52014DC0723

ABBOZZ tal-Baġit Ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015 INTRODUZZJONI ĠENERALI /* COM/2014/0723 final */


DOKUMENTI

                                     

ABBOZZ tal-Baġit Ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015

INTRODUZZJONI ĠENERALI

ABBOZZ TAL-BAĠIT ĠENERALI 2015

DIKJARAZZJONI TAD-DĦUL U N-NEFQA SKONT IT-TAQSIMA

Wara li kkunsidrat:

– it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 314 tiegħu, flimkien mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 106a tiegħu,

– ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni[1] u b’mod partikolari l-Artikolu 38 tiegħu,

– ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju multiannwali għas-snin 2014-2020[2], u b’mod partikolari l-Artikolu 13 tiegħu,

– l-abbozz tal-baġit ġenerali oriġinali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015 imressaq mill-Kummissjoni fl-24 ta' Ġunju 2014[3],

– l-ittra emendatorja Nru 1/2015[4],

– il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz tal-baġit ġenerali oriġinali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, adottata mill-Kunsill fit-2 ta' Settembru 2014,

– l-emendi tal-Parlament Ewropew għall-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz tal-baġit ġenerali oriġinali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, adottati mill-Parlament Ewropew fit-22 ta' Ottubru 2014,

Il-Kummissjoni Ewropea b'dan tippreżenta lill-awtorità baġitarja l-abbozz tal-baġit ġenerali għall-2015.

WERREJ

1.       Introduzzjoni 5

2.       Il-qafas finanzjarju pluriennali u l-abbozz il-ġdid tal-baġit 2015. 6

2.1.         Limiti massimi tal-qafas finanzjarju pluriennali għall-baġit tal-2015. 6

2.2.         Ħarsa ġenerali lejn l-Abbozz tal-Baġit tal-2015 il-ġdid. 6

3.       Elementi Ewlenin tal-Proposta l-Ġdida ta' Abbozz tal-Baġit. 8

3.1.         L-Intestaturi tan-Nefqa tal-Qafas Finanzjarju. 9

3.1.1.      Linji “magħluqa”. 9

3.1.2.      Intestatura 1a — Kompetittività għat-Tkabbir u l-Impjiegi 9

3.1.3.      Intestatura 1b — Koeżjoni Ekonomika, Soċjali u Territorjali 9

3.1.4.      Intestatura 2 — Tkabbir Sostenibbli: Riżorsi Naturali 9

3.1.5.      Intestatura 3 — Sigurtà u Ċittadinanza. 10

3.1.6.      Intestatura 4 — Ewropa Globali 10

3.1.7.      Intestatura 5 — Amministrazzjoni 10

3.2.         Kwistjonijiet orizzontali 11

3.2.1.      Aġenziji deċentralizzati 11

3.2.2.      Aġenziji eżekuttivi 11

3.2.3.      Proġetti Pilota u Azzjonijiet Preparatorji 11

3.2.4.      Trasferiment tal-“kostijiet amministrattivi komuni tad-delegazzjonijiet tal-UE”. 11

3.2.5.      Rimarki dwar il-Baġit 11

3.3.         Approċċ Ġenerali dwar l-Approprjazzjonijiet ta' Pagament. 11

4.       Rimarki tal-Għeluq.. 12

5.       Abbozz tal-baġit tal-2015 skont l-intestaturi tal-qafas finanzjarju u l-programmi ewlenin.. 13

BIDLIET FID-DIKJARAZZJONI TAD-DĦUL U N-NEFQA SKONT IT-TAQSIMA

Il-bidliet fid-dikjarazzjoni tad-dħul u n-nefqa skont it-taqsima huma disponibbli fuq il-EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/budget/www/index-mt.htm). Il-verżjoni bl-Ingliż tal-bidliet f'dawn id-dikjarazzjonijiet skont it-taqsima hija mehmuża għall-informazzjoni bħala anness tal-baġit.

1.           Introduzzjoni

Fl-24 ta' Ġunju 2014 il-Kummissjoni ttrażmettiet l-Abbozz tal-Baġit għall-2015 fil-lingwi uffiċjali kollha[5]. Fit-2 ta' Settembru 2014 il-Kunsill temm il-qari tiegħu tal-Abbozz tal-Baġit, u fit-22 ta' Ottubru 2014 il-Parlament Ewropew ivvota l-qari tiegħu. Peress li l-Parlament Ewropew adotta emendi għall-Abbozz tal-Baġit, li ma setgħux jiġu aċċettati mill-Kunsill, tlaqqa' Kumitat ta' Konċiljazzjoni, f'konformità mal-Artikolu 314 §4(c) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).

Il-Kumitat ta' Konċiljazzjoni ħadem għal perjodu ta' 21 jum, bejn it-28 ta' Ottubru u s-17 ta' Novembru 2014. Għalkemm sar progress sinifikanti matul id-diskussjonijiet, inkluż fir-rigward tal-aċċettazzjoni tal-ħtieġa li jiġi mobilizzat il-Marġini ta’ Kontinġenza għall-approprjazzjonijiet ta’ pagament fl-2014, ma kienx possibbli li jiġu rrikonċiljati l-pożizzjonijiet tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill fil-perjodu ta’ żmien permess, b’mod partikolari fir-rigward tal-livell tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament biex jintlaħqu l-ħtiġijiet tal-pagamenti pendenti għall-2014. Minħabba dan ma ntlaħaqx ftehim dwar il-baġit tal-2015, kif ukoll dwar l-Abbozz tal-Baġit Emendatorju Nru 2/2014[6], Nru 3/2014[7], Nru 4/2014[8], Nru 5/2014[9] u Nru 7/2014[10] minħabba li dawn kollha kienu kkunsidrati bħala pakkett mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill[11].  

Billi fil-Kumitat ta' Konċiljazzjoni ma ntlaħaqx ftehim, issa l-Kummissjoni tressaq Abbozz ġdid tal-Baġit 2015, skont l-Artikolu 314 §8 tat-TFUE. Il-Kummissjoni qed tfittex li tirrikonċilja l-pożizzjonijiet taż-żewġ fergħat tal-Awtorità Baġitarja f'din il-proposta għal Abbozz ġdid tal-Baġit mingħajr rikors għal perjodu ulterjuri ta' Konċiljazzjoni. Jekk ma jintlaħaqx ftehim dwar il-baġit, fl-2015 ikollhom jintużaw id-dodiċeżmi provviżorji b'detriment għall-implimentazzjoni tal-politiki u l-programmi ewlenin, u dan jibgħat messaġġ negattiv liċ-ċittadini tal-Ewropa fi żmien ta' inċertezza ekonomika.

B’dan l-għan importanti li tintlaħaq l-adozzjoni f’waqtha tal-baġit tal-2015, il-proposta tal-Kummissjoni għal Abbozz ġdid tal-Baġit għall-2015 tibni fuq il-progress li sar dwar il-baġit 2015 fil-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni, li fil-biċċa l-kbira rristawra l-Abbozz tal-Baġit oriġinali tal-Kummissjoni, kif emendat bl-Ittra ta’ Emenda Nru 1/2015[12], b’mod partikolari għall-impenji, għalkemm b’livell aktar baxx ta’ pagamenti. Din il-proposta tieħu kont ukoll tad-diskussjonijiet u proposti reċenti biex tiġi massimizzata l-kontribuzzjoni tal-baġit tal-UE għat-tkabbir ekonomiku. F’dan ir-rigward, il-proposta għal Abbozz ġdid tal-Baġit hija ffukata b’mod partikolari fuq li tappoġġja lil dawk il-politiki favur il-kompetittività u l-konverġenza ekonomika, u b’hekk tikkontribwixxi għat-tkabbir u l-impjiegi, kif ukoll lil dawk il-linji tal-baġit li jippermettu lill-Ewropa tindirizza xi kriżijiet partikolarment fil-viċinat tagħha. Hija tindirizza wkoll serje ta’ 10 oqsma ta’ politika prijoritarji stabbiliti fil-linji gwida politiċi għall-Kummissjoni l-ġdida[13], bħal pereżempju spinta fl-impjiegi, it-tkabbir u l-investiment, il-kollegament tas-suq uniku diġitali, iż-żieda fir-reżiljenza tal-provvista tal-enerġija filwaqt li ssir il-ġlieda kontra t-tisħin globali, is-sigurtà fil-fruntieri tal-Ewropa u Ewropa iktar b’saħħitha fir-rigward tal-politika barranija.

