20.6.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 188/1 |
Rakkomandazzjoni għal Regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2533/98 dwar il-ġbir ta’ tagħrif statistiku mill-Bank Ċentrali Ewropew
(BĊE/2014/13)
(ippreżentata mill-Bank Ċentrali Ewropew)
(2014/C 188/01)
MEMORANDUM SPJEGATTIV
I. INTRODUZZJONI
Fit-23 ta’ Novembru 1998, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea adotta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2533/98 (1). Skont l-Artikolu 107(6) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità, il-BĊE preċedentement ippreżenta r-Rakkomandazzjoni BĊE/1998/10 (2) lill-Kunsill. Wara dan, il-BĊE ippreżenta wkoll ir-Rakkomandazzjoni BĊE/2008/9 (3) li ppreċediet l-adozzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 951/2009 (4). Huwa għalhekk xieraq illi tiġi segwita l-istess proċedura kif preżentment stipulat fl-Artikolu 129(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u li jiddaħħlu l-emendi proposti fir-Regolament (KE) Nru 2533/98.
II. KUMMENTI DWAR L-ARTIKOLI
L-użu ta’ tagħrif statistiku għat-twettiq tal-funzjonijiet superviżorji
Biex jiġi mminimizzat il-piż tar-rapportar, u biex ikun meħtieġ li d-dejta tinġabar darba biss, skont l-Artikolu 8(1)(d) tar-Regolament (KE) Nru 2533/98 il-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) huma preżentement awtorizzati jużaw tagħrif statistiku kunfidenzjali għat-twettiq tal-funzjonijiet tagħhom fil-qasam tas-superviżjoni. Għandu jiġi speċifikat illi l-BĊE, li permezz tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 (5) ġew assenjati lilu funzjonijiet speċifiċi fil-qasam tas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu, l-istess bħall-BĊNi li lilhom ġew assenjati funzjonijet speċifiċi fil-qasam tas-superviżjoni prudenzjali, jista’ juża tagħrif statistiku kunfidenzjali għat-twettiq ta’ dawn il-funzjonijiet.
Fl-istess waqt, għandu jiġi kkjarifikat illi t-trażmissjoni ta’ tagħrif statistiku kunfidenzjali bejn il-membri tas-SEBĊ u awtoritajiet oħra tal-Istati Membri u tal-Unjoni responsabbli għal (a) is-superviżjoni ta’ istituzzjonijiet, swieq u infrastrutturi finanzjarji, u (b) l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja lill-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà (MES) tista’ sseħħ biex tappoġġja l-kompiti rispettivi. L-awtoritajiet jistgħu jinkludu, inter alia, l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għas-superviżjoni u s-sorveljanza makroprudenzjali, l-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej (6), il-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku, kif ukoll awtoritajiet awtorizzati biex ixolju istituzzjonijiet ta’ kreditu.
Rakkomandazzjoni għal
“REGOLAMENT TAL-KUNSILL
li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2533/98 dwar il-ġbir ta’ tagħrif statistiku mill-Bank Ċentrali Ewropew
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 5.4 tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew,
Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Parlament Ewropew,
Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Kummissjoni,
Waqt li jaġixxi skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 129(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u fl-Artikolu 41 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2533/98 (7) huwa element ewlieni fil-qafas legali li jappoġġa l-kompiti tal-ġbir ta’ tagħrif statistiku tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) megħjun mill-banek ċentrali nazzjonali. Il-BĊE konsistentement straħ fuq dan ir-Regolament biex iwettaq u jimmonitorja l-ġbir ra’ tagħrif statistiku meħtieġ biex jitwettqu l-kompiti tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali (SEBĊ), inkluż il-kompitu tal-kontribut għat-tmexxija mingħajr xkiel ta’ politiki segwiti mill-awtoritjiet kompetenti fir-rigward tas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja, kif speċifikat fl-Artikolu 127(5) tat-Trattat. |
(2) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 (8) jassenja kompiti speċifiċi lill-BĊE fir-rigward ta’ politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja fi ħdan l-Unjoni u l-Istati Membri individwali. |
(3) |
Biex jiġi mminimizzat il-piż tar-rapportar fuq l-aġenti tar-rapportar u biex ikun possibbli t-twettiq tajjeb tas-superviżjoni ta’ istituzzjonijiet, swieq u infrastrutturi finanzjarji assenjat lill-awtoritajiet kompetenti kollha, kif ukoll it-twettiq tajjeb tal-kompiti assenjati lil awtoritajiet responsabbli għall-protezzjoni tal-istabbiltà tas-sistema finanzjarja, huwa meħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 2533/98 jiġi emendat sabiex ikunu possibbli t-trażmissjoni u l-użu ta’ tagħrif statistiku miġbur mis-SEBĊ bejn il-membri tas-SEBĊ u l-awtoritajiet relevanti. Dawn l-awtoritajiet għandhom jinkludu l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għas-superviżjoni ta’ istituzzjonijiet finanzjarji, swieq u inrastrutturi u għas-sorveljanza makro-prudenzjali, l-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej (9), il-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku kif ukoll awtoritajiet awtorizzati biex ixolju istituzzjonijiet ta’ kreditu. |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emendi speċifiċi
L-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 2533/98 huwa emendat kif ġej:
1. |
Fil-paragrafu 1, punt (d) huwa sostitwit bit-test li ġej u qiegħed jiżdied il-punt (e) li ġej:
|
2. |
Fil-paragrafu 4, il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
3. |
Qiegħed jiżdied il-paragrafu 4a li ġej:
|
Artikolu 2
Dispożizzjonijiet finali
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fi [data].
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.”
Magħmul fi Frankfurt am Main, il-21 ta’ Marzu 2014.
Il-President tal-BĊE
Mario DRAGHI
(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2533/98 tat-23 ta’ Novembru 1998 dwar il-ġbir ta’ tagħrif statistiku mill-Bank Ċentrali Ewropew (ĠU L 318, 27.11.1998, p. 8).
(2) Ir-Rakkomandazzjoni BĊE/1998/10 għal Regolament tal-Kunsill (KE) dwar il-ġbir ta’ tagħrif statistiku mill-Bank Ċentrali Ewropew (ĠU C 246, 6.8.1998, p. 12).
(3) Ir-Rakkomandazzjoni BĊE/2008/9 għal Regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2533/98 dwar il-ġbir ta’ tagħrif statistiku mill-Bank Ċentrali Ewropew (ĠU C 251, 3.10.2008, p. 1).
(4) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 951/2009 tad-9 ta’ Ottubru 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2533/98 dwar dwar il-ġbir ta’ tagħrif statistiku mill-Bank Ċentrali Ewropew (ĠU L 269, 14.10.2009, p. 1).
(5) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 tal-15 ta’ Ottubru 2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta’ politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu (ĠU L 287, 29.10.2013, p. 63).
(6) L-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej huma l-Awtorità Bankarja Ewropea, l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol u l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq.
(7) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2533/98 tat-23 ta’ Novembru 1998 dwar il-ġbir ta’ tagħrif statistiku mill-Bank Ċentrali Ewropew (ĠU L 318, 27.11.1998, p. 8).
(8) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 tal-15 ta’ Ottubru 2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta’ politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu (ĠU L 287, 29.10.2013, p. 63).
(9) L-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej huma l-Awtorità Bankarja Ewropea, l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol u l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq.