RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL dwar l-implimentazzjoni tal-Programm Ewropew tal-Enerġija għall-Irkupru /* COM/2014/0669 final - 2014/ () */
RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT
EWROPEW U LILL-KUNSILL dwar l-implimentazzjoni tal-Programm Ewropew
tal-Enerġija għall-Irkupru I. PROGRESS
FL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM U L-LEZZJONIJIET MEĦUDA L-infrastruttura
u l-innovazzjoni tal-enerġija, li huma l-mutur tal-Programm Ewropew
tal-Enerġija għall-Irkupru (EEPR), għadhom importanti llum
daqskemm kienu fl-2009 meta ġie stabbilit l-EEPR. It-tnejn li huma
għandhom rwol ewlieni x’jaqdu fit-titjib tas-sigurtà tal-provvista attwali
u futura tal-enerġija u biex jintlaħqu l-miri tal-bidla fil-klima, u
biex jiġi kkompletat is-suq intern. L-avvenimenti
politiċi riċenti fl-Ukraina u r-Russja taw xhieda għal
darb'oħra ta' kemm hu importanti li tiġi żgurata s-sigurtà
tal-provvista tal-gass. L-EEPR, permezz ta’ proġetti bħal flussi
bidirezzjonali tal-gass, diġà kkontribwixxa għat-titjib
tal-kapaċità tal-UE, partikolarment meta mqabbla mas-sitwazzjoni ta' qabel
il-kriżi tal-gass fl-2009. L-appoġġ tal-EEPR għall-innovazzjoni
fil-qasam tal-enerġija mir-riħ fuq il-baħar u l-ġbir u
l-ħżin tal-karbonju (CCS) ikkontribwixxa wkoll b’mod sinifikanti biex
jittejjeb l-użu tar-riżorsi indiġeni tal-UE,
bħall-enerġija mir-riħ jew il-faħam. Tagħrif
dwar is-sitwazzjoni attwali tal-proġetti tal-EEPR huwa disponibbli f'dan is-sit
tal-internet: http://ec.europa.eu/energy/eepr/doc/cswd_project_2014.pdf Fil-Komunikazzjoni
riċenti tagħha dwar l-Istrateġija Ewropea għas-Sigurtà
tal-Enerġija, adottata fit-28 ta’ Mejju 2014[1], il-Kummissjoni
saħqet dwar l-importanza tal-iżvilupp ta’ infrastruttura kritika
bil-għan li tissaħħaħ is-sigurtà tal-enerġija
tagħna. L-infrastruttura u l-innovazzjoni ser ikunu
kruċjali biex jintlaħqu l-miri tal-UE għall-klima u l-enerġija
– sew jekk qed nitkellmu dwar il-miri 20/20/20 għal sorsi
tal-enerġija rinnovabbli, l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija
u t-tnaqqis tal-gassijiet b'effett ta' serra li hemm bħalissa, jew inkella
dwar il-miri li dan l-aħħar il-Kummissjoni pproponiet għall-2030.
Il-proġetti tal-enerġija mir-riħ fuq il-baħar tal-EEPR
diġà qed jiġġeneraw l-elettriku għall-grilja u b’hekk qed
jikkontribwixxu għall-miri tal-enerġija rinnovabbli u tal-gassijiet
b’effett ta’ serra tal-UE. Il-proġetti ffinanzjati taħt il-Fond Ewropew
għall-Effiċjenza Enerġetika (EEEF) qed jikkontribwixxu
għall-effiċjenza tal-enerġija. Il-proġetti tas-CCS tal-EEPR
huma essenzjali biex jagħtu xhieda f’waqtha tat-teknoloġija
kosteffiċjenti li hija meħtieġa għall-mitigazzjoni
tal-emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra u
għat-tranżizzjoni lejn ekonomija b’livell baxx ta’ karbonju.
L-infrastruttura u l-innovazzjoni huma fatturi ewlenin biex jiġi
kkompletat is-suq intern tal-enerġija u ħalli jiġu
żviluppati interkonnessjonijiet sabiex tintemm is-sitwazzjoni li xi Stat
Membru jkun iżolat min-netwerks Ewropej tal-gass u l-elettriku. F’Marzu 2014, il-Kunsill Ewropew appella biex
jiġu aċċellerati l-isforzi b’mod partikolari f’dak li
għandu x’jaqsam mal-implimentazzjoni tal-miżuri kollha biex tinkiseb
il-mira li tintlaħaq interkonnessjoni ta’ mill-inqas 10 %
tal-kapaċità installata tagħhom tal-produzzjoni tal-elettriku
għall-Istati Membri kollha[2].
Il-proġetti tal-EEPR diġà kkontribwew b’mod sinifikanti għal dan
l-għan. Il-proġetti tal-EEPR diġà kkontribwew
b’mod sinifikanti biex l-għanijiet tal-UE, u l-proġetti li
għadhom għaddejjin baqgħu rilevanti daqs qatt qabel
għall-għanijiet il-ġodda li għadhom kif ġew proposti.
Dan ir-rapport jistabbilixxi l-progress li sar fl-implimentazzjoni
tal-proġetti u l-EEE F, għal kull parti tal-EEPR. Isegwi fuq
ir-rapport li ġie adottat fl-2013[3],
ikopri l-implimentazzjoni tal-proġetti ta' bejn Ottubru 2013 u l-31 ta'
Awwissu 2014 u l-ħlasijiet li saru bejn l-1 ta' Lulju 2013 u l-31 ta'
Awwissu 2014. II. L-IMPLIMENTAZZJONI ĠENERALI
TAL-PROĠETT Fi tmiem l-2013, 30 proġett minn 61 kienu
diġà teknikament lesti, u effettivament kien tħallas ammont totali
ta’ EUR 1,499,826,5484 miljun lill-benefiċjarji. Ir-rata tal-ħlasijiet għadha baxxa,
iżda kif jidher fis-CSWD (Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal
tal-Kummissjoni) fl-Anness, il-parti l-kbira tal-proġetti tlestew u
l-promoturi se jippreżentaw l-aħħar talba għall-ħlas
sal-aħħar ta’ din is-sena. Dan jikkonferma d-diffikultajiet fl-ippjanar
ta’ proġetti kbar u kumplessi bħal dawn. Fil-fatt, il-kumplessità
tat-teknoloġiji involuti, speċjalment għall-integrazzjoni
fil-grilja u s-CCS tal-Enerġija Ġġenerata mir-Riħ fuq
il-Baħar (OWE), id-diffikultajiet għall-awtoritajiet pubbliċi
kemm fil-livell tal-gvern u kemm fil-livell regolatorju biex joffru qafas
regolatorju xieraq, in-nuqqas ta’ aċċettazzjoni pubblika, kif ukoll
id-diffikultajiet marbutin mal-kwistjonijiet ambjentali u mal-akkwist pubbliku,
ilkoll kienu jikkostitwixxu sfidi addizzjonali għall-promoturi tal-proġetti.
Barra minn hekk, il-proċedura tal-għoti tal-permessi hija
r-raġuni ta' ħafna dewmien. Bħalissa, EUR 42 miljun f'fondi
mhux minfuqa ġew irkuprati mill-proġett Ġermaniż tas-CCS.
Għall-proġetti tal-infrastrutturi tal-elettriku u tal-gass li
ġew itterminati, ġew diżimpenjati EUR 12-il miljun. Dan
jista' jiġi spjegat parzjalment mill-fatt li l-ispejjeż finali kienu
inqas mill-ewwel stima tal-ispejjeż. 1. l-infrastrutturi tal-gass u tal-elettriku Is-subprogramm tal-infrastruttura tal-EEPR
jappoġġa 44 proġett fi tliet oqsma ewlenin ta’ attivitajiet. Il-proġetti jiġu implimentati
mill-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni (it-TSOs) f’kull Stat Membru
jew mill-promoturi tal-proġetti. Ġie allokat ammont ta’
EUR 2.268 biljun, li EUR 897,973,693 miljun minnhom,
jiġifieri 40 %, kienu diġà tħallsu lill-benefiċjarji
sa April 2014. Il-ħlasijiet huma soġġetti għall-impenn sod
tal-promoturi li jimplimentaw il-proġett permezz ta’ Deċiżjoni
ta' Investiment Finanzjarju. Il-proġetti jkopru tliet oqsma: - Il-proġetti tal-infrastruttura u l-ħżin
tal-gass: l-infrastruttura għat-trasport u l-kummerċ tal-gass madwar
l-UE trid tiġi integrata aktar billi jinbnew il-konnessjonijiet li huma
neqsin bejn l-Istati Membri. Is-sorsi u r-rotot tal-enerġija tal-UE, inkluż
il-Gass Naturali Likwifikat (LNG), għandhom ikomplu jiġu
ddiversifikati; - Il-proġetti tal-fluss invertit tal-gass: Matul il-kriżi
tal-provvista tal-gass fl-2009 bejn ir-Russja u l-Ukraina, il-biċċa
l-kbira tal-Istati Membri tal-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant
spiċċaw mingħajr gass, mhux minħabba nuqqas ta’ gass
fl-Ewropa, iżda minħabba li l-infrastruttura eżistenti ma kienx
fiha t-tagħmir u l-kapaċitajiet tekniċi meħtieġa biex
il-flussi tal-gass jiġu invertiti biex minflok mil-Lvant għall-Punent
imorru fid-direzzjoni opposta. Il-finanzjament tal-EEPR ipprovda
appoġġ sabiex tiġi indirizzata din il-lakuna u issa fl-Ewropa
Ċentrali u tal-Lvant hemm fis-seħħ flussi li jistgħu
jiġu invertiti. L-eżempji l-aktar prominenti ta’ proġetti li
tlestew huma l-erba' (4) proġetti fl-Awstrija li jipprovdu aċċess
aħjar għall-faċilitajiet ta’ ħżin Awstrijaċi
f’Baumgarten lill-pajjiżi ġirien kollha, żewġ proġetti
fis-Slovakkja biex jiżguraw fluss bidirezzjonali tal-gass bejn
is-Slovakkja u r-Repubblika Ċeka, u bejn is-Slovakkja u l-Awstrija u
aċċess imtejjeb għal UGS fis-Slovakkja; it-tliet (3)
proġetti fir-Repubblika Ċeka li żiedu l-kapaċità
tat-trażmissjoni fid-direzzjoni tal-grigal-lvant u proġett
wieħed fl-Ungerija li jippermetti fluss sikur Punent–Lvant ta' gass
naturali bejn l-Ungerija u r-Rumanija. - Il-proġetti tal-infrastruttura
tal-elettriku: L-integrazzjoni ta’ ammont dejjem ikbar ta' elettriku minn Sorsi
differenti tal-Enerġija Rinnovabbli tirrikjedi investimenti kbar
f’infrastruttura ġdida. Barra minn hekk, għadd ta’ Stati Membri għadhom
“gżejjer tal-enerġija” għaliex mhumiex konnessi tajjeb
mal-ġirien tagħhom u mas-suq intern tal-enerġija. 1.1 il-progress li sar s'issa Sa issa, tlestew 27 mill-44 proġett
tal-infrastruttura (meta mqabbla mad-19 fil-bidu tal-2013). Barra minn hekk,
l-għajnuna finanzjarja ntemmet għal erba' (4) proġetti.
