat f'rapport reċenti tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, 2003, Assessment of cost recovery through water pricing [Valutazzjoni tal-irkupru tal-ispejjeż permezz tal-ipprezzar tal-ilma], Lussemburgu, p. 28). Għalhekk, l-awtoritajiet pubbliċi għandhom ikunu f'pożizzjoni biex jeżerċitaw kontroll estensiv fuq il-kwalità u l-effettività tas-servizzi provduti mill-kumpaniji tas-servizzi tal-ilma. F'dan il-kuntest, il-KESE jappoġġja lill-Kummissjoni li tirrikonoxxi li t-trasparenza għandha rwol ewlieni x'taqdi. |
|
1.7 |
Għalhekk, il-Kumitat jistieden lill-Kummissjoni timpenja ruħha aktar favur l-applikazzjoni sħiħa tal-Artikolu 14 tad-Direttiva Qafas dwar l-Ilma (Konsultazzjoni u informazzjoni pubblika) u jappoġġja l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tippromovi t-tqabbil (“benchmarking”) tas-servizzi tal-ilma fir-rigward ta' indikaturi ta' prestazzjoni ekonomiċi, tekniċi u ta' kwalità, Ir-rabtiet bejn il-livell ta' investimenti, it-tariffa medja tal-ilma u l-kwalità tal-kundizzjonijiet tax-xogħol ser ikunu aktar ċari u ser iżidu t-trasparenza fis-settur. |
|
1.8 |
Il-KESE jqis li r-reviżjoni tad-Direttiva Qafas u tad-Direttiva dwar l-Ilma tax-Xorb għandha sservi ta' opportunità biex jiġu inklużi fihom indikazzjonijiet u prinċipji dwar il-prinċipju tal-aċċess universali, kif ukoll il-prinċipju tad-Direttiva Qafas dwar l-Ilma dwar l-irkupru tal-ispejjeż tas-servizzi tal-ilma. Il-KESE jistieden lill-Kummissjoni Ewropea biex tipproponi leġislazzjoni li tistabbilixxi l-aċċess għall-ilma u għas-sanità bħala dritt tal-bniedem kif definit min-Nazzjonijiet Uniti u biex tippromovi l-provvista tal-ilma u s-sanità bħala servizzi pubbliċi essenzjali għal kulħadd. |
|
1.9 |
Il-KESE jinnota li, permezz tal-appoġġ tagħhom għall-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej, iċ-ċittadini Ewropej esprimew ix-xewqa tagħhom li jipparteċipaw fit-tfassil tal-politika Ewropea u jkollhom sehem fil-kwistjoni tal-ilma bħala ġid pubbliku u servizz ta' interess ġenerali. Għaldaqstant jeħtieġ li l-istituzzjonijiet Ewropej kollha jiftħu l-governanza tal-politika tal-UE dwar l-ilma għall-partijiet interessati kollha u jżidu l-okkażjonijiet għal dibattitu pubbliku dwar il-futur tar-riżorsi tal-ilma. |
2. Introduzzjoni
|
2.1 |
L-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej, introdotta mit-Trattat ta' Lisbona biex tħeġġeġ parteċipazzjoni demokratika akbar taċ-ċittadini fl-affarijiet Ewropej (1), tippermetti lil miljun ċittadin tal-Unjoni Ewropea (UE), li jkunu ġejjin minn tal-inqas seba' Stati Membri, biex jitolbu lill-Kummissjoni Ewropea tressaq proposta leġislattiva f'oqsma ta' kompetenza tal-UE. Dan huwa l-ewwel strument ta' demokrazija parteċipattiva fil-livell Ewropew. |
|
2.2 |
Minn mindu l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej tnediet f’April 2012, aktar minn 5 miljun ċittadin iffirmaw aktar minn 20 inizjattiva differenti. Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew stieden diversi inizjaturi ta' kampanji biex jattendu s-sessjonijiet plenarji tiegħu. |
|
2.3 |
L-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej dwar l-ilma u s-sanità bħala drittijiet tal-bniedem għandha l-għan li tipproponi leġislazzjoni li tistabbilixxi d-dritt għall-ilma u s-sanità bħala dritt tal-bniedem skont it-tifsira tan-Nazzjonijiet Uniti, u li tippromovi l-provvista tal-ilma u s-sanità bħala servizzi pubbliċi essenzjali għal kulħadd. Ġiet ippreżentata lill-KESE matul is-sessjoni plenarja ta' Settembru 2013. |
