|
22.12.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 443/228 |
P7_TA(2014)0376
Il-Ftehim Interistituzzjonali dwar ir-Reġistru tat-Trasparenza
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' April 2014 dwar il-modifika tal-ftehim interistituzzjonali dwar ir-Reġistru tat-Trasparenza (2014/2010(ACI))
(2017/C 443/57)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-laqgħa tal-Bureau tiegħu tat-13 ta’ Jannar 2014, li fiha dan tal-aħħar approva r-rakkomandazzjonijiet adottati fit-12 ta’ Diċembru 2013 mill-Grupp ta’ Ħidma Interistituzzjonali ta’ Livell Għoli għar-reviżjoni tar-Reġistru tat-Trasparenza, |
|
— |
wara li kkunsidra l-abbozz ta’ ftehim interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea dwar ir-Reġistru tat-Trasparenza għall-organizzazzjonijiet u l-individwi li jaħdmu għal rashom li huma involuti fil-formulazzjoni u l-implimentazzjoni tal-politika tal-UE (minn hawn ’il quddiem “il-ftehim modifikat”), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 11(1) u (2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 295 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), |
|
— |
wara li kkunisdra d-deċiżjoni tiegħu tal-11 ta’ Mejju 2011 dwar il-konklużjoni ta’ ftehim interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni dwar Reġistru tat-Trasparenza komuni (1), |
|
— |
wara li kkunsidra l-ftehim interistituzzjonali tat-23 ta’ Ġunju 2011 bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea dwar it-twaqqif ta’ Reġistru tat-Trasparenza għall-organizzazzjonijiet u l-individwi li jaħdmu għal rashom li huma involuti fil-formulazzjoni u l-implimentazzjoni tal-politika tal-UE (minn hawn ’il quddiem “il-Ftehim tat-23 ta’ Ġunju 2011”) (2), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 127(1) tar-Regoli ta’ Proċeduri tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (A7-0258/2014), |
|
A. |
billi l-Artikolu 11(2) tat-TUE jiddikkajra li: “L-istituzzjonijiet għandhom iżommu djalogu miftuħ, trasparenti u regolari mal-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi u mas-soċjetà ċivili”, |
|
B. |
billi t-trasparenza ta’ dak id-djalogu teħtieġ il-funzjonament tajjeb ta’ reġistru komuni tal-organizzazzjonijiet u l-persuni li jikkontribwixxu għall-proċessi tal-formulazzjoni u l-implimentazzjoni tal-politika tal-UE; |
|
C. |
billi r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta’ Mejju 2008 dwar l-iżvilupp tal-qafas għall-attivitajiet ta’ rappreżentanti ta’ interess (lobbyists) fl-istituzzjonijiet Ewropej (3) stabbiliet il-prinċipji li abbażi tagħhom il-Parlament Ewropew daħal f’negozjati mal-Kummissjoni dwar reġistru komuni tat-trasparenza; |
|
D. |
billi d-deċiżjoni tiegħu tal-11 ta’ Mejju 2011 imsemmija hawn fuq approvat ir-regoli u l-qafas tar-Reġistru tat-Trasparenza għall-organizzazzjonijiet u l-individwi li jaħdmu għal rashom involuti fil-formulazzjoni u l-implimentazzjoni tal-politika tal-UE; |
|
E. |
billi lobbying mhux regolat u mhux trasparenti jippreżenta theddida sinifikanti għall-formulazzjoni tal-politika u l-interess pubbliku; |
|
1. |
Jiddispjaċih għall-fatt li l-proposta għal bidla fil-Ftehim tat-23 ta' Ġunju 2011 ma wasslitx għat-twaqqif ta' reġistru tat-trasparenza obbligatorju; itenni għaldaqstant it-talba tiegħu għar-reġistrazzjoni obbligatorja fir-rigward tat-twettiq tal-attivitajiet ta' lobbying fl-istituzzjonijiet tal-UE, kif diġà ddikjarat fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta’ Mejju 2008 u fid-deċiżjoni tal-11 ta’ Mejju 2011, it-tnejn imsemmijin hawn fuq; |
|
2. |
Iqis il-modifika proposta tal-Ftehim tat-23 ta’ Ġunju 2011 bħala pass parzjali ’il quddiem fil-fażi attwali; |
|
3. |
Jistieden lill-Kummissjoni tissottometti, sat-tmiem tal-2016, proposta leġiżlattiva għat-twaqqif ta’ reġistru obbligatorju abbażi tal-Artikolu 352 tat-TFUE; |
|
4. |
Jitlob lill-Kummissjoni tinkludi, fil-kuntest ta’ kwalunkwe proposta prevista għal riforma komprensiva tat-Trattati, proposta għal emenda tal-Artikolu 298 tat-TFUE jew għal bażi legali speċifika xierqa li tippermetti t-twaqqif ta’ reġistru obbligatorju skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja; |
|
5. |
Iqis li reviżjonijiet futuri tar-Reġistru tat-Trasparenza għandhom ikunu trasparenti u inklużivi kemm jista’ jkun u għandhom jinvolvu bis-sħiħ lill-kumitat kompetenti tiegħu u jippermettu l-parteċipazzjoni qawwija tas-soċjetà ċivili; |
|
6. |
Jinsisti li r-reviżjoni li jmiss tar-Reġistru tat-Trasparenza tkun akkumpanjata minn konsultazzjoni pubblika; |
|
7. |
Iqis li fi kwalunkwe każ, għandha titlesta evalwazzjoni ulterjuri tar-Reġistru tat-Trasparenza tal-inqas qabel it-tmiem tal-2017; |
|
8. |
Jirrikonoxxi r-rwol tal-Kunsill sa mit-twaqqif tar-Reġistru tat-Trasparenza, u jilqa’ l-fatt li l-Kunsill involva ruħu, bħala osservatur, fil-proċess ta' reviżjoni kontinwa tal-Ftehim tat-23 ta’ Ġunju 2011; madankollu, itenni mill-ġdid l-istedina tiegħu lill-Kunsill biex jingħaqad mar-Reġistru tat-Trasparenza mill-aktar fis possibbli, sabiex tiġi żgurata t-trasparenza fl-istadji kollha tal-proċess leġiżlattiv fil-livell tal-Unjoni; |
|
9. |
Jilqa’ t-titjib fl-ispeċifikazzjoni tal-informazzjoni li trid tingħata skont il-ftehim modifikat, li għandu jiġi implimentat billi ssir insistenza fuq id-divulgazzjoni tal-identità tal-klijenti kollha rappreżentati mill-organizzazzjonijiet u l-individwi li jaħdmu għal rashom involuti fil-proċessi tal-formulazzjoni u l-implimentazzjoni tal-politika, u billi l-attivitajiet kollha koperti mir-Reġistru jiġu konnessi b’mod ċar mal-klijenti konċernati; |
|
10. |
Iqis li, meta tiġi interpretata “mġiba mhux xierqa”, skont it-tifsira tal-punt (b) tal-Kodiċi ta’ Kondotta anness mal-ftehim modifikat flimkien mal-prinċipji aċċettati b’mod ġenerali kif deskritti fil-Kodiċi, b’mod partikolari fil-punti (c), (f) jew (g) tiegħu, din l-espressjoni tinkludi:
|
|
11. |
Jemmen li l-Kodiċi ta’ Kondotta mehmuż mal-Ftehim tat-23 ta' Ġunju 2011 u l-Kodiċi ta’ Kondotta għall-Membri tal-Parlament Ewropew fir-rigward tal-interessi finanzjarji u tal-kunflitti tal-interess għandhom ikunu emendati sabiex jiżguraw li l-Membri ma jidħlu f’ebda tip ta’ ftehim jew relazzjoni kuntrattwali ma’ korp estern biex jiffinanzjaw jew jimpjegaw direttament individwi fi ħdan il-persunal ta’ Membru; |
|
12. |
Jilqa’ d-definizzjonijiet aktar ċari li jiddeskrivu eċċezzjonijiet għall-kamp ta’ applikazzjoni tal-kopertura tal-attivitajiet tad-ditti legali; |
|
13. |
Jistenna li dawn id-definizzjonijiet aktar ċari se jgħinu biex jiġu mħeġġa aktar reġistrazzjonijiet u jirriżultaw f’fehim aħjar dwar liema huma l-attivitajiet koperti mid-ditti legali, sabiex ikunu jistgħu jibbenefikaw mill-inċentivi offruti mir-Reġistru tat-Trasparenza u jieħdu sehem b’mod trasparenti fil-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet; |
|
14. |
Jinsisti li ditti legali reġistrati għandhom jiddikjaraw fir-Reġistru tat-Trasparenza l-klijenti kollha li f'isimhom iwettqu l-attivitajiet; |
|
15. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tkun ugwalment ambizzjuża, fir-rigward tal-introduzzjoni ta’ miżuri ta’ inċentivi għar-reġistranti sabiex tittejjeb il-parteċipazzjoni fir-Reġistru tat-Trasparenza; iqis li dawn l-inċentivi jistgħu jinkludu:
|
|
16. |
Jilqa’ d-deċiżjonijiet riċenti meħuda mill-Kumitat nazzjonali tal-Avukati ta’ Brussell u dik ta’ Pariġi li jirrikonoxxu d-differenzi bejn l-attivitajiet tal-avukati relatati mal-qorti u attivitajiet oħra li jaqgħu fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni tar-Reġistru tat-Trasparenza; barra minn hekk, jistieden lill-Kunsill tal-Kumitat nazzjonali tal-Avukati u s-Soċjetajiet tal-Liġi tal-Ewropa biex iħeġġu lill-membri tagħhom jadottaw miżuri simili; |
|
17. |
Jinnota li f’ċerti Stati Membri jeżistu dispożizzjonijiet statutorji dwar ir-regoli tal-eżerċizzju tal-professjonijiet, li oġġettivament jimpedixxu, b’mod speċjali lid-ditti tal-avukati, li jniżżlu lilhom infushom fir-Reġistru tat-Trasparenza u fil-proċess jiżvelaw l-informazzjoni dwar il-klijenti tagħhom kif mitlub mir-Reġistru; jara madankollu riskju konsiderevoli fejn il-tali d-dispożizzjonijiet statutorji jistgħu jintużaw ukoll b'mod qarrieq biex jevitaw li jippubblikaw l-informazzjoni meħtieġa biex tiddaħħal b'mod korrett fir-Reġistru; jilqa’ b’rabta ma’ dan il-fatt li l-organizzazzjonijiet professjonali huma mid-dehra lesti li jaħdmu fi sħubija biex jiżguraw li, fl-interess tal-professjoni, dan l-irtirar ta' informazzjoni jkun limitat esklużivament għal dak li tippermetti l-leġiżlazzjoni b'mod oġġettiv; jistieden lill-Kummissjoni u lill-President tal-Parlament Ewropew jiżguraw li din id-disponibbiltà twassal għal riżultat prattiku fil-ftehim modifikat malajr kemm jista' jkun; |
|
18. |
Jilqa’ l-intenzjoni tal-Bureau tiegħu li jintroduċi għadd sinifikanti ta’ miżuri ta’ inċentivi sabiex isaħħaħ il-parteċipazzjoni fir-Reġistru tat-Trasparenza; |
|
19. |
Bil-għan li jiġu implimentati bis-sħiħ dawk il-miżuri, jistieden lill-Bureau tiegħu iqis il-proposti konkreti li ġejjin biex jiġu inklużi fid-deċiżjonijiet rilevanti tal-Bureau:
|
|
20. |
Jitlob lill-Bureau jiżviluppa formola standardizzata li tippermetti lir-rapporteurs jippubblikaw “impronta leġiżlattiva” fuq bażi volontarja. Impronta leġiżlattiva hija formola annessa mar-rapporti mħejjija mill-Membri li telenka l-lobbyists kollha li jkunu ltaqgħu magħhom ir-rapporteurs inkarigati minn fajl partikolari fil-proċess tat-tħejjija tar-rapport, meta dan ikun wassal għal impatt sostanzjali fuq ir-rapport. |
|
21. |
Jitlob lill-ex Membri tal-Parlament Ewropew jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet rilevanti (4) meta jwettqu attivitajiet li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Reġistru tat-Trasparenza; jemmen li fit-twettiq ta' dawn l-attivitajiet, ex Membri m'għandhomx jużaw il-badge tagħhom ta’ Membri biex ikollhom aċċess għall-bini tal-Parlament Ewropew; jitlob lill-Bureau jippreżenta proposta lill-Konferenza tal-Presidenti dwar miżuri xierqa biex jiġi evitat l-użu ħażin tal-privileġġi li huma intitolati għalihom l-ex Membri; |
|
22. |
Jitlob lis-Segretarjat Konġunt tar-Reġistru tat-Trasparenza jipprovdi, f’intervalli regolari, rapport dwar il-funzjonament tas-sistema ta’ inċentivi, bil-għan li, fl-aħħar mill-aħħar, jiġi mwaqqaf reġistru obbligatorju; |
|
23. |
Jenfasizza li organizzazzjonijiet jew individwi li mhumiex reġistrati, li huma eliġibbli għar-reġistrazzjoni u mistennija jirreġistraw, anke jekk in-nuqqas ta’ reġistrazzjoni tagħhom hija biss temporanja, ma jkollhomx aċċess għall-inċentivi u l-vantaġġi l-ġodda marbuta mar-reġistrazzjoni; |
|
24. |
Jilqa’ u jħeġġeġ ir-rwol ta' organizzazzjonijiet ta' sorveljanza mhux istituzzjonali fil-monitoraġġ tat-trasparenza tal-istituzzjonijiet tal-UE; |
|
25. |
Iqis li l-istruttura u l-persunal tas-Segretarjat Konġunt tar-Reġistru tat-Trasparenza jeħtieġ li jissaħħu sabiex jiġu implimentati d-dispożizzjonijiet il-ġodda fil-ftehim modifikat, jiġu trattati l-proċeduri ta' twissijiet u tal-investigazzjoni u tat-trattament tal-ilmenti, u jittejbu l-proċeduri għall-verifika tal-affidabbiltà ta' informazzjoni mogħtija mir-reġistranti; |
|
26. |
Jistenna li r-rapport annwali dwar il-funzjonament tar-Reġistru tat-Trasparenza Konġunt se jinkludi analiżi tal-progress li sar f’termini ta’ kopertura u kwalità tar-reġistrazzjonijiet; |
|
27. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni, fit-twettiq tal-funzjoni tagħha ta’ koordinazzjoni tar-Reġistru tat-Trasparenza, biex tissorvelja mill-qrib l-implimentazzjoni xierqa tal-ftehim modifikat; |
|
28. |
Japprova l-ftehim modifikat kif stipulat hawn taħt u jiddeċiedi li jehmżu mar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu; |
|
29. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma l-ftehim modifikat flimkien mal-President tal-Kummissjoni Ewropea u biex jiżgura li jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea; |
|
30. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-Deċiżjoni u l-anness tagħha lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti tal-Istati Membri. |
(1) ĠU C 377 E, 7.12.2012, p. 176.
(2) ĠU L 191, 22.7.2011, p. 29.
(3) ĠU C 271 E, 12.11.2009, p. 48.
(4) Kif stabbilit mill-Kwesturi fil-laqgħa ordinarja tagħhom li saret fid-19 ta' April 2012, PV QUAEST.
ANNESS
FTEHIM BEJN IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUMMISSJONI EWROPEA DWAR IR-REĠISTRU TAT-TRASPARENZA GĦAL ORGANIZZAZZJONIJIET U INDIVIDWI LI JAĦDMU GĦAL RASHOM INVOLUTI FIL-FORMULAZZJONI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-UE
Il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea (il-“partijiet”),
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari l-Artikolu 11(1) u (2) tiegħu, it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari l-Artikolu 295 tiegħu, u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (minn issa 'l quddiem flimkien imsejħa t-“Trattati”),
Billi dawk li jfasslu l-politika Ewropea ma joperawx b'mod iżolat mis-soċjetà ċivili, imma jżommu djalogu miftuħ, trasparenti u regolari mal-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi u mas-soċjetà ċivili;
Billi l-partijiet eżaminaw mill-ġdid ir-Reġistru tat-Trasparenza (minn issa 'l quddiem “ir-reġistru”) stabbilit mill-ftehim bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea fit-23 ta' Ġunju 2011 dwar it-twaqqif ta’ Reġistru tat-Trasparenza għal organizzazzjonijiet u individwi li jaħdmu għal rashom li huma involuti fil-formulazzjoni u l-implimentazzjoni tal-politika (1) tal-UE skont il-paragrafu 30 ta' dak il-ftehim,
JIFTIEHMU KIF ĠEJ:
I. Il-prinċipji tar-reġistru
|
1. |
It-twaqqif u l-funzjonament tar-reġistru m'għandhomx jaffettwaw jew jippreġudikaw l-objettivi tal-Parlament Ewropew kif espressi fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Mejju 2008 dwar l-iżvilupp tal-qafas għall-attivitajiet ta' rappreżentanti ta' gruppi ta' interess ('lobbyists') fl-istituzzjonijiet Ewropej (2) u fid-deċiżjoni tiegħu tal-11 ta' Mejju 2011 dwar il-konklużjoni ta' ftehim interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni dwar Reġistru ta' Trasparenza komuni (3). |
|
2. |
Il-funzjonament tar-reġistru għandu josserva l-prinċipji ġenerali tad-Dritt tal-Unjoni, inklużi l-prinċipji tal-proporzjonalità u n-nondiskriminazzjoni. |
|
3. |
Il-funzjonament tar-reġistru għandu jirrispetta d-drittijiet tal-Membri tal-Parlament Ewropew li jeżerċitaw il-mandat parlamentari tagħhom mingħajr restrizzjoni. |
|
4. |
Il-funzjonament tar-reġistru ma għandux jinfluwenza l-kompetenzi jew il-prerogattivi tal-partijiet u lanqas ma għandu jaffettwalhom il-poteri organizzattivi rispettivi tagħhom. |
|
5. |
Il-partijiet għandhom jistinkaw biex jittrattaw l-operaturi kollha involuti f’attivitajiet simili b’mod simili, u biex ikun hemm kundizzjonijiet ugwali fir-reġistrazzjoni tal-organizzazzjonijiet u tal-individwi li jaħdmu għal rashom involuti fit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-politika tal-UE. |
II. L-istruttura tar-reġistru
|
6. |
L-istruttura tar-reġistru għandha tkun kif ġej:
|
III. Il-kamp ta’ applikazzjoni tar-reġistru
Attivitajiet koperti
|
7. |
Il-kamp ta’ applikazzjoni tar-reġistru jkopri l-attivitajiet kollha, għajr dawk imsemmija fil-paragrafi 10 sa 12, imwettqa bl-għan li jinfluwenzaw direttament jew indirettament it-tfassil jew l-implimentazzjoni tal-politika u l-proċessi ta' teħid ta' deċiżjonijiet tal-istituzzjonijiet tal-UE, irrispettivament minn fejn jitwettqu u mill-kanal jew mezz ta' komunikazzjoni użat, pereżempju peremzz ta' outsourcing, il-midja, il-kuntratti ma’ intermedjarji professjonisti, think-tanks, pjattaformi, fora, kampanji jew inizjattivi fil-livell lokali. Għall-fini ta' dan il-ftehim, “jinfluwenzaw direttament” tfisser li jinfluwenzaw permezz ta' kuntatt dirett jew komunikazzjoni mal-istituzzjonijiet tal-UE jew permezz ta' azzjoni oħra li ssegwi tali attivitajiet u “jinfluwenzaw indirettament” tfisser jinfluwenzaw permezz tal-użu ta' vetturi intermedji bħall-midja, l-opinjoni pubblika, konferenzi jew avvenimenti soċjali li jkunu immirati lejn l-istituzzjonijiet tal-UE. B'mod partikolari, dawk l-attivitajiet jinkludu:
|
|
8. |
L-organizzazzjonijiet kollha u individwi li jaħdmu għal rashom, irrispettivament mill-istatus legali tagħhom, li jkunu involuti f’attivitajiet, kemm jekk attwali kif ukoll jekk ikunu qed jitħejjew u li jkunu koperti mir-reġistru huma mistennija li jirreġistraw. Kwalunkwe attività koperta mir-reġistru u li tiġi żviluppata fuq il-bażi ta' kuntratt minn intermedjarju li jagħti konsulenza legali u professjonali oħra, hija eliġibbli biex tiġi rreġistrata kemm għall-intermedjarju kif ukoll għall-klijent tiegħu. Tali intermedjarji għandhom jiddikjaraw il-klijenti kollha li jkollhom dak it-tip ta' kuntratti, kif ukoll id-dħul ta' kull klijent minn attivitajiet ta' rappreżentanza kif stipulat fl-Anness 2 fil-punt II.C.2.B. Dan ir-rekwiżit ma jeżentax lill-klijenti milli jirreġistraw u jinkludu fl-istimi tal-ispejjeż tagħhom kwalunkwe attività li tkun ġiet subkuntrattata lil xi intermedjarju. |
Attivitajiet mhux koperti
|
9. |
Organizzazzjoni għandha tkun eliġibbli biex tirreġistra biss jekk twettaq attivitajiet, koperti mir-reġistru, li jkunu rriżultaw f'komunikazzjoni diretta jew indiretta mal-istituzzjonijiet tal-UE. Organizzazzjoni meqjusa mhux eliġibbli tista’ titneħħa mir-reġistru. |
|
10. |
Attivitajiet li jikkonċernawl-għoti ta' konsulenza ġuridika jew konsulenza professjonali oħra mhumiex koperti mir-reġistru sakemm dawn:
Jekk kumpanija u l-konsulenti tagħha jkunu involuti bħala parti f'każ jew fi proċedura speċifika ġuridika jew amministrattiva, kwalunkwe attività marbuta direttament magħhom li ma tippruvax tbiddel il-qafas legali eżistenti mhijiex koperta mir-reġistru. Dan is-subparagrafu japplika għas-setturi tan-negozju kollha fl-Unjoni Ewropea. Madankollu, l-attivitajiet li ġejjin rigward l-għoti ta' konsulenza legali jew professjonali oħra huma koperti mir-reġistru sakemm ikollhom l-għan li jinfluwenzaw l-istituzzjonijiet tal-UE, il-Membri u l-assistenti tagħhom jew l-uffiċjali jew il-persunal tagħhom:
|
|
11. |