Fis-settur tal-elettriku, tlestew seba' (7) proġetti. Il-ħames (5)
proġetti li fadal mexjin sew, u wħud minnhom mistennija jitlestew
matul din is-sena jew l-aktar tard sal-2015. Fis-settur tal-gass, tlestew 20
proġett. Tmienja (8) mexjin skont l-iskeda, u erba' jinsabu
fil-proċess li jiġu mitmuma. Il-biċċa l-kbira
tal-proġetti tal-fluss invertit u tal-interkonnessjonijiet fl-Ewropa
Ċentrali u tal-Lvant tlestew (12-il proġett minn 14-il proġett).
Il-fondi tal-EEPR għenu lill-proġetti biex jiżguraw
il-finanzjament tagħhom u, għaldaqstant, biex jibdew jaħdmu
mingħajr dewmien. Għalhekk, kemm is-sigurtà u kemm l-affidabbiltà
tan-network tal-gass ġew imtejba, is-sigurtà tal-provvista u d-diversifikazzjoni
żdiedu u l-konġestjonijiet kritiċi tneħħew. Jistgħu jissemmew diversi eżempji.
Il-fondi tal-EEPR żguraw iż-żieda mgħaġġla u
l-kapaċitajiet transfruntiera tal-gass bejn Franza u l-Belġju. Fuq
in-naħa tal-Belġju, inbnew żewġ stazzjonijiet ta’
kompressjoni ġodda (Berneau u Winksele) u dawn diġà qed
jitħaddmu. Fuq in-naħa Franċiża, il-pajpijiet
għat-taqsimiet Pitgam-Nedon u Cuvilly-Dierrey-Voisines ġew akkwistati
u bħalissa għaddejjin xogħlijiet ta’ kostruzzjoni fihom. Il-fondi tal-EEPR għenu biex is-sistema
tat-trażmissjoni Daniża tiġi estiża u msaħħa biex
tippermetti żieda tal-kunsinna tal-gass lejn l-Isvezja u l-importazzjoni
tal-gass mill-Ġermanja permezz tal-punt ta’ interkonnessjoni ta' Ellund.
Fil-futur, dan il-proġett jista’ jwassal il-provvisti ta’ gass
Norveġiż lill-konsumaturi fl-Ewropa Ċentrali u r-reġjun
Baltiku minn rotot possibbli min-Norveġja li jgħaddu mid-Danimarka. It-tlestija taż-żewġ
interkonnessjonijiet tal-elettriku bejn il-Portugall u Spanja fl-2011,
fir-reġjuni ta' Douro u Algarve, għenet biex issir konnessjoni
mas-sorsi tal-enerġija rinnovabbli. Il-fondi tal-EEPR ikkontribwew b'mod
sinifikanti għat-titjib u l-estensjoni tan-netwerk Portugiż u,
b'riżultat ta' dan, żdiedu l-kapaċitajiet transfruntiera ma’
Spanja. Il-fondi tal-EEPR appoġġaw ukoll
it-twaqqif tal-ewwel interkonnessjoni tal-elettriku bejn l-Irlanda u r-Renju
Unit. Billi kkontribwiet għaż-żieda fil-kapaċitajiet
tal-interkonnessjoni tal-elettriku u ppermettiet l-integrazzjoni
tal-enerġija ġġenerata mir-riħ lil hinn mix-xtut, din
l-interkonnessjoni saħħet is-sigurtà tal-provvista u
d-diversifikazzjoni tas-sorsi tal-enerġija għall-Irlanda. Tliet proġetti tal-EEPR fir-reġjun Baltiku għandhom
l-għan li jtejbu l-funzjonament tas-suq intern tal-enerġija u
l-iżgurar ta’ kundizzjonijiet uniformi. Meta jitlestew, dawn
il-proġetti ser jikkontribwixxu b’mod sinifikanti għat-titjib
tas-sigurtà tal-provvista, u jippermettu l-kummerċ fl-elettriku u
t-tnaqqis tal-bżonnijiet tal-importazzjoni tar-reġjun. F’dan
il-kuntest, il-fondi tal-EEPR aċċeleraw il-kostruzzjoni ta’ interkonnessjoni
tal-elettriku taħt il-baħar bejn l-Estonja u l-Finlandja (Estlink2)
li bdiet titħaddem f’Marzu 2014. Estlink2 hija ħolqa importanti
għall-integrazzjoni tas-suq tal-elettriku tal-ġejjieni bejn l-Istati
Membri Baltiċi u n-Nord Pool Spot. Barra minn hekk, Estlink2 se
żżid ukoll l-affidabbiltà tas-sistema Baltika tal-enerġija
elettrika filwaqt li tnaqqas d-dipendenza tagħha fuq il-provvista
tal-enerġija Russa. Madankollu, minkejja li sar xi progress, erba’
proġetti fis-settur tal-gass iffaċċjaw diffikultajiet kbar u se
jintemmu fl-2014. Dan jikkonċerna lil Nabucco, Galsi u Poseidon u
l-proġett tal-fluss invertit fir-Rumanija. Għall-ewwel tliet (3)
proġetti, in-negozjati kummerċjali għall-provvista tal-gass ma ġewx
konklużi b’mod pożittiv. Fil-każ tal-proġett tal-fluss
invertit fir-Rumanija, il-proġett ma setax jiġi implimentat
minħabba raġunijiet tekniċi.