2.           Il-qafas finanzjarju pluriennali u l-abbozz il-ġdid tal-baġit 2015

2.1.        Limiti massimi tal-qafas finanzjarju pluriennali għall-baġit tal-2015

Il-limiti massimi għall-approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament fil-qafas finanzjarju pluriennali (QFP)[14] għall-istabbiliment tal-abbozz tal-baġit 2015 huma ppreżentati fit-tabella ta’ hawn taħt:

Intestatura || Approprjazzjonijiet ta' impenn tal-2015 f'miljuni ta' EUR, fi prezzijiet kurrenti

|| Approprjazzjonijiet ta' impenn ||

1. || Tkabbir intelliġenti u inklussiv || 66 813,0

1a || Kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi || 17 666,0

1b || Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali || 49 147,0

2. || Tkabbir sostenibbli: riżorsi naturali || 59 599,0

|| li minnhom: Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) — Nefqa relatata mas-suq u pagamenti diretti || 44 313,0

3. || Sigurtà u ċittadinanza || 2 246,0

4. || Ewropa Globali || 8 749,0

5. || Amministrazzjoni || 9 076,0

|| li minnhom: Nefqa amministrattiva tal-istituzzjonijiet || 7 351,0

6. || Kumpensi || 0,0

|| APPROPRJAZZJONIJIET TA' IMPENN TOTALI || 146 483,0

|| APPROPRJAZZJONIJIET TA' PAGAMENT TOTALI || 141 901,0

Fil-QFP, il-limitu massimu globali għall-approprjazzjonijiet ta’ impenn (AI) hu ta’ EUR 146 483 miljun, li jirrappreżenta 1,05 % tal-introjtu nazzjonali gross (ING) tal-UE. Il-limitu massimu għall-approprjazzjonijiet ta' pagament (AP) hu ta’ EUR 141 901 miljun, jew 1,02 % tal-ING.

2.2.        Ħarsa ġenerali lejn l-Abbozz tal-Baġit tal-2015 il-ġdid

(Approprjazzjonijiet ta' impenn (AI) u approprjazzjonijiet ta' pagament (AP) f’miljuni ta’ EUR, ċifri approssimattivi bil-prezzijiet attwali)

Intestatura || Baġit || Baġit || Abbozz ta' baġit (AB) || Differenza || Differenza

2014 (1) || 2014 aġġustat (2) || 2015 || 2015 – 2014 (aġġustata) || 2015 / 2014 (aġġustata)

(1) (2) || (3) || (3 – 1) || (3 / 1)

AI || AP || AI || AP || AI || AP || AI || AP || AI || AP

1. || Tkabbir intelliġenti u inklussiv || 63 986,3 || 66 374,5 || 63 985,9 || 66 374,0 || 66 718,8 || 66 900,8 || 2 732,9 ||  526,7 || 4,3 % || 0,8 %

Li minnhom taħt l-Istrument ta' Flessibbiltà ||  89,3 || ||  89,3 || ||  83,3 || || || || ||

Limitu || 63 973,0 || || 63 973,0 || || 66 813,0 || || || || ||

Marġni ||  76,0 || ||  76,4 || ||  177,5 || || || || ||

1a || Kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi || 16 484,0 || 12 028,3 || 16 484,0 || 12 028,3 || 17 488,5 || 15 833,3 || 1 004,5 || 3 805,0 || 6,1% || 31,6 %

Limitu || 16 560,0 || || 16 560,0 || || 17 666,0 || || || || ||

Marġni ||  76,0 || ||  76,0 || ||  177,5 || || || || ||

1b || Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali || 47 502,3 || 54 346,2 || 47 502,3 || 54 346,2 || 49 230,3 || 51 067,4 || 1 728,0 || -3 278,7 || 3,6 % || -6,0 %

Li minnhom taħt l-Istrument ta' Flessibbiltà ||  89,3 || ||  89,3 || ||  83,3 || || || || ||

Limitu || 47 413,0 || || 47 413,0 || || 49 147,0 || || || || ||

Marġni ||  0,0 || ||  0,0 || ||  0,0 || || || || ||

2. || Tkabbir Sostenibbli: riżorsi naturali || 59 190,9 || 56 558,8 || 59 190,9 || 56 558,7 || 58 808,6 || 56 231,1 || - 382,3 || - 327,6 || -0,6% || -0,6%

Limitu || 59 303,0 || || 59 303,0 || || 59 599,0 || || || || ||

Marġni ||  112,1 || ||  112,1 || ||  790,4 || || || || ||

Li minnhom: Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) — Nefqa relatata mas-suq u pagamenti diretti(2) || 43 778,1 || 43 777,0 || 43 778,1 || 43 777,0 || 43 455,8 || 43 448,3 || - 322,3 || - 328,7 || -0,7 % || -0,8 %

Sottolimitu || 44 130,0 || || 44 130,0 || || 44 313,0 || || || || ||

Trasferiment nett bejn il-FAEG u l-FAEŻR ||  351,9 || ||  351,9 || ||  123,2 || || || || ||

Sottomarġini ||  0,0 || ||  0,0 || ||  734,0 || || || || ||

3. || Sigurtà u ċittadinanza || 2 172,0 || 1 677,0 || 2 172,0 || 1 677,0 || 2 146,7 || 1 884,3 || - 25,3 ||  207,3 || -1,2 % || 12,4 %

Limitu || 2 179,0 || || 2 179,0 || || 2 246,0 || || || || ||

Marġni ||  7,0 || ||  7,0 || ||  99,3 || || || || ||

4. || Ewropa Globali || 8 325,0 || 6 842,0 || 8 254,2 || 6 780,4 || 8 356,4 || 7 428,0 ||  102,3 ||  647,6 || 1,2% || 9,6%

Limitu || 8 335,0 || || 8 335,0 || || 8 749,0 || || || || ||

Marġni ||  10,0 || ||  80,8 || ||  392,6 || || || || ||

5. || Amministrazzjoni || 8 404,5 || 8 405,4 || 8 475,9 || 8 467,5 || 8 680,5 || 8 668,1 ||  204,6 ||  200,6 || 2,4% || 2,4%

Limitu || 8 721,0 || || 8 721,0 || || 9 076,0 || || || || ||

Marġni ||  316,5 || ||  245,1 || ||  395,5 || || || || ||

Li minnhom: Nefqa amministrattiva tal-istituzzjonijiet || 6 792,2 || 6 793,1 || 6 863,6 || 6 855,2 || 6 961,2 || 6 948,8 ||  97,6 ||  93,6 || 1,4% || 1,4%

Sottolimitu || 7 056,0 || || 7 056,0 || || 7 351,0 || || || || ||

Sottomarġini ||  263,8 || ||  192,4 || ||  389,8 || || || || ||

6. || Kumpensi ||  28,6 ||  28,6 ||  28,6 ||  28,6 ||  0,0 ||  0,0 || - 28,6 || - 28,6 || -100,0% || -100,0%

Limitu ||  29,0 || ||  29,0 || ||  0,0 || || || || ||

Marġni ||  0,4 || ||  0,4 || ||  0,0 || || || || ||

Approprjazzjonijiet għall-intestaturi 1 sa 6 || 142 107,4 || 139 886,3 || 142 107,4 || 139 886,3 || 144 711,0 || 141 112,3 || 2 603,6 || 1 226,0 || 1,8% || 0,9%

Li minnhom taħt l-Istrument ta' Flessibbiltà ||  89,3 ||  0,0 ||  89,3 ||  0,0 ||  83,3 ||  11,3 || || || ||

Li minnhom taħt il-Marġini ta' Kontinġenza ||  0,0 || 4 026,7 ||  0,0 || 4 026,7 ||  0,0 ||  0,0 || || || ||

Limitu || 142 540,0 || 135 866,0 || 142 540,0 || 135 866,0 || 146 483,0 || 141 901,0 || || || ||

Marġni ||  521,9 ||  6,4 ||  521,9 ||  6,4 || 1 855,3 ||  800,0 || || || ||

Approprjazzjonijiet bħala perċentwal tal-ING (3) || 1,05% || 1,04% || 1,05% || 1,04% || 1,04% || 1,01% || || || ||

Strumenti speċjali oħra(4) ||  582,9 ||  482,9 ||  582,9 ||  482,9 ||  515,4 ||  225,0 || - 67,5 || - 257,9 || -11,6 % || -53,4 %

Total tal-approprjazzjonijiet || 142 690,3 || 140 369,2 || 142 690,3 || 140 369,2 || 145 226,3 || 141 337,3 || 2 536,0 ||  968,1 || 1,8% || 0,7%

Approprjazzjonijiet bħala perċentwal tal-ING (3) || 1,06% || 1,04% || 1,06% || 1,04% || 1,04% || 1,01% || || || ||

(1) Il-baġit tal-2014 jinkludi l-baġit emendatorju 1 u l-abbozzi ta' baġits emendatorji minn 3 sa 8.

(2) Biex tiġi ffaċilitata l-komparabilità mal-abbozz il-ġdid tal-baġit 2015, il-baġit 2014 ġie aġġustat sabiex jitqiesu t-trasferimenti tal-hekk imsejħa "kostijiet amministrattivi komuni" tad-Delegazzjonijiet tal-UE u tar-Rappreżentanti Speċjali tal-UE mit-taqsima tal-Kummissjoni  għat-taqsima SEAE, kif stabbilit fit-taqsima 3.1.7.