|
2.4 |
Bħala tfakkira, dan huwa t-test oriġinali tal-inizjattiva: “L-ilma u s-sanità huma dritt tal-bniedem! Nistiednu lill-Kummissjoni Ewropea sabiex tipproponi leġiżlazzjoni li timplimenta d-dritt tal-bniedem għall-ilma u s-sanità kif rikonoxxut min-Nazzjonijiet Uniti, u tippromwovi l-provvista tal-ilma u s-sanità bħala servizz pubbliku essenzjali għal kulħadd. Il-leġiżlazzjoni tal-UE għandha teħtieġ li l-gvernijiet jiżguraw u jipprovdu liċ-ċittadini kollha b’biżżejjed ilma tax-xorb u b’ilma tax-xorb nadif kif ukoll bis-sanità. Inħeġġu li:
|
|
2.5 |
Fis-17 ta' Frar 2014, wara li l-Kummissjoni vvalidat il-1 6 59 543 firma minn 13-il Stat Membru, il-Parlament Ewropew ipproċeda b'seduta kbira tal-Kumitat taċ-Ċittadini tal-Inizjattiva taċ-Ċittadina dwar l-Ilma, li fiha l-KESE kien mistieden jipparteċipa. Dakinhar stess il-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea, is-Sur Maros Sefcovic, laqa' wkoll lill-Kumitat taċ-Ċittadini tal-Inizjattiva. |
|
2.6 |
Fil-Komunikazzjoni tad-19 ta' Marzu 2014, il-Kummissjoni Ewropea ppubblikat ir-risposta uffiċjali tagħha għall-ewwel Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej li rnexxiet; liema inizjattiva stiednet lill-Kummissjoni “sabiex tipproponi leġiżlazzjoni li timplimenta d-dritt tal-bniedem għall-ilma u s-sanità”. |
|
2.7 |
Fil-15 ta' April 2014, il-Jum Ewropew tal-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej, il-KESE organizza konferenza dwar “Building up success” [Nibnu s-suċċess] li fiha l-Kumitat taċ-Ċittadini tal-Inizjattiva dwar l-Ilma kien mistieden jipparteċipa. Din il-konferenza laqqgħet numru impressjonanti ta' individwi li jwettqu kampanji fil-qafas tal-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej u ta' atturi kkonċernati fil-KESE, sabiex janalizzaw l-esperjenzi miksuba s'issa u jfasslu lista ta' rakkomandazzjonijiet għat-titjib tal-effettività u l-faċilità tal-użu ta' dan l-istrument ta' demokrazija diretta. |
3. Kummenti ġenerali
|
3.1 |
Bħala strument li jniedi dibattitu pubbliku u ta' bini ta' netwerks taċ-ċittadini, l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej tat xhieda tas-saħħa u s-suċċess tagħha. |
|
3.2 |
L-ostakli li għandhom jiġu ffaċċati jinsabu fir-reviżjoni tar-regoli dwar l-implimentazzjoni tagħha (2) għaliex ma jikkorrispondux man-natura reali tal-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej. Dawn jimponu obbligi komparabbli ma' dawk li jikkorrispondu ma' strument legalment vinkolanti ta' demokrazija diretta li l-impatt legali tiegħu jista' jkun ta' referendum (data personali, effett li jista' jkun dissważiv, proċeduri sproporzjonati) u jissottomettu lill-organizzaturi għal limitazzjonijiet legali sproporzjonati li mhumiex identiċi minn Stat Membru għal ieħor. Jillimitaw l-ambitu ta' kwistjonijiet li jistgħu jkunu s-suġġett ta' reġistrazzjoni legali għall-evalwazzjoni sovrana tal-Kummissjoni li waħedha tiddetermina jekk is-suġġett huwiex fil-kompetenza tagħha. |
|
3.3 |
It-tul massimu tat-test tal-preżentazzjoni tal-Inizjattiva reġistrata, bit-titolu, is-suġġett u d-deskrizzjoni inklużi huwa ta' 800 karattru, u minħabba f'hekk il-Kummissjoni qieset li l-inizjattiva ma kellhiex proposti konkreti. |
|
3.4 |
Ħafna ċittadini Ewropej qatgħu qalbhom li jesprimu l-fehma tagħhom fl-Ewropa u dwar l-Ewropa. Il-Kummissjoni Ewropea futura għandha tagħti attenzjoni għal dan. |