1.2 LEZZJONIJIET MEĦUDA Seħħ progress sostanzjali
fil-proġetti tal-infrastruttura tal-gass u tal-elettriku.
Il-maġġoranza l-kbira tal-proġetti (40 minn 44) huma lesti jew
qed javvanzaw. Għal xi proġetti, id-data finali tal-implimentazzjoni
ġiet estiża (ara s-CSWD). Globalment, l-EEPR qiegħed itejjeb b’mod
konkret il-mod kif jaħdem is-suq intern, billi jipprovdi
interkonnessjonijiet bejn il-partijiet tal-UE li jinsabu fil-Lvant u
fil-Punent, u billi jżid is-sigurtà tal-provvista fil-pajjiżi u
r-reġjuni kkonċerrnati. Inkisbu xi passi 'l quddiem importanti:
il-proġetti tal-fluss invertit tal-gass qed jitħaddmu u evitaw
kriżi fil-provvista tal-gass matul il-kesħa straordinarja li
għamlet fi Frar tal-2012. Il-proġetti tal-elettriku
appoġġati qed jagħtu impetu qawwi lit-tlestija tas-suq intern.
Il-proġetti tan-netwerk tal-elettriku ser jikkontribwixxu biex jassorbu
l-elettriku prodott mis-sorsi rinnovabbli. Qed isir progress fit-tlestija ta’
sistema ta’ infrastruttura tal-enerġija mal-UE kollha bis-saħħa
tat-tneħħija tal-ostakli u tal-integrazzjoni progressiva
tal-"gzejjer tal-enerġija” bħat-tliet Stati Baltiċi,
il-Peniżola Iberika, l-Irlanda, Sqallija u Malta. Sal-lum, huwa mbassar li
l-maġġoranza tat-13-il proġett li għadhom għaddejjin
bħalissa għandhom jitlestew matul l-2014 u l-2015 u li ftit huma
l-proġetti li ser jittawlu sal-2017. L-eżerċizzju tal-EEPR wera li xi
proġetti ġew ittardjati l-aktar minħabba proċeduri ta'
permessi, diffikultajiet regolatorji fil-każ ta' proġetti
transfruntiera, u n-nuqqas ta' vjabbiltà kummerċjali. F’dan il-kuntest,
l-EEPR jappoġġa l-iżvilupp ta’ politika Ewropea għall-infrastruttura
tal-enerġija li tikkostitwixxi prijorità ewlenija tal-politika dwar
l-enerġija. Il-linji gwida għall-infrastruttura trans-Ewropea
tal-enerġija[4]
jipprovdu miżuri għall-iżvilupp f'waqtu ta’ proġetti ta’
interess komuni (PCIs) fi tmien kurituri prijoritarji identifikati. B’mod
partikolari, il-proġetti ta’ interess komuni huma intitolati li
jibbenefikaw minn proċeduri mgħaġġla (massimu ta’ tliet
snin u nofs) biex jinkisbu l-permessi għalihom, inċentivi regolatorji
biex jiffaċilitaw l-implimentazzjoni ta’ proġetti transfruntiera u
jistgħu jkunu eliġibbli li jirċievu fondi mill-Faċilità
Nikkollegaw l-Ewropa (CEF)[5].
2.