(3) L-abbozz tal-baġit huwa bbażat fuq il-previżjoni tal-ING maħruġa wara laqgħa tal-Kumitat Konsultattiv dwar ir-Riżorsi Proprji (KKRP) li saret fid-19 ta' Mejju 2014.

(4) "Strumenti Speċjali Oħrajn" jinkludu r-"Riżerva għall-Għajnuna ta’ Emerġenza (EAR)", il-"Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG)" u l-"Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (EUSF)". L-approprjazzjonijiet li jikkorrispondu magħhom huma kkunsidrati li jaqgħu barra mill-QFP għall-iskop tal-kalkolu tal-marġini taħt il-limiti massimi għall-approprjazzjonijiet. Dan huwa wkoll il-każ għall-approprjazzjonijiet relatati mal-Istrument ta’ Flessibilità.

F'termini ta' approprjazzjonijiet ta' impenn, in-nefqa totali proposta fl-Abbozz il-ġdid tal-Baġit (AB) 2015 (inklużi strumenti speċjali) hija ta' EUR 145 226,3 miljun, li tikkorrispondi għal 1,04 % tal-ING[15], jiġifieri EUR 2 536,0 miljun iktar milli fl-2014 (+ 1,8 %), meta jiġu inklużi l-Abbozzi ta' Baġits Emendatorji Nri 3-8/2014, u tħalli marġini totali kombinata ta' EUR 1 855,3 miljun taħt il-limiti massimi varji tal-QFP.

Għall-approprjazzjonijiet ta' pagament (inklużi strumenti speċjali), in-nefqa totali mitluba hija ta' EUR 141 337,3 miljun, li tikkorrispondi għal 1,01 % tal-ING. Din hija żieda ta' EUR 968,0 miljun b'paragun mal-approprjazzjonijiet ta' pagament fil-baġit tal-2014 (+ 0,7 %), meta jiġu inklużi l-Abbozzi ta' Baġits Emendatorji Nri 3-8/2014, u tħalli marġini ta’ EUR 800,0 miljun taħt il-limitu massimu tal-QFP.

L-approprjazzjonijiet ta' impenn għall-Kompetittività għat-Tkabbir u l-Impjiegi (intestatura 1a) huma stabbiliti għal EUR 17 488,5 miljun. Din hija żieda ta' 6,1 % meta mqabbla mal-baġit 2014, li hija l-aktar dovuta għall-Orizzont 2020, il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (CEF) u l-proġetti kbar ta' infrastruttura “ITER” u “Copernicus” taħt din l-intestatura, u tħalli marġini ta' EUR 177,5 miljun. L-approprjazzjonijiet ta’ pagament żdiedu b'31,6 %, għal EUR 15 833,3 miljun. Din iż-żieda sinifikanti tqis il-livell baxx ta’ pagamenti fl-2014 għal programmi bħall-Orizzont 2020 u l-ħtieġa li jiġi indirizzat il-livell li qed jikber ta’ impenji pendenti filwaqt li tippermetti biżżejjed finanzjament minn qabel biex tniedi programmi ġodda.

Għall-Koeżjoni Ekonomika, Soċjali u Territorjali (intestatura 1b) l-approprjazzjonijiet ta' impenn żdiedu bi 3,6 % għal EUR 49 230,3 miljun, bla ma ħallew l-ebda marġini. Dan jinkludi aktar fondi strutturali previsti għal Ċipru, li għalihom il-Kummissjoni tipproponi l-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta’ Flessibbiltà għal ammont ta’ EUR 83,3 miljun f’approprjazzjonijiet ta’ impenn u EUR 11,3 miljun f’approprjazzjonijiet ta’ pagament. L-approprjazzjonijiet ta' pagament jonqsu b'6,0 % meta mqabbla mal-baġit 2014 kif emendat mill-Abbozz ta' Baġits Emendatorji, għal EUR 51 067,4 miljun.

L-approprjazzjonijiet ta' impenn ta' EUR 58 808,6 miljun huma proposti għal Tkabbir Sostenibbli: Riżorsi naturali (intestatura 2). Dan il-livell ta' nefqa jirrappreżenta tnaqqis ta' -0,6 % fil-livell tal-baġit meta mqabbel mal-baġit 2014 u jħalli marġini ta' EUR 790,4 miljun taħt il-limitu. L-approprjazzjonijiet ta' pagament jammontaw għal EUR 56 231,1 miljun, bl-istess tnaqqis (-0,6 %) meta mqabbel mal-2014 kif emendat bl-Abbozzi ta' Baġits Emendatorji. Wara l-integrazzjoni tal-aħħar aġġornament rigward id-dħul assenjat, il-finanzjament għan-nefqa relatata mas-suq u għall-għajnuniet diretti jilħaq l-EUR 43 455,8 miljun f'approprjazzjonijiet ta’ impenn, u EUR 43 448,3 miljun f'approprjazzjonijiet ta’ pagament. Meta jiġu kkombinati d-dħul assenjat bil-FAEG u l-approprjazzjonijiet mitlubin, in-nefqa globali tal-FAEG tiżdied b’EUR 273,6 miljun meta mqabbla mal-abbozz oriġinali tal-baġit. Għad hemm marġini taħt is-sottolimitu għal miżuri tas-suq u għajnuniet diretti, li jammonta għal EUR 734,0 miljun.

Fis-Sigurtà u Ċittadinanza (intestatura 3) hemm tnaqqis ta' 1,2 %[16] f'approprjazzjonijiet ta' impenn għal EUR 2 146,7 miljun, li jħalli marġini ta' EUR 99,3 miljun. L-approprjazzjonijiet ta' pagament jiżdiedu bi 12,4 % għal EUR 1 884,3 miljun, minħabba l-bidu tal-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni u l-Fond ta' Sigurtà Interna.

Fl-intestatura 4, Ewropa Globali hemm żieda ta' 0,4 % fl-approprjazzjonijiet ta’ impenn, li jitilgħu għal EUR 8 356,4 miljun, b’marġini mhux allokata ta’ EUR 392,6 miljun disponibbli taħt il-limitu massimu. L-approprjazzjonijiet ta' pagament jiżdiedu bi 8,6 % għal EUR 7 428,0 miljun, l-aktar biex jieħdu inkunsiderazzjoni l-livell li qed jikber malajr ta' impenji pendenti taħt din l-intestatura.

L-approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament għall-Amministrazzjoni (intestatura 5) għall-istituzzjonijiet kollha flimkien inklużi l-pensjonijiet u l-iskejjel Ewropej jiżdiedu bi 3,3 %, għall-impenji (EUR 8 680,5 miljun) u 3,1 % għall-pagamenti (EUR 8 668,1 miljun). Dan iqis it-trasferiment propost tal-"kostijiet amministrattivi komuni tad-Delegazzjonijiet tal-UE" u tar-Rappreżentanti Speċjali tal-UE mill-intestaturi operattivi (l-aktar l-intestatura 4, Ewropa Globali) għall-intestatura 5 (Amministrazzjoni), kif spjegat fit-taqsima 3 hawn isfel. Il-marġini mhux allokat li jirriżulta huwa ta’ EUR 395,5 miljun.

3.           Elementi Ewlenin tal-Proposta l-Ġdida ta' Abbozz tal-Baġit

Kif issemma’ fl-introduzzjoni hawn fuq, l-Abbozz il-ġdid tal-Baġit tal-Kummissjoni jibni fuq il-progress li sar matul il-Konċiljazzjoni falluta bil-ħsieb li jirrikonċilja l-pożizzjonijiet taż-żewġ fergħat tal-Awtorità Baġitarja fiż-żmien limitat ħafna li fadal qabel tmiem is-sena.

Id-dettalji tal-bidliet proposti għall-Abbozz oriġinali tal-Baġit, kif modifikat bl-Ittra Emendatorja Nru 1/2015, huma deskritti fil-qosor hawn taħt.

3.1.        L-Intestaturi tan-Nefqa tal-Qafas Finanzjarju

F’termini ta’ approprjazzjonijiet ta’ impenn, l-Abbozz il-ġdid tal-Baġit jibni fuq il-progress li sar fuq il-baġit 2015 fil-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni, kemm għal programmi ewlenin ta’ nfiq u għal nefqa (ta’ appoġġ) amministrattiva, li huma ġeneralment konformi mal-livell propost mill-Kummissjoni fl-Ittra Emendatorja Nru 1/2015, kif ukoll għall-hekk imsejħa linji “magħluqa” (ara t-taqsima 3.1.1 hawn taħt) u kwistjonijiet aktar orizzontali inklużi aġenziji deċentralizzati u aġenziji eżekuttivi li huma ddettaljati fit-taqsima 3.2 hawn taħt.