Attivitajiet tal-imsieħba soċjali bħala parteċipanti fid-djalogu soċjali (trade unions, assoċjazzjonijiet ta’ min iħaddem, eċċ.) mhumiex koperti mir-reġistru meta dawk il-imsieħba soċjali jwettqu r-rwol assenjat lilhom mit-Trattati. Dan il-paragrafu japplika mutatis mutandis għal kull entità li fit-Trattati hija speċifikament indikata biex tiżvolġi rwol istituzzjonali; |
|
12. |
Attivitajiet b’risposta għal talbiet diretti u individwali minn istituzzjonijiet tal-UE jew minn Membri tal-Parlament Ewropew, bħalma huma talbiet ad hoc jew regolari għal informazzjoni fattwali, data jew għarfien espert, mhumiex koperti mir-reġistru. |
Dispożizzjonijiet speċifiċi
|
13. |
Ir-reġistru ma japplikax għal knejjes u komunitajiet reliġjużi. Madankollu, l-uffiċċji rappreżentattivi jew entitajiet ġuridiċi, l-uffiċċji u n-netwerks maħluqa biex jirrappreżentaw il-knejjes u l-komunitajiet reliġjużi fir-relazzjonijiet tagħhom mal-istituzzjonijiet tal-UE, kif ukoll l-assoċjazzjonijiet tagħhom, huma mistennija jirreġistraw. |
|
14. |
Ir-reġistru ma japplikax għal partiti politiċi. Madankollu, kwalunkwe organizzazzjoni maħluqa jew appoġġata minnhom li hija involuta f'attivitajiet li huma koperti mir-reġistru hija mistennija tirreġistra. |
|
15. |
Ir-reġistru ma japplikax għas-servizzi governattivi tal-Istati Membri, għall-gvernijiet ta' pajjiżi terzi, għall-organizzazzjonijiet intergovernattivi internazzjonali u l-missjonijiet diplomatiċi tagħhom. |
|
16. |
L-awtoritajiet pubbliċi reġjonali u l-uffiċċji rappreżentattivi tagħhom mhumiex mistennija jirreġistraw, iżda jistgħu jirreġistraw jekk ikun jixtiequ. Kwalunkwe assoċjazzjoni jew netwerk maħluqa biex tirrappreżenta r-reġjuni b’mod kollettiv hi mistennija tirreġistra. |
|
17. |
L-awtoritajiet pubbliċi subnazzjonali kollha minbarra dawk imsemmija fil-paragrafu 16, bħal awtoritajiet lokali u muniċipali jew bliet jew l-uffiċċji ta' rappreżentanza tagħhom, l-assoċjazzjonijiet jew in-netwerks tagħhom, huma mistennija jirreġistraw. |
|
18. |
Netwerks, pjattaformi jew forom oħrajn ta’ attività kollettiva mingħajr status legali jew personalità ġuridika imma li de facto huma għajn ta’ influwenza organizzata u li huma impenjati f’attivitajiet li huma koperti mir-reġistru, huma mistennija jirreġistraw. Il-membri ta' taliforom ta' attività kollettiva għandhom jaħtru rappreżentant biex jaġixxi bħala l-persuna ta' kuntatt tagħhom responsabbli mir-relazzjonijiet mas-“Segretarjat Konġunt tar-Reġistru tat-Trasparenza” (JTRS). |
|
19. |
L-attivitajiet li għandhom jitqiesu għall-valutazzjoni tal-eliġibbiltà għar-reġistrazzjoni huma dawk immirati (direttament jew indirettament) lejn l-istituzzjonijiet, l-aġenziji u l-korpi kollha tal-UE, kif ukoll lejn il-membri u l-assistenti, l-uffiċjali u persunal ieħor tagħhom. Tali attivitajiet ma jinkludux l-attivitajiet diretti lejn l-Istati Membri, b’mod partikolari dawk diretti lejn ir-rappreżentanzi permanenti tagħhom għall-Unjoni Ewropea. |
|
20. |
In-netwerks, federazzjonijiet, assoċjazzjonijiet jew pjattaformi Ewropej huma mħeġġin jipproduċu linji gwida komuni u trasparenti biex il-membri tagħhom jidentifikaw l-attivitajiet li huma koperti mir-reġistru. Huma mistennija jagħmlu dawk il-linji gwida pubbliċi. |
IV. Regoli applikabbli għar-reġistranti
|
21. |
Meta jirreġistraw, l-organizzazzjonijiet u l-individwi kkonċernati:
|
V. Implimentazzjoni
|
22. |
Is-Segretarji Ġenerali tal-Parlament Ewropew u tal-Kummissjoni Ewropea għandhom ikunu responsabbli għas-superviżjoni tas-sistema u għall-aspetti operattivi kollha ewlenin, u għandhom bi qbil komuni jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiġi implimentat dan il-ftehim. |
|
23. |
Għalkemm is-sistema tiġi operata b’mod konġunt, il-partijiet jibqgħu ħielsa li jużaw ir-reġistru b’mod indipendenti għall-finijiet speċifiċi proprji tagħhom. |
|
24. |
Sabiex jimplimentaw is-sistema, is-servizzi tal-Parlament Ewropew u tal-Kummissjoni Ewropea jżommu struttura operattiva konġunta magħrufa bħala JTRS. Il-JTRS hu magħmul minn grupp ta’ uffiċjali mill-Parlament Ewropew u mill-Kummissjoni Ewropea skont arranġament miftiehem mis-servizzi kompetenti. Il-JTRS jopera taħtil-koordinazzjoni ta’ Kap ta’ Unità fis-Segretarjat Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-kompiti tal-JTRS jinkludu t-tfassil ta’ linji gwida dwar l-implimentazzjoni, fi ħdan il-limiti ta' dan il-ftehim, biex tiġi ffaċilitata interpretazzjoni konsistenti tar-regoli mir-reġistranti kif ukoll biex isir monitoraġġ tal-kwalità tal-kontenut tar-reġistru. Il-JTRS għandu juża r-riżorsi amministrattivi disponibbli biex iwettaq verifiki tal-kwalità tal-kontenut tar-reġistru, bil-fehim, madankollu, li r-reġistranti huma fl-aħħar mill-aħħar responsabbli għall-informazzjoni li jkunu pprovdew. |
|
25. |
Il-partijiet għandhom jorganizzaw taħriġ u proġetti ta’ komunikazzjoni interna xierqa biex titqajjem kuxjenza dwar ir-reġistru u l-proċeduri ta’ twissija u ta' lment fost il-Membri u l-persunal tagħhom. |
|
26. |
Il-partijiet għandhom jieħdu miżuri xierqa biex esternament titqajjem kuxjenza dwar ir-reġistru u jiġi promoss l-użu tiegħu. |
|
27. |
Fuq il-websajt tar-Reġistru ta' Trasparenza Europa għandha tiġi ppubblikata b'mod regolari sensiela ta' statistika bażika meħuda mill-bażi ta' data tar-reġistru, u għandha tkun aċċessibbli permezz ta' għodda għat-tiftix li hija faċli biex tintuża mill-utent. Il-kontenut pubbliku ta’ dik il-bażi ta' data għandu jkun disponibbli f’formati elettroniċi li jinqraw b'mod elettroniku. |
|
28. |
Is-Segretarjati Ġenerali tal-Parlament Ewropew u tal-Kummissjoni Ewropea għandhom jippreżentaw rapport annwali dwar il-ħidma tar-reġistru rispettivament lill-Viċi President rilevanti tal-Parlament Ewropew u lill-Viċi President rilevanti tal-Kummissjoni Ewropea. Ir-rapport annwali għandu jipprovdi informazzjoni fattwali dwar ir-reġistru, il-kontenut u l-evoluzzjoni tiegħu u għandu jiġi ppubblikat kull sena għas-sena kalendarja preċedenti. |
VI. Miżuri applikabbli għal reġistranti li jkunu konformi
|
29. |