Proġetti għall-Enerġija mir-Riħ fuq il-Baħar (Offshore
Wind Energy - OWE) 2.1 Il-progress li sar sa issa Is-subprogramm tal-EEPR kien jikkonsisti
f'disa' (9) proġetti li jagħtu EUR 565 miljun ta’
appoġġ maqsuma bejn żewġ tipi ta’ attivitajiet: ·
L-ittestjar, il-manifattura u l-użu fuq skala
kbira ta’ turbini innovattivi u strutturi ta’ pedamenti fil-baħar (6 proġetti);
kif ukoll ·
L-iżvilupp ta’ soluzzjonijiet ibbażati
fuq moduli għall-integrazzjoni fil-grilja ta’ ammonti kbar ta’
trażmissjoni elettrika ġġenerata mir-riħ (3 proġetti). Tlieta (3) minn dawn il-proġetti tlestew
u wieħed (1) intemm minn qabel. EUR 226.981,500 ġew imħallsa
għall-proġetti. 2.2 Il-progress li sar sa issa skont is-settur 2.2.1 Il-progress fit-Turbini Innovattivi u l-Istrutturi fuq
il-Baħar Mill-aħħar rapport, żewġ
(2) proġetti oħra tlestew b’suċċess: Bard I u Borkum West
II. Flimkien mal-proġett komplut Thornton Bank, dawn it-tliet
proġetti rriżultaw f’925 MW ta’ kapaċità mir-riħ
bis-saħħa tal-finanzjament mill-EEPR. Proġett ieħor, Nordsee Ost, miexi
skont il-pjan u l-impjant tat-turbini tar-riħ għandu jiġi
kkummissjonat sal-aħħar tal-2014. Għaż-żewġ proġetti li
fadal, Aberdeen Offshore Wind Farm – Wind Deployment Centre u Global Tech I,
l-implimentazzjoni għadha soġġetta għal diffikultajiet
konsiderevoli. F’Aberdeen, diffikultajiet biex jinkisbu l-permessi tal-ippjanar
dewmu l-proġett u l-aħjar stima għal deċiżjoni finali
ta’ investiment hija t-tieni kwart tal-2015 (bi tlestija fl-2018). Għal
Global Tech il-permessi nkisbu, iżda jeħtieġ koinvestitur qabel
ma jkun jista’ jinkiseb aktar progress sinifikanti. Il-Kummissjoni qed tkompli
tissorvelja s-sitwazzjoni mill-qrib u se ttemm il-proġetti jekk ma jsirx
progress sodisfaċenti fi żmien 12-il xahar. 2.2.2 Progress bl-Integrazzjoni tal-Grilja
tar-Riħ Proġett wieħed, imsejjaħ HVDC
Hub ġie tterminat. Filwaqt li fadal diversi snin sabiex jiġu rrealizzati
ż-żewġ proġetti l-oħra, Kriegers Flak u Cobra Cable. Għal Kriegers Flak, l-iżviluppaturi
tal-proġett irċevew l-offerti għas-sejħa għall-offerti
meħtieġa biex jinbena l-proġett. Offerti għal xi komponenti
teknoloġiċi prinċipali kienu konsiderevolment ogħla
mill-prezz li kien ġie stmat. Dan ġiegħel
lill-iżviluppaturi tal-proġett biex jerġgħu jevalwaw
id-disinn tal-proġett sabiex jitnaqqsu l-ispejjeż. Din l-evalwazzjoni
għadha għaddejja u l-Kummissjoni qed tistenna proposta mill-promoturi
biex kemm il-proġett u kif ukoll il-perjodu ta’ żmien tagħha
jinbidlu. Hija se tivverifika l-proposta biex tara jekk huwiex kompatibbli
mal-EEPR. Diment li jkun kompatibbli, il-proġett ser jerġa'
jsejjaħ offerti għal xi komponenti qabel ma tittieħed
id-deċiżjoni finali dwar l-investiment. Fil-każ tal-proġett imsejjaħ
Cobra cable, kien hemm progress sinifikanti mill-aħħar rapport 'l
hawn. Il-ftehim ta’ għotja ġie emendat u l-azzjoni ttawlet sa
Diċembru 2017. Wara l-konklużjoni tal-emenda l-iżviluppaturi
tal-proġett ser japplikaw għall-permessi meħtieġa u
joħrġu sejħiet għall-offerti sabiex jieħdu
deċiżjoni finali dwar l-investiment fit-tieni kwart tal-2016.
Il-kejbil għandu jkun operattiv sentejn wara. 3. Ġbir u Ħżin
tal-Karbonju Is-subprogramm tal-EEPR kien jikkonsisti f'sitt
(6) proġetti li jagħtu EUR 1 biljun f’sostenn għal
proġetti li jkollhom l-għan li jagħtu xhieda tal-proċess
kollha tal-ġbir, it-trasport u l-ħżin tal-karbonju. Fit-30 ta’
April 2014: proġett wieħed (1) kien temm
il-provvediment ta' impjanti pilota operattivi għall-ġbir,
it-trasport u l-ħżin. tliet (3) proġetti ġew terminati
qabel iż-żmien. żewġ (2) proġetti għadhom
għaddejjin. EUR 374,871,355 ġew imħallsa għal dawn il-proġetti.
Il-progress tal-proġetti tas-CCS Il-parti tal-proġett Compostilla koperta
mill-għotja tal-EEPR tlestiet f’Ottubru 2013 bir-riżultat ta'
kostruzzjoni b’suċċess ta’ tliet impjanti pilota li jkopru
l-ġbir, it-trasport u l-ħżin. Ir-riżultati tat-testijiet
magħmula f’impjanti pilota u ħidma preparatorja oħra kkontribwew
għal tqassim tal-għarfien fin-Netwerk tal-Proġetti tas-CCS[6], li ppubblika wkoll
rapport dwar il-proġett. L-iżviluppatur tal-proġett
sussegwentement qatagħha li ma jkomplix jibni l-impjanti ta’
dimostrazzjoni, li ma kinux ikunu koperti mill-għotja tal-EEPR. L-impjanti
pilota se jibqgħu iservu ta' faċilitajiet utli ħafna
għall-ittestjar u se jibqgħu operattivi abbażi
tal-appoġġ mill-gvern Spanjol u se joffru wkoll is-servizzi
tagħhom fis-suq[7].