3.1.1.     Linji “magħluqa”

Sakemm ma jiġix indikat mod ieħor fit-taqsimiet hawn taħt, l-approprjazzjoni tal-linji tal-baġit mhux emendati mill-Kunsill jew mill-Parlament, u dawk li għalihom il-Parlament aċċetta l-emendi tal-Kunsill matul il-qari rispettiv tagħhom huma kkonfermati f'dak il-livell.

3.1.2.     Intestatura 1a — Kompetittività għat-Tkabbir u l-Impjiegi

L-approprjazzjonijiet ta’ impenn għall-intestatura 1a, huma stabbiliti fil-livell propost mill-Kummissjoni fl-Abbozz oriġinali tal-Baġit, b’emendi għall-programmi inklużi fit-tabella ta’ hawn taħt, biex jirriflettu l-prijorità ta’ kontribut għat-titjib tal-aċċess għall-finanzi permezz tal-baġit tal-UE, speċjalment għal intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs):

f'EUR 1,000

Linja baġitarja || Isem || Rinforzi tal-approprjazzjonijiet ta' impenn

Abbozz tal-Baġit 2015 || L-Abbozz il-ġdid tal-Baġit 2015 || Differenza

02 02 02 || Titjib tal-aċċess għal finanzjament għal intrapriżi żgħar u medji (SMEs) f'forma ta’ ekwità u dejn || 162 791,7 || 174 791,7 || 12 000,0

04 03 02 03 || Il-Mikrofinanzjament u l-Intraprenditorija Soċjali – Faċilitar tal-aċċess għall-finanzjament għall-intraprendituri, speċjalment dawk l-aktar imbiegħda mis-suq tax-xogħol, u l-intrapriżi soċjali || 24 957,0 || 26 457,0 || 1 500,0

08 02 02 02 || Titjib tal-aċċess għal finanzjament ta’ riskju għal investiment fir-riċerka u l-innovazzjoni || 337 534,7 || 342 534,7 || 5 000,0

|| Total || || || 18 500,0

B’konsegwenza ta’ dan, u wara li jitqiesu l-proġetti pilota, l-azzjonijiet preparatorji, l-aġenziji deċentralizzati u t-trasferiment tal-“kostijiet amministrattivi komuni tad-delegazzjonijiet tal-UE” kif stabbiliti fit-Taqsima 3.2 hawn taħt, il-livell ta’ impenji huwa propost li jkun ta’ EUR 17 488,5 miljun, li jħalli marġini ta’ EUR 177,5 miljun taħt il-limitu tan-nefqa tal-intestatura 1a.

3.1.3.     Intestatura 1b — Koeżjoni Ekonomika, Soċjali u Territorjali

L-approprjazzjonijiet ta' impenn għall-intestatura 1b huma stabbiliti fil-livell propost fl-Abbozz oriġinali tal-Baġit. Filwaqt li jitqiesu l-proġetti pilota u l-azzjonijiet preparatorji, kif ukoll il-mobilizzazzjoni ta’ EUR 83,3 miljun mill-Istrument ta’ Flessibilità għal assistenza addizzjonali lil Ċipru, il-livell ta’ impenji huwa stabbilit għal EUR 49 230,3 miljun.

3.1.4.     Intestatura 2 — Tkabbir Sostenibbli: Riżorsi Naturali

Għall-intestatura 2, l-approprjazzjonijiet ta' impenn huma stabbiliti fil-livell propost mill-Kummissjoni fl-Abbozz tal-Baġit, kif emendat bl-Ittra Emendatorja 1/2015, li tintegra l-aħħar aġġornament (+ EUR 273,6 miljun) tad-dħul assenjat. Abbażi tal-elementi ġodda li ħarġu minn meta ġiet ippreżentata l-Ittra Emendatorja 1/2015, b’mod partikolari l-informazzjoni dwar l-użu effettiv tal-miżuri ta’ emerġenza meħuda minn Awwissu 2014 biex jirrispondu għal projbizzjoni fuq l-importazzjoni tal-ikel Russu, is-surplus finali tal-FAEG għall-2014 u t-tbassir aġġornat ta’ korrezzjonijiet finanzjarji li għandhom jinġabru fl-2015, il-miżuri ta’ emerġenza msemmija hawn fuq (inklużi dawk relatati mas-settur tal-prodotti tal-ħalib fl-Istati Baltiċi, li għalihom il-Kummissjoni ħejjiet pakkett ieħor fis-26 ta' Novembru 2014[17], kif ukoll għall-Finlandja ladarba jintlaħqu l-kundizzjonijiet), jistgħu jiġu ffinanzjati fi ħdan l-approprjazzjonijiet mitluba fl-Ittra Emendatorja 1/2015 mingħajr ma jsir rikors għal riżerva ta’ kriżi agrikola, bis-saħħa ta’ dan id-dħul assenjat addizzjonali.

B’konsegwenza ta’ dan, u wara li jitqiesu l-proġetti pilota, l-azzjonijiet preparatorji u t-trasferiment tal-“kostijiet amministrattivi komuni tad-Delegazzjonijiet tal-UE” għat-Taqsima SEAE, il-livell ta’ impenji li jirriżulta jkun ta’ EUR 58 808,6 miljun, li jħalli marġini ta’ EUR 790,4 miljun taħt il-limitu tan-nefqa tal-intestatura 2.

3.1.5.     Intestatura 3 — Sigurtà u Ċittadinanza

L-approprjazzjonijiet ta' impenn għall-intestatura 3 huma stabbiliti fil-livell propost mill-Kummissjoni fl-Abbozz oriġinali tal-Baġit, bil-bidliet segwenti: iż-żieda ta' EUR 20,0 miljun fin-nefqa operazzjonali tal-FRONTEX (ara wkoll it-taqsima 3.2.1 hawn taħt) titpatta bi tnaqqis korrispondenti tal-partita baġitarja (18 02 01 01) Sostenn ta’ ġestjoni tal-fruntieri u politika komuni tal-viżi biex jiġi ffaċilitat l-ivvjaġġar leġittimu.

B’konsegwenza ta’ dan, u wara li jitqiesu l-proġetti pilota, l-azzjonijiet preparatorji u l-aġenziji deċentralizzati, il-livell ta’ impenji jiġi stabbilit għal EUR 2 146,7 miljun, li jħalli marġini ta’ EUR 99,3 miljun taħt il-limitu tan-nefqa tal-intestatura 3.

3.1.6.     Intestatura 4 — Ewropa Globali

L-approprjazzjonijiet ta' impenn għall-intestatura 4, huma stabbiliti fil-livell propost mill-Kummissjoni fl-Abbozz oriġinali tal-Baġit. Madankollu, l-approprjazzjonijiet marbuta mal-partita tal-baġit (19 03 01 07) Rappreżentanti Speċjali tal-Unjoni Ewropea (EUR 20,0 miljun f’impenji u EUR 9,2 miljun f'pagamenti) huma ttrasferiti għat-taqsima SEAE tal-baġit.

B’konsegwenza ta’ dan, u wara li jitqiesu l-proġetti pilota, l-azzjonijiet preparatorji, it-trasferiment tal-“kostijiet amministrattivi komuni tad-Delegazzjonijiet tal-UE” u r-Rappreżentanti Speċjali tal-UE għat-taqsima SEAE, il-livell ta’ impenji jiġi stabbilit għal EUR 8 356,4 miljun, li jħalli marġini ta’ EUR 392,6 miljun taħt il-limitu tan-nefqa tal-intestatura 4.

3.1.7.     Intestatura 5 — Amministrazzjoni

Għall-intestatura 5, in-numru ta' karigi fil-pjanijiet ta' stabbiliment għall-Istituzzjonijiet u l-approprjazzjonijiet ta' impenn huma stabbiliti fil-livell propost mill-Kummissjoni fl-Abbozz tal-Baġit kif emendat bl-Ittra Emendatorja 1/2015, bl-eċċezzjonijiet li ġejjin:

- Il-qari rispettiv tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, għat-taqsimiet tagħhom tal-baġit;

- Il-qari tal-Parlament Ewropew għall-Qorti tal-Ġustizzja;

- Il-qari tal-Parlament Ewropew għall-Qorti Ewropea tal-Awdituri, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni; kif ukoll

- Għas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, il-livell ta’ approprjazzjonijiet propost mill-Kummissjoni fl-Abbozz ta’ Baġit miżjud sabiex jittieħed kont tat-trasferiment tal-approprjazzjonijet tal-baġit newtrali relatati mal-“kostijiet amministrattivi komuni tad-delegazzjonijiet tal-UE” (kif imniżżel fl-Anness 1) u r-Rappreżentanti Speċjali tal-UE mit-taqsima tal-Kummissjoni għat-taqsima tas-SEAE tal-baġit.