Il-permessi ta' aċċess għall-bini tal-Parlament jinħarġu biss lil individwi li jirrappreżentaw, jew li jaħdmu għal, organizzazzjonijiet li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-reġistru, sakemm dawk l-organizzazzjonijiet jew individwi jkunu rreġistraw. Madankollu, ir-reġistrazzjoni ma tagħtix dritt awtomatiku għal tali permess ta’ aċċess. Il-ħruġ u l-kontroll ta' permessi li jippermettu aċċess għal perjodu fit-tul għall-bini tal-Parlament Ewropew għandhom jibqgħu proċedura interna tal-Parlament taħt ir-responsabilità tiegħu stess. |
|
30. |
Il-partijiet għandhom joffru inċentivi, fil-qafas tal-awtorità amministrattiva tagħhom, sabiex iħeġġu biex issir ir-reġistrazzjoni fi ħdan il-qafas maħluq minn dan il-ftehim. L-inċentivi offruti mill-Parlament Ewropew lir-reġistranti jistgħu jinkludu:
L-inċentivi offruti mill-Kummissjoni Ewropea lir-reġistranti jistgħu jinkludu:
L-inċentivi speċifiċi disponibbli għar-reġistranti għandhom jiġu kkomunikati lilhom mill-partijiet. |
VII. Miżuri f’każ ta’ nuqqas ta' konformita' mal-kodiċi ta’ kondotta
|
31. |
Kwalunkwe persuna tista' tressaq twissijiet u ilmenti, bl-użu tal-formola ta' kuntatt standard disponibbli fuq il-websajt tar-reġistru, rigward il-possibilità ta' nuqqas ta' konformita' mal-kodiċi ta' kondotta stipulat fl-Anness 3. It-twissijiet u l-ilmenti għandhom jiġu mmaniġġjati skont il-proċeduri stipulati fl-Anness 4. |
|
32. |
Mekkaniżmu ta' twissija huwa għodda li tikkomplementa l-verifiki tal-kwalità mwettqa mill-JTRS skont il-paragrafu 24. Kwalunkwe persuna tista’ tressaq twissija rigward żbalji fattwali li jikkonċernaw l-informazzjoni pprovduta mir-reġistranti. It-twissijiet jistgħu jitressqu wkoll rigward reġistrazzjonijiet mhux eliġibbli. |
|
33. |
Kwalunkwe persuna tista' tressaq ilment formali fejn ikun hemm suspett ta' nuqqas ta' konformita' mal-kodiċi ta' kondotta mir-reġistrant, minbarra żbalji fattwali. L-ilmenti għandhom jiġu ssostanzjati minn fatti materjali fir-rigward tas-suspett ta' nuqqas ta' konformita' mal-kodiċi. Il-JTRS għandu jinvestiga dwar is-suspett ta' nuqqas ta' konformita' filwaqt li jitqiesu kif xieraq il-prinċipji tal-proporzjonalità u l-amministrazzjoni tajba. In-nuqqas ta' konformita' intenzjonali mal-kodiċi ta' kondotta mir-reġistranti jew mir-rappreżentanti tagħhom għandha twassal biex jiġu applikati l-miżuri stipulati fl-Anness 4. |
|
34. |
Fejn nuqqas ta' kooperazzjoni ripetuta, imġiba inadegwata ripetuta jew nuqqas ta' konformita' serja mal-kodiċi ta' kondotta jkunu ġew identifikati mill-JTRS taħt il-proċeduri msemmija fil-paragrafi 31 sa 33, ir-reġistrant ikkonċernat għandu jitneħħa mir-reġistru għal perjodu ta' żmien ta' sena jew sentejn u l-miżura tissemma pubblikament fir-reġistru, kif stipulat fl-Anness 4. |
VIII. Involviment ta’ istituzzjonijiet u korpi oħrajn
|
35. |
Il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill huma mistednin jissieħbu f’dan ir-reġistru. Istituzzjonijiet, korpi u aġenziji oħrajn tal-UE huma mħeġġa sabiex huma wkoll jużaw il-qafas maħluq minn dan il-ftehim bħala strument ta' riferenza għall-interazzjonijiet tagħhom mal-organizzazzjonijiet u ma' individwi li jaħdmu għal rashom involuti fit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-politika tal-UE. |
IX. Dispożizzjonijiet finali
|
36. |
Dan il-ftehim għandu jissostitwixxi l-ftehim bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea tat-23 ta' Ġunju 2011 li l-effetti tiegħu ma jibqgħux japplikaw wara d-data ta' applikazzjoni ta' dan il-ftehim. |
|
37. |
Ir-reġistru għandu jiġi eżaminat mill-ġdid fl-2017. |
|
38. |
Dan il-ftehim għandujidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-publikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għandu japplika minn .... (*1) jew mill-1 ta' Jannar 2015 skont liema data tiġi l-ewwel. |
Entitajiet li jkunu diġà rreġistrati fid-data ta' applikazzjoni ta' dan il-ftehim għandhom jemendaw ir-reġistrazzjoni tagħhom biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw minn dan il-ftehim fi żmien tliet xhur minn dik id-data.
Magħmul fi …,
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
Għall-Kummissjoni Ewropea
Il-Viċi President
(1) ĠU L 191, 22.7.2011, p. 29.
(2) ĠU C 271 E, 12.11.2009, p. 48.
(3) ĠU C 377 E, 7.12.2012, p. 176.
(4) Il-kodiċi ta' kondotta professjonali li reġistrant huwa marbut bih jista' jimponi obbligi li huma aktar stretti mir-rekwiżiti tal-kodiċi ta' kondotta stipulat fl-Anness 3.
(5) Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).
(*1) ĠU: jekk jogħġbok daħħal id-data: 3 xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan il-ftehim.
Anness 1
“Ir-Reġistru tat-Trasparenza”
Organizzazzjonijiet u individwi li jaħdmu għal rashom involuti fit-tfassil u fl-implimentazzjoni tal-politika tal-UE
|
Taqsimiet |
Karatteristiċi /rimarki |
|||||||
|
|
|||||||
|
Subtaqsima |
Konsulenzi professjonali |
Ditti li jwettqu, f'isem il-klijenti, attivitajiet li jinvolvu appoġġ, lobbying, promozzjoni, interessi pubbliċi u relazzjonijiet ma’ awtoritajiet pubbliċi. |
||||||
|
Subtaqsima |
Ditti legali |
Ditti legali li jwettqu, f'isem il-klijenti, attivitajiet li jinvolvu appoġġ, lobbying, promozzjoni, interessi pubbliċi u relazzjonijiet ma’ awtoritajiet pubbliċi. |
||||||
|
Subtaqsima |
Konsulenti li jaħdmu għal rashom |
Konsulenti li jaħdmu għal rashom li jwettqu, f'isem il-klijenti, attivitajiet li jinvolvu appoġġ, lobbying, promozzjoni, interessi pubbliċi u relazzjonijiet ma’ awtoritajiet pubbliċi. Din is-subtaqsima hija għar-reġistrazzjoni tal-entitajiet li jinvolvu biss persuna waħda. |
||||||
|
|
|||||||
|
Subtaqsima |
Kumpaniji u gruppi |
Kumpaniji jew gruppi ta’ kumpaniji (bi status ġuridiku jew mingħajru) li jwettqu internament, f’isimhom stess, attivitajiet li jinvolvu appoġġ, lobbying, promozzjoni, interessi pubbliċi u relazzjonijiet ma’ awtoritajiet pubbliċi. |
||||||
|
Subtaqsima |
Assoċjazzjonijiet tal-kummerċ u tan-negozju |
Organizzazzjonijiet (bi skop jew mingħajr skop ta’ profitt) li jirrappreżentaw kumpaniji li jagħmlu profitt jew gruppi u pjattaformi mħalltin. |
||||||
|
Subtaqsima |
Trade unions u assoċjazzjonijiet professjonali |