Iż-żewġ proġetti li baqa’,
ROAD (fil-Pajjiżi l-Baxxi) u Don Valley (fir-Renju Unit), għadhom
iħabbtu wiċċhom ma’ diffikultajiet notevoli biex jiksbu
l-finanzjament meħtieġ kemm għall-kostruzzjoni kif ukoll
għall-operat. Fil-każ ta' Don Valley, il-proġett
għamel progress sinifikanti fit-tħejjija biex tinbena
l-infrastruttura għat-trasport u l-ħżin tad-CO2 f’akwifer
tal-ilma mielaħ; madankollu, il-futur tal-proġett Don Valley
iserraħ totalment fuq il-kisba ta' appoġġ operattiv mill-iskema
Contract for Difference tar-Renju Unit. F’Awwissu 2014, il-Gvern tar-Renju Unit
ippubblika dokument dwar l-ambitu tal-politika li jiddeskrivi l-passi li jmiss
dwar it-tfassil possibbli tas-CCS għal skema Contract for Difference
xierqa għal proġetti tas-CCS bħal Don Valley. Il-Kummissjoni ser
tkompli d-diskussjonijiet tagħha kemm ma' dawk involuti fil-proġett u
anki mal-Gvern tar-Renju Unit dwar l-għażla taż-żmien u
l-prospett tal-proġett għall-kisba ta’ deċiżjoni ta’
investiment finali li tkun pożittiva. Fil-każ tal-proġett ROAD
id-diskrepanza fil-finanzjament, prinċipalment minħabba l-prezz baxx
tad-CO2, tfisser li jridu jinstabu fondi addizzjonali. Il-Kummissjoni Ewropea
investiet sforz konsiderevoli sabiex tipprova tgħaqqad flimkien l-Istati
Membri kkonċernati, li jirrikonoxxu l-potenzjal tal-proġett,
lis-sħab industrijali kkonċernati u lin-Norveġja biex isibu
soluzzjoni. Dan kien jinkludi proposta li l-partijiet kollha jagħmlu
frontloading ta’ finanzjament tal-proġetti u proposta oħra kif
il-finanzjament ta’ Orizzont 2020 jista' jintuża biex jiġi attirat
finanzjament addizzjonali mill-Istati Membri għall-fażi operattiva
tal-proġett. Jinħtieġ li qabel il-31 ta’ Diċembru 2014, li
hija d-data tat-tmiem tal-ftehim tal-għotja attwali tagħha tal-EEPR,
tinstab soluzzjoni biex tingħalaq id-diskrepanza attwali fil-finanzjament
ta’ ROAD , . III IL-FOND EWROPEW GĦALL-EFFIĊJENZA
ENERĠETIKA (EEE F) L-EEE F ġie stabbilit f’Lulju 2011 b’kontribuzzjoni tal-UE
ta’ EUR 146.3 miljun biex jipprovdi appoġġ għal
proġetti ta’ użu effiċjenti tal-enerġija. Dan jinkludi
kontribuzzjoni ta’ EUR 125 miljun għal fond li sa issa laħaq volum
totali ta’ EUR 265 miljun[8],
appoġġat minn faċilità ta’ għotjiet ta’ assistenza teknika
b’baġit ta’ EUR 20 miljun u EUR 1.3 miljun għal
attivitajiet ta’ sensibilizzazzjoni Mindu ġie adottat ir-rapport ta’ evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu
f’Novembru 2013 bħala parti mill-aħħar Rapport annwali tal-EEPR,
ġew approvati seba' (7) proġetti oħra. B’kollox, il-Fond alloka
EUR 219-il miljun għal 13-il proġett, l-aktar fis-settur
tal-effiċjenza enerġetika. Il-kontribuzzjoni sħiħa tal-UE lill-Fond (EUR 125 miljun)
ġiet allokata b'suċċess għal investimenti fi proġetti
sal-31 ta’ Marzu 2014 kif meħtieġ b’dan ir-Regolament[9]. 1. il-progress li sar sa issa Fond Fi tmiem l-2013, il-Fond iffirma t-tieni
investiment ta' ekwità f’impjant kombinat tat-tisħin u l-qawwa elettrika
mill-Bijomassa f’Rennes li jirrepeti investiment ta’ ekwità simili f’Orléans
(it-tnejn li huma fi Franza). L-EEE F ikkompleta wkoll l-ewwel sħubija
tiegħu ma' istituzzjoni finanzjarja: faċilità tal-finanzjament
ekoloġiku mal-Bank Rumen "Banca Transilvania" biex
jingħataw pakketti ta' self żgħar lill-awtoritajiet
pubbliċi Rumeni flimkien ma' appoġġ għal assistenza teknika
għal proġetti tal-effiċjenza enerġetika. Il-lista sħiħa
ta’ proġetti approvati u ffirmati hija annessa ma' dan ir-rapport. Għajnuna Teknika Il-Pakkett ta' Assistenza Teknika (TA) ta' EUR
20 miljun appoġġa 20 proġett billi għenhom jirristrutturaw.