B’kollox, meta mqabbel mal-Abbozz oriġinali tal-Baġit, dawn il-bidliet iwasslu għal:

- Tnaqqis nett ta’ 35 kariga fil-pjan ta’ stabbiliment, min-naħa waħda minħabba tnaqqis ta’ 47 kariga għall-Parlament Ewropew u żieda ta’ 12-il kariga għall-Qorti tal-Ġustizzja min-naħa l-oħra; kif ukoll

- Tnaqqis nett fl-approprjazzjonijiet ta’ EUR 0,6 miljun fuq naħa waħda minħabba tnaqqis ta’ EUR 1,4 miljun għall-Qorti Ewropea tal-Awdituri, EUR 1,4 miljun għall-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u EUR 0,4 miljun għall-Kumitat tar-Reġjuni, u żieda ta’ EUR 2,6 miljun għall-Qorti tal-Ġustizzja min-naħa l-oħra;

- Żieda ta’ EUR 91,5 miljun għas-SEAE jirrifletti t-trasferiment newtrali fir-rigward tal-baġit tal-"kostijiet amministrattivi komuni tad-delegazzjonijiet tal-UE" u r-Rappreżentanti Speċjali tal-UE, li jitpatta kompletament fit-taqsima tal-Kummissjoni fl-intestatura 1a (EUR 0,6 miljun), l-intestatura 2 (EUR 0,1 miljun), l-intestatura 4 (EUR 65,7 miljun) u l-intestatura 5 (EUR 25,2 miljun). B’mod ġenerali, dawn it-trasferimenti jirriżultaw f’żieda netta ta’ approprjazzjonijiet taħt l-intestatura 5 ta’ EUR 66,3 miljun.

B’konsegwenza ta’ dan, meta jitqiesu l-proġetti pilota, l-azzjonijiet preparatorji kif ukoll it-trasferiment tal-“kostijiet amministrattivi komuni tad-Delegazzjonijiet tal-UE” u r-Rappreżentanti Speċjali tal-UE għat-taqsima SEAE mill-intestatura 4, il-livell ta’ impenji jiġi stabbilit għal EUR 8 680,5 miljun, li jħalli marġini ta’ EUR 395,5 miljun taħt il-limitu tan-nefqa tal-intestatura 5.

3.2.        Kwistjonijiet orizzontali

3.2.1.     Aġenziji deċentralizzati

Għall-aġenziji deċentralizzati, il-kontribuzzjoni tal-UE (f'approprjazzjonijiet ta' impenn u f'approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet) u n-numru ta' postijiet huma stabbiliti fil-livell propost mill-Kummissjoni fl-Abbozz tal-Baġit, kif modifikat bl-Ittra Emendatorja 1/2015, bl-eċċezzjonijiet li ġejjin:

- Żidiet ta’ karigi tal-pjan ta’ stabbiliment u l-approprjazzjonijiet relatati meta mqabbla mal-Abbozz tal-Baġit oriġinali: Awtorità Bankarja Ewropea (ABE, + 7 postijiet u + EUR 455 000); Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (EIOPA, + 3 postijiet u + EUR 195 000); Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (AETS, + 3 postijiet u + EUR 195 000); Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil (EASO, + 4 postijiet u + EUR 260 000); u l-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (EUROPOL, + 5 postijiet, flimkien ma’ tnaqqis ta’ - EUR 600 000).

- Għall-FRONTEX, żieda fin-nefqa operazzjonali ta’ EUR 20,0 miljun f’approprjazzjonijiet ta' impenn u f’approprjazzjonijiet ta’ pagament.

3.2.2.     Aġenziji eżekuttivi

Għall-aġenziji eżekuttivi, il-kontribuzzjoni tal-UE (f'approprjazzjonijiet ta' impenn u f’approprjazzjonijiet ta' pagament) u l-għadd ta’ postijiet huma stabbiliti fil-livell propost fl-Abbozz oriġinali tal-Baġit kif emendat bl-Ittra Emendatorja 1/2015.

3.2.3.     Proġetti Pilota u Azzjonijiet Preparatorji

L-Abbozz il-ġdid tal-Baġit jinkludi 59 proġett pilota u azzjoni preparatorja għal ammont ta' EUR 57,1 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn, li jirrifletti l-qari tal-Parlament Ewropew.

3.2.4.     Trasferiment tal-“kostijiet amministrattivi komuni tad-delegazzjonijiet tal-UE”

L-Abbozz il-ġdid tal-Baġit jintegra t-trasferiment ta’ approprjazzjonijiet (EUR 71,5 miljun) tal-"kostijiet amministrattivi komuni tad-Delegazzjonijiet tal-UE" mit-taqsima tal-Kummissjoni (l-intestaturi 1a, 2, 4 u 5) għat-taqsima SEAE tal-baġit (intestatura 5).

3.2.5.     Rimarki dwar il-Baġit

F’dak li jirrigwarda l-kummenti baġitarji, l-Abbozz il-ġdid tal-Baġit jintegra l-emendi introdotti mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill, ħlief għall-partiti tal-baġit 04 03 01 03 u 19 03 01 06, bil-fehim li dawn l-emendi ma jistgħux jimmodifikaw jew jestendu l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ bażi legali eżistenti, jew ikollhom effett fuq l-awtonomija amministrattiva tal-istituzzjonijiet.

3.3.        Approċċ Ġenerali dwar l-Approprjazzjonijiet ta' Pagament

Il-valutazzjoni tal-Kummissjoni tal-ħtiġijiet, li wasslet għaż-żieda mitluba fl-approprjazzjonijiet ta' pagament għas-sena finanzjarja 2014 kif propost fl-Abbozz ta' Baġit Emendatorju (ABE) Nru 3/2014 għadha kompletament valida, kemm f’termini tal-implimentazzjoni attwali sal-lum kif ukoll fid-dawl tat-talbiet għal pagamenti. Għalkemm ma ntlaħaq l-ebda qbil fil-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni dwar l-ABE Nru 3/2014, u lanqas dwar l-ABE 5/2014 u 7/2014 dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta’ Solidarjetà tal-UE, dawn il-baġits emendatorji għadhom jagħmlu parti mill-pakkett li għandu jiġi miftiehem flimkien mal-baġit tal-2015. Filwaqt li kien hemm qbil dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta’ Solidarjetà tal-UE, ma ntlaħaq l-ebda ftehim dwar il-livell tal-approprjazzjonijiet ta' pagament addizzjonali meħtieġa mill-ABE 3, 5 u 7, u l-finanzjament tal-hekk imsejħa "strumenti speċjali".

Dan l-Abbozz il-ġdid tal-Baġit 2015 jinvolvi tnaqqis ġenerali ta’ EUR 800,0 miljun ta’ approprjazzjonijiet ta’ pagament meta mqabbel mal-Abbozz ta’ Baġit oriġinali tal-Kummissjoni, kif emendat bl-Ittra Emendatorja 1/2015. Il-livell tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament li jirriżulta huwa ta’ EUR 141 337,3 miljun. Dan iħalli marġini sinifikanti taħt il-limitu sabiex ikun hemm lok għall-flessibilità biex jiġu ffaċċjati kwalunkwe żviluppi jew bżonnijiet mhux mistennija matul l-2015. It-tnaqqis ta’ EUR 800,0 miljun huwa mqassam fuq il-bażi tal-ewwel Abbozz ta’ Baġit kif emendat bl-Ittra Emendatorja 1/2015, filwaqt li jitqiesu l-passi li ġejjin:

a) Il-linji “magħluqa” kif stabbilit fil-punt 3.1.1 hawn fuq;

b) L-approprjazzjonijiet ta' pagament għal nefqa mhux differenzjata kif stabbilit hawn fuq, b’mod partikolari fil-punti 3.1.4 u 3.1.7; kif ukoll

c) L-approprjazzjonijiet ta' pagament għall-pakkett ta' proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji kif stabbilit fil-punt 3.2.3 hawn fuq, huma kkalkolati kif ġej: l-approprjazzjonijiet ta' pagament għall-proġetti pilota ġodda kollha u l-azzjonijiet preparatorji huma stabbiliti għal 50 % tal-impenji korrispondenti jew għal-livell propost mill-Parlament Ewropew, skont liema minnhom ikun l-aktar baxx; fil-każ ta' estensjoni ta' proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji eżistenti, il-livell ta' pagamenti huwa dak iddefinit fl-Abbozz tal-Baġit b'żieda ta' 50 % tal-impenji ġodda korrispondenti, jew fil-livell propost mill-Parlament Ewropew, skont liema minnhom ikun l-aktar baxx.

d) It-tnaqqis ta’ EUR 800,0 miljun f’approprjazzjonijiet ta’ pagament meta mqabbel mal-proposta tal-Kummissjoni fl-Ittra Emendatorja 1/2015 huwa mifrux proporzjonalment fuq il-linji baġitarji kollha b’approprjazzjonijiet differenzjati li mhumiex affettwati mill-punti 3.1.1 u 3.2.3 ta' hawn fuq, bl-eċċezzjoni tal-linji baġitarji li ġejjin, li għalihom il-livell ta’ approprjazzjonijiet għall-pagament huwa stabbilit fil-livell tal-Abbozz ta’ Baġit oriġinali kif emendat bl-Ittra Emendatorja 1/2015:

- In-nefqa għall-Kompetittività għat-Tkabbir Ekonomiku u l-Impjiegi (intestatura 1a) u Ewropa Globali (intestatura 4);

- Linji tal-baġit għall-objettiv ta’ Konverġenza (04 02 17, 04 02 60, 11 06 12, 13 03 16 u 13 03 60); kif ukoll

- Ftehimiet ta’ Sħubija dwar is-Sajd Internazzjonali.

