|
23.12.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 482/244 |
P7_TA(2014)0033
Ħatra ta' Membru tal-Bord Eżekuttiv tal-BĊE (Ms Sabine Lautenschläger)
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Jannar 2014 dwar ir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill fir-rigward tal-ħatra ta' Membru tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew (N7-0002/2014 – C7-0010/2014 – 2014/0801(NLE))
(Konsultazzjoni)
(2016/C 482/45)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-7 ta' Jannar 2014 (N7-0002/2014) (1), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 283(2), it-tieni inċiż, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill Ewropew (C7-0010/2014), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 109 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A7-0023/2014), |
|
A. |
billi, bl-ittra tat-8 ta' Jannar 2014, li waslet fid-9 ta’ Jannar 2014, il-Kunsill Ewropew ikkonsulta lill-Parlament Ewropew dwar in-nomina ta' Sabine Lautenschläger għall-kariga ta' Membru tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) għal mandat ta' tmien snin; |
|
B. |
billi l-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji tiegħu evalwa l-kredenzjali tas-Sa Lautenschläger, b'mod partikolari fir-rigward tar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 283(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) u, kif jirriżulta mill-Artikolu 130 tat-Trattat, tal-ħtieġa tal-indipendenza totali tal-BĊE fil-qasam tal-politika monetarja, u billi, fil-qafas ta' din l-evalwazzjoni, il-Kumitat irċieva mis-Sa Lautenschläger curriculum vitae kif ukoll it-tweġibiet tagħha għall-kwestjonarju miktub li kien indirizzat lilha; |
|
C. |
billi l-Kumitat imbagħad, fit-13 ta' Jannar 2014, proċeda b'seduta ta' smigħ mas-Sa Lautenschläger li matulha din għamlet stqarrija preliminari u wara wieġbet għall-mistoqsijiet li saru mill-membri tal-Kumitat; |
|
1. |
Jagħti opinjoni favorevoli dwar ir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill għall-ħatra ta’ Sabine Lautenschläger bħala Membru tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew; |
|
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill kif ukoll lill-gvernijiet tal-Istati Membri |
(1) Għadha mhix ippubblikata fil-ĠU.