Madwar EUR 2.2 miljun mill-pakkett tal-Assistenza Teknika se jibqgħu
mhux allokati. Dan jista’ jiġi spjegat mill-fatt li l-biċċa l-kbira
tal-proġetti ffinanzjati sa issa ma kellhomx bżonn ta' Assistenza
Teknika. Fil-fatt, l-ewwel proġetti identifikati fil-fażi ta'
eskalazzjoni tal-Fond kienu fi stadju ta' avvanz/livell ta' maturità ogħla
minn dak meħtieġ sabiex jiġi indirizzat in-nuqqas ta’ żmien
u l-għan tal-irkupru tar-Regolament. L-aktar appoġġ riċenti
mogħti f'Assistenza Teknika fl-2013 kien lill-awtoritajiet pubbliċi
ta’ Ringkøbing-Skjern (id-Danimarka) għall-iżvilupp ta’ proġett
tal-bijomassa, lil Rhône-Alpes (Franza) biex iħejju l-programm ta’
aġġornament retroattiv tal-binjiet fl-iskejjel, lil Ore Valley
Housing Association biex tiżviluppa sistema ta’ tisħin distrettwali u
lil Elche (Spanja) biex jiġi żviluppat programm ta’
aġġornament retroattiv tal-binjiet u t-tidwil pubbliċi. Attivitajiet li Jżidu
s-Sensibilizzazzjoni L-EPEC[10]
iffinalizza l-kampanja għaż-żieda tas-sensibilizzazzjoni billi
tefa' ħarstu fuq tliet (3) aspetti: l-appoġġ tal-iżvilupp
tal-Ikkuntrattar tal-Prestazzjoni Enerġetika fl-Istati Membri,
it-tħeġġiġ tal-użu ottimu tal-Fondi Strutturali u ta'
Koeżjoni għall-effiċjenza enerġetika u l-enerġija
rinovabbli u t-tixrid tal-informazzjoni dwar il-bidliet riċenti
fil-politika u l-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2014-2020 (MFF). Abbażi
tat-tħejjija ta’ diversi dokumenti ta’ informazzjoni u
tal-istrateġiji tal-pajjiżi, saru workshops u attivitajiet ta’
segwitu mfassla apposta f’diversi Stati Membri. 2.
Konklużjonijiet ewlenin u prospettiva Il-Fond issodisfa b’suċċess għanijietu billi alloka
l-kontribuzzjoni sħiħa tal-UE sal-aħħar tal-perjodu ta’
investiment stabbilit mir-Regolament u pprovda soluzzjonijiet ta’ finanzjament
innovattivi għal proġetti ta’ użu effiċjenti
tal-enerġija. L-Assistenza Teknika tat xhieda li hija utli ħafna wkoll
biex tappoġġa lill-awtoritajiet pubbliċi fit-tħejjija
tal-proġetti tagħhom li sussegwentement ikunu se jiġu
ffinanzjati mill-Fond. L-EEE F ser ikompli jfittex approċċ ta’ investiment
bilanċjat u jżid il-kopertura ġeografika tiegħu biex
jakkomoda l-ħtiġijiet differenti tal-awtoritajiet pubbliċi
lokali u reġjonali Ewropej. Sa issa, il-Fond stabbilixxa progressivament
rekord solidu ta’ investimenti li jrendu profitt (profitt nett irreġistrat
fl-2013) u issa se jfittex b'mod attiv għal aktar investituri avvanzati
biex ikompi jingrana l-kontribuzzjoni tal-UE dejjem aktar.
IV
konklużjonijiet ġenerali L-EEPR
ħalla riżultati tajbin. Il-maġġoranza tal-proġetti
twettqu, b’mod partikolari l-partijiet tal-programm li jolqtu
lill-interkonnetturi. Dawn iżidu r-reżiljenza tal-UE fid-dawl ta’
kwalunkwe kriżi fis-sigurtà tal-provvista, kif ukoll jikkontribwixxu lejn
l-għanijiet tal-enerġija u t-tibdil fil-klima tal-UE. L-EEE F
irnexxa wkoll: ġie stabbilit fond kummerċjali li se jkompli jikber u
li jipprovdi soluzzjonijiet finanzjarji u jiġġenera profitti li jkopru
l-ispejjeż amministrattivi, id-dividends tad-detenturi tal-ishma u
l-ħlas lura tal-kostijiet tal-istabbiliment. L-aktar qasam
problematiku huwa tas-CCS. Kif diġà ġie identifikat f’rapporti
preċedenti, dan jirrifletti ħafna fatturi differenti, li l-aktar
importanti fosthom huwa l-każ tan-negozju mibdul
għat-teknoloġija mindu beda l-programm EEPR. Il-Kummissjoni qed
tkompli tagħmel kull sforz politiku biex tkompli l-iżvilupp
taż-żewġ proġetti li fadal; madankollu,
is-suċċess tagħhom se jiddependi mill-isforzi ta’ investituri
privati u l-gvernijiet nazzjonali. Filwaqt li
l-implimentazzjoni tal-programm ħadet aktar fit-tul milli mistenni f’xi
oqsma, dan ġeneralment kien dovut għal raġunijiet lil hinn
mill-kontroll dirett tal-Kummissjoni. Il-kwistjonijiet tal-permessi (eż.