Rappreżentanza ta’ gruppi ta' interess ta’ ħaddiema, impjegati, negozji jew professjonijiet. |
||||||
|
Subtaqsima |
Organizzazzjonijiet oħrajn inklużi:
|
|
||||||
|
|
|||||||
|
Subtaqsima |
Organizzazzjonijiet mhux governattivi, pjattaformi, netwerks, koalizzjonijiet ad hoc, strutturi temporanji u organizzazzjonijiet oħrajn simili. |
Organizzazzjoni mingħajr skop ta’ profitt (bi status ġuridiku jew mingħajru), li huma indipendenti minn awtoritajiet pubbliċijew organizzazzjonijiet kummerċjali. Inklużi l-fondazzjonijiet, l-entijiet tal-karità, eċċ. Kwalunkwe tip ta' entità li tinkludi elementi bi skop ta’ profitt fis-sħubija tagħha għandha tirreġistra fit-Taqsima II. |
||||||
|
|
|||||||
|
Subtaqsima |
Think tanks u istituzzjonijiet ta’ riċerka |
Think tanks u istituzzjonijiet ta’ riċerka speċjalizzati li huma involuti fl-attivitajiet u l-politiki tal-Unjoni Ewropea. |
||||||
|
Subtaqsima |
Istituzzjonijiet akkademiċi |
Istituzzjonijiet li l-iskop primarju tagħhom huwa l-edukazzjoni imma li huma involuti fl-attivitajiet u l-politiki tal-Unjoni Ewropea |
||||||
|
|
|||||||
|
Subtaqsima |
Organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw knejjes u komunitajiet reliġjużi |
Entitajiet ġuridiċi, uffiċċji, netwerks jew assoċjazzjonijiet imwaqqfin għal attivitajiet ta’ rappreżentanza. |
||||||
|
|
|||||||
|
Subtaqsima |
Strutturi reġjonali |
Ir-reġjuni infushom u l-uffiċċji rappreżentattivi tagħhom mhumiex mistennija jirreġistraw, iżda jistgħu jirreġistraw jekk ikunu jixtiequ. Assoċjazzjonijiet jew netwerks nazzjonali maħluqa biex jirrappreżentaw ir-reġjuni b’mod kollettiv huma mistennija jirreġistraw. |
||||||
|
Subtaqsima |
Awtoritajiet pubbliċi subnazzjonali oħrajn |
L-awtoritajiet pubbliċi subnazzjonali oħrajn kollha, bħal bliet, awtoritajiet lokali u muniċipali, jew l-uffiċċji ta' rappreżentanza tagħhom, u l-assoċjazzjonijiet jew in-netwerks nazzjonali, huma mistennija jirreġistraw. |
||||||
|
Subtaqsima |
Assoċjazzjonijiet transnazzjonali u netwerks ta' awtoritajiet pubbliċi reġjonali jew subnazzjonali oħrajn |
|
||||||
|
Subtaqsima |
Entitajiet pubbliċi jew imħalltin oħrajn, maħluqa mil-liġi li l-għan tagħhom huwa li jaġixxu fl-interess pubbliku |
Inklużi organizzazzjonijiet oħrajn bi status pubbliku jew imħallat (pubbliċi/privati). |
||||||
Anness 2
Informazzjoni li għandha tingħata mir-reġistranti
I. INFORMAZZJONI ĠENERALI U BAŻIKA
|
a) |
l-isem jew l-ismijiet tal-organizzazzjoni, l-indirizz tal-uffiċċju prinċipali u l-indirizz ta’ Brussell, il-Lussemburgu jew Strasburgu meta rilevanti, in-numru tat-telefon, l-indirizz tal-posta elettronika, il-websajt tal-organizzazzjoni; |
|
b) |
id-dettalji tal-persuna legalment responsabbli mill-organizzazzjoni u l-isem tad-direttur jew soċju responsabbli għall-ġestjoni tal-organizzazzjoni jew, jekk applikabbli, il-punt ta' kuntatt prinċipali tal-organizzazzjoni f’dak li għandu x’jaqsam mal-attivitajiet koperti mir-reġistru (jiġifieri l-kap tal-affarijiet tal-UE); l-ismijiet tal-persuni b’awtorizzazzjoni ta’ aċċess għall-bini tal-Parlament Ewropew (1); |
|
c) |
l-għadd ta' persuni (membri, persunal, eċċ.) involuti fl-attivitajiet koperti mir-reġistru u ta' persuni li jibbenefikaw minn permess ta' aċċess għall-bini tal-Parlament Ewropew u l-ammont ta' ħin li tqatta' kull persuna f' dawk l-attivitajiet skont il-perċentwali li ġejjin ta' attività full-time: 25 %, 50 %, 75 % jew 100 %; |
|
d) |
l-objettivi/il-mandat – l-oqsma ta’ interess – l-attivitajiet – il-pajjiżi fejn issir il-ħidma – l-affiljazzjonijiet ma' netwerks – it-tagħrif ġenerali li jaqa' fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-reġistru; |
|
e) |
is-sħubija u, jekk applikabbli, l-għadd ta’ membri (individwi u organizzazzjonijiet). |
II. INFORMAZZJONI SPEĊIFIKA
A. ATTIVITAJIET KOPERTI MIR-REĠISTRU
Għandhom jiġu pprovduti dettalji speċifiċi dwar il-proposti leġiżlattivi jew il-politiki ewlenin li jkunu fil-mira tal-attivitajiet tar-reġistrant, u li huma koperti mir-reġistru. Tista' ssir referenza għal attivitajiet speċifiċi oħrajn, bħal avvenimenti jew pubblikazzjonijiet.
B. KONNESSJONIJIET MA’ ISTITUZZJONIJIET TAL-UE
|
a) |
Sħubija fi gruppi ta' livell għoli, kumitati konsultattivi, gruppi ta' esperti, strutturi u pjattaformi oħrajn appoġġjati mill-UE, eċċ. |
|
b) |
Sħubija jew parteċipazzjoni f’intergruppi tal-Parlament Ewropew jew f'fora tal-industrija, eċċ. |
C. INFORMAZZJONI FINANZJARJA RELATATA MAL-ATTIVITAJIET KOPERTI MIR-REĠISTRU
|
1. |
Ir-reġistranti kollha għandhom jipprovdu:
|
|
2. |
Konsulenzi professjonali/ditti legali/konsulenti li jaħdmu għal rashom (Taqsima I tal-Anness 1) għandhom addizzjonalmentjipprovdu:
|
|
3. |
Lobbyists interni u assoċjazzjonijiet tan-negozju / tal-kummerċ / professjonali (Taqsima II tal-Anness 1) għandhom addizzjonalmentjipprovdu:
il-fatturat attribwibbli għall-attivitajiet koperti mir-reġistru, inkluż għal ammonti inqas minn EUR 10 000. |
|
4. |
Organizzazzjonijiet mhux governattivi, think tanks, istituzzjonijiet ta' riċerka u akkademiċi – organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw knejjes u komunitajiet reliġjużi – organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw awtoritajiet lokali, reġjonali u muniċipali, entitajiet pubbliċi jew imħalltin oħrajn, eċċ (Taqsimiet III sa VI tal-Anness 1) għandhom addizzjonalmentjipprovdu:
|
(1) Ir-reġistranti jistgħu jitolbu awtorizzazzjoni ta' access għall-bini tal-Parlament Ewropew fi tmiem il-proċess ta' reġistrazzjoni. L-ismijiet tal-individwi li jirċievu l-permessi ta' aċċess għall-bini tal-Parlament għandhom jiddaħħlu fir-reġistru. Ir-reġistrazzjoni ma tagħtix dritt awtomatiku għal talipermess ta’ aċċess.
(2) http://ec.europa.eu/budget/fts/index_en.htm
Anness 3
Kodiċi ta’ kondotta
Il-partijiet jikkunsidraw li r-rappreżentanti kollha ta' gruppi ta' interess li jinteraġġixxu magħhom, kemm f'okkażjoni waħda jew b'mod aktar frekwenti, irreġistrati jew mhumiex, għandhom jaġixxu f'konformita' ma' dan il-kodiċi ta' kondotta.