|
3.5 |
Bħala parti mit-Trattat tal-UE (Artikolu 11(4)), dan l-istrument huwa l-unika għodda legali li għandhom iċ-ċittadini Ewropej ordinarji biex jinfluwenzaw l-aġenda politika tal-UE. Fl-2015, il-PE u l-Kunsill għandhom jirrevedu dawn ir-regoli ta' implimentazzjoni u għandhom jisiltu tagħlimiet minn dawn il-kampanji inizjali. |
4. Kummenti speċifiċi
|
4.1 |
Il-Kumitat jiddikjara b'sodisfazzjon li l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej dwar “l-ilma u s-sanità bħala dritt tal-bniedem” obbligat lill-istituzzjonijiet Ewropej biex janalizzaw il-preokkupazzjonijiet taċ-ċittadini Ewropej u jistqarru li dawn il-preokkupazzjonijiet imorru lil hinn mill-kunsiderazzjonijiet regolatorji tas-soltu tal-Kummissjoni u li din iddeċidiet teskludi s-servizzi tal-ilma u s-sanità mid-Direttiva dwar il-Konċessjonijiet. |
|
4.2 |
Il-Kummissjoni tagħmel sewwa tfakkar fir-responsabbiltajiet tal-Istati Membri fir-rigward tal-adozzjoni ta' miżuri intiżi biex jgħinu lill-persuni fil-bżonn. |
|
4.3 |
Tirrikonoxxi wkoll li għandha kompetenzi għad-definizzjoni ta' xi prinċipji fundamentali fil-qasam tal-politika tal-ipprezzar tal-ilma fl-Istati Membri u tfakkar fid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 9 tad-Direttiva Qafas dwar l-Ilma, li tistabbilixxi l-prinċipju tal-kopertura integrali tal-ispejjeż. |
|
4.4 |
Madankollu hemm nuqqas ta' ambizzjoni reali fir-risposta tagħha għall-istennijiet espressi minn aktar minn 1,6 miljun individwu (1,9 miljun firma miġbura) u ma ressqitx proposti ġodda għal strument tal-UE li jistabbilixxi d-dritt tal-bniedem għall-ilma. |
|
4.5 |
Abbażi ta' eżempji konkreti miġbura minn bliet Ewropej differenti, il-Kumitat huwa tal-fehma li l-obbligu li jiġu adottati politiki adatti tal-ipprezzar tal-ilma għall-preservazzjoni tar-riżorsi tal-ilma jista' u għandu jiġi konċiljat mal-bżonn assolut li jiġi garantit aċċess universali għal dawn ir-riżorsi permezz ta' mekkaniżmi ta' solidarjetà adatti. |
|
4.6 |
Il-KESE jqis li r-reviżjoni tad-Direttiva Qafas u tad-Direttiva dwar l-Ilma tax-Xorb għandha sservi ta' opportunità biex jiġu inklużi fihom indikazzjonijiet u prinċipji dwar il-prinċipju tal-aċċess universali u l-prinċipju tad-Direttiva Qafas dwar l-Ilma dwar l-irkupru tal-ispejjeż tas-servizzi tal-ilma. |
4.7 Il-garanzija ta' kwalità aħjar u aktar aċċessibbli tal-ilma:
|
4.7.1 |
Il-Kumitat jenfasizza li huwa sorpriż li inizjattiva taċ-ċittadini ta' dan id-daqs ġiet indirizzata bi proposta ta' konsultazzjoni pubblika dwar il-kwalità tal-ilma tax-xorb, li tidher li tirreferi għal mezzi aktar tas-soltu ta' konsultazzjoni, utli iżda li ma jindirizzawx l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej. |
4.8 Il-garanzija tan-newtralità fir-rigward tal-provvista tas-servizzi tal-ilma:
|
4.8.1 |
Jiddikjara wkoll b'sodisfazzjon li l-Kummissjoni qieset il-ħtieġa ta' trasparenza fir-rigward tal-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet dwar il-ġestjoni tal-ilma fil-livell lokali, reġjonali u nazzjonali. |
|
4.8.2 |
Minħabba n-natura essenzjali tiegħu, l-ilma għandu jiġi preservat bħala riżorsa fraġli u bħala ġid komuni. Għandha tiġi kkunsidrata n-natura prijoritarja tal-użu tal-ilma għall-bżonnijiet vitali tal-bniedem. Il-Kummissjoni Ewropea għandha tifhem li għandna nirrikonoxxu l-aċċess għall-ilma u s-sanità u d-disponibbiltà tagħhom fi kwantità suffiċjenti bħala dritt fundamentali tal-bniedem minħabba n-natura vitali tagħhom u d-dinjità. B'hekk għandna neskluduhom mir-regoli kummerċjali tas-suq intern billi tiġi proposta l-klassifikazzjoni mill-ġdid tagħhom bħala servizz mhux ekonomiku ta' interess ġenerali (3). |