Aberdeen), il-problemi dwar l-ispiża tat-teknoloġiji innovattivi
(eż. Kriegers Flak), in-noveltajiet regolatorji fil-livell nazzjonali
(eż. Cobra Cable) u l-kisba tal-finanzjament, kollha kkontribwew għal
dewmien. Madankollu,
minkejja dan id-dewmien, il-valur ta’ infrastruttura fuq skala kbira,
it-teknoloġiji innovattivi u l-metodi innovattivi ta' finanzjament tal-UE
biex tinkiseb is-sigurtà tal-provvista tal-UE, is-suq intern u l-għanijiet
tat-tibdil fil-klima għadu għoli. Dan ġie enfasizzat
mill-Kunsill u l-Parlament Ewropew meta dawn żiedu l-fondi tal-UE
għall-infrastruttura tal-enerġija u l-innovazzjoni fil-Faċilità
Nikkollegaw l-Ewropa, Orizzont 2020 u l-Fondi Strutturali skont il-qafas
finanzjarju l-ġdid. It-tlestija tal-proġetti tal-EEPR li jifdal se
tikkomplementa dawn il-programmi, filwaqt li sservi ta' esperjenza siewja
fuqiex nibnu hekk kif dawn il-proġetti qed jiġu applikati. [1] COM(2014) 330 final [2] L-Istrateġija Ewropea għas-Sigurtà
tal-Enerġija tipproponi li din il-mira tiġi estiża għal
15 % sal-2030. [3] COM (2013) 791 final [4] Ir-Regolament (KE) Nru 347/2013 tal-Parlament Ewropew u
tal-Kunsill tas-17 ta' April 2013 dwar linji gwida għall-infrastruttura
tal-enerġija trans-Ewropea, ĠU L115, 25.04.2013, p.39. [5] Ir-Regolament (UE) Nru 1316/2013 tal-Parlament Ewropew u
tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-Faċilità
Nikkollegaw l-Ewropa, ĠU L 348, 20.12.2013, p. 129. [6] http://ccsnetwork.eu/ [7] http://www.ciuden.es/index.php/en/tecnologias/instalaciones [8] Saru investimenti oħra ta' EUR 75 mill-Bank
tal-Invesiment Ewropew, EUR 60 miljun mill-Cassa Depositi e Prestiti SpA (CDP) u EUR 5 miljun mill-Investment Manager
Deutsche Bank (DB). [9] Ir-Regolament (UE) Nru 1233/2010 tal-Parlament Ewropew u
tal-Kunsill tal-15 ta' Diċembru 2010 li jemenda r-Regolament (KE) Nru
663/2009 li jistabbilixxi programm li jgħin l-irkupru ekonomiku permezz
tal-għoti ta' għajnuna finanzjarja Komunitarja għal
proġetti fil-qasam tal-enerġija, ĠU L 346, 30.12.2010, p. 5. [10] Iċ-Ċentru Ewropew ta’ Kompetenza dwar il-PPP
(EPEC) huwa inizjattiva konġunta tal-BEI, il-Kummissjoni Ewropea u
l-Istati Membri tal-UE u l-pajjiżi kandidati. L-EPEC jgħin sabiex
isaħħaħ il-kapaċità tal-membri tas-settur pubbliku
tiegħu biex jidħlu fi tranżazzjonijiet ta’ Sħubija Pubblika-Privata
(PPP). http://www.eib.org/epec/. ANNESS 1 Ħlasijiet
skont l-EEPR Ammont totali tal-ħlasijiet li saru għall-proġetti tal-EEPR (EUR) Fil-31 ta’ Awwissu 2014: BL || sena || Totali Interkonnetturi || 2010 || 360,855,255.05 || 2011 || 224,168,978.21 2012 || 129,803,680.81 2013 || 126,931,210.31 2014 || 56,214,568.83 totali |||| 897,973,693.21 CCS || 2010 || 193,746,614.74 2011 || 192,003,911.76 2012 || -5,616,118.92 2013 || 26,844,338.79 2014 || -32,107,391.30 totali |||| 374,871,355.07 ENERĠIJA MIR-RIĦ MINN IMPJANTI FUQ IL-BAĦAR || 2010 || 146,307,027.84 || 2011 || 41,300,324.67 2012 || 15,624,303.94 2013 || 11,990,156.27 2014 || 11,759,687.45 totali |||| 226,981,500.17 Il-Fond Ewropew għall-Effiċjenza Enerġetika |||| || 2011 || 30,000,000.00 || 2012 || 934,251.15 2013 || 24,892,026.95 2014 || 32,333,453.99 totali || || 88,159,732.09 Totali komplessiv || 2010 || 700,908,897.63 2011 || 487,473,214.64 || 2012 || 140,746,116.98 2013 || 190,657,732.32 2014 || 68,200,318.97 Totali || || 1,587,986,280.54 L-ordnijiet ta’ rkupru tnaqqsu mill-ħlasijiet