Fir-relazzjonijiet tagħhom mal-istituzzjonijiet tal-UE u mal-Membri, mal-uffiċjali u persunal ieħor tagħhom, ir-rappreżentanti ta' gruppi ta' interess:
|
(a) |
għandhom dejjem jidentifikaw ruħhom bl-isem u bin-numru ta' reġistrazzjoni, jekk applikabbli, u bl-isem tal-entità jew entitajiet li jaħdmu għalihom jew li jkunu qed jirrappreżentaw; jiddikjaraw l-interessi, l-objettivi jew l-għanijiet li jippromwovu u, fejn applikabbli, jispeċifikaw il-klijenti jew il-membri li jirrappreżentaw; |
|
(b) |
m'għandhomx jiksbu jew jipprovaw jiksbu informazzjoni jew deċiżjonijiet b’mod diżonest jew bl-użu ta’ pressjoni indebita jew imġiba mhux xierqa; |
|
(c) |
m'għandhomx jippretendu li għandhom relazzjoni formali mal-Unjoni Ewropea jew ma’ xi waħda mill-istituzzjonijiet tagħha fit-tranżazzjonijiet tagħhom ma’ terzi, jew jirrappreżentaw b'mod qarrieqi l-effett tar-reġistrazzjoni b'mod li jiżgwida lill-partijiet terzi jew lill-uffiċjali jew persunal ieħor tal-Unjoni Ewropea, jew jużaw il-logos tal-istituzzjonijiet tal-UE mingħajr awtorizzazzjoni espressa; |
|
(d) |
għandhom jiżguraw li, sa fejn jafu huma, it-tagħrif li jagħtu meta jirreġistraw u sussegwentement fil-qafas tal-attivitajiet tagħhom koperti mir-reġistru, ikun komplet, aġġornat u ma jiżgwidax; jaċċettaw li t-tagħrif kollu provdut ikun soġġett għal eżami mill-ġdid u jaqblu li jikkooperaw mat-talbiet amministrattivi għal informazzjoni u aġġornamenti kumplementari; |
|
(e) |
m'għandhomx ibiegħu lil terzi kopji ta’ dokumenti miksuba minn istituzzjonijiet tal-UE; |
|
(f) |
b’mod ġenerali għandhom jirrispettaw u jevitaw kwalunkwe xkiel għall-implimentazzjoni u l-applikazzjoni tar-regoli, il-kodiċijiet u l-prattiki ta’ governanza tajba kollha stabbiliti mill-istituzzjonijiet tal-UE; |
|
(g) |
m'għandhomx iwasslu biex Membri tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, uffiċjali jew persunal ieħor tal-Unjoni Ewropea, jew assistenti jew apprendisti ta’ dawk il-Membri, jiksru r-regoli jew l-istandards ta’ kondotta applikabbli għalihom; |
|
(h) |
għandhom, jekk jimpjegaw persuni li qabel kienu uffiċjali jew persunal ieħor tal-Unjoni Ewropea jew assistenti jew apprendisti tal-Membri tal-istituzzjonijiet tal-UE, jirrispettaw l-obbligu ta' dawk il-persuni li jirrispettaw ir-regoli u r-rekwiżiti ta’ kunfidenzjalità applikabbli għalihom; |
|
(i) |
għandhom jiksbu l-kunsens minn qabel tal-Membru jew tal-Membri tal-Parlament Ewropew ikkonċernat rigward kwalunkwe relazzjoni kuntrattwali ma', jew impjieg ta', kwalunkwe individwu fi ħdan l-entourage maħtur ta’ Membru; |
|
(j) |
għandhom josservaw kwalunkwe regola dwar id-drittijiet u r-responsabbiltajiet ta' Membri preċedenti tal-Parlament Ewropew u tal-Kummissjoni Ewropea; |
|
(k) |
għandhom jinfurmaw lil kulmin jirrappreżentaw dwar l-obbligi tagħhom lejn l-istituzzjonijiet tal-UE. |
L-individwi li jkunu rreġistraw mal-Parlament Ewropew bil-ħsieb li jinħarġilhom permess personali u mhux trasferibbli li jagħti aċċess għall-bini tal-Parlament Ewropew għandhom:
|
(l) |
jiżguraw li jġorru fuqhom b’mod viżibbli l-permess ta’ aċċess f’kull ħin fil-bini tal-Parlament Ewropew; |
|
(m) |
josservaw strettament ir-Regoli ta’ Proċedura relevanti tal-Parlament Ewropew; |
|
(n) |
jaċċettaw li kwalunkwe deċiżjoni dwar talba għal aċċess għall-bini tal-Parlament Ewropew tkun il-prerogativa esklużiva tal-Parlament u li r-reġistrazzjoni ma tagħtix dritt awtomatiku għal permess ta' aċċess. |
Anness 4
Proċedura għat-twissijiet u għall-investigazzjoni u t-trattament tal-ilmenti
I. TWISSIJIET
Kwalunkwe persuna tista’ tressaq twissija quddiem il-JTRS, billi timla l-formola ta’ kuntatt standard disponibbli fuq il-websajt tar-reġistru, fir-rigward ta’ tagħrif inkluż fir-reġistru u reġistrazzjonijiet mhux eliġibbli.
Fejn isiru twissijiet dwar it-tagħrif li jinsab fir-reġistru, dawn jiġu ttrattati bħala allegazzjonijiet ta’ nuqqas ta' konformita' mal-punt (d) tal-kodiċi ta’ kondotta stabbilit fl-Anness 3 (1). Ir-reġistrant ikkonċernat jintalab jaġġorna l-informazzjoni jew jispjega lill-JTRS ir-raġuni li minħabba fiha l-informazzjoni ma għandhiex bżonn tiġi aġġornata. Meta r-reġistrant ikkonċernat ma jikkooperax, jistgħu jiġu applikati l-miżuri mniżżla fit-tabella tal-miżuri ta' hawn taħt (ringieli 2 sa 4).
II. ILMENTI
Stadju 1: Il-preżentazzjoni ta’ lment
|
1. |
Kwalunkwe persuna tista’ tippreżenta lment lill-JTRS billi timla formola standard disponibbli fuq il-websajt tar-reġistru. Dik il-formola għandu jkun fiha l-informazzjoni li ġejja:
L-ilmenti anonimi m'għandhomx jiġu kkunsidrati. |
|
2. |
L-ilment għandu jispeċifika l-klawsoli tal-kodiċi ta’ kondotta li fir-rigward tagħhom min jagħmel l-ilment jallega li kien hemm nuqqas ta' konformita'. Kull ilment, fejn, mill-bidu nett, il-JTRS tqis b'mod ċar li jkun każ ta' nuqqas ta' konformita' mhux intenzjonata, jista' jiġi meqjus mill-ġdid bħala “twissija” mill-JTRS. |
|
3. |
Il-Kodiċi ta' kondotta japplika b’mod esklużiv għar-relazzjonijiet bejn ir-rappreżentanti ta’ gruppi ta' interess u l-istituzzjonijiet tal-UE u ma jistax jintuża biex jirregola relazzjonijiet bejn partijiet terzi jew bejn reġistranti. |
Stadju 2: Ammissibiltà
|
4. |
Mal-wasla tal-ilment il-JTRS għandu:
|
|
5. |
Jekk l-ilment jitqies inammissibli, il-JTRS għandu jgħarraf bil-miktub lil min ikun għamel l-ilment, filwaqt li jiddikjara r-raġunijiet għad-deċiżjoni. |
|
6. |
Jekk l-ilment jitqies ammissibbli, kemm min jagħmel l-ilment kif ukoll ir-reġistrant ikkonċernat għandhomjiġu infurmati mill-JTRS dwar id-deċiżjoni u l-proċedura li għandha tiġi segwita, kif stabbilit hawn taħt. |
Stadju 3: L-immaniġġjar ta’ lment ammissibbli – eżaminar u miżuri proviżorji
|
7. |
Ir-reġistrant ikkonċernat għandu jiġi notifikat mill-JTRS dwar il-kontenut tal-ilment u tal-klawsola jew klawsoli li allegatament inkisru u fl-istess ħin għandujiġi mistieden jippreżenta pożizzjoni b'risposta għal dak l-ilment fi żmien 20 jum tax-xogħol. Bħala appoġġ għal dik il-pożizzjoni, u fl-istess skadenza, ir-reġistrant jista’ jippreżenta ukoll memorandum magħmul minn organizzazzjoni professjonali rappreżentattiva, b’mod partikolari għall-professjonijiet jew l-organizzazzjonijiet regolati soġġetti għal kodiċi ta’ kondotta professjonali. |
|
8. |
In-nuqqas ta' konformita' mal-iskadenza indikata fil-paragrafu 7 għandhatwassal għal sospensjoni temporanja tar-reġistrant ikkonċernat mir-reġistru sakemm jerġa' jkun hemm kooperazzjoni. |
|
9. |
L-informazzjoni kollha miġbura waqt l-investigazzjoni għandha tiġi eżaminata mill-JTRS, li jista’ jiddeċiedi li jisma’ lir-reġistrant ikkonċernat jew lil min ikun għamel l-ilment, jew lit-tnejn li huma. |
