22.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 443/88


P7_TA(2014)0396

Votazzjoni fi proċedimenti relatati mal-immunità ta' Membru (Interpretazzjoni tar-Regoli ta' Proċedura)

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' April 2014 dwar il-votazzjoni fi proċedimenti relatati mal-immunità ta' Membru (interpretazzjoni tal-Artikolu 166, l-Artikolu 167(1), u l-Artikolu 195(3) tar-Regoli ta' Proċedura) (2014/2028(REG))

(2017/C 443/19)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-ittra tad-9 ta' April 2014 tal-president tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali,

wara li kkunsidra l-Artikolu 211 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

1.

Jiddeċiedi li jadotta l-interpretazzjoni li ġejja għall-Artikolu 166, l-Artikolu 167(1) u l-Artikolu 195(3), tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu:

“Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 166, l-Artikolu 167(1), u l-Artikolu 195(3), dwar il-votazzjoni b'sejħa tal-ismijiet m'għandhomx japplikaw għar-rapporti stipulati fl-Artikolu 6c(2), u l-Artikolu 7(3), (6) u (8), fi proċedimenti relatati mal-immunità ta' Membru.”

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni għal skopijiet ta' informazzjoni.