|
4.8.3 |
Il-prodotti neċessarji għas-sopravivenza tan-nies għandhom ikunu s-suġġett ta' approċċ partikolari u jitneħħew mill-ambitu tal-kummerċ ħieles. Minkejja li jeżistu testi uffiċjali li jiddikjaraw li l-ilma mhuwiex prodott kummerċjali jew li kulħadd għandu d-dritt għall-ikel, illum il-ġurnata għadna nisimgħu bil-privatizzazzjoni tas-sorsi tal-ilma, l-ispekulazzjoni mifruxa fil-prodotti alimentari bażiċi u l-ħtif tal-art agrikola fuq skala kbira. Dawn il-fenomeni jikkompromettu direttament l-għajxien tal-aktar persuni żvantaġġati. |
|
4.8.4 |
Il-Kummissjoni Ewropea hija mistiedna tipproponi miżuri vinkolanti konkreti sabiex tindirizza l-Inizjattiva taċ-Ċittadini kkonċernata, ħaġa li naqset milli tagħmel fil-Komunikazzjoni tagħha. B'mod partikolari, għandu jkun hemm test Ewropew legalment vinkolanti li jipprevedi li l-benefiċċju m'għandux ikun l-għan mixtieq tal-ġestjoni tas-sorsi tal-ilma u tas-servizzi korrispondenti. Jekk dan mhuwiex il-każ, id-dikjarazzjoni li “l-ilma huwa ġid pubbliku” ma tagħmilx sens. |
4.9 Il-garanzija ta' provvista tal-ilma permezz ta' servizz pubbliku ta' interess uman:
|
4.9.1 |
Il-Kumitat jitlob li jiġi adottat strument Ewropew li jirrikonoxxi d-dritt tal-bniedem għall-ilma u s-sanità kif definit min-Nazzjonijiet Uniti f'Lulju 2010, li huwa wieħed mill-pedamenti tal-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej, flimkien mal-Artikolu 14 tat-TFUE dwar is-Servizzi ta' Interess Ekonomiku Ġenerali u l-Protokoll 26 dwar is-Servizzi ta' Interess Ġenerali, u sabiex il-Kummissjoni Ewropea tkun tista' tirakkomanda lill-Istati Membri biex jirrispettaw dan id-dritt permezz ta' servizz ta' interess ġenerali mhux ekonomiku, fir-rispett tan-newtralità tat-twettiq ta' dan is-servizz distint mill-użu kummerċjali li jista' jsir minnu fil-kuntest industrijali jew agrikolu. |
4.10 Approċċ iktar integrat għall-għajnuna għall-iżvilupp:
|
4.10.1 |
Il-politika ta' żvilupp u l-impenji finanzjarji tal-UE jistgħu jibbenefikaw minn appoġġ sod tar-rikonoxximent mill-Istati Membri kollha tal-UE tad-dritt tal-bniedem kif rikonoxxut uffiċjalment min-Nazzjonijiet Uniti f'Lulju 2010, b'mod partikolari biex ikun hemm l-ogħla livell ta' effettività possibbli, peress li l-politika ta' żvilupp u ta' għajnuna f'dan il-qasam b'rabta mad-dritt tal-bniedem jistgħu jippermettu li tiġi miġġielda l-korruzzjoni u jiġu impenjati l-operaturi sottokuntrattati. Il-Kumitat iħeġġeġ u jappoġġja l-approċċ integrat u l-ħolqien ta' sinerġija bejn l-ilma u s-sigurtà tal-ikel. Fir-rigward tas-sinerġija bejn l-ilma u l-enerġija, il-Kumitat jistenna l-elementi proposti biex ikun jista' jiġġudika jekk dawn jirrispettawx l-ispirtu tal-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej fir-rigward tal-protezzjoni tar-riżorża bħala ġid komuni. Is-saħħa pubblika għandha tkun ukoll fil-qalba tal-preokkupazzjonijiet, b'mod partikolari bl-installazzjoni ta' faċilitajiet sanitarji kulfejn dawn ma jeżistux avolja din il-kwistjoni ftit li xejn tinteressa lill-operaturi. |
4.11 Il-promozzjoni ta' sħubijiet pubbliċi-privati:
|
4.11.1 |