It-tqassim propost ta’ approprjazzjonijiet ta’ pagament fl-Abbozz il-ġdid tal-Baġit 2015 se jippermetti li jkomplu jitnaqqsu l-impenji pendenti ta’ kontijiet mhux imħallsa mill-aħħar perjodu ta’ programmar għall-Koeżjoni, li jiġi indirizzat il-livell dejjem jikber tal-impenji pendenti għall-Kompetittività u l-Ewropa Globali, kif ukoll li jingħata bidu b’suċċess għall-ġenerazzjoni ġdida ta’ programmi ta’ nfiq fl-2015. F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni tinsab lesta li tikkontribwixxi, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Parlament Ewropew u mal-Kunsill, għall-istabbiliment ta' pjan ta' pagament immirat biex iżomm kontroll fuq l-evoluzzjoni tal-kontijiet pendenti.

4.           Rimarki tal-Għeluq

Billi tipproponi Abbozz tal-Baġit ġdid għall-2015, li jibni fuq il-progress li sar fil-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni, il-Kummissjoni tfittex li toħloq il-kundizzjonijiet għal adozzjoni rapida tal-baġit tal-2015, fil-perjodu ta’ żmien limitat qabel tmiem is-sena.

Adozzjoni u dħul fis-seħħ f'waqthom tal-baġit tal-2015 jiżguraw l-implimentazzjoni xierqa tal-politiki u tal-programmi tal-Unjoni Ewropea. Il-Kummissjoni se tagħmel l-aħjar tagħha sabiex tikseb din il-mira.

5.           Abbozz tal-baġit tal-2015 skont l-intestaturi tal-qafas finanzjarju u l-programmi ewlenin

f'miljuni ta' EUR

Intestatura || Baġit || L-Abbozz il-ġdid tal-Baġit (AB) || Differenza || Differenza

2014 (1) || 2015 || 2015 / 2014 || 2015 – 2014

(1) (2) || (2 / 1) || (2 – 1)

AI || AP || AI || AP || AI || AP || AI || AP

1. Tkabbir intelliġenti u inklussiv || 63 986,3 || 66 374,5 || 66 718,8 || 66 900,8 || 4,3 % || 0,8 % || 2 732,4 || 526,3

Li minnhom taħt l-Istrument ta' Flessibbiltà || 89,3 || || 83,3 || || || || ||

Limitu || 63 973,0 || || 66 813,0 || || || || ||

Marġini || 76,0 || || 177,5 || || || || ||

1a || Kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi || 16 484,0 || 12 028,3 || 17 488,5 || 15 833,3 || 6,1 % || 31,6 % || 1 004,5 || 3 805,0

Limitu || 16 560,0 || || 17 666,0 || || || || ||

Marġini || 76,0 || || 177,5 || || || || ||

Proġetti infrastrutturali kbar || 2 417,1 || 1 944,5 || 2 508,9 || 1 965,7 || 3,8 % || 1,1 % || 91,8 || 21,2

|| Sistemi Ewropej ta' Navigazzjoni bis-Satellita (EGNOS u Galileo) || 1 326,2 || 1 193,2 || 1 060,6 || 934,5 || -20,0 % || -21,7 % || -265,6 || -258,6

|| Ir-Reattur Termonukleari Sperimentali Internazzjonali (ITER) || 728,0 || 563,2 || 891,9 || 517,6 || 22,5 % || -8,1 % || 163,9 || -45,6

|| Monitoraġġ Globali tal-Ambjent u s-Sigurtà (Copernicus) || 362,9 || 188,1 || 556,4 || 513,5 || 53,3 % || 173,0 % || 193,4 || 325,4

|| Sikurezza Nukleari u Dekummissjonar || 130,4 || 180,0 || 133,0 || 157,5 || 2,0 % || -12,5 % || 2,6 || -22,5

Qafas Strateġiku Komuni (QSK) Riċerka u Innovazzjoni || 9 309,7 || 6 488,4 || 9 866,5 || 9 386,7 || 6,0 % || 44,7 % || 556,8 || 2 898,2

|| Orizzont 2020 || 9 022,4 || 6 240,1 || 9 564,4 || 9 044,2 || 6,0 % || 44,9 % || 542,0 || 2 804,1

|| Programm tal-Euratom għar-Riċerka u Attivitajiet ta’ Taħriġ || 287,2 || 248,3 || 302,1 || 342,4 || 5,2 % || 37,9 % || 14,8 || 94,1

Kompetittività tal-intrapriżi u l-intrapriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju (COSME) || 254,1 || 221,4 || 293,3 || 321,4 || 15,4 % || 45,2 % || 39,2 || 100,0

Edukazzjoni, Taħriġ u Sport (Erasmus +) || 1 558,8 || 1 424,4 || 1 592,1 || 1 390,2 || 2,1 % || -2,4 % || 33,4 || -34,2

Impjiegi u Innovazzjoni Soċjali (EaSI) || 122,8 || 102,4 || 124,6 || 90,0 || 1,5 % || -12,1 % || 1,9 || -12,4

Dwana, Fiscalis u Kontra l-Frodi || 118,3 || 90,4 || 122,0 || 95,0 || 3,2 % || 5,1 % || 3,7 || 4,6

Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (CEF) || 1 976,2 || 821,8 || 2 225,0 || 1 452,0 || 12,6 % || 76,7 % || 248,8 || 630,2

|| L-Enerġija || 409,6 || 12,5 || 487,2 || 78,6 || 18,9 % || 529,6 % || 77,5 || 66,1

|| Trasport || 1 482,4 || 793,1 || 1 645,9 || 1 300,5 || 11,0 % || 64,0 % || 163,4 || 507,4

|| Teknoloġija tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjonijiet (ICT) || 84,1 || 16,3 || 92,0 || 73,0 || 9,3 % || 348,4 % || 7,9 || 56,7

Proġetti tal-enerġija biex jgħinu l-irkupru tal-ekonomija (EERP) || 0,0 || 140,3 || 0,0 || 407,6 ||      ∞ || 190,6 % || 0,0 || 267,3

Azzjonijiet u programmi oħra || 203,8 || 236,8 || 216,6 || 187,6 || 6,3 % || -20,8 % || 12,8 || -49,2

Azzjonijiet iffinanzjati taħt il-prerogattivi tal-Kummissjoni u l-kompetenzi speċifiċi mogħtija lill-Kummissjoni || 135,8 || 110,8 || 132,4 || 103,7 || -2,5 % || -6,4 % || -3,3 || -7,1

Proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji || 18,6 || 28,4 || 22,4 || 26,0 || 20,0 % || -8,3 % || 3,7 || -2,4

Aġenziji deċentralizzati || 238,5 || 238,8 || 251,6 || 250,0 || 5,5 % || 4,7 % || 13,1 || 11,3

1b || Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali || 47 502,3 || 54 346,2 || 49 230,3 || 51 067,4 || 3,6 % || -6,0 % || 1 728,0 || -3 278,7

Li minnhom taħt l-Istrument ta' Flessibbiltà || 89,3 || || 83,3 || || || || ||

Limitu || 47 413,0 || || 49 147,0 || || || || ||

Marġini || 0,0 || || 0,0 || || || || ||

Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi || 43 513,7 || 51 645,1 || 45 146,6 || 48 349,4 || 3,8 % || -6,4 % || 1 632,9 || -3 295,6

|| Konverġenza reġjonali (Reġjuni Inqas Żviluppati) || 23 264,1 || 32 202,7 || 24 203,3 || 27 804,2 || 4,0 % || -13,7 % || 939,2 || -4 398,5

|| Reġjuni ta' tranżizzjoni || 4 697,7 || 276,2 || 4 854,2 || 910,0 || 3,3 % || 229,5 % || 156,5 || 633,8

|| Kompetittività (Reġjuni Aktar Żviluppati) || 7 403,4 || 8 075,3 || 7 529,1 || 6 893,7 || 1,7 % || -14,6 % || 125,7 || -1 181,6

|| Reġjuni ultraperiferiċi u b’popolazzjoni skarsa || 209,1 || 13,0 || 213,4 || 38,0 || 2,1 % || 192,5 % || 4,3 || 25,0

|| Fondi ta' Koeżjoni || 7 939,4 || 11 077,8 || 8 346,5 || 12 703,4 || 5,1 % || 14,7 % || 407,1 || 1 625,6

Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (FNE) – kontribuzzjoni FK || 983,0 || 0,0 || 1 217,0 || 401,2 || 23,8 % ||      ∞ || 234,0 || 401,2

Koperazzjoni territorjali Ewropea || 505,7 || 1 701,5 || 738,4 || 1 168,6 || 46,0 % || -31,3 % || 232,7 || -532,9

Inizjattiva Favur l-Impjiegi taż-Żgħażagħ (allokazzjoni kumplimentari speċifika) || 1 804,1 || 450,0 || 1 407,2 || 586,5 || -22,0 % || 30,3 % || -396,9 || 136,5

Assistenza teknika u miżuri ta’ innovazzjoni || 188,6 || 134,6 || 192,6 || 181,8 || 2,1 % || 35,1 % || 4,0 || 47,2

Għajnuna Ewropea għall-persuni l-aktar fil-bżonn (FEAD) || 501,3 || 406,3 || 525,1 || 370,6 || 4,7 % || -8,8 % || 23,8 || -35,7

Proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji || 6,0 || 8,7 || 3,5 || 9,4 || -41,2 % || 7,4 % || -2,5 || 0,6

2. Tkabbir Sostenibbli: riżorsi naturali || 59 190,9 || 56 558,8 || 58 808,6 || 56 231,1 || -0,6 % || -0,6 % || -382,4 || -327,7

Limitu || 59 303,0 || || 59 599,0 || || || || ||

Marġini || 112,1 || || 790,4 || || || || ||

|| Li minnhom: Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) — Nefqa relatata mas-suq u pagamenti diretti || 43 778,1 || 43 777,0 || 43 455,8 || 43 448,3 || -0,7 % || -0,8 % || -322,3 || -328,7

Sottolimitu || 44 130,0 || || 44 313,0 || || || || ||

Trasferiment nett bejn il-FAEG u l-FAEŻR || 351,9 || || 123,2 || || || || ||

Sottomarġini || 0,0 || || 734,0 || || || || ||

Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) — Nefqa relatata mas-suq u pagamenti diretti || 43 778,1 || 43 777,0 || 43 455,8 || 43 448,3 || -0,7 % || -0,8 % || -322,3 || -328,7

Il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) || 13 991,0 || 11 705,1 || 13 823,6 || 11 384,3 || -1,2 % || -2,7 % || -167,4 || -320,8

Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (FEMS) || 941,0 || 735,7 || 1 035,4 || 966,9 || 10,0 % || 31,4 % || 94,4 || 231,2

Ambjent u Azzjoni Klimatika (LIFE) || 404,6 || 261,2 || 435,1 || 357,1 || 7,5 % || 36,7 % || 30,5 || 96,0

Azzjonijiet iffinanzjati taħt il-prerogattivi tal-Kummissjoni u l-kompetenzi speċifiċi mogħtija lill-Kummissjoni || 7,3 || 3,0 || 5,3 || 5,2 || -27,4 % || 73,6 % || -2,0 || 2,2

Proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji || 18,5 || 26,5 || 2,9 || 18,9 || -84,3 % || -28,7 % || -15,6 || -7,6

Aġenziji deċentralizzati || 50,4 || 50,4 || 50,4 || 50,4 || 0,1 % || 0,1 % || 0,1 || 0,1

3. Sigurtà u ċittadinanza || 2 172,0 || 1 677,0 || 2 146,7 || 1 884,3 || -1,2 % || 12,4 % || -25,3 || 207,3

Limitu || 2 179,0 || || 2 246,0 || || || || ||

Marġini || 7,0 || || 99,3 || || || || ||

Il-Fond ta' Asil, Migrazzjoni u Integrazzjoni || 403,3 || 146,4 || 416,7 || 343,1 || 3,3 % || 134,4 % || 13,5 || 196,7

Fond għas-Sigurtà Interna || 403,3 || 230,3 || 394,8 || 275,9 || -2,1 % || 19,8 % || -8,5 || 45,6

Sistemi tal-IT || 18,6 || 9,9 || 18,9 || 22,5 || 2,0 % || 127,3 % || 0,4 || 12,6

Ġustizzja || 47,0 || 35,7 || 49,3 || 43,2 || 4,8 % || 21,0 % || 2,2 || 7,5

Drittijiet, Ugwaljanza u Ċittadinanza || 55,3 || 55,2 || 57,4 || 48,5 || 3,8 % || -12,0 % || 2,1 || -6,6

Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili || 28,2 || 30,0 || 29,3 || 27,8 || 3,7 % || -7,1 % || 1,0 || -2,1

Ewropa għaċ-Ċittadini || 25,4 || 27,9 || 24,3 || 18,6 || -4,5% || -33,1% || -1,1 || -9,2

Ikel u Għalf || 253,4 || 218,5 || 258,5 || 219,5 || 2,0% || 0,5% || 5,1 || 1,0

Is-saħħa || 58,6 || 44,8 || 59,8 || 58,0 || 2,0% || 29,6% || 1,2 || 13,3

Konsumatur || 24,1 || 21,8 || 24,7 || 21,3 || 2,5% || -2,5% || 0,6 || -0,5

Ewropa Kreattiva || 180,6 || 184,3 || 177,7 || 168,1 || -1,6% || -8,8% || -2,9 || -16,2

Azzjonijiet u programmi oħra || 0,0 || 0,6 || 0,0 || 0,0 ||      ∞ || -100,0% || 0,0 || -0,6

Azzjonijiet iffinanzjati taħt il-prerogattivi tal-Kummissjoni u l-kompetenzi speċifiċi mogħtija lill-Kummissjoni || 166,7 || 163,2 || 84,9 || 87,2 || -49,1% || -46,6% || -81,8 || -76,0

|| Li minnhom “Azzjonijiet ta’ komunikazzjoni” || 85,6 || 82,2 || 83,9 || 86,1 || -2,1% || 4,7% || -1,8 || 3,9

Proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji || 17,4 || 18,2 || 16,4 || 18,1 || -5,9% || -0,3% || -1,0 || -0,1

Aġenziji deċentralizzati || 490,4 || 490,4 || 534,3 || 532,4 || 9,0% || 8,6% || 43,9 || 42,0

4. Ewropa Globali || 8 325,0 || 6 842,0 || 8 356,4 || 7 428,0 || 0,4% || 8,6% || 31,4 || 586,0

Limitu || 8 335,0 || || 8 749,0 || || || || ||

Marġini || 10,0 || || 392,6 || || || || ||

Strument għall-assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA II) || 1 578,4 || 1 436,7 || 1 572,3 || 1 559,0 || -0,4% || 8,5% || -6,1 || 122,3

L-Istrument Ewropew ta’ Viċinat (European Neighbourhood Instrument - ENI) || 2 192,2 || 1 630,2 || 2 014,0 || 1 583,0 || -8,1% || -2,9% || -178,2 || -47,2

L-Istrument tal-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp (Development Cooperation Instrument - DCI) || 2 341,0 || 1 776,2 || 2 445,5 || 2 146,7 || 4,5% || 20,9% || 104,5 || 370,4

Strument ta’ Sħubija għall-kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi (PI) || 118,9 || 37,5 || 118,6 || 94,5 || -0,3% || 151,9% || -0,3 || 57,0

Strument Ewropew għad-Demokrazija u d-Drittijiet tal-Bniedem (EIDHR) || 184,2 || 120,3 || 181,8 || 154,6 || -1,3% || 28,5% || -2,4 || 34,3

L-Istrument li jikkontribwixxi għall-Istabilità u l-Paċi || 318,2 || 258,4 || 320,1 || 234,6 || 0,6% || -9,2% || 2,0 || -23,8

Għajnuna Umanitarja || 920,3 || 1 035,4 || 918,8 || 918,8 || -0,2% || -11,3% || -1,4 || -116,6

Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni (PESK) || 314,5 || 234,8 || 300,8 || 259,4 || -4,4% || 10,5% || -13,7 || 24,5

L-Istrument għall-Kooperazzjoni għas-Sikurezza Nukleari (INSC) || 30,5 || 55,8 || 61,2 || 60,3 || 100,2% || 8,2% || 30,6 || 4,6

L-Assistenza Makrofinanzjarja (MFA) || 60,0 || 52,2 || 78,0 || 74,4 || 29,9% || 42,7% || 18,0 || 22,2

Fond ta’ Garanzija għal Azzjonijiet Esterni || 58,4 || 58,4 || 144,4 || 144,4 || 147,1% || 147,1% || 86,0 || 86,0

Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili || 19,5 || 6,0 || 16,9 || 13,1 || -13,4% || 119,0% || -2,6 || 7,1

L-inizjattiva EU Aid Volunteers (EUAV) || 12,7 || 3,3 || 14,8 || 11,0 || 16,5% || 234,5% || 2,1 || 7,7

Azzjonijiet u programmi oħra || 74,2 || 51,8 || 76,4 || 66,1 || 3,0% || 27,7% || 2,2 || 14,3