|
10. |
Jekk wara li jiġi eżaminat il-materjal ipprovdut jidher li l-ilment ikun infondat, il-JTRS għandujinforma kemm lir-reġistrant kif ukoll lil min ikun għamel l-ilment bid-deċiżjoni dwar dan, u jiddikjara r-raġunijiet għad-deċiżjoni. |
|
11. |
Jekk l-ilment jintlaqa', ir-reġistrant ikkonċernat jiġi sospiż b’mod temporanju mir-reġistru sakemm jittieħdu l-passi biex tiġi indirizzata l-problema (ara l-Istadju 4 hawn taħt) u jista’ jkun soġġett għal għadd ta’ miżuri addizzjonali inkluż it-tneħħija mir-reġistru u l-irtirar, fejn applikabbli, ta’ kwalunkwe awtorizzazzjoni ta’ aċċess għall-bini tal-Parlament Ewropew skont il-proċeduri interni ta' dik l-istituzzjoni (ara l-Istadju 5 u r-ringieli 2-4 fit-tabella tal-miżuri ta' hawn taħt), prinċipalment f’każijiet ta’ nuqqas ta’ kooperazzjoni. |
Stadju 4: L-immaniġġjar ta’ lment ammissibbli – risoluzzjoni
|
12. |
Meta ilment jiġi milqugħ u jiġu identifikati kwistjonijiet problematiċi, il-JTRS jieħu l-passi kollha meħtieġa f'kooperazzjoni mar-reġistrant ikkonċernat biex tiġi indirizzata l-kwistjoni u tinstab risoluzzjoni. |
|
13. |
Jekk ir-reġistrant ikkonċernat jikkoopera il-JTRS għandu jiġi alloka perjodu raġjonevoli ta’ żmien, fuq il-bażi ta’ każ b’każ, biex tinsab risoluzzjoni. |
|
14. |
Fejn tiġi identifikata risoluzzjoni possibbli għall-kwistjoni, u r-reġistrant ikkonċernat jikkoopera biex tiġi applikata dik ir-risoluzzjoni, terġa' tiġi riattivata r-reġistrazzjoni ta' dak ir-reġistrant u l-ilment jingħalaq. Il-JTRS għandu jinforma kemm lir-reġistrant ikkonċernat kif ukoll lil min ikun għamel l-ilment bid-deċiżjoni kkonċernata, filwaqt li jagħti r-raġunijiet għal dik id-deċiżjoni. |
|
15. |
Fejn tiġi identifikata risoluzzjoni possibbli għall-kwistjoni, u r-reġistrant ikkonċernat ma jikkooperax biex dik ir-risoluzzjoni tingħata effett, ir-reġistrazzjoni tar-reġistrant ikkonċernat għandha titħassar (ara r-ringieli 2 u 3 tat-tabella tal-miżuri ta' hawn taħt). Il-JTRS għandu jinforma kemm lir-reġistrant ikkonċernat kif ukoll lil min jagħmel l-ilment bid-deċiżjoni kkonċernata, filwaqt li jagħti r-raġunijiet għal dik id-deċiżjoni. |
|
16. |
Fejn il-possibilità ta' risoluzzjoni tal-kwistjoni titlob deċiżjoni minn parti terza, inkluża awtorità fi Stat Membru, id-deċiżjoni finali tal-JTRS għandhatkun sospiża sakemm tittieħed dik id-deċiżjoni. |
|
17. |
Jekk ir-reġistrant ma jikkooperax fi żmien 40 jum tax-xogħol min-notifika tal-ilment skont il-paragrafu 7, għandhom japplikaw il-miżuri ta' nuqqas ta' konformita' (ara l-paragrafi 19 sa 22 tal-Istadju 5 u r-ringieli 2 sa 4 tat-tabella tal-miżuri li tinsab iktar 'l isfel). |
Stadju 5: L-immaniġġjar ta’ lment ammissibbli – il-miżuri li għandhom jiġu applikati fl-eventwalità ta’ nuqqas ta' konformita' mal-Kodiċi ta’ Kondotta
|
18. |
Fejn ir-reġistrant ikkonċernat iwettaq korrezzjonijiet immedjati, kemm min jagħmel l-ilment kif ukoll ir-reġistrant ikkonċernat jirċievu konferma bil-miktub tal-fatti u l-korrezzjonijiet tagħhom mill-JTRS (ara r-ringiela 1 tat-tabella tal-miżuri ta' hawn taħt). |
|
19. |
Jekk ir-reġistrant ikkonċernat ma jiħux azzjoni fl-iskadenza ta' 40 jum stabbiliti fil-paragrafu 17, għandu jitneħħa mir-reġistru (ara r-ringiela 2 tat-tabella tal-miżuri ta' hawn taħt) u jitlef l-aċċess għal kwalunkwe inċentiv marbut mar-reġistrazzjoni. |
|
20. |
Fejn tiġi identifikata imġiba mhux xierqa, ir-reġistrant ikkonċernat għandu jitneħħa mir-reġistru (ara r-ringiela 3 tat-tabella tal-miżuri ta' hawn taħt) u jitlef kwalunkwe inċentiv marbut mar-reġistrazzjoni. |
|
21. |
Fil-każijiet imsemmija fil-paragrafi 19 u 20, ir-reġistrant ikkonċernat jista' jerġa' jirreġistra, jekk ikun instab rimedju għar-raġunijiet li jkunu wasslu biex jitneħħa. |
|
22. |
Fejn jidher li jkun hemm nuqqas ta’ kooperazzjoni jew imġiba mhux xierqa b’mod repetut u deliberat, jew fejn tiġi identifikata nuqqas ta' konformita' serja (ara r-ringiela 4 tat-tabella tal-miżuri ta' hawn taħt), il-JTRS għandu jadottata deċiżjoni li tipprojbixxi reġistrazzjoni mill-ġdid għal perjodu ta' sena jew sentejn (skont il-gravità tal-każ). |
|
23. |
Il-JTRS għandu jinnotika lir-reġistrant ikkonċernat u lil min jagħmel l-ilment bi kwalunkwe miżura adottata skont il-paragrafi 18 sa 22 jew ir-ringieli 1 sa 4 fit-tabella tal-miżuri ta' hawn taħt. |
|
24. |
Fil-każijiet fejn miżura adottata mill-JTRS tirriżulta fit-tneħħija mir-reġistru għal perjodu fit-tul (ara r-ringiela 4 tat-tabella tal-miżuri ta' hawn taħt), ir-reġistrant ikkonċernat jista’, fi żmien 20 jum tax-xogħol min-notifika tal-miżura, iressaq talba motivata lis-Segretarji Ġenerali tal-Parlament Ewropew u tal-Kummissjoni Ewropea biex dik il-miżura tkun eżaminata mill-ġdid. |
|
25. |
Malli tiskadi l-iskadenza ta' 20 jum jew wara li s-Segretarji Ġenerali jkunu ħadu d-deċiżjoni finali, il-Viċi President rilevanti tal-Parlament Ewropew u l-Viċi President rilevanti tal-Kummissjoni Ewropea għandhom jiġu infurmati u l-miżura tiġi ppubblikata fir-reġistru. |
|
26. |
Meta deċiżjoni dwar il-projbizzjoni ta’ reġistrazzjoni mill-ġdid għal ċertu perjodu ta’ żmien timplika l-irtirar tal-possibbiltà li tintalab awtorizzazzjoni għal aċċess għall-bini tal-Parlament Ewropew bħala rappreżentant ta’ grupp ta' interess, is-Segretarju Ġenerali tal-Parlament Ewropew għandu jippreżenta proposta lill-Kulleġġ tal-Kwesturi, li għandu jiġi mistieden jawtorizza l-irtirar tal-awtorizzazzjoni għal aċċess relatata tal-individwu jew individwi kkonċernati għal dak il-perjodu ta’ żmien. |
|
27. |
Fid-deċiżjonijiet tiegħu dwar il-miżuri applikabbli skont dan l-Anness, il-JTRS għandu jikkunsidra kif xieraq il-prinċipji ta’ proporzjonalità u ta' amministrazzjoni tajba. Il-JTRS għandu jopera taħt il-koordinazzjoni tal-Kap ta’ Unità fis-Segretarjat Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea, u taħt l-awtorità tas-Segretarji Ġenerali tal-Parlament Ewropew u tal-Kummissjoni Ewropea, li għandhom jinżammu dejjem infurmati kif xieraq. Tabella ta’ miżuri disponibbli f'każ ta’ nuqqas ta' konformita' mal-Kodiċi ta’ Kondotta
|
(1) Il-punt (d) jirrikjedi li r-rappreżentanti ta' gruppi ta' interess, fir-relazzjonijiet tagħhom mal-istituzzjonijiet tal-UE u mal-Membri, mal-uffiċjali u persunal ieħor tagħhom, “jiżguraw li, sa fejn jafu huma, it-tagħrif li jagħtu meta jirreġistraw u sussegwentement fil-qafas tal-attivitajiet tagħhom koperti mir-reġistru, ikun komplet, aġġornat u ma jiżgwidax” u “jaċċettaw li t-tagħrif kollu provdut ikun soġġett għal eżami mill-ġdid u jaqblu li jikkooperaw mat-talbiet amministrattivi għal informazzjoni u aġġornamenti kumplementari;”.