Il-Kumitat jinnota b'sodisfazzjon l-impenn tal-Kummissjoni biex tippromovi aħjar dawn is-sħubijiet mingħajr skop ta' qligħ fis-settur tal-ilma sabiex jissaħħu l-kapaċitajiet permezz tat-trasferiment tal-għarfien u l-informazzjoni bejn is-servizzi pubbliċi ta' distribuzzjoni tal-ilma u s-sanità, l-awtoritajeit lokali u l-atturi l-oħra, u kif għamel f'okkażjonijiet preċedenti jenfasizza li l-innovazzjoni u l-frott tar-riċerka u tal-iżvilupp li bbenefikaw minn appoġġ pubbliku fil-qafas tas-Seba' Programm Qafas għandhom isiru disponibbli għas-settur mingħajr skop ta' qligħ, l-intrapriżi fl-ekonomija soċjali u solidali, il-muniċipalitajiet, eċċ (4). |
4.12 Azzjoni mwettqa b'segwitu għal Rio+20:
|
4.12.1 |
Sabiex tappoġġja l-għanijiet ta' żvilupp sostenibbli li għandhom jissostitwixxu l-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju wara l-2015 u li ser ikunu universali, l-UE għandha tkun koerenti ma' dawn l-għanijiet futuri u tqis li llum il-ġurnata għad hemm bejn miljun u żewġ miljun cittadin Ewropew li m'għandhomx aċċess għar-riżorsa. L-UE għandha ttejjeb l-għarfien tal-Istati Membri tagħha mil-lat ta' informazzjoni (mingħajr dar, Rom, akkomodazzjoni prekarja) sabiex tkun tista' ssib soluzzjoni. |
|
4.13 |
Il-Kumitat japprova l-impenn tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-kwalità tal-ilma, dwar it-trasparenza tal-ġestjoni, u t-twaqqif ta' djalogu aktar strutturat bejn il-partijiet ikkonċernati, iżda jenfasizza li r-risposta ma tindirizzax il-mistoqsijiet li saru mill-Inizjattiva taċ-Ċittadini dwar l-universalità ta' dritt tal-bniedem, jiġifieri li kull ċittadin u abitant għandu jkollu għad-dispożizzjoni tiegħu minimu essenzjali ta' ilma irrispettivament mis-sitwazzjoni mil-lat residenzjali, professjonali, eċċ. tiegħu. |
|
4.14 |
Il-Kummissjoni Ewropea tindika li l-leġislazzjoni tal-UE dejjem qieset l-ispeċifiċitajiet tas-servizzi tal-ilma u tas-sanità u r-rwol importanti li jaqdu biex jissodisfaw il-bżonnijiet essenzjali tal-popolazzjoni. Il-Kumitat iqis li dan huwa rwol essenzjali u mhux biss importanti u, fid-dawl tal-fatt li dawn huma bżonnijiet essenzjali, iħeġġeġ li dawn il-bżonnijiet essenzjali jiġu sodisfati fil-qafas tas-servizzi pubbliċi ta' interess ġenerali mhux ekonomiku. |
|
4.15 |
Il-KESE rrakkomanda lill-Istati Membri u lill-istituzzjonijiet Ewropej biex jikkonsolidaw din il-politika peress li l-ilma huwa fundamentali: għaċ-ċittadini, l-industriji, l-agrikolutra, kif ukoll għall-awtoritajiet lokali. L-ilma għandu jingħata importanza ċentrali permezz tal-politika Ewropej kollha billi jiġu enfasizzati l-isfidi fir-rigward tal-ġlieda kontra l-faqar, id-drittijiet fundamentali taċ-ċittadini Ewropej, is-saħħa pubblika, l-integrazzjoni u l-koeżjoni soċjali. |
|
4.16 |
Il-KESE jirrakkomanda:
|
|
4.17 |
Barra minn hekk, il-KESE jissuġġerixxi li:
|
|
4.18 |
Il-politika tal-ilma u tas-sanità għandha tkun integrata f’approċċ ta’ żvilupp sostenibbli li jippermetti li din ir-riżorsa tindirizza l-bżonnijiet attwali tal-popolazzjoni u tiġi ppreservata biex jiġu żgurati l-bżonnijiet tal-ġenerazzjonijiet futuri. |
Brussell, 15 ta' Ottubru 2014.
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Henri MALOSSE
(1) Ir-Regolament (UE) Nru 211/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini; ĠU L 65, 11.3.2011, p. 1
(2) Regolament (UE) Nru 211/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Inizjattiva taċ-Ċittadini.
(3) ĠU C 177, 11.6.2014, p. 24–31.
(4) ĠU C 44, 15.2.2013, pp. 147-152.