Azzjonijiet iffinanzjati taħt il-prerogattivi tal-Kummissjoni u l-kompetenzi speċifiċi mogħtija lill-Kummissjoni || 64,5 || 45,4 || 63,9 || 71,8 || -0,8% || 58,1% || -0,5 || 26,4

Proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji || 17,4 || 19,5 || 9,0 || 16,4 || -48,5% || -16,0% || -8,5 || -3,1

Aġenziji deċentralizzati || 20,0 || 20,0 || 19,9 || 19,9 || -0,4% || -0,4% || -0,1 || -0,1

5. Amministrazzjoni || 8 404,5 || 8 405,4 || 8 680,5 || 8 668,1 || 3,3% || 3,1% || 276,0 || 262,7

Limitu || 8 721,0 || || 9 076,0 || || || || ||

Marġini || 316,5 || || 395,5 || || || || ||

Li minnhom: Nefqa amministrattiva tal-istituzzjonijiet || 6 792,2 || 6 793,1 || 6 961,2 || 6 948,8 || 2,5% || 2,3% || 169,0 || 155,7

Sottolimitu || 7 056,0 || || 7 351,0 || || || || ||

Sottomarġini || 263,8 || || 389,8 || || || || ||

Il-Pensjonijiet u l-Iskejjel Ewropej || 1 612,3 || 1 612,3 || 1 719,3 || 1 719,3 || 6,6% || 6,6% || 107,0 || 107,0

|| Pensjonijiet || 1 446,9 || 1 446,9 || 1 559,4 || 1 559,4 || 7,8% || 7,8% || 112,5 || 112,5

|| Skejjel Ewropej || 165,4 || 165,4 || 159,9 || 159,9 || -3,3% || -3,3% || -5,5 || -5,5

Nefqa amministrattiva tal-istituzzjonijiet || 6 792,2 || 6 793,1 || 6 961,2 || 6 948,8 || 2,5% || 2,3% || 169,0 || 155,7

|| Il-Parlament Ewropew || 1 755,6 || 1 755,6 || 1 794,7 || 1 794,7 || 2,2% || 2,2% || 39,1 || 39,1

|| Il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill || 534,2 || 534,2 || 542,3 || 542,3 || 1,5% || 1,5% || 8,1 || 8,1

|| Il-Kummissjoni || 3 260,8 || 3 261,7 || 3 274,5 || 3 272,9 || 0,4% || 0,3% || 13,6 || 11,2

|| Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea || 355,4 || 355,4 || 357,1 || 357,1 || 0,5% || 0,5% || 1,7 || 1,7

|| Il-Qorti tal-Awdituri || 133,5 || 133,5 || 132,9 || 132,9 || -0,4% || -0,4% || -0,6 || -0,6

|| Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew || 128,6 || 128,6 || 129,1 || 129,1 || 0,4% || 0,4% || 0,5 || 0,5

|| Il-Kumitat tar-Reġjuni || 87,6 || 87,6 || 88,9 || 88,9 || 1,4% || 1,4% || 1,2 || 1,2

|| L-Ombudsman Ewropew || 9,9 || 9,9 || 10,1 || 10,1 || 2,4% || 2,4% || 0,2 || 0,2

|| Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data || 8,0 || 8,0 || 8,9 || 8,9 || 10,9% || 10,9% || 0,9 || 0,9

|| Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna || 518,6 || 518,6 || 622,8 || 612,0 || 20,1% || 18,0% || 104,2 || 93,4

6. Kumpens || 28,6 || 28,6 || 0,0 || 0,0 || -100,0% || -100,0% || -28,6 || -28,6

Limitu || 29,0 || || 0,0 || || || || ||

Marġini || 0,4 || || 0,0 || || || || ||

Approprjazzjonijiet għall-intestaturi 1 sa 6 || 142 107,4 || 139 886,3 || 144 711,0 || 141 112,3 || 1,8% || 0,9% || 2 603,6 || 1 226,0

Li minnhom taħt l-Istrument ta' Flessibbiltà || 89,3 || 0,0 || 83,3 || 11,3 || || || ||

Li minnhom taħt il-Marġini ta' Kontinġenza || 0,0 || 4 026,7 || 0,0 || 0,0 || || || ||

Limitu || 142 540,0 || 135 866,0 || 146 483,0 || 141 901,0 || || || ||

Marġini || 521,9 || 6,4 || 1 855,3 || 800,0 || || || ||

Approprjazzjonijiet bħala perċentwal tal-ING (2) || 1,05% || 1,04% || 1,04% || 1,01% || || || ||

Strumenti speċjali oħra (3) || 582,9 || 482,9 || 515,4 || 225,0 || -11,6% || -53,4% || -67,5 || -257,9

|| Riżerva għal għajnuna f'emerġenza (EAR) || 297,0 || 156,2 || 303,0 || 150,0 || 2,0% || -3,9% || 6,0 || -6,2

|| Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (EGF) || 159,2 || 50,0 || 162,4 || 25,0 || 2,0% || -50,0% || 3,2 || -25,0

|| Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (FSUE) || 126,7 || 276,7 || 50,0 || 50,0 || -60,5% || -81,9% || -76,7 || -226,7

TOTAL tal-approprjazzjonijiet || 142 690,3 || 140 369,2 || 145 226,3 || 141 337,3 || 1,8% || 0,7% || 2 536,0 || 968,1

Approprjazzjonijiet bħala perċentwal tal-ING (2) || 1,06% || 1,04% || 1,04% || 1,01% || || || ||

(1) Il-baġit tal-2014 jinkludi l-abbozz emendatorju 1 u l-abbozzi ta' baġits emendatorji minn 3 sa 8.

(2) L-abbozz tal-baġit huwa bbażat fuq il-previżjoni tal-ING maħruġa wara laqgħa tal-Kumitat Konsultattiv dwar ir-Riżorsi Proprji (KKRP) li saret fid-19 ta' Mejju 2014.

(3) "Strumenti Speċjali Oħrajn" jinkludu r-“Riżerva għall-Għajnuna ta’ Emerġenza (EAR)”, il-“Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG)” u l-“Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (EUSF)". L-approprjazzjonijiet li jikkorrispondu magħhom huma kkunsidrati li jaqgħu barra mill-QFP għall-iskop tal-kalkolu tal-marġini taħt il-limiti massimi għall-approprjazzjonijiet ta' pagament. Dan huwa wkoll il-każ għall-approprjazzjonijiet relatati mal-Istrument ta’ Flessibilità.

[1]              ĠU L 296, 26.10.2012, p. 1.

[2]               ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.

[3]              COM (2014) 300.

[4]              COM (2014) 637.

[5]               COM(2014) 300, 24.6.2014.

[6]               COM(2014) 234, 15.4.2014.

[7]               COM(2014) 329, 28.5.2014.

[8]               COM(2014) 461, 9.7.2014.

[9]               COM(2014) 564, 8.9.2014.

[10]             COM(2014) 650, 17.10.2014

[11]             Anki jekk l-Abbozz ta’ Baġit Emendatorju Nru 6/2014 kien jagħmel parti wkoll mill-pakkett diskuss fil-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni, l-adozzjoni tiegħu kienet ippjanata li sseħħ f’Diċembru, sabiex ikun jista’ jittieħed kont tal-aġġustamenti meħtieġa tar-riżorsi proprji, b’mod partikolari fir-rigward tal-ammonti tal-VAT u l-ING magħmula disponibbli b’mod effettiv fl-ewwel jum tax-xogħol ta’ Diċembru 2014.

[12]             COM(2014) 637, 15.10.2014.

[13]             "L-aġenda għall-impjiegi, it-tkabbir, il-ġustizzja u l-bidla demokratika": Linji Gwida Politiċi għall-Kummissjoni Ewropea li jmiss, Stqarrija Inawgurali tal-President Juncker fis-sessjoni plenarja tal-Parlament Ewropew fi Strasburgu fil-15 ta’ Lulju 2014.

[14]             ĠU L 347, 20.12.2013. Iċ-ċifri huma bbażati fuq l-aġġustament tekniku tal-qafas finanzjarju għall-2015 f'konformità mal-movimenti tal-ING, li ġie adottat mill-Kummissjoni fit-28 ta' Mejju 2014 (COM(2014) 307).

[15]             L-Abbozz tal-Baġit huwa bbażat fuq il-previżjoni tal-ING tad-19 ta’ Mejju 2014 maħruġa wara l-laqgħa tal-Kumitat Konsultattiv dwar ir-Riżorsi Proprji (ACOR).

[16]             It-tnaqqis għall-Intestatura 3 huwa l-aktar spjegat permezz tat-tmiem tal-“Faċilità ta’ Schengen għall-Kroazja” fl-2015 (EUR 80,0 miljun fil-baġit 2014), skont il-pakkett finanzjarju miftiehem għall-adeżjoni tal-Kroazja.

[17]             COM(2014) 9049, 26.